Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0481

    P8_TA(2017)0481 Dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni) (COM(2017)0361 – C8-0226/2017 – 2014/0175(COD)) P8_TC1-COD(2014)0175 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni)

    ĠU C 369, 11.10.2018, p. 176–176 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/176


    P8_TA(2017)0481

    Dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni) (COM(2017)0361 – C8-0226/2017 – 2014/0175(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

    (2018/C 369/24)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0361),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0226/2017),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0331/2017),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


    P8_TC1-COD(2014)0175

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/196.)


    Top