Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0154

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ b’rabta mal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

COM/2017/0154 final - 2017/070 (NLE)

Brussell, 31.3.2017

COM(2017) 154 final

2017/0070(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ b’rabta mal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 (minn hawn ’il quddiem: il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE 1 sat-30 ta’ Ġunju 1998 u, minn dak iż-żmien ’l hawn, ġiet estiża b’mod regolari. F’kull okkażjoni l-Konvenzjoni tiġi estiża għal perjodu massimu ta’ sentejn. Din ġiet estiża l-aħħar f’Ġunju tal-2015 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, u se tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2017. Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Konvenzjoni tiġi estiża għal darb’oħra għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn.

L-għan ta’ din il-proposta hu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill sabiex il-Kummissjoni tivvota, f’isem l-Unjoni, favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2019, fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ. Id-deċiżjoni formali dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni hija skedata għall-45 Sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ li se ssir fil-5 ta’ Ġunju 2017.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Mhux applikabbli

•Konsistenza mal-politiki l-oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

L-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux applikabbli

•Proporzjonalità

Mhux applikabbli

•Għażla tal-istrument

Mhux applikabbli

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-estensjoni tal-Konvenzjoni tinvolvi li tittawwal il-kontribuzzjoni tal-UE għall-baġit amministrattiv tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, li jkopri kemm il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 kif ukoll il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna għall-Ikel. Dik il-kontribuzzjoni hija inkluża fil-partita 05 06 01 tal-baġit tal-UE (il-Ftehimiet Agrikoli Internazzjonali).

5.ELEMENTI OĦRAJN

Mhux applikabbli

2017/0070 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ b’rabta mal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE 2 għal perjodu ta’ tliet snin u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Il-Konvenzjoni ġiet estiża l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ f’Ġunju tal-2015, u se tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2017. Huwa fl-interess tal-Unjoni li din terġa’ tiġi estiża.

(2)Għalhekk, il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, jenħtieġ li tiġi awtorizzata tivvota favur din l-estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li l-Kummissjoni tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn mill-1 ta’ Lulju 2017.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi dik il-pożizzjoni fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President    

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

FinancSt/17/
MK/ig/350345

6.221.2017.1

agri.ddg3.g.4(2017)613693

DATA: 19.01.2017

1.

INTESTATURA TAL-BAĠIT:

Il-Kapitolu 05 06 L-ASPETTI INTERNAZZJONALI TAL-QASAM TAL-POLITIKA TAL-“AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI”

05 06 01- Ftehimiet agrikoli internazzjonali

APPROPRJAZZJONIJIET:

B2017 8 105 849 EUR

2.

TITOLU:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ b’rabta mal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995.

.

BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

4.

GĦANIJIET:

Li tiġi estiża l-Konvenzjoni eżistenti dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali b’sentejn oħra (mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2019).

5.

IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

PERJODU TA’ 12-IL XAHAR


(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI

2017

(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA LI JMISS

2018

(f’miljuni ta’ EUR)

5.0

NEFQA

-    IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-UE
(RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)

-    AWTORITAJIET NAZZJONALI

-    OĦRAJN

0.49

0.41

5.1

DĦUL

-    RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
(IMPOSTI/DAZJI DOGANALI)

-    NAZZJONALI

2019

5.0.1

STIMA TAN-NEFQA

0.42

5.1.1

STIMA TAD-DĦUL

5.2

METODU TAL-KALKOLU: Abbażi ta’ suppożizzjonijiet dwar l-istima tal-għadd ta’ voti tal-UE (li jvarja kull sena) u dwar l-istima tal-ammont li għandu jitħallas għal kull vot f’GBP.

6.0

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?

IVA

6.1

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?

6.2

SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI?

6.3

SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU L-APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?

IVA

OSSERVAZZJONIJIET:

L-ammont li għandu jitħallas fir-realtà jista’ jvarja skont l-għadd finali ta’ voti li l-UE tingħata, skont l-ammont li għandu jitħallas għal kull vot f’GBP u skont ir-rata tal-kambju tal-Euro mal-Lira Sterlina.

(1) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE tad-19 ta’ Diċembru 1995 rigward l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ u l-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari, li tikkostitwixxi l-Ftehim taż-Żrieragħ Internazzjonali 1995 (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47).
Top