This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8516
Prior notification of a concentration (Case M.8516 — EPH/Centrica Langage and Centrica SHB) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8516 — EPH/Centrica Langage u Centrica SHB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8516 — EPH/Centrica Langage u Centrica SHB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 216, 6.7.2017, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8516 — EPH/Centrica Langage u Centrica SHB)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 216/06)
1. |
Fis-27 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Energetický a průmyslový holding, a.s. (“EPH”, Repubblika Ċeka) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriżi Centrica Langage Ltd (“Centrica Langage”, ir-Renju Unit) u Centrica SHB Ltd (“Centrica SHB”, ir-Renju Unit) kollha kemm huma permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għall-EPH: EPH hija kumpanija ta’ utilità involuta fl-estrazzjoni ta’ faħam kannella, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-forniment tal-elettriċità u tas-sħana, kif ukoll it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-gass. EPH hija attiva l-aktar fir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Renju Unit; — għal Centrica Langage: Centrica Langage hija impjant tal-enerġija li jaħdem bil-gass u li jinsab qrib Plymouth, ir-Renju Unit, b’kapaċità installata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ madwar 905 MW; — għal Centrica SHB: Centrica SHB hija impjant tal-enerġija li jaħdem bil-gass u li jinsab qrib Stallingborough, ir-Renju Unit, b’kapaċità installata għall-ġenerazzjoni tal-elettriċità ta’ madwar 1 310 MW. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8516 — EPH/Centrica Langage u Centrica SHB, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.