Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0412

    P8_TA(2017)0412 Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tal-Użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD)) P8_TC1-COD(2016)0105 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ

    ĠU C 346, 27.9.2018, p. 391–391 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/391


    P8_TA(2017)0412

    Emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fir-rigward tal-Użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 346/58)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0196),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0134/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 (1),

    wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Lulju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0059/2017),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 66.


    P8_TC1-COD(2016)0105

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2225.)


    Top