Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 52016PC0605

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM/2016/0605 final - 2016/0282 (COD)

Brussell,14.9.2016

COM(2016) 605 final

2016/0282(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013FMT:italic, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013FMT:italic, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014FMT:italic, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UEFMT:no
bold,font=Arial tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Regolament Finanzjarju 1 jistabbilixxi l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u l-kontroll tal-fondi tal-UE. Tul l-aħħar 30 sena, l-għadd ta’ regoli finanzjarji ġenerali li jinsabu fir-Regolament Finanzjarju żdied b’ħafna 2 . Barra minn hekk, feġġew diversi regoli finanzjarji settorjali: ir-regoli għall-parteċipazzjoni fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 3 , id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 4 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni Komuni għall-Azzjoni Esterna 5 .

L-utenti tal-fondi tal-UE kemm-il darba lmentaw dwar il-proliferazzjoni tar-regoli kemm f’livell ġenerali kif ukoll settorjali, l-eteroġeneità tagħhom u l-kumplessità tagħhom minħabba l-fatt li jsegwu l-arkitettura tal-programm u diversi saffi ta’ kontrolli. Barra minn hekk, il-kumplessità tas-sett ta’ regoli finanzjarji żammet lura l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, u żiedet l-ispiża tagħha u għamlitha suxxettibbli għal żbalji.

L-ewwel pass favur regoli finanzjarji aktar koerenti u sempliċi nkiseb fl-2012: il-Kummissjoni ressqet proposti għall-programmi koperti mill-QFP 2014-2020 li naqqsu n-numru ta’ programmi u strumenti, ġabruhom f’qafas wieħed b’regoli komuni, issimplifikaw il-proċeduri għall-applikazzjoni u għad-dikjarazzjoni tal-kostijiet mill-benefiċjarji finali, iffaċilitaw l-iskjerament ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, awtorizzaw Fondi Fiduċjarji tal-UE u tejbu l-kosteffiċjenza tal-kontrolli. Ir-reviżjonijiet riċenti allinjaw ir-Regolament Finanzjarju fuq ir-riżultati tan-negozjati mal-QFP 2014-2020 (reviżjoni tal-2013) kif ukoll mad-Direttiva l-ġdida dwar l-Akkwist (reviżjoni tal-2015).

Madankollu, hemm lok għal iktar simplifikazzjoni. Dan huwa kkonfermat mill-esperjenza miksuba mill-2014 ’l hawn u mill-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti Indipendenti dwar is-Simplifikazzjoni tal-Monitoraġġ għall-Benefiċjarji tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 6 . Il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju 7 turi wkoll l-aspettattivi ċari tal-partijiet ikkonċernati fil-qasam.

Għaldaqstant għandhom jissoktaw l-isforzi sabiex jitneħħew il-konġestjonijiet, jiġu żgurati sinerġiji u komplimentarjetajiet bejn il-Fondi SIE u l-fondi l-oħrajn tal-UE u titjieb l-effiċjenza tar-rekwiżiti ta’ kunsinna u ta’ kontroll. Regoli finanzjarji aktar sempliċi u flessibbli se jikkontribwixxu għall-ottimizzazzjoni tal-infiq u tal-impatt tal-QFP 2014-2020 u b'hekk jikkostitwixxu wieħed mill-elementi ewlenin tal-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Baġit Iffokat fuq ir-Riżultati (BFOR) li għandu l-għan li jara li r-riżorsi jiġu allokati għall-prijoritajiet u li kull azzjoni tipprovdi l-aqwa prestazzjoni u valur miżjud 8 . Barra minn hekk, dan se jnaqqas il-kostijiet marbutin mal-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE kif ukoll in-numru ta’ żbalji.

Regoli finanzjarji tal-UE aktar sempliċi u flessibbli huma fundamentali biex tissaħħaħ il-ħila tal-baġit tal-UE li jadatta għal ċirkustanzi li jinbidlu u sabiex dan iwieġeb għal żviluppi imprevisti.

Il-proposta leġislattiva attwali hija parti integrali mill-analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(QFP) 2014-2020 9 . Hija tikkontribwixxi għal tnejn mill-objettivi ewlenin tiegħu: simplifikazzjoni u flessibbiltà.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi f’att wieħed reviżjoni ambizzjuża tar-regoli finanzjarji ġenerali akkumpanjata minn bidliet korrispondenti fir-regoli finanzjarji settorjali stipulati fi 15-il att leġislattiv rigward il-programmi pluriennali. L-inklużjoni ta’ bidliet settorjali fl-istess proposta leġislattiva għandha l-għan li tiżgura proċess ta’ negozjar koerenti kif ukoll li tiffaċilita adozzjoni veloċi mil-leġiżlatur. Tinxteħet enfasi fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

1.    Simplifikazzjoni għar-riċevituri ta’ fondi tal-UE: ħafna miżuri għandhom l-għan li jissimplifikaw il-ħajja għar-riċevituri ta’ fondi tal-UE. Huma relatati ma’ għotjiet (tneħħija tal-verifika tal-għoti mhux kumulattiv għal għotjiet ta’ valur baxx u tal-prinċipju ta’ mingħajr skop ta’ qligħ; regoli aktar sempliċi għall-valwazzjoni tal-“assistenza in natura”; rikonoxximent tax-xogħol volontarju; l-għoti ta’ għotjiet mingħajr sejħiet għal proposta b’kundizzjonijiet speċifiċi) u forom issimplifikati ta’ għotjiet (Titolu VIII).

2.    Minn diversi saffi ta’ kontrolli għal kontrodipendenza fuq l-awditjar, il-valutazzjoni jew l-awtorizzazzjoni, u l-armonizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar: l-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li jħeġġu l-akbar dipendenza possibbli fuq awditu wieħed, valutazzjoni waħda jew awtorizzazzjoni waħda (pereżempju l-konformità mal-għajnuniet mill-Istat), meta l-awditu, il-valutazzjoni jew l-awtorizzazzjoni jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu inklużi fis-sistema tal-UE. B’mod aktar ġenerali, ir-regoli għas-sħab ta’ implimentazzjoni (organizzazzjonijiet internazzjonali, BEI/FEI, banek promozzjonali nazzjonali, aġenziji nazzjonali, NGOs) ser jiġu ssimplifikati permezz ta’ dipendenza dejjem akbar fuq il-proċeduri u l-politiki tagħhom ladarba jirċievu valutazzjoni pożittiva. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja konklużi ma’ sħab fit-tul ser jippermettu li jsir progress fl-armonizzazzjoni tal-obbligi tal-awditjar, ta’ rapportar u amministrattivi oħrajn fost id-donaturi (Artikoli 122, 123 u 126 tat-Titolu V).

3.    L-awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni ta’ sett wieħed biss ta’ regoli għal azzjonijiet ibridi jew fil-każ ta’ taħlita ta’ miżuri jew strumenti: il-proposta għandha l-għan li tikseb iktar simplifikazzjoni għal sħab l-UE permezz ta’ għadd ta’ miżuri sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni parallela ta’ regoli u ta’ proċeduri differenti, b’mod partikolari billi tiffaċilita t-taħlita ta’ finanzjament mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) ma’ strumenti finanzjarji u mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (Titolu V).

4.    Użu aktar effettiv tal-istrumenti finanzjarji: l-ottimizzazzjoni tal-użu tar-rimborżi minn operazzjonijiet preċedenti, l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn is-sħab ewlenin tal-UE fl-implimentazzjoni, it-tnaqqis ta’ rekwiżiti l-aktar ta’ piż marbutin mal-pubblikazzjoni ta’ dejta individwali tar-riċevituri finali jew mal-kriterji ta’ esklużjoni (Titolu X).

5.    Ġestjoni baġitarja aktar flessibbli: il-proposta tistabbilixxi diversi modi għal aktar flessibbiltà baġitarja, sabiex l-Unjoni tkun tista’ twieġeb għal sfidi imprevisti u kompiti ġodda b’mod aktar effettiv u sabiex tikseb immaniġġjar ta’ kriżijiet aktar veloċi - fosthom il-ħolqien ta’ “kuxin ta’ flessibbiltà” għal ħtiġijiet imprevisti u kriżijiet ġodda fil-baġit tal-istrumenti ġeografiċi għal azzjonijiet esterni, l-attivazzjoni aktar effiċjenti tal-fondi ta’ solidarjetà u ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni, u l-estensjoni ta’ Fondi Fiduċjarji għal politiki interni (l-Artikoli 14 u 227), il-ħolqien ta’ riżerva għall-kriżijiet tal-UE bl-użu mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet diżimpenjati, u għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-possibbiltà li operazzjonijiet finanzjarji li mhumiex strumenti finanzjarji jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li tisboq l-assi finanzjarji pprovduti sabiex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni (l-Artikolu 203) u l-ħolqien ta’ fond ta’ proviżjonament komuni li jżomm ir-riżorsi proviżjonati għal operazzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 205). Inizjattivi riċenti (bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)) tabilħaqq urew li hemm bżonn li l-ingranaġġ tal-baġit tal-UE jintuża bis-sħiħ billi jinħolqu obbligazzjonijiet kontinġenti mhux proviżjonati. It-Titolu X jistabbilixxi l-qafas għall-awtorizzazzjoni, għall-immaniġġjar u għall-kontroll ta’ dawn ir-riskji finanzjarji.

6.    Enfasi fuq ir-riżultati u s-simplifikazzjoni tar-rapportar: enfasi akbar fuq ir-riżultati permezz ta’ somom f’daqqa, ta’ premji, ta’ pagament ibbażati fuq l-eżitu u r-riżultati minflok fuq ir-rimborż ta’ kostijiet, u permezz ta’ pagament skont kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati (l-Artikolu 121, Titolu XIII). Din għandha tikkontribwixxi sabiex ikomplu jonqsu l-kostijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE kif ukoll in-numru ta’ żbalji. Min-naħa tar-rapportar, ir-rapporti huma raggruppati madwar l-abbozz tal-baġit u l-pakkett ta’ rapportar finanzjarju integrat, sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza kemm favur il-pubbliku ġenerali kif ukoll favur l-awtorità baġitarja (Artikoli 39 u 239-245).

7.    Amministrazzjoni tal-UE aktar sempliċi u effiċjenti: l-iffaċilitar tal-ftehimiet jew tad-delegazzjonijiet bejn l-Istituzzjonijiet jew il-korpi sabiex tiġi raggruppata l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi fl-Uffiċċji Ewropej jew fi ħdan l-Aġenziji Eżekuttivi (Artikoli 57, 58, 64, 65 u 68); il-fużjoni ta’ bordijiet konsultattivi kompetenti fil-qasam tal-irregolaritajiet finanzjarji (l-Artikolu 73 (6)) mal-bord tal-EDES (l-Artikolu 139) u l-bidla tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-finanzjament minn annwali għal pluriennali (l-Artikolu 108).

8.    L-għoti ta’ possibbiltà għall-involviment taċ-ċittadini: il-proposta tipprovdi possibbiltà sabiex iċ-ċittadini jiġu kkonsultati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u minn kwalunkwe entità oħra li timplimenta l-baġit tal-Unjoni (l-Artikolu 54).

Billi tissimplifika r-regoli finanzjarji tal-UE u tagħmilhom aktar flessibbli, din il-proposta twitti t-triq għat-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ta’ nfiq (wara l-2020).

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fuq dan il-qasam ta’ politika

Meta fasslet regoli finanzjarji tal-UE aktar sempliċi u flessibbli, il-Kummissjoni rat li ma ddgħajjifx il-ġestjoni finanzjarja tajba li tibqa’ objettiv fundamentali. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dan, il-proposta attwali ssaħħaħ ukoll ir-regoli dwar l-evitar tat-taxxa li jridu jikkonformaw magħhom is-sħab tal-UE fl-implimentazzjoni u tiċċara li d-dmir li jiġu evitati kunflitti ta’ interess japplika bis-sħiħ għal kull xorta ta’ implimentazzjoni tal-fondi tal-UE (inkluż fil-livell tal-Istati Membri). Tikkonsolida wkoll is-sistemi fis-seħħ sabiex il-baġit tal-UE jitħares kontra l-frodi u irregolaritajiet finanzjarji (billi tiġi estiża l-kompetenza tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fit-teħid ta’ azzjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u Esklużjoni Bikrija u Esklużjoni fl-implimentazzjoni diretta). Is-simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji tal-UE ser tikkontribwixxi wkoll sabiex jonqsu l-kostijiet u ż-żmien meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE kif ukoll sabiex jonqos in-numru ta’ żbalji. Għandha żżid ukoll l-impatt tal-politiki u r-riżultati tagħhom fil-prattika.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-parti relatata mar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u fuq il-bażi ġuridika settorjali għall-atti leġislattivi mmodifikati mit-tieni parti.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

L-adozzjoni tar-regoli finanzjarji ġenerali tal-UE u tal-modifiki proposti għall-atti leġislattivi settorjali taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE.

Proporzjonalità

Din il-proposta hija ffokata fuq is-simplifikazzjoni u ma fihiex regoli li ma jkunux neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat. B’mod partikolari, il-modifiki fl-atti leġislattivi settorjali proposti fil-parti tal-omnibus tagħha huma limitati għal dawk neċessarji sabiex ikunu jistgħu jsiru simplifikazzjonijiet fir-Regolament Finanzjarju bil-għan li jiġi skjerat l-effett sħiħ tagħhom fil-prattika.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’April/Mejju 2016 saret konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju. B’kollox daħlu 111-il kontribuzzjoni mingħand firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati.

It-tweġibiet juru appoġġ ġenerali għall-miżuri ta’ simplifikazzjoni (65 %) u ta’ flessibbiltà (79 %) proposti. Fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għotjiet, il-partijiet ikkonċernati għadhom jippreferu r-rimborż tal-kostijiet infushom iżda mhumiex kontra r-rimborż issimplifikat permezz ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi jew rimborż fuq il-bażi ta’ riżultati predefiniti diment li ma jkunux obbligatorji. Dan it-tħassib huwa rifless fil-proposta. B’mod partikolari, ir-rimborż issimplifikat tal-kostijiet ser jibqa’ biss għażla addizzjonali li trid tintuża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-għamla tal-azzjonijiet appoġġjati u tar-riċevituri. Is-sħab tal-UE ta’ implimentazzjoni (aġenziji nazzjonali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali, BEI/FEI, NGOs) jitolbu lill-Kummissjoni tiddependi aktar fuq ir-regoli u l-politiki tagħhom ladarba jirċievu valutazzjoni pożittiva. Jilmentaw dwar id-diversi valutazzjonijiet preċedenti tas-sistemi jew tal-proċeduri tagħhom jew l-awditi ripetuti tal-istess attivitajiet mill-UE u minn donaturi oħrajn, f’każijiet fejn il-kontrodipendenza fuq it-tali valutazzjonijiet u t-tali awditi tkun possibbli. Jikkritikaw ukoll l-obbligi ta’ rapportar differenti bejn id-donaturi 10 .

Fis-6 ta’ April 2016 saret Attività ta’ Sensibilizzazzjoni fi Brussell li fiha il-partijiet ikkonċernati setgħu jsemmgħu t-tħassib/is-suġġerimenti tagħhom dwar ir-Regolament Finanzjarju. Il-kummenti tagħhom huma konformi mat-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika.

Il-miżuri li jinsabu f’din il-proposta jindirizzaw dan it-tħassib.

Valutazzjoni tal-impatt

Ma saret ebda valutazzjoni tal-impatt għal din ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju. Ir-Regolament Finanzjarju minnu nnifsu għandu impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali limitat (jipprovdi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ nfiq, iżda l-impatt ekonomiku jew soċjali konkret jiġġarrab meta jsiru għażliet ta’ politika li jimplimentaw il-programmi settorjali). Il-bidliet proposti fl-atti leġislattivi settorjali huma sempliċiment konsegwenza tas-simplifikazzjonijiet proposti fir-Regolament Finanzjarju

Idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Filwaqt li r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u l-bidliet korrispondenti fl-atti leġislattivi settorjali ma jaqgħux taħt il-Programm ta’ Idoneità Regolatorja, dawn huma konformi mal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għaliha: tabilħaqq, din il-proposta tnaqqas in-numru kumplessiv ta’ regoli finanzajrji ġenerali applikabbli għall-baġit tal-UE b’madwar 25 % u terġa’ tiġborhom f’ġabra unika ta’ regoli li ser tieħu post kemm ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu:

·Id-dispożizzjonijiet ewlenin tar-Regoli tal-Applikazzjoni jitmexxew fir-Regolament Finanzjarju, filwaqt li, jekk ikun hemm bżonn u fuq il-bażi ta’ każ b’każ, elementi anqas importanti ser jiġu integrati fir-regoli interni tal-Kummissjoni jew fil-linji gwida li tippubblika l-Kummissjoni.

·Ir-regoli tal-akkwist dettaljati applikabbli għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-UE huma kkonsolidati f’anness għar-Regolament Finanzjarju rivedut, li jista’ jiġi mmodifikat minn att delegat.

·Id-dispożizzjonijiet tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju relatata mad-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, għar-Riċerka, għall-azzjoni esterna u għal fondi tal-UE speċifiċi oħrajn jiddaħħlu fil-partijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju sakemm ma jibqgħux rilevanti.

Il-proposta biex ir-Regolament Finanzjarju jiġi rivedut tisħaq ukoll fuq l-affarijiet in komuni u tnaqqas l-ispeċifiċitajiet għall-minimu sabiex ir-regoli jkunu jistgħu jiġu applikati mill-utenti b'faċilità akbar: tinxteħet enfasi fuq ir-regoli komuni applikabbli għall-metodi kollha ta’ implimentazzjoni (diretta, indiretta u kondiviża) kif ukoll għall-istrumenti legali kollha billi jinġabru f’kapitoli ddedikati. Id-dispożizzjonijiet dwar l-uffiċċji Ewropej, l-aġenziji eżekuttivi, l-aġenziji deċentralizzati u l-korpi ta’ sħubijiet pubbliċi-privati li bħalissa huma mifruxin fir-Regolament Finanzjarju jinġabru fl-istess kapitolu. Ir-regoli dwar il-fondi fiduċjarji tal-UE, l-appoġġ baġitarju u l-esperti (inklużi l-esperti tar-riċerka) huma raggruppati taħt titolu ġdid “Strumenti oħrajn ta’ implimentazzjoni tal-baġit”.

Il-proposta tiffoka ħafna wkoll fuq il-kisba ta’ simplifikazzjoni sostantiva tar-regoli finanzjarji attwali tal-UE. Kif intqal fil-punt 1 aktar ’il fuq, fiha għadd ta’ elementi li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-applikanti u għar-riċevituri tal-fondi tal-UE.

Il-proposta ma teżentax lill-mikrointrapriżi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Dawn l-intrapriżi jistgħu jkunu benefiċjarji ta’ fondi tal-UE u, għalhekk, iridu jkunu soġġetti għar-regoli. Madankollu, f’ċerti oqsma, tnaqqas il-kostijiet għan-negozji li spiss ikunu SMEs (billi, fil-qasam tal-istrumenti finanzjarji, tibdel il-pubblikazzjoni ta’ dejta individwali tal-benefiċjarji ma’ statistiki aggregati) u, b’mod aktar ġenerali, id-diversi miżuri ta’ simplifikazzjoni għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi kollha.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija konformi mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1. Simplifikazzjoni għar-riċevituri ta’ fondi tal-UE

1.1. Is-simplifikazzjoni tal-kalkoli tal-użu tal-għotjiet, tas-somom f’daqqa u tal-kostijiet

Ħafna miżuri għandhom l-għan li jissimplifikaw il-ħajja għar-riċevituri ta’ fondi tal-UE. Huma relatati mal-kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotjiet, mal-valur tal-assistenza in natura, mar-rikonoxximent tax-xogħol ta' voluntiera, mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri f’kundizzjonijiet speċifiċi, mal-prinċipju li ma jkunx hemm skop ta’ qligħ, mal-priniċpji ta’ għoti mhux kumulattiv u mal-eliminazzjoni gradwali tad-deċiżjonijiet ta’ għoti. Miżuri oħrajn juru l-mixja lejn amministrazzjoni aktar sempliċi u effiċjenti.

1.1.1. Regoli finanzjarji ġenerali

Il-proposta tippromwovi l-użu ta’ forom issimplifikati ta’ għotjiet, miftuħin għall-programmi kollha ffinanzjati mill-UE fejn in-natura tal-azzjonijiet u n-nefqa sottostanti jippermettu tali approċċ (eż. azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, spejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ.). Din tkun qiegħda ttaffi l-piż amministrattiv, issaħħaħ iċ-ċertezza fuq l-ammont rimborżat lill-benefiċjarji u tistimola l-użu ta’ forom issimplifikati ta’ għotjiet u t-taħlitiet tagħhom (l-Artikolu 175).

L-użu ta’ ġudizzju espert: l-implimentazzjoni ta’ forom issimplifikati ta’ għotjiet ġiet imxekkla min-nuqqas ta’ dejta meħtieġa sabiex tiġi stabbilita approssimazzjoni raġonevoli tal-kostijiet propji. Dan spiss ikun dovut għan-natura innovattiva tal-azzjonijiet ikkonċernati jew għall-fatt li l-azzjonijiet jiġu implimentati biss f’ċerti pajjiżi u ma jkun hemm ebda dejta disponibbli għal pajjiżi oħrajn. Sabiex tonqos din id-diskrepanza, huwa propost li jsir użu minn ġudizzju espert b’mod komplimentarju għad-dejta statistika jew storika jew bħala alternattiva għaliha, skont in-natura tal-azzjoni (l-Artikolu 175).

Is-simplifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi: li l-proċess fit-tul u impenjattiv tal-awtorizzazzjoni (deċiżjoni tal-Kulleġġ għal ammonti akbar minn 60 000 EUR għal kull għotja) jinbidel billi l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jingħata l-awtorità li jadotta deċiżjonijiet li jawtorizzaw forom issimplifikati. Dan il-livell huwa aktar xieraq fid-dawl tal-kontenut ferm tekniku (metodoloġiji ta’ kalkolu, ħarsiet ġenerali lejn id-dejta, eċċ.) tad-deċiżjoni (l-Artikolu 175).

Is-simplifikazzjoni u l-iċċarar tal-kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotja inklużi d-dokumenti ta' sostenn li jakkumpanjaw: ma hemm ebda obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni li turi l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikanti jekk dawk mhumiex ivverifikati (eż. għal korpi pubbliċi); l-allinjament tal-obbligu sabiex jiġi pprovdut rapport tal-awditjar mal-liġi nazzjonali u tal-UE applikabbli fil-qasam tal-kontabilità (l-Artikolu 189).

Is-simplifikazzjoni tal-prinċipju ta’ għoti mhux kumulattiv: għotjiet bħal boroż ta’ studju lil persuni fiżiċi, appoġġ dirett lir-rifuġjati, lil persuni qiegħda u lil persuni oħrajn li l-aktar li għandhom bżonn ser ikunu eżentati minn din ir-regola peress li, tradizzjonalment, il-valur tagħhom ikun pjuttost baxx (l-Artikolu 185).

It-tneħħija tal-prinċipju ta’ mingħajr skop ta’ profitt: l-importanza prattika tal-prinċipju ta’ mingħajr skop ta’ profitt naqset b’mod sostanzjali: fil-prinċipju, proġetti li jiġġeneraw id-dħul huma appoġġjati permezz ta’ strumenti finanzjarji. Għal proġetti li, fil-prinċipju, ma jiġġenerawx dħul, il-prinċipju ta’ mingħajr skop ta’ profitt joħloq diżinċentivi: il-benefiċjarji mhumiex imħeġġin jiżguraw li l-proġetti tagħhom isiru sostenibbli jew profittabbli. Min-naħa tiegħu dan iħalli impatt negattiv fuq l-ekonomija.

Is-simplifikazzjoni tad-determinazzjoni tal-valur tal-assistenza in natura: dawn il-kontribuzzjonijiet ma jikkostitwixxux kostijiet eliġibbli. Għaldaqstant, il-valur eżatt tagħhom huwa irrilevanti. Madankollu, jistgħu jkomplu jiġu aċċettati bħala parti mill-kofinanzjament. Kwalunkwe valur raġonevolment stabbilit mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fiż-żmien li jiġi aċċettat il-baġit stmat jista’ juri li hemm sorsi oħrajn ta’ finanzjament tal-azzjoni, apparti mill-għotja tal-UE, u li l-prinċipju ta’ kofinanzjament huwa rrispettat (l-Artikolu 184).

Rikonoxximent tax-xogħol volontarju: Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE f’ambjent ta’ disponibilità limitata ta’ riżorsi, hemm bżonn li jiġi rikonoxxut il-valur tax-xogħol ipprovdut mill-voluntiera bħala kostijiet eliġibbli. Għaldaqstant, dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jiddependu sa ċertu punt akbar fuq ix-xogħol tal-voluntiera sabiex jipprovdu kofinanzjament għall-azzjoni (Artikoli 175, 180 u 184).

Is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għotjiet mingħajr sejħiet għal proposti: huwa propost li tiġi estiża l-possibbiltà li jingħataw għotjiet diretti lil entitajiet b’mandat mill-Istati Membri għall-każijiet ta’ monopolju de facto jew de jure jew fejn il-benefiċjajri diretti jkunu ntgħażlu għall-kompetenzi tekniċi, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni jew is-setgħat amministrattivi tagħhom. Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun awtorizzat jgħaqqad ir-rapport tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni dwar l-għoti f’dokument wieħed. Dan ser itaffi l-piż amministrattiv u jħaffef l-għoti ta’ għotjiet diretti (l-Artikolu 188).

Iż-żamma tar-rekords aktar sempliċi: il-perjodu ta’ żamma tar-rekords għandu jkun wieħed uniformi ta’ ħames snin (tliet snin jekk il-finanzjament ikun ta’ EUR60 000 jew anqas), anki għal implimentazzjoni indiretta (l-Artikolu 128).

L-approċċ nozzjonali għall-għotjiet: fejn l-għotjiet ikunu espressi biss bħala valur assolut (mhux bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli), l-eliġibbiltà tal-kostijiet għandha tiġi vverifikata sa mhux aktar tard mill-mument tal-ħlas tal-bilanċ (l-Artikolu 180). Għal din il-verifika, jista’ jintuża approċċ ("nozzjonali") simplifikat (l-Artikolu 150). L-eliminazzjoni gradwali tad-deċiżjonijiet dwar l-għoti: huwa propost li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti jiġu eliminati b’mod gradwali u li b’mod predominanti jintużaw ftehimiet ta’ għotja, soġġetti għal reviżjoni fil-progress li jkun sar fl-għotjiet elettroniċi fi tmiem il-QFP attwali (l-Artikolu 277). 

1.1.2. Regoli settorjali

It-titjib għall-użu ta’ għażliet tal-kost issimplifikati fir-Regolament Finanzjarju huwa komplimentat minn bidliet proposti għal-leġiżlazzjoni settorjali li jestendu l-użu ta’ għażliet tal-kost issimplifikati fi:

·Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

·ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew (UE) Nru 1304/2013;

·ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

2. Minn diversi saffi ta’ kontrolli għal kontrodipendenza fuq l-awditjar, il-valutazzjoni jew l-awtorizzazzjoni, u l-obbligi ta’ rapportar armonizzati

L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li jħeġġu l-akbar dipendenza possibbli fuq awditu wieħed, valutazzjoni waħda jew awtorizzazzjoni waħda (pereżempju l-konformità mal-għajnuniet mill-Istat), meta jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu inklużi fis-sistema tal-UE. Sabiex jiġu evitati diversi saffi ta’ kontrolli, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati f’livell internazzjonali jew l-aħjar prattiki internazzjonali f'dak il-qasam, kif ukoll l-obbligi ta’ rapportar komuni fost id-donaturi:

·Il-kontrodipendenza fuq il-valutazzjonijiet ex ante u l-kontrolli tar-riċevituri li diġà jkunu saru minn entitajiet (donaturi) oħrajn fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-UE (l-Artikolu 122).

·Il-kontrodipendenza fuq l-awditi li jitwettqu skont standards aċċettati f’livell internazzjonali dejjem hija mħeġġa wkoll bil-għan li jiġu evitati diversi awditi tal-istess persuni/entitajiet għall-istess attivitajiet. Din tippermetti lill-Kummissjoni toqgħod fuq awditi indipendenti mwettqin dwar l-użu tal-fondi tal-UE minn sħab internazzjonali (in-NU, il-Bank Dinji, eċċ.) jew mill-Istati Membri (l-Artikolu 123).

·L-armonizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar tagħha ma’ dawk ta’ donaturi oħrajn: il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-adozzjoni ta’ obbligi ta’ rapportar komuni permezz tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja konklużi mas-sħab internazzjonali ewlenin tagħha (l-Artikolu 126).

·Li jkun possibbli li l-Kummissjoni tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tas-sħab tal-UE taħt implimentazzjoni diretta jekk ikunu rċevew valutazzjoni pożittiva (l-Artikolu 149) u l-impożizzjoni ta’ rimedji jekk ċerti regoli/proċeduri ma jagħmlux biżżejjed sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE; meta l-Kummissjoni teħtieġ l-użu tal-proċeduri speċifiċi jew tagħha stess, ma ssir ebda valutazzjoni. Fil-każijiet kollha, il-livell ta’ superviżjoni/kontroll eżerċitati għandu jiġi adattat fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

·It-tisħiħ tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja (l-Artikolu 126): fil-ġejjieni, dawn il-ftehimiet stabbiliti ma’ msieħba fdati għal kooperazzjoni fit-tul ser ikopru l-azzjonijiet kollha fl-implimentazzjoni diretta u indiretta u ser jirriflettu kemm il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri li rċevew valutazzjoni pożittiva kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sett uniku ta’ regoli għall-istrumenti legali kollha. Il-ftehimiet ta’ sħubija fit-tul se joffru qafas flessibbli għall-kontrodipendenza fuq il-valutazzjonijiet u l-awditi fejn possibbli kif ukoll għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-awditjar, tar-rapportar u amministrattivi oħrajn fost id-donaturi.

3. L-awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni ta’ sett wieħed biss ta’ regoli għal azzjonijiet ibridi jew fil-każ ta’ taħlita ta’ miżuri jew strumenti

Il-proposta għandha l-għan li tikseb iktar simplifikazzjoni għal sħab l-UE taħt implimentazzjoni diretta għall-firxa massima possibbli.

3.1. Regoli finanzjarji ġenerali

·L-applikazzjoni għal sieħeb ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta’ sett wieħed biss ta’ regoli minflok tnejn tkun awtorizzata f’ċerti każijiet – indipendentement min-natura tal-azzjoni u mir-rwol tas-sieħeb bħala maniġer tal-fondi jew “eżekutur”. Fejn l-azzjonijiet ibridi jgħaqqdu l-implimentazzjoni indiretta u diretta u bħalissa jimplikaw żewġ settijiet ta’ regoli, elementi aċċessorji li bħalissa huma sottomessi għal regoli dwar l-implimentazzjoni diretta (spiss ikun il-każ għall-assistenza teknika) isegwu r-regoli tal-elementi ewlenin tal-azzjoni (eż. it-tmexxija ta’ strument finanzjarju b’garanziji jew b’xi ħaġa oħra (l-Artikolu 208(2)).

·Sabiex jiġu ffaċilitati taħlitiet bejn għotjiet u strumenti finanzjarji, għandu jkun japplika sett uniku ta’ regoli (dawk tal-istrumenti finanzjarji) għal għotjiet komplimentari għall-istrumenti finanzjarji jekk dawn ikunu kombinati f’azzjoni waħda (l-Artikolu 208(2));

·Il-perjodu għaż-żamma ta’ rekords għal għotjiet u strumenti finanzjarji għandu jiġi allinjat għal ħames snin (tliet snin għal ammonti li jaslu sa € 60 000 Artikolu 128).

3.2. Regoli settorjali

·Il-limitazzjoni tal-verifiki tal-għajnuna mill-Istat għall-verifika tal-konsistenza tal-għajnuna mill-Istat għall-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE previsti taħt ir-Regolament Finanzjarju meta l-fondi SIE jikkontribwixxu għal strumenti finanzjarji fil-livell tal-UE (ebda verifika doppja): Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għal strumenti finanzjarji fil-livell tal-UE li jsiru mingħajr ebda kundizzjoni addizzjonali dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet għajr b’rabta maż-żona ġeografika għall-użu tal-kontribuzzjoni ma għandhomx ikunu jeħtieġu verifika separata oħra tal-għajnuna mill-Istat peress li l-istrument finanzjarju diġà jkun konsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tar-Regolament Finanzjarju. Dan ser jiġi ċċarat permezz ta’ gwida xierqa.

·L-estensjoni tal-Inizjattiva għall-SMEs (SMEI), li tippermetti li l-Inizjattiva għall-SMEs tintuża wara l-2016, sabiex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimpenjaw finanzjamenti għall-SMEI sal-2020.

·L-estensjoni u l-kjarifiki tad-dispożizzjonijiet dwar is-CPR dwar taħlitiet bejn strumenti finanzjarji u għotjiet sabiex jiġi ffaċilitat l-użu kombinat tagħhom.

·L-introduzzjoni ta’ possibbiltà ġdida sabiex jiġu kombinati l-Fondi SIE/FSIE u struttura ġdida għall-kombinazzjoni tal-Fondi SIE mal-BEI u l-FEI: Il-programmi tal-Fondi SIE għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal strumenti finanzjarji kombinati mal-finanzjament tal-BEI skont il-FEIS.

4. Użu aktar effettiv tal-istrumenti finanzjarji

4.1. Regoli finanzjarji ġenerali

L-esperjenza bl-istrumenti finanzjarji u b’mod partikolari bil-kontribut mingħand sħab importanti fl-implimentazzjoni (BEI/FEI) tindika l-possibiltajiet li ġejjin sabiex ikomplu jittejbu l-ġestjoni u l-effettività tagħhom:

·Ir-rimborżi minn operazzjonijiet preċedenti kollha (dħul + ripagamenti) ġenerati minn strument finanzjarju għandhom jintużaw għall-istess strument sabiex jinkisbu gwadanji fl-effiċjenza; hija ggarantita trasparenza sħiħa permezz tar-rapportar (l-Artikolu 202(2));

·Il-BEI/FEI jżommu l-istatus tagħhom bħala sħab importanti tal-UE fl-implimentazzjoni iżda għandhom jiġu awtorizzati negozjati diretti bejn il-Kummissjoni u numru akbar ta’ entitajiet potenzjali, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejniethom (l-Artikolu 149);

·Peress li huwa impossibbli li jiġi impost ir-rispett sħiħ tar-regoli tal-UE meta l-UE tieħu sehem fi strument finanzjarju bħala azzjonist ta’ minoranza ta’ fond, huwa propost li, minflok, f’dawn il-każijiet titħalla ssir applikazzjoni proporzjonata tar-regoli tal-UE (l-Artikolu 208(4));

·Il-pubblikazzjoni tad-dejta individwali tar-riċevituri finali tiġi sostitwita b’dejta statistika, aggregata għal kull kriterju rilevanti propost għall-benefiċjajri finali li jirċievu appoġġ mill-UE ta’ anqas minn € 500 000 (qasam ta’ politika, tip ta’ appoġġ, tip ta’ benefiċjajru, distribuzzjoni ġeografika (l-Artikolu 36(5)).

·Il-benefiċjarji finali u l-intermedjarji ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li fihom is-sieħeb ta’ implimentazzjoni jkollu politika ta’ esklużjoni meqjusa ekwivalenti għal dik tal-UE (l-Artikolu 131).

·Huma proposti żewġ taqsimiet oħrajn biex jirregolaw strumenti oħrajn li jġibu magħhom riskju finanzjarju, bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi (Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu X).

·Ġew introdotti regoli li jawtorizzaw, jimmaniġġjaw u jikkontrollaw obbligazzjonijiet kontinġenti mhux proviżjonati (Artikoli 203 sa 206).

4.2. Regoli settorjali

Sabiex ikomplu jiġu ottimizzati l-immaniġġjar u l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-implimentazzjoni kondiviża, huma proposti bidliet fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 1303/2013 (CPR):

·L-iċċarar tal-possibbiltà għall-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Istati Membri li jagħtu kuntratt b’mod dirett, inkluża assistenza finanzjarja lill-BEI/FEI, lil Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn kif ukoll lil Banek Promozzjonali Nazzjonali.

·Immaniġġar ta’ flus: meta l-investiment temporanju ta’ flus tal-Fondi SIE mħallsa fi Strument Finanzjarju qabel l-investimenti f’riċevituri finali jiġġenera mgħaxijiet negattivi, għandu jkun awtorizzat il-pagament tagħhom mir-riżorsi mħallsin lura meta tal-inqas ikun twettaq ċiklu wieħed tal-investimenti.

·Għandhom jitneħħew ċerti regoli speċifiċi għall-miżuri tal-FAEŻR li xekklu l-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fl-Iżvilupp Rurali u l-implimentazzjoni tagħhom mill-maniġers tal-fondi, sabiex jiżdied l-effett ta’ ingranaġġ tal-finanzjament tal-FAEŻR permezz ta’ użu akbar tal-istrumenti finanzjarji.

5. Ġestjoni baġitarja aktar flessibbli

5.1. Regoli finanzjarji ġenerali

Il-proposta tistabbilixxi diversi modi għal aktar flessibbiltà baġitarja, sabiex l-Unjoni tkun tista’ twieġeb għal sfidi imprevisti u kompiti ġodda b’mod aktar effettiv:

·Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti fondi fiduċjarji tal-UE anki għal azzjonijiet ta’ emerġenza, postemerġenza jew tematiċi ġewwa l-UE (u mhux biss għal pajjiżi terzi). L-avvenimenti riċenti fl-Unjoni Ewropea juru l-bżonn ta’ flessibbiltà akbar għall-finanzjament fi ħdan l-UE. Peress li qiegħed isir dejjem aktar diffiċli li tagħraf fejn tispiċċa l-politika interna u tibda l-politika esterna, dan ikun qiegħed jipprovdi wkoll għodda li twieġeb għall-isfidi li jaqsmu l-fruntieri (l-Artikolu 227).

·Żieda tar-“riżerva negattiva” minn EUR 200 miljun għal EUR 400 miljun u b’hekk jingħata segwitu wkoll lil talba tal-Kunsill sabiex jiġi limitat in-numru ta’ Abbozzi ta’ Baġits Emendatorji marbutin mal-pagamenti (l-Artikolu 48).

·Il-ħolqien ta’ kuxin ta’ flessibbiltà għal azzjoni esterna bir-riportar ta’ fondi mhux allokati għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPAII), għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI) u għall-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ) għas-sena N+1 fil-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali ta’ kull strument (l-Artikolu 12).

·L-allokazzjoni għal flessibbiltà akbar għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ emerġenza u għall-għajnuna umanitarja fl-għotjiet: Il-proċeduri amministrattivi huma ssimplifikati sabiex ikun jista’ jingħata rispons veloċi u effiċjenti (eż. eliġibbiltà retroattiva qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni li trid tiġi deċiża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, Artikolu 186).

·L-użu ta’ kontijiet għall-antiċipi fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jkun awtorizzat għall-ħlas ta’ ammonti limitati minn proċeduri baġitarji. Persunal mhux statutorju fil-qasam tal-għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja jista’ jamministra tali kontijiet u jiffirma impenji legali eżegwiti minnhom sa EUR 2 500 (l-Artikolu 109).

·Iż-żieda tal-flessibbiltà għal trasferimenti awtonomi mill-Kummissjoni billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni attwali, jiġifieri billi jitħallew isiru wkoll trasferimenti ta’ nefqa operazzjonali bejn titoli differenti jekk ikunu koperti mill-istess att bażiku, inklużi kapitoli ta’ sostenn, u mil-linji ta’ sostenn amministrattiv għal-linji operazzjonali korrispondenti (l-Artikolu 28).

·Mobilizzazzjoni eħfef tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE FSUE permezz ta’ trasferiment awtonomu mir-riżerva għal-linja baġitarja ladarba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni (l-Artikolu 28).

·Mobilizzazzjoni aktar sempliċi tal-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni FEG permezz ta’ approvazzjoni awtomatika tat-trasferimenti mir-riżerva għal-linja baġitarja wara l-adozzjoni mill-Awtorità tal-Baġit fuq il-mobilizzazzjoni tal-Fond (l-Artikolu 30).

·Il-kjarifika li l-ammonti korrispodnenti għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emeġerenza u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE FSUE jiġu riportati b’mod awtomatiku (l-Artikolu 12).

·It-tneħħija tal-obbligu li l-ewwel jintużaw l-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja attwali sakemm jiġu eżawriti qabel ma jintużaw l-approprjazzjonijiet riportati.

·L-awtorizzazzjoni tal-użu tad-dħul assenjat intern għal skop ieħor minn dak li għalih ikun assenjat f’każ li ma jkun hemm ebda bżonn identifikat li jippermetti li t-tali dħul jintuża għall-istess skop (l-Artikolu 30(3)).

·L-awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet u lill-korpi sabiex jaċċettaw sponsporizzar korporattiv in natura għal avvenimenti jew għal attivitajiet speċifiċi (jiġifieri mhux riċevimenti jew avvenimenti esklussivament soċjali oħrajn). Sabiex tiġi implimentata dik id-dispożizzjoni, l-ewwel kull istituzzjoni tawtorizza l-prinċipju ta’ aċċettazzjoni ta’ sponsers in natura u tistabbilixxi linji gwida speċifiċi li jkopru b’mod partikolari l-aspetti etiċi (l-Artikolu 24).

·Il-previżjoni li, bħala parti mill-proċedura ta’ approvazzjoni tal-bejgħ ta' bini jew ta' art, l-Awtorità tal-Baġit tista’ taċċetta, fuq bażi ta’ każ b’każ, li r-rikavat minn dak il-bejgħ jitqies bħala dħul assenjat, sabiex jitjieb l-immaniġġjar tal-faċilitajiet mill-Kummissjoni u jiġi ffaċilitat ix-xiri ta’ bini ieħor (l-Artikolu 20(3)(g)).

·Il-ħolqien ta’ riżerva tal-UE għall-kriżijiet bl-użu mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet diżimpenjati.

·Għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-ħolqien tal-possibbiltà li operazzjonijiet finanzjarji li mhumiex strumenti finanzjarji jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li tisboq l-assi finanzjarji pprovduti sabiex tkun koperta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni (l-Artikolu 203) u fond ta’ proviżjonament komuni li jżomm ir-riżorsi proviżjonati għal operazzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 205).

5.2 Regoli settorjali

·Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jgħinu wkoll fil-każ ta’ katastrofi maħluqin mill-bniedem bħall-kriżi tar-rifuġjati u li jintużaw il-fondi disponibbli minnufih (bla ma jkun hemm bżonn ta’ stennija għas-sottomissjoni ta’ emenda għall-programm) hija introdotta fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Barra minn hekk, tiżdied prijorità speċifika għal investiment għall-migranti u għar-rifuġjati sabiex tissimplifika l-programmazzjoni tal-miżuri li jgħinu lill-migranti u lir-rifuġjati skont ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (UE) Nru 1301/2013.

·Il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (Regolament EaSI Nru 1296/2013): sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ aġġustament tal-EaSI għal prijoritajiet tal-kriżi u ta’ politika li jinbidlu, hemm bżonn ta’ flessibbiltà rigward il-livelli ta’ nfiq indikattivi previsti għal kull wieħed mit-tliet assi tal-programm u għal kull waħda mill-prijoritajiet tematiċi fi ħdanhom. Barra minn hekk, id-deroga li tippermetti li jintuża l-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni għall-benefiċċju taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ għandha tinżamm ukoll fid-dawl tal-kuntest ekonomiku attwali.

·Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, ir-Regolament Nru 1316/2013: Fid-dawl tas-suċċess tal-Programmi ta’ Ħidma Pluriennali, hemm bżonn li tiżdied il-flessibbiltà sabiex 95 % ikunu jistgħu jintefqu fuq programmi pluriennali u iktar proġetti appoġġjati bl-aktar valur miżjud għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (Kurituri tan-Netwerk Ewlieni, proġetti transfruntiera u proġetti fuq it-taqsimiet l-oħrajn tan-Netwerk Ewlieni).

·Immaniġġjar tan-nefqa għall-katina alimentari, għas-saħħa tal-annimali u għat-trattament xieraq tal-annimali (ir-Regolament (UE) Nru 652/2014): fid-dawl tal-esperjenza pożittiva bl-applikazzjoni ta’ din ir-regola u t-tnaqqis sostanzjali tal-volum ta’ xogħol relatat min-naħa tal-benefiċjarji u tas-servizzi tal-Kummissjoni, huwa propost li tiġi estiża l-possibbiltà li jintużaw impenji baġitarji maqsumin fi ħlasijiet parzjali annwali.

·Fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jkun permess li jitqiegħdu fil-mira fondi reċiproċi li jgħinu lill-bdiewa f’każ ta’ tnaqqis kbir fid-dħul f’setturi speċifiċi, u s-sussidjar tal-istokk kapitali inizjali tat-tali fondi.

6. Enfasi fuq ir-riżultati u s-simplifikazzjoni tar-rapportar

Il-proposta tinkludi sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jiffokaw il-baġit aktar fuq ir-riżultati, jistabbilixxu qafas ta’ prestazzjoni ċar, isaħħu t-trasparenza u jissimplifikaw ir-rapportar.

6.1 Enfasi fuq ir-riżultati

Numru ta’ proposti miftuħin għall-oqsma ta’ politika kollha u li jiffokaw fuq ir-riżultati minflok fuq dak li fil-fatt intefaq. Juru l-impenn tal-Kummissjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għal approċċ orjentat lejn ir-riżultati:

·Jingħata lok għal pagamenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet issodisfati, fuq l-eżitu jew fuq il-prestazzjoni fil-modalitajiet ta’ mmaniġġjar kollha (eż. pagamenti għal kull rifuġjati risistemat fil-fondi tal-AMIF jew l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom kif jibdew, Artikolu 121). F’dawn il-każijiet, il-finanzjament tal-proġetti ma jibqax marbut mar-rimborż tal-kostijiet imġarrbin mir-riċevituri tal-fondi tal-UE: jiddependi direttament mir-riżultati miksubin fil-prattika. Dak li jgħodd huwa l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet kif stipulati ex ante fl-att bażiku jew fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u/jew il-kisba tar-riżultati mkejlin permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni (ex-post). Sistemi bħal dawn isaħħu s-sens ta' sjieda/l-impenn mir-riċevituri tal-fondi sabiex jiksbu riżultati. Jippermettu li jonqsu b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv u l-kost tal-kontrolli. Tabilħaqq il-kontrolli jistgħu jiġu limitati għall-verifika ta’ jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet/ir-riżultati miftehmin u tal-piż amministrattiv. Min-naħa tiegħu, dan jillimita r-riskju ta’ żbalji fil-legalità u fir-regolarità. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat dan bl-isem “intitolamenti”.

·L-iffaċilitar tal-“Premji” (Titolu IX): it-titolu dwar il-“Premji” huwa mqassar u ssimplifikat; l-obbligu li jitħabbru premji b’valur ta’ EUR 1 miljun jew aktar fid-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit huwa sostitwit minn informar minn qabel lill-Parlament Ewropew u tħabbira espliċita tat-tali premji fid-deċiżjoni ta’ finanzjament.

·Somma waħda f’daqqa (l-Artikolu 176): fil-ġejjieni “somma waħda f’daqqa” tista’ tkopri l-kostijiet kollha eliġibbli tal-azzjoni. Il-verifiki u l-kontrolli ser jiffokaw biss fuq l-eżiti/ir-riżultati. Is-somma waħda f’daqqa hija bbażata fuq il-valutazzjoni tal-baġit propost mill-applikant għall-għotja fid-dawl tal-priniċpji tal-effiċjenza, tal-ekonomija u tal-effettività inkluż b’referenza għad-dejta rilevanti u/jew il-ġudizzju espert.

·Prijorità għal forom issimplifikati ta’ għotjiet meta l-pagament ikun xkattat mill-eżitu u mir-riżultati (l-Artikolu 175): approċċ ibbażat fuq l-input għandu jiġi kkunsidrat biss jekk l-approċċ ibbażat fuq l-eżitu jkun impossibbli jew mhux xieraq. Bħalissa forom issimplifikati jintużaw l-aktar sabiex ikopru l-valur tal-inputs (eż. numru ta’ jiem tax-xogħol, numru ta’ vjaġġi, numru ta’ jiem imqatta’ fil-missjoni, eċċ.). B’mod simili hija mħeġġa l-possibbiltà li jitħallsu forom issimplifikati kontra l-kisba ta’ riżultati konkreti (eż. konferenza pprovduta, festival organizzat, prototip mibni, eċċ.).

·L-iċċarar tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ta’ forom issimplifikati ta’ għotjiet u tal-konsegwenzi tagħhom jekk ma jintlaħqux ir-riżultati (l-Artikolu 177): il-kontrolli jikkonċentraw fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament (eż. jekk film Ewropew appoġġjat kienx prodott bil-kwalità meħtieġa u kienx iddistribwit fil-kwantità meħtieġa, jekk student tal-Erasmus fil-fatt studjax barra l-pajjiż, eċċ.). Ma hemm bżonn ta’ ebda rapportar dwar il-kostijiet fil-fatt imġarrbin mill-benefiċjarju. Jekk il-kundizzjonijiet li jiskattaw il-pagament ma kinux issodisfati jew jekk l-attivitajiet maqbulin kienu implimentati ħażin, b’mod parzjali jew tard, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-għotja b’mod proporzjonat għan-nuqqas u tirkupra l-ammonti mħallsa indebitament.

6.2 Qafas tal-prestazzjoni ċar

Sabiex tiġi kkomplimentata l-enfasi akbar fuq ir-riżultati, huwa propost qafas tal-prestazzjoni ċar:

·L-irbit tal-prestazzjoni, tal-issettjar tal-objettivi, tal-indikaturi, tar-riżultati u tal-prinċipji ta’ ekonomija, ta’ effiċjenza u ta’ effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet (l-Artikolu 31).

·Jiġu pprovduti tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni sabiex jiġu remunerati organizzazzjonijiet talli jimmaniġġjaw fondi tal-UE (l-Artikolu 150);

·Il-kunsiderazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi bħala s-sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-programm (l-Artikolu 39);

·Il-fużjoni tar-rapporti ta’ “Sinteżi” u tal-“Artikolu 318 TFUE” f’“Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE” wieħed sabiex ta’ kull sena jiġi pprovdut rapport wieħed dwar il-prestazzjoni fuq il-baġit tal-UE (mis-sena finanzjarja tal-2015, Artikolu 239).

·L-allinjament tat-terminoloġija dwar l-evalwazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet u l-ħolqien ta’ rabta bejn l-evalwazzjonijiet ex-ante taħt ir-Regolament Finanzjarju u l-Valutazzjonijiet tal-Impatt (l-Artikolu 32).

6.3 Is-simplifkazzjoni tar-rapportar

6.3.1. Regoli finanzjarji ġenerali

Reviżjonijiet suċċessivi tar-Regolament Finanzjarju żiedu b’mod sinifikanti n-numru ta’ rapporti u informazzjoni mitluba inkluż dwar il-kontijiet: bħalissa r-rapportar huwa pprovdut permezz ta’ dokumenti mxerrdin, forniti tul kalendarju differit. Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza mhux biss favur l-awtorità tal-baġit iżda anki favur il-pubbliku ġenerali, mingħajr madankollu ma jkun affettwat il-livell ta’ informazzjoni li huwa pprovdut bħalissa, huwa propost:

·Li jinġabru obbligi ta’ rapportar fuq żewġ mumenti ewlenin: rapporti li jakkumpanjaw

·l-abbozz ta' baġit; ir-rapportar kollu dwar l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-UE jinġabar f’dokument wieħed li jakkumpanja l-abbozz ta' baġit (l-Artikolu 39).

·u dawk sottomessi bħala parti mill-proċess ta’ rilaxx: “il-pakkett ta’ rapportar finanzjajru integrat” – Kapitolu separat li jindirizza r-rapportar baġitarju u finanzjarju ieħor (Artikoli 239-245).

·It-twettiq tar-Rapport Annwali l-ġdid dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE, li jirriżulta mill-fużjoni li saret fis-sena finanzjarja tal-2015 tar-rapport ta’ Sinteżi u tar-rapport tal-Artikolu 318 TFUE, huwa element importanti tal-pakkett ta’ rapportar integrat (l-Artikolu 239).

·L-ispeċifikar li l-awditu estern mill-Qorti tal-Awdituri jieħu f’kunsiderazzjoni l-karattru pluriennali tal-programmi (l-Artikolu 247(1)).

6.3.2. Rapportar:

·L-obbligi ta’ rapportar huma ssimplifikati bl-eliminazzjoni ta’ ċerti elementi żejda (CPR).

7.    Amministrazzjoni tal-UE aktar sempliċi u effiċjenti

7.1.    Regoli finanzjarji ġenerali

Sensiela ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni għandha l-għan li tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu b’effiċjenza akbar, b’mod partikolari billi jimplimentaw b’mod konġunt approprjazzjonijiet amministrattivi sabiex jiksbu ekonomiji ta’ skala:

·L-għoti ta’ bażi ġuridika espliċita għall-Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz (SLA) bejn id-dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-korpi tal-UE u l-uffiċċji Ewropej u l-estensjoni għall-istituzzjonijiet kollha tal-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi. Fil-ġejjieni ser ikun possibbli wkoll li tiġi ddelegata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi lil uffiċċju mwaqqaf mill-Kummissjoni.

·L-iċċarar tad-distinzjoni bejn kompiti obbligatorji u mhux obbligatorji tal-uffiċċji (l-Artikoli 64 u 65): il-kompiti obbligatorji jridu jkunu koperti minn approprjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjoni tal-baġit relatata mal-uffiċċju. Il-kompiti mhux obbligatorji li uffiċċju jaqbel li jwettaq minn jeddu fuq it-talba ta’ istituzzjoni oħra jew korp ieħor huma koperti mill-baġit tal-istituzzjoni jew tal-korp rispettiv.

·L-awtorizzazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament pluriennali u t-tnaqqis tal-ammont ta’ elementi obbligatorji f’deċiżjoni ta’ finanzjament (l-Artikolu 108). Barra minn hekk, huwa propost li d-deċiżjoni ta’ finanzjament tikkostitwixxi fl-istess ħin il-programm ta’ ħidma annwali jew dak pluriennali. Dawn il-bidliet iħaffu l-implimentazzjoni tal-baġit fis-snin 2 u ta’ wara ta’ programm.

·L-iċċarar tar-regoli dwar l-Aġenziji Eżekuttivi (l-Artikolu 68): għandhom jirċievu kontribuzzjoni annwali; id-direttur tagħhom jaġixxi bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega meta jiġu implimentati approprjazzjonijiet operazzjonali; id-delega ta’ programm operazzjonali lil aġenzija eżekuttiva tista’ tinkludi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kif ukoll l-implimentazzjoni tan-nefqa amministrattiva sabiex jinkisbu sinerġiji u ekonomiji ta’ skala.

·It-tgħaqqid tal-Artikolu 139 tal-Bord tar-Regolament Finanzjarju mal-Bord dwar l-Irregolarità Finanzjarja (l-Artikolu 90): għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Bord tar-Regolament Finanzjarju li jirrakkomanda l-esklużjoni u penali finanzjarji fuq atturi ekonomiċi jsir kompetenti wkoll għal irregolaritajiet finanzjarji minn membri tal-persunal tal-UE, filwaqt li l-Bord Dixxiplinari jibqa’ jiddeċiedi fuq il-konsegwenzi ta’ dawn l-irregolaritajiet skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

7.2. Regoli settorjali

·Huma proposti diversi bidliet fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-programmi u programmi madwar il-pajjiżi kif ukoll Pjanijiet ta’ Azzjoni Konġunt li jinvolvu proġetti li jiffokaw fuq l-eżiti u fuq ir-riżultati.

·Fil-qasam tal-pagamenti diretti għall-bdiewa, jingħata appoġġ lill-bdiewa attivi u ċerti miżuri jiffokaw l-appoġġ fuq bdiewa żgħażagħ. Hija introdotta l-proporzjonalità għall-korrezzjonijiet finanzjarji marbutin mal-iżbalji tal-akkwist pubbliku sabiex jiġi evitat milli t-tali żbalji jitqiesu dejjem li jaffettwaw 100 % tal-għajnuna kkonċernata.

8.    Bidliet oħrajn

Operazzjonijiet ta’ dħul: huma proposti l-bidliet li ġejjin:

·Id-dispożizzjoni dwar l-aġġustamenti negattivi tar-riżorsi proprji għal finijiet kontabilistiċi hija mmodifikata għal raġunijiet ta’ trasparenza (l-Artikolu 94).

·Dispożizzjoni ġdida tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tintbagħat nota ta’ debitu lid-debitur (l-Artikolu 96 (2)), sabiex tirrifletti l-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

·L-Artikolu 107 ġdid jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rata li trid tiġi applikata għal imgħaxijiet kompensatorji f’każijiet li fihom għandu jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropew jew soluzzjoni amikevoli.

·Id-dispożizzjoni dwar multi, penali oħrajn jew sanzjonijiet hija mmodifikata sabiex tagħmilha ċara li l-ammonti msarrfin b’mod proviżorju għandhom jitħallsu lura lill-parti terza kkonċernata filwaqt li jitqies ir-redditu; u li multi imposti minn istituzzjonijiet apparti l-Kummissjoni (eż. il-Kunsill b’konformità mar-Regolament 1173/2011) ukoll huma koperti mir-Regolament Finanzjarju (bħalissa limitati għal multi imposti mill-Kummissjoni, Artikolu 106).

·It-test dwar id-dħul assenjat huwa mmodifikat sabiex jirrifletti l-kontribuzzjonijiet għal miżuri bħall-faċilità għar-rifuġjati fit-Turkija (l-Artikolu 20(2)).

Lista tal-atti settorjali mmodifikati mill-proposta:

·Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (‘EaSI’) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347 20.12.2013, p. 238);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289–302);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 470);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487–548);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti    tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru    2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru    1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855–864);

·Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129–171);

·Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1-41);

·Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14–26);

·Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-    Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv    tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004     u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-    Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament     Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1–32);

·id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227–234).

2016/0282 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42, 43(2), 46(d), 149, 153(2)(a), 164, 168(4)(b), 172, 175, 177, 178, 189(2), 209(1), 212(2), 322(2) u 349 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 11 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri 13 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Peress li wara tliet snin ta’ implimentazzjoni jridu jsiru aktar emendi għar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jitneħħew il-konġestjonijiet fl-implimentazzjoni billi tiżdied il-flessibbiltà, sabiex tiġi ssimplifikata l-kunsinna għall-partijiet ikkonċernati u għas-servizzi u sabiex jinxteħet fokus akbar fuq ir-riżultati, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jitħassar u jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament.

(2)Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (“il-baġit”) u r-regoli rilevanti jiġu inklużi f’regolament uniku wieħed (“ġabra unika tar-regoli”), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 15  jinħtieġ li jitħassar. Fl-interess taċ-ċarezza, ir-regoli ewlenin mir-Regolament (UE) Nru 1268/2012 jinħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament, u jinħtieġ li oħrajn jiġu inklużi fil-gwida għas-servizzi.

(3)Il-prinċipji baġitarji fundamentali għandhom jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għal oqsma speċifiċi bħar-riċerka, l-azzjonijiet esterni u l-fondi strutturali għandhom jiġu rieżaminati u ssimplifikati sa fejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq dawk involuti.

(4)Sa 10 % tal-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (SKŻ) jistgħu jinżammu mhux allokati fil-bidu tas-sena finanzjarja sabiex jitħalla finanzjament addizzjonali li jwieġeb għal ħtiġijiet kbar imprevisti, sitwazzjonijiet ta’ kriżi ġodda jew bidliet politiċi serji f’pajjiżi terzi, minbarra l-ammonti diġà pprogrammati. Dawn il-fondi mhux allokati, jekk ma jiġux impenjati matul is-sena, jinħtieġ li jiġu riportati permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(5)Ir-regoli dwar ir-riportar għandhom ikunu ppreżentati b’mod aktar ċar, u għandha ssir distinzjoni bejn ir-riporti awtomatiċi u mhux awtomatiċi.

(6)Sabiex tiġi ottimizzata l-implimentazzjoni tal-baġit, importanti li jingħata lok għar-riportar u għall-użu ta’ dħul assenjat b’mod estern għall-programm jew għall-azzjoni li jmiss. Għandu jkun possibbli li d-dħul assenjat intern jiġi riportat għal sena waħda biss, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor.

(7)Ir-regoli li jirregolaw it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet għandhom jippermettu għal flessibbiltà akbar sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-baġit. Għal dak l-għan, importanti li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar trasferimenti, li jaslu sa 10 % tal-approprjazzjonijiet operazzjonali bejn it-Titoli meta jkunu koperti mill-istess att bażiku. It-trasferimenti mil-linji ta’ sostenn amministrattiv għal-linji operazzjonali korrispondenti għandhom isiru b’mod awtonomu mill-Kummissjoni wkoll.

(8)Sabiex titjieb l-aġilità tal-implimentazzjoni ta’ strumenti speċjali, huma neċessarji proċeduri ssimplifikati ta’ mobilizzazzjoni u trasferiment għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

(9)Rigward id-dħul assenjat intern, għandha tiġi introdotta deroga mill-prinċipju ta’ speċifikazzjoni sabiex jitħalla jsir użu ottimali mit-tipi kollha ta’ approprjazzjonijiet disponibbli. F’dan ir-rigward, f’każ li ma jkun hemm ebda ħtieġa identifikata li tippermetti li tali dħul jintuża għall-finijiet li huwa assenjat għalihom, għandu jkun awtorizzat l-użu tiegħu għal skop differenti.

(10)L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni li ssir lill-Unjoni.

(11)Għandha tiddaħħal klawżola tal-awtorizzazzjoni sabiex tippermetti sponsorizzar in natura minn persuna ġuridka ta’ avveniment jew attività tal-UE għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.

(12)Il-kunċett tal-prestazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE għandu jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni għandha tiġi deskritta bħala applikazzjoni diretta tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Għandu jkun hemm rabta bejn il-prestazzjoni, l-iffissar tal-objettivi, l-indikaturi, ir-riżultati u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. Sabiex jiġu evitati kunflitti ma’ oqfsa tal-prestazzjoni eżistenti tal-programmi differenti, ir-referenzi f'termini tat-terminoloġija tal-prestazzjoni għandhom ikunu limitati għal objettivi u l-monitoraġġ tal-progress fil-kisba tagħhom.

(13)Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tkun ta’ kwalità għolja, tiffoka fuq oqsma fejn tipproduċi l-akbar valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej u tkun effettiva u effiċjenti kemm jista’ jkun fl-ilħuq tal-objettivi tal-politika komuni tal-Unjoni 16 . Is-soġġettar tal-programmi ta’ nfiq ġodda u eżistenti u tal-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għal evalwazzjoni jista’ jgħin sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(14)Il-prinċipju tat-trasparenza, imnaqqax fl-Artikolu 15 TFUE li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jaħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ, jimplika li, fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-baġit, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsiru jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintefqu il-fondi mill-Unjoni. Informazzjoni bħal din trawwem id-dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u ssaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni. Tali objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni, idealment bl-użu ta’ għodda moderni ta’ komunikazzjoni, ta’ informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha tal-fondi tal-Unjoni, li tqis tali interessi leġittimi ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà tar-riċevituri kollha u, f'dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali tagħhom. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti.

(15)L-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni implimentati b’implimentazzjoni diretta għandha tiġi ppubblikata fuq sit web tal-istituzzjonijiet u għandha tinkludi mill-inqas l-isem, il-post, l-ammont u l-għan tal-fondi. Dik l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, it-tip u l-importanza tal-miżura.

(16)L-isem u l-post tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati għall-premji, għall-għotjiet u għall-kuntratti mogħtija wara l-ftuħ ta’ proċedura pubblika għall-kompetizzjoni, kif inhu l-każ b’mod partikolari għall-kompetizzjonijiet, għas-sejħiet għal proposta u għas-sejħiet għall-offerti, fir-rigward tal-prinċipji tat-TFUE u b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni. Barra minn hekk, tali pubblikazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-kontroll tal-proċeduri tal-għażla pubblika mill-applikanti mhux magħżula tal-kompetizzjoni.

(17)Il-pubblikazzjoni tad-dejta personali li tirreferi għal persuni fiżiċi ma għandhiex taqbeż id-durata li matulha l-fondi jkunu qegħdin jintużaw mir-riċevitur u, għalhekk, għandha titneħħa wara sentejn. Jinħtieġ li l-istess għandu japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

(18)Fil-maġġoranza tal-każijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-pubblikazzjoni tikkonċerna persuni fiżiċi.

(19)Meta jkunu kkonċernati persuni fiżiċi, tali pubblikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li din tkun tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità bejn l-importanza tal-ammont mogħti u l-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-aħjar użu tal-fondi. F’dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, il-pubblikazzjoni tar-reġjun fil-livell NUTS 2 hija konsistenti mal-objettiv tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji, tiżgura trattament indaqs bejn l-Istati Membri ta’ daqs differenti filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tar-riċevituri għal ħajja privata u b’mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom.

(20)Informazzjoni dwar il-boroż ta’ studju u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn ma għandhiex tiġi ppubblikata.

(21)Sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tat-trattament indaqs bejn ir-riċevituri, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi għandha tiġi żgurata wkoll skont l-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu trasparenza kbira fejn jidħlu kuntratti akbar mill-ammont stabbilit fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvista pubblika u kuntratti għal servizzi pubbliċi.

(22)L-isem u l-post tar-riċevitur u l-ammont u l-għan tal-fondi ma għandhomx jiġu ppubblikati jekk tali pubblikazzjoni tista’ tipperikola l-integrità tar-riċevitur kif protetta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew tkun ta’ dannu għall-interessi kummerċjali leġittimi tal-benefiċjarju.

(23)F’każ ta’ implimentazzjoni indiretta u kondiviża, għandu jkun f’idejn il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-benefiċjarji finali. Fejn applikabbli, il-livell ta’ dettall u l-kriterji għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli speċifiċi għas-settur rilevanti u jistgħu jkunu ddefiniti aktar fil-ftehimet qafas finanzjarji ta’ sħubija. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni referenza tas-sit web fejn tista’ tinstab informazzjoni dwar ir-riċevituri u r-riċevituri finali.

(24)Fl-interess ta’ ċarezza akbar u trasparenza tad-dejta dwar l-istrumenti finanzjarji implimentati b’implimentazzjoni diretta u indiretta, xieraq li l-obbligi ta’ rapportar kollha jinġabru f’dokument ta’ ħidma wieħed mehmuż mal-abbozz ta' baġit.

(25)Xieraq li jiġi pprovdut għal possibbiltà li l-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma’ istituzzjonijiet oħrajn sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi u wkoll għal possibbiltà espliċita ta’ konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet bejn id-dipartimenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi tal-Unjoni, l-uffiċċji Ewropej, il-korpi jew il-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-iskejjel Ewropej għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti, għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti tal-bini.

(26)Xieraq li jiġu ddefiniti l-uffiċċji Ewropej u li ssir distinzjoni bejn il-kompiti obbligatorji u dawk mhux obbligatorji tat-tali uffiċċji. Għandha tiddaħħal il-possibbiltà għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-korpi tal-Unjoni u għal uffiċċji Ewropej oħrajn li jiddelegaw setgħat ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-direttur tal-uffiċċju Ewropew. L-uffiċċji Ewropej għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkonkludu ftehim dwar il-livell ta’ servizz għall-provvista ta’ servizzi, għall-forniment ta’ prodotti, għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti tal-bini. Xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-forniment ta’ rekords kontabilistiċi, dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni sabiex jiddelega wħud mill-kompiti tiegħu lill-persunal f’dawk l-uffiċċji u l-proċeduri operazzjonali għall-kontijiet tal-bank li l-uffiċċji Ewropej jistgħu jkunu awtorizzati jiftħu f’isem il-Kummissjoni.

(27)Sabiex tkompli titjieb il-kosteffiċjenza tal-aġenziji eżekuttivi u fid-dawl tal-esperjenza prattika miksuba b’korpi oħrajn tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jkun jista’ jiġi inkarigat bil-kompiti kollha jew b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-aġenzija eżekuttiva.

(28)Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li d-diretturi tal-aġenziji eżekuttivi jaġixxu bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni mid-delegazzjoni meta jimmaniġġja approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ programmi delegati lill-aġenzija tagħhom. Sabiex jinkiseb l-effett sħiħ tal-gwadanji fl-effiċjenza li jirriżultaw minn ċentralizzazzjoni globali ta’ ċerti servizzi ta’ appoġġ, għandha tissemma b’mod espliċitu l-possibbiltà li l-aġenziji eżekuttivi jimplimentaw nefqiet amministrattivi.

(29)Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji, b’mod partikolari l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u l-uffiċjali tal-kontabilità.

(30)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar il-ħatra ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, ta’ awditur intern u ta’ uffiċjal tal-kontabilità jew dwar it-tmiem tad-dmirijiet tiegħu.

(31)L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ dħul u ta’ nefqa eżegwiti taħt l-awtorità tagħhom, inkluż f’termini tas-sistemi ta’ kontroll intern, u għandhom jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inkluż, fejn hemm bżonn, permezz ta’ proċeduri dixxiplinari.

(32)Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-prinċipji tal-proċeduri li jridu jiġu osservati. Hemm bżonn li jiġi pprovdut ukoll li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandhom jaraw li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki rispettivi u li jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll li għandha tieħu post l-obbligu li jiġi stabbilit kodiċi speċifiku ta’ standards professjonali applikabbli għal verifiki finanzjarji biss. Ir-responsabbiltajiet meħudin jingħata kont tagħhom f’rapport annwali lill-istituzzjoni u r-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja u ta' ġestjoni meħtieġa sabiex jappoġġja d-dikjarazzjoni ta’ garanzija tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega dwar it-twettiq ta’ dmirijietu, inkluża l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet imwettqin. Id-dokumenti ta’ prova relatati mal-operazzjonijiet imwettqa għandhom jinżammu. Fl-aħħar nett, il-forom diversi kollha ta’ proċeduri nnegozjati għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi għandhom, minħabba li dawk il-kuntratti jirrappreżentaw derogi mill-proċeduri normali ta’ għoti, ikunu s-suġġett ta’ rapport speċjali lill-istituzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(33)Għandu jiġi kkunsidrat ir-rwol doppju tad-delega tal-Kap tal-Unjoni, u tad-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom, bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem “SEAE”) u, fir-rigward ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, għall-Kummissjoni.

(34)Id-delega tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess lid-deputati Kapijiet tad-Delegi hija ristretta għal sitwazzjonijiet li fihom it-twettiq ta’ dawn il-kompiti mid-deputati Kapijiet tad-Delegazzjonijiet ikun strettament neċessarju sabiex tiġi żgurata kontinwità tal-operat fin-nuqqas tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet. Id-deputati Kapijiet tad-Delegazzjonijiet ma jistgħux jeżerċitaw dawn is-setgħat fuq bażi sistematika jew għal raġunijiet ta’ qsim tax-xogħol intern.

(35)L-uffiċjal tal-kontabilità jibqa reponsabbli għal-eżekuzzjoni xierqa tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti riċevibbli. Jimmaniġġja t-teżor, il-kontijiet tal-bank u l-fajls ta’ partijiet terzi, iżomm il-kontijiet u huwa responsabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huwa l-unika persuna li hija intitolata li tiddefinixxi r-regoli tal-kontabilità u t-tabelli tal-kontijiet armonizzati, filwaqt li l-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet kollha l-oħrajn tal-Unjoni jiddefinixxu l-proċeduri tal-kontabilità applikabbli fl-istituzzjonijiet tagħhom.

(36)Għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-arranġamenti għall-ħatra u għat-tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

(37)Xieraq li l-uffiċjal tal-kontabilità jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-kontijiet miftuħin għar-rekwiżiti tal-immaniġġjar ta’ flus u l-kontijiet għall-antiċipi mhumiex f’sitwazzjoni midjuna.

(38)Għandhom jiġu stipulati wkoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-kontijiet għall-antiċipi, sistema ta’ ġestjoni li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-proċeduri baġitarji normali, filwaqt li għandhom jiġu stabbiliti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-amministraturi tal-imprest, kif ukoll dawk tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabilità b’rabta mal-kontroll tal-kontijiet għall-antiċipi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar kull ħatra jew tmiem tad-dmirijiet. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandhom jiġu stabbiliti kontijiet għall-antiċipi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għal approprjazzjonijiet kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mit-taqsimiet tal-baġit relatati mas-SEAE. Xieraq ukoll li f’ċerti kundizzjonijiet ikun awtorizzat l-użu ta’ kontijiet għall-antiċipi fid-delegazzjoni tal-Unjoni għal ħlasijiet ta’ ammonti limitati bi proċeduri baġitarji. Rigward il-ħatra ta’ amministraturi tal-imprest, intwera li hemm bżonn li dawn jingħażlu anki minn fost il-persunal imħaddem mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkunx hemm persunal statutorju tal-Kummissjoni disponibbli.

(39)Sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja kull meta ma jkun hemm ebda persunal statutorju rispettiv tal-Kummissjoni disponibbli u jkun hemm diffikultajiet tekniċi sabiex l-impenji legali kollha jiġu ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandu jkun awtorizzat li l-persunal imħaddem mill-Kummissjoni f’dak il-qasam jiffirma impenji legali ta’ valur baxx ħafna li jasal sa EUR 2 500 li jkunu marbutin ma’ pagamenti eżegwiti mill-kontijiet għall-antiċipi, u li l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew id-deputati tagħhom jiffirmaw impenji legali fuq l-ordni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

(40)Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ kull attur finanzjarju, huma jistgħu jinżammu responsabbli biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. Fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni twaqqfu l-bordijiet speċjalizzati dwar l-irregolaritajiet finanzjarji, iżda minħabba n-numru limitat ta’ każijiet sottomessi lilhom u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, xieraq li l-funzjonijiet tagħhom jiġu ttrasferiti għall-bord interistituzzjonali li għadu kemm twaqqaf bil-għan li jivvaluta t-talbiet u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi (esklużjoni u penali finanzjarja) riferiti lilu mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni. Dan it-trasferiment għandu wkoll l-għan li jevita xogħol doppju u li jimmitiga r-riskji ta’ rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet kontradittorji, f’każijiet li fihom ikunu involuti kemm attur ekonomiku kif ukoll membru tal-persunal tal-UE. Għandha tinżamm il-proċedura li permezz tagħha uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jfittex konferma ta’ struzzjoni li dak l-uffiċjali jqis li tkun irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u b’hekk jinħeles minn kull responsabbiltà. Il-kompożizzjoni ta’ dan il-bord għandha tiġi mmodifikata meta jaqdi dan ir-rwol.

(41)Rigward id-dħul, hemm bżonn li jiġu indirizzati l-aġġustamenti negattivi tar-riżorsi proprji koperti mir-Regolament tal-Kunsill dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea. Ħlief għall-każ speċjali ta’ riżorsi proprji, hemm bżonn li jinżammu l-kompiti u l-kontrolli li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fl-istadji differenti tal-proċedura: l-istabbiliment tal-istima tal-ammonti riċevibbli, l-ordni ta’ rkupru, il-ħruġ tan-nota ta’ debitu li tinforma lid-debitur li ġie stabbilit l-ammont riċevibbli, il-kalkolu ta’ kwalunkwe mgħax ta’ inadempjenza dovut u d-deċiżjoni, fejn meħtieġa, li jiġi rrinunzjat intitolament soġġett għall-kriterji li jiggarantixxu l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jiġi żgurat il-ġbir effiċjenti tad-dħul.

(42)L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun jista’ jirrinunzja b’mod totali jew parzjali għall-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit meta d-debitur ikun daħal f’xi wieħed mill-proċedimenti ta’ insolvenza ddefiniti mir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza, b’mod partikolari f’każijiet ta’ arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi.

(43)Għandhom jiġu applikati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proċeduri tal-aġġustament jew it-tħassir ta’ stima ta’ ammont riċevibbli.

(44)Minħabba l-iżviluppi riċenti fis-swieq finanzjarji u r-rata tal-BĊE applikata għall-operazzjonijiet ta’ rinfinanzjament ewlenin tiegħu, hemm bżonn li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar ir-rata tal-imgħax għal multi jew għal penali oħrajn sabiex jiġi pprovdut għal regoli f’każijiet ta’ rata tal-imgħax negattiva.

(45)Sabiex tkun riflessa n-natura speċifika ta’ riċevibbli li jikkonsistu f’multi jew penali oħrajn imposti mill-Istituzzjonijiet skont it-TFUE jew it-Trattat tal-Euratom, hemm bżonn li jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli fuq ammonti dovuti iżda li għadhom ma tħallsux, f’każ li tali ammonti jiżdiedu mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(46)Ir-regoli dwar l-irkupru għandhom jiġu kemm iċċarati kif ukoll imsaħħin. B’mod partikolari, għandu jiġi speċifikat li l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra l-ammonti billi jpaċihom ukoll kontra ammonti dovuti lid-debitur minn aġenzija eżekuttiva meta jimplimenta l-baġit tal-Unjoni.

(47)Għall-fini ta’ sigurtà legali, għandhom jiġu ddefiniti r-regoli dwar meta għandha tintbagħat nota ta’ debitu.

(48)Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-assi filwaqt li tiġi ġġenerata wkoll remunerazzjoni finanzjarja, jeħtieġ li l-ammonti jissarrfu proviżorjament, bħal multi ta’ kompetizzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu kkontestati, investiti f’assi finanzjarji, u li tiġi ddeterminata l-assenjazzjoni tar-redditu fuqhom. Peress li l-Kummissjoni mhijiex l-unika istituzzjoni li hija intitolata timponi multi jew penali oħrajn, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar multi jew penali oħrajn imposti minn istituzzjonijiet oħrajn u li jiġu stabbiliti regoli għall-irkupru tagħhom li għandhom ikunu ekwivalenti għall-multi jew għall-penali imposti mill-Kummissjoni.

(49)Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fuq għotjiet, akkwisti, fondi fiduċjarji, premjijiet, strumenti finanzjarji, faċilitajiet ta’ taħlit u garanziji baġitarji. Fl-istess ħin, sabiex tingħata perspettiva aktar fit-tul lir-riċevituri potenzjali, hemm bżonn li jkun permess li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jiġu adottati għal aktar minn sena iżda l-implimentazzjoni tkun soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet baġitarji għas-sena rispettiva. Sabiex tiġi stabbilita perspettiva aktar fit-tul bħal din, hemm bżonn li jitnaqqas in-numru tal-elementi meħtieġa għad-deċiżjoni ta’ finanzjament. Bl-għan ta’ simplifikazzjoni, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tkun tikkostitwixxi fl-istess ħin programm annwali jew pluriennali. Peress li l-kontribuzzjoni lill-korpi msemmija fl-Artikoli 69 u 70 diġà hija stabbilita fil-baġit annwali, ma għandux ikun hemm bżonn li tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifika f’dan ir-rigward.

(50)Fir-rigward tan-nefqa, għandhom jiġu definiti kemm ir-relazzjoni bejn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-impenji globali u l-impenji individwali, kif ukoll il-kunċetti ta’ impenn baġitarju u legali tan-nefqa għandhom jiġu ċċarati sabiex jiġi stabbilit qafas ċar għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-baġit.

(51)Sabiex b’mod partikolari jitqies l-għadd ta’ impenji legali konklużi fid-delegazzjonijiet u fir-rappreżentazzjonijiet tal-Unjoni u ċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju esperjenzat minnhom, l-impenji proviżorji għandhom ikunu possibbli wkoll f’każijiet li fihom ir-riċevituri finali u l-ammonti jkunu magħrufin.

(52)Sabiex isir użu aħjar mill-approprjazzjonijiet imqegħdin għad-dispożizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet esterni, il-limitu ta’ żmien li matulu jistgħu jsiru l-impenji legali individwali fuq il-bażi ta’ impenn baġitarju globali għandu jitneħħa flimkien mal-obbligu li jiġi konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1 f’każijiet li fihom ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz jippreżenta l-impenn baġitarju globali li jkopri l-ftehim ta’ kontribuzzjoni wkoll.

(53)Rigward it-tipoloġija tal-pagmenti li jistgħu jsiru mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni , għandha tiġi pprovduta kjarifika tad-diversi tipi ta’ pagamenti, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Ir-regoli għall-ikklerjar tal-pagamenti tal-prefinanzjament għandhom jiġu ċċarati aktar b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx possibbli kklerjar interim. Għal dan l-għan, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali ffirmati.

(54)Jinħtieġ li dan ir-Regolament jistipula li l-pagamenti jridu jsiru fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat u li f’każ ta’ nuqqas ta’ rispett ta’ dan il-limitu ta’ żmien, il-kredituri se jkunu intitolati għal imgħaxijiet ta’ inadempjenza li jiġu ddebitati lill-baġit, bl-eċċezzjoni tal-Istati Membri, u l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew tal-Investiment introdotti ġodda.

(55)Huwa kkunsidrat xieraq li jiġu integrati d-dispożizzjonijiet dwar il-validazzjoni u l-awtorizzazzjoni tan-nefqa f’artikolu wieħed u li tiddaħħal definizzjoni tad-diżimpenji. Peress li t-tranżazzjonijiet jitwettqu f’sistemi kompjuterizzati, il-kunċett ta’ “ffirmar” ta’ kupun ‘mgħoddi għall-ħlas’” ġie sostitwit minn “firma b’sigurtà elettronika” ħlief f’numru limitat ta’ każijiet. Huwa neċessarju wkoll li jiġi ċċarat li l-validazzjoni tan-nefqa tapplika għall-kostijiet kollha eliġibbli, jiġifieri anki dawk li mhumiex assoċjati ma' talba għall-ħlas, li huwa l-każ għall-ikklerjar tal-prefinanzjament.

(56)Sabiex tonqos il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb iċ-ċarezza ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għal aktar minn strument ta’ implimentazzjoni tal-baġit wieħed. Għal dawk ir-raġunijiet, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu raggruppati, l-għażla tal-kliem u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħrajn għandhom jiġu allinjati u ripetizzjonijiet u kontroreferenzi żejda għandhom jitneħħew.

(57)Għandha tinxteħet enfasi akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi ddefinita forma addizzjonali ta’ finanzjament li mhijiex marbuta mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti minbarra l-forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà ferm stabbiliti (rimborż tal-kostijiet eliġibbli fil-fatt imġarrbin, finanzjament ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa u ta’ rata fissa). Din il-forma ta’ finanzjament għandha tkun ibbażata fuq l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet ex ante jew inkella fuq il-kisba ta’ riżultati mkejlin b'referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni.

(58)Meta l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tar-riċevituri ta’ fondi tal-UE jew tas-sistemi u tal-proċeduri tagħhom, għandha tkun kapaċi tiddependi fuq il-valutazzjonijiet diġà mwettqin minn entitajiet jew donaturi oħrajn bħal organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex tevita valutazzjonijiet duplikati tal-istess riċevituri. Il-possibbiltà ta’ kontrodipendenza fuq valutazzjonijiet imwettqin minn entitajiet oħrajn għandha tintuża meta dawn il-valutazzjonijiet ikunu saru fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni applikabbli. Għaldaqstant, sabiex titrawwem kontrodipendenza fuq il-valutazzjonijiet fost id-donaturi, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati f’livell internazzjonali jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

(59)Importanti wkoll li jiġi evitat li r-riċevituri ta’ fondi tal-UE jiġu awditjati diversi drabi minn entitajiet differenti dwar l-użu ta’ dawn il-fondi. Għaldaqstant hemm bżonn li tkun prevista l-possibbiltà ta’ dipendenza fuq awditi diġà mwettqin minn awdituri indipendenti diment li jkunu bbażati fuq standards aċċettati f’livell internazzjonali, li jipprovdu garanzija raġonevoli, u li jkunu twettqu fuq id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti finanzjarji li jistipulaw l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Imbagħad dawn l-awditi għandhom jifformaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva fuq l-użu tal-fondi tal-UE.

(60)Huwa importanti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li r-riżorsi allokati lilhom permezz ta’ implimentazzjoni kondiviża jiġu ttrasferiti fil-livell tal-Unjoni u jiġu implimentati mill-Kummissjoni f’implimentazzjoni diretta jew indiretta, fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. B'hekk jiġi ottimizzat l-użu ta’ dawn ir-riżorsi u tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont Regolamenti settorjali speċifiċi inkluż ir-Regolament tal-FEIS, li għalihom l-Istati Membri jitolbu t-trasferiment ta’ dawn ir-riżorsi. Sabiex tiġi ggarantita implimentazzjoni effiċjenti ta’ dawn l-istrumenti, hemm bżonn li jkun previst li meta r-riżorsi jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont Regolamenti settorjali speċifiċi inkluż ir-Regolament FEIS, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli ta’ dawk ir-regolamenti.

(61)Sabiex tipprovdi għal mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fit-tul mar-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni, għandu jkun hemm provvediment għall-possibbiltà li jiġu ffirmati ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għandhom jiġu implimentati permezz ta’ għotjiet jew permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-kontenut minimu ta' tali ftehimiet għandu jiġi speċifikat. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja ma għandhomx jillimitaw l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni indebitament.

(62)Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sospensjoni, għat-terminazzjoni u għat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu armonizzati fl-istrumenti ta’ implimentazzjoni tal-baġit differenti (pereżempju għotjiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, premji, eċċ.). Għandhom jiġu ddefiniti r-raġunijiet għal tali sospensjoni, terminazzjoni jew tnaqqis.

(63)Jinħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi perjodi standard għaż-żamma mir-riċevituri ta’ dokumenti relatati mal-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni sabiex jiġu evitati rekwiżiti kuntrattwali diverġenti jew sproporzjonati filwaqt li xorta jipprovdu biżżejjed żmien lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex jiksbu aċċess għal tali data u dokumenti u jwettqu l-kontrolli u l-awditi ex post. Barra minn hekk, il-parteċipanti u r-riċevituri għandhom ikunu obbligati jikkooperaw fil-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni.

(64)Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-parteċipanti u lir-riċevituri u sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ difiża tagħhom, dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-parteċipanti u lir-riċevituri jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom qabel ma jadottaw xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet tagħhom u jkunu informati dwar il-mezzi ta’ rimedju li jistgħu jħaddmu sabiex jikkontestaw miżura bħal din.

(65)Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema unika ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni.

(66)Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tapplika għal parteċipanti, għal riċevituri, għal entitajiet li l-kandidat jew l-offerent biħsiebu joqgħod fuq il-kapaċità tagħhom jew għal sottokuntratturi ta’ kuntrattur, għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fejn il-baġit ikun implimentat b’implimentazzjoni diretta, għal kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni permezz ta’ strumenti finanzjarji implimentati b’mod dirett u parteċipanti jew benefiċjarji ta’ entitajiet li jimplimentaw il-baġit permezz ta’ implimentazzjoni kondiviża.

(67)Għandu jiġi ċċarat li meta deċiżjoni li tiġi rreġistrata persuna jew entità fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija jew ta’ esklużjoni tittieħed fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika li hija membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ dik il-persuna jew l-entità, jew li għandha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dik il-persuna jew l-entità jew persuna fiżika jew ġuridika li tassumi responsabbiltà illimitata għad-djun ta’ dik il-persuna jew l-entità jew persuna fiżika li hija essenzjali għall-għoti jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali, l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta’ dejta għandha tkun tinkludi l-informazzjoni dwar dawn il-persuni.

(68)Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ persuna jew entità mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ għoti jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarja u d-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, fid-dawl tal-awtonomija tiegħu fi kwistjonijiet amministrattivi. Fin-nuqqas ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali u f'każijiet marbuta ma' ksur serju tal-kuntratt, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom wara li jikkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-bord fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni preliminari fil-liġi. Il-bord għandu jivvaluta wkoll id-durata tal-esklużjoni f' każijiet fejn id-durata ma tkunx ġiet stabbilita permezz ta' sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali.

(69)Ir-rwol tal-bord għandu jkun li jiżgura t-tħaddim koerenti tas-sistema ta' esklużjoni. Il-bord għandu jkun magħmul minn president permanenti, rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

(70)Il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ma tippreġudikax il-valutazzjoni finali tal-aġir tal-persuna jew tal-entità kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni tal-bord, kif ukoll id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandhom jiġu riveduti wara n-notifika ta' din il-valutazzjoni finali.

(71)Persuna jew entità għandha tiġi eskluża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta tinqata’ sentenza finali jew tittieħed deċiżjoni amministrattiva finali f'każ ta’ mġiba professjonali ħażina serja, nonkonformità, kemm jekk intenzjonata jew le, mal-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi, frodi li jaffettwa l-baġit, korruzzjoni, parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, reati relatati mat-terroriżmu, tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin jew irregolarità. Għandha tiġi eskluża wkoll fil-każ ta' ksur serju ta' impenn legali jew falliment.

(72)Meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-esklużjoni jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarja u dwar il-pubblikazzjoni tagħha jew dwar iċ-ċaħda ta' persuna jew ta’ entità, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi jqis b'mod partikolari s-serjetà tas-sitwazzjoni, l-impatt baġitarju tagħha, iż-żmien li għadda mill-aġir rilevanti, id-durata tagħha u r-rikorrenza tagħha, l-intenzjoni jew il-livell ta' negliġenza u l-livell ta' kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità mal-awtorità kompetenti rilevanti dwar l-investigazzjoni u l-kontribut tagħha għall-investigazzjoni.

(73)L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun jista' wkoll jeskludi lil persuna jew entità meta persuna fiżika jew ġuridika li tassumi responsabbiltà illimitata għad-djun ta' dak l-attur ekonomiku tkun falluta jew f'sitwazzjoni simili ta' insolvenza jew fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew it-taxxi, meta tali sitwazzjonijiet iħallu impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-attur ekonomiku.

(74)Persuna jew entità ma għandhiex tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' esklużjoni meta tkun ħadet miżuri ta' rimedju, u b'hekk tkun uriet li tista' tiġi fdata. Dik il-possibbiltà ma għandhiex tapplika f'każ tal-aktar attivitajiet kriminali serji.

(75)Fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom jiġu speċifikati l-każijiet li fihom penali finanzjarja tista' tiġi imposta bħala alternattiva għall-esklużjoni u l-każijiet li fihom is-serjetà tal-aġir tal-benefiċjarju kkonċernat meta jkun ipprova indebitament jikseb fondi tal-Unjoni tiġġustifika l-impożizzjoni ta' penali finanzjarja apparti l-esklużjoni sabiex jiġi żgurat effett deterrenti. Għandha tiġi ddefinita wkoll il-penali finanzjarja minima u massima li tista' tiġi imposta mill-awtorità kontraenti.

(76)Penali finanzjarja għandha tiġi imposta biss fuq benefiċjajru u mhux fuq parteċipant peress li l-ammont tal-penali finanzjarja li ser tiġi imposta tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-valur tal-impenn legali inkwistjoni.

(77)Il-possibbiltà li jiġu applikati penali amministrattivi u/jew finanzjarji fuq bażi regolatorja hija indipendenti mill-possibbiltà li jiġu applikati penali kuntrattwali, bħal danni likwidati u għandha tiġi nnutata.

(78)Id-durata tal-esklużjoni għandha tkun limitata fiż-żmien, bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE 17 u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità.

(79)Jeħtieġ li jiġu determinati d-data tal-bidu u d-durata tal-perjodu ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi.

(80)Huwa importanti li jkun jista' jissaħħaħ l-effett ta' deterrent miksub permezz tal-esklużjoni jew tal-penali finanzjarja. F'dak ir-rigward, l-effett ta' deterrent għandu jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mal-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dan għandu jikkontribwixxi sabiex jiżgura li ma jirrepetix ruħu l-istess aġir. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi speċifikat f'liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkunsidra kull rakkomandazzjoni tal-bord. Sa fejn huma kkonċernati l-persuni fiżiċi, id-dejta personali għandha tiġi ppubblikata biss f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-aġir jew l-impatt tiegħu fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(81)L-informazzjoni relatata ma’ esklużjoni jew ma’ penali finanzjarja għandha tiġi ppubblikata biss fil-każ ta' mġiba professjonali ħażina serja, frodi, nuqqasijiet sinifikanti fil-ħarsien tal-obbligi ewlenin ta' kuntratt iffinanzjat mill-baġit jew irregolarità.

(82)Il-kriterji għall-esklużjoni għandhom ikunu separati b'mod ċar mill-kriterji li jwasslu għal ċaħda possibbli minn proċedura partikolari.

(83)L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni bikrija ta' riskji u dwar l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi fuq persuna ta’ entità għandha tiġi ċċentralizzata. Għal dak l-għan, informazzjoni relatata għandha tinħażen f'bażi ta' dejta maħluqa u mħaddma mill-Kummissjoni bħala sidt is-sistema ċentralizzata. Dik is-sistema għandha taħdem f'konformità sħiħa mad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(84)Filwaqt li l-ħolqien u t-tħaddim tas-sistema unika ta' identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, istituzzjonijiet u korpi oħrajn, kif ukoll l-entitajiet kollha li jimplimentaw il-baġit permezz ta’ implimentazzjoni diretta, kondiviża u indiretta għandhom jieħdu sehem f'dik is-sistema ċentralizzata billi jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-bord għandhom jiggarantixxu d-dritt ta' difiża tal-atturi ekonomiċi. L-istess dritt għandu jingħata lil persuna ta’ entità, fil-kuntest ta' identifikazzjoni bikrija, fejn att previst minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jkun jista' jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna ta’ entità kkonċernata. Fil-każijiet ta' frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għadhom mhumiex soġġetti għal sentenza finali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-bord għandhom jingħataw il-possibbiltà li jiddifferixxu l-opportunità mogħtija lill-persuna ta’ entità li tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha. Tali differiment għandu jiġi ġustifikat biss fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni.

(85)Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata ġurisdizzjoni illimitata fir-rigward tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(86)Sabiex jiffaċilitaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-mezzi kollha ta' implimentazzjoni, għandu jkun possibbli għall-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit f'implimentazzjoni kondiviża u indiretta li jqisu, kif xieraq, esklużjonijiet li jiddeċiedu dwarhom l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(87)Dan ir-Regolament għandu jrawwem l-objettiv tal-amministrazzjoni elettronika, u b'mod partikolari l-użu tad-dejta elettronika fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u partijiet terzi.

(88)Il-progress lejn l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni u s-sottomissjoni elettronika tad-dokumenti, li jikkostitwixxu miżura ewlenija ta’ simplifikazzjoni, għandu jkun akkumpanjat minn kundizzjonijiet ċari għall-aċċettazzjoni tas-sistemi li jridu jintużaw, bil-għan li jiġi stabbilit ambjent legalment b’saħħtu filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-parteċipanti, għar-riċevituri u għall-uffiċċji tal-awtorizzazzjoni kif stipulat f’dan ir-Regolament.

(89)Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kompożizzjoni u l-kompiti tal-kumitat inkarigat mill-valutazzjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni fi proċeduri tal-akkwist, ta’ għoti tal-għotjiet u fil-kuntesti għal premji. Il-kumitat jista’ jkun kompost minn esperti esterni jekk dan ikun stipulat fl-att bażiku.

(90)B’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jitlob kjarifiki jew dokumenti neqsin filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta’ trattament indaqs u mingħajr ma jbiddel b’mod sostanzjali d-dokumenti tal-applikazzjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddeċiedi li ma jagħmilx dan biss f’każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun jista’ jikkoreġi żball klerikali ovvju jew jitlob lill-parteċipant jikkoreġih.

(91)Il-ġestjoni finanzjarja tajba għandha teħtieġ li l-Kummissjoni tipproteġi lilha nfisha billi titlob garanziji fi żmien il-ħlas tal-prefinanzjament. Ir-rekwiżit għall-kuntratturi u għall-benefiċjarji li jippreżentaw garanziji ma għandux ikun awtomatiku iżda għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskji. Meta matul l-implimentazzjoni l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jiskopri li garanti ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun jista’ jitlob li tinbidel il-garanzija.

(92)Is-settijiet ta’ regoli differenti għal implimentazzjoni diretta u indiretta, b’mod partikolari d-definizzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit, ħolqu konfużjoni u involvew riskju fi żbalji ta’ kwalifikazzjoni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għas-sħab tagħha u, b'hekk, għandhom jiġu ssimplifikati u armonizzati.

(93)Id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-pilastru ex ante għandhom jiġu riveduti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddependi kemm jista’ jkun fuq is-sistemi u l-proċeduri tas-sħab tagħha li jitqiesu ekwivalenti għal dawk użati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, importanti li jiġi ċċarat li meta l-valutazzjoni ssib oqsma fejn il-proċeduri fis-seħħ ma jkunux jagħmlu biżżejjed sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni filwaqt li timponi miżuri superviżorji addizzjonali. Importanti wkoll li jiġi ċċarat fejn il-Kummissjoni ma teħtieġx valutazzjoni tal-pilastru sabiex tiffirma ftehimiet ta’ kontribuzzjoni.

(94)Xieraq li jiġi indikat li r-rimunerazzjoni tal-Organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-baġit tal-UE għandu jkollha natura bbażata fuq il-prestazzjoni, fejn rilevanti u possibbli.

(95)Il-Kummissjoni tidħol fi sħubijiet ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ ftehimiet ta’ finanzjament. Importanti li jiġi ċċarat il-kontenut tal-ftehim ta’ finanzjament b’mod partikolari għal dawk il-partijiet li huma implimentati mill-pajjiż terz fl-implimentazzjoni indiretta.

(96)Importanti li tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika tal-faċilitajiet ta’ tħallit fejn il-Kummissjoni tħallat il-kontribuzzjoni tagħha ma’ dik tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji u li tiċċara l-applikazzjoni tat-Titolu X dwar l-Istrumenti Finanzjarji.

(97)Ir-regoli tal-akkwist u l-prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi mogħtijin mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’isimhom stess għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli li jinsabu fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 u fid-Direttiva 2014/24/UE.

(98)Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, il-metodoloġija tal-awtoritajiet kontraenti għad-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għandha tkun iċċarata.

(99)Il-miżuri ta' pubbliċità ex ante u ex post meħtieġa biex titnieda l-proċedura ta' akkwist għandhom jiġu ċċarati fil-każ ta' kuntratti 'l fuq u 'l isfel mil-livelli limitu stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE u għal dawk li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(100)Dan ir-Regolament għandu jinkludi lista eżawrijenti tal-proċeduri kollha ta' akkwist disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni irrispettivament mil-limiti.

(101)Fl-interessi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għandu jiġi pprovdut għal proċeduri nnegozjati għal kuntratti b'valur medju.

(102)Bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE, dan ir-Regolament għandu jippermetti li jiġi kkonsultat is-suq qabel it-tnedija ta' proċedura ta' akkwist. Sabiex jiġi żgurat li s-sħubija tal-innovazzjoni tintuża biss meta l-prodott mixtieq ma jkunx jeżisti fis-suq, f’dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit obbligu li t-tali konsultazzjoni tas-suq preliminari ssir qabel ma tintuża sħubija tal-innovazzjoni.

(103)Għandha tiġi ċċarata l-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet kontraenti għall-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jiżguraw li jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus fil-kuntratti tagħhom, b'mod partikolari billi jintalbu tikketti speċifiċi jew bl-użu ta' metodi ta' għoti adegwati.

(104)Sabiex jiġi żgurat li, fl-eżekuzzjoni ta' kuntratti, l-atturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi ambjentali, soċjali u tal-liġi tax-xogħol applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali, minn ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali internazzjonali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE, dawn l-obbligi għandhom ikunu parti mir-rekwiżiti minimi definiti mill-awtorità kontraenti u għandhom jiġu integrati fil-kuntratti ffirmati mill-awtorità kontraenti.

(105)Huwa xieraq li każijiet differenti normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess jiġu identifikati u ttrattati b’mod differenti. Il-kunċett ta' “kunflitt ta' interess” għandu jintuża biss għal każijiet li fihom entità jew persuna b’responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit, għall-awditjar jew għall-kontroll jew uffiċjal jew aġent ta' istituzzjoni tal-Unjoni jkun jinsab f'sitwazzjoni bħal din. F'każijiet li fihom attur ekonomiku jipprova jinfluwenza proċedura b'mod mhux xieraq jew jikseb informazzjoni kunfidenzjali, dan l-aġir għandu jiġi ttrattat bħala mġiba professjonali ħażina serja. Barra minn hekk, l-atturi ekonomiċi jistgħu jkunu f'sitwazzjoni fejn m'għandhomx jintgħażlu biex jimplimentaw kuntratt minħabba interess professjonali li joħloq kunflitt. Pereżempju, kumpanija ma għandhiex tevalwa proġett li ħadet sehem fih jew awditur ma għandux ikun f'pożizzjoni li jawditja kontijiet li jkun iċċertifika fl-imgħoddi.

(106)F'konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, għandu jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk attur ekonomiku huwiex eskluż, li jiġu applikati kriterji tal-għażla u tal-għoti, kif ukoll li tiġi vverifikata l-konformità mad-dokumenti ta' akkwist fi kwalunkwe ordni. Bħala riżultat, għandu jkun possibbli li offerti jiġu miċħudin fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti mingħajr kontroll minn qabel dwar il-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla tal-offerent korrispondenti.

(107)Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża f'konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE. Għandu jiġi ċċarat li l-kriterji tal-għażla huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni ta' kandidati jew ta’ offerenti u l-kriterji tal-għoti ta' kuntratt huma strettament marbuta mal-evalwazzjoni tal-offerti.

(108)L-akkwist pubbliku tal-Unjoni għandu jiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod effettiv, trasparenti u adegwat. B'rabta ma' dan, l-akkwist elettroniku għandu jikkontribwixxi għall-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti għall-atturi ekonomiċi kollha.

(109)Għandha tiġi ċċarata l-eżistenza ta’ fażi ta’ ftuħ u evalwazzjoni għal kwalunkwe proċedura. Deċiżjoni ta' għoti għandha dejjem tkun ir-riżultat ta' evalwazzjoni.

(110)Meta jiġu nnotifikati dwar l-eżitu ta' proċedura, il-kandidati u l-offerenti għandhom jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni u għandhom jirċievu dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li jkun ibbażat fuqhom il-kontenut tar-rapport ta' evalwazzjoni.

(111)Minħabba li l-kriterji jiġu applikati mingħajr ebda ordni partikolari, l-offerenti miċħuda li jkunu ppreżentaw offerti konformi għandhom jirċievu l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta li ntgħażlet jekk huma jitolbu dan.

(112)Għal kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, għandu jiġu rinunzjat l-obbligu li jiġu pprovduti l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta ta' suċċess lill-kuntrattur li l-offerta tiegħu ma kinitx suċċess, u dan għar-raġuni li l-għoti ta' informazzjoni bħal din lill-partijiet tal-istess kuntratt qafas kull darba li terġa' tinfetaħ kompetizzjoni jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

(113)Awtorità kontraenti għandha tkun tista' tikkanċella proċedura ta' akkwist qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati jitolbu kumpens. Dan għandu jkun bla ħsara għal sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kontraenti tkun aġixxiet b'tali mod li tista' tinżamm responsabbli għad-danni f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

(114)Bħalma huwa l-każ fid-Direttiva 2014/24/UE, jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li fihom kuntratt jista' jiġi mmodifikat matul l-eżekuzzjoni tiegħu mingħajr proċedura ta' akkwist ġdida. B'mod partikolari, każijiet bħal bidliet amministrattivi, suċċessjoni universali u applikazzjoni ta' klawżoli ta' reviżjoni ċari u inekwivoki jew għażliet ma jibdlux ir-rekwiżiti minimi tal-proċedura inizjali. Għandha tkun meħtieġa proċedura ta' akkwist ġdida fil-każ ta' modifiki materjali għall-kuntratt inizjali, b'mod partikolari għall-ambitu u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluża d-distribuzzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Dawn il-modifiki juru l-intenzjoni tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid it-termini jew il-kundizzjonijiet essenzjali ta' dak il-kuntratt, b'mod partikolari kieku l-modifiki kellhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.

(115)Huwa neċessarju li tkun prevista għażla ta' garanzija ta' eżekuzzjoni fir-rigward ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi kumplessi sabiex tiġi garantita l-konformità ma' obbligi kuntrattwali sostanzjali u sabiex jiżguraw eżekuzzjoni tajba matul id-durata kollha tal-kuntratt. Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għal garanzija tar-ritenzjoni ta' flus biex ikun kopert il-perjodu ta' obbligazzjoni kuntrattwali, skont il-prattika komuni f'dawn is-setturi.

(116)Sabiex jiġu determinati l-limiti u l-proċeduri applikabbli, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi eżekuttivi tal-Unjoni humiex meqjusa bħala awtoritajiet kontraenti. Huma ma għandhomx jitqiesu bħala awtoritajiet kontraenti f'każijiet fejn huma jixtru minn korp ċentrali għall-akkwisti. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jifformaw entità legali waħda u ma jistgħux jikkonkludu kuntratti iżda jistgħu biss jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn id-dipartimenti tagħhom.

(117)Huwa xieraq li tiġi inkluża referenza f’dan ir-Regolament għaż-żewġ limiti stipulati fid-Direttiva 2014/24/UE applikabbli għal xogħlijiet, provvisti u servizzi, rispettivament. Dawk il-limiti għandhom ikunu applikabbli wkoll għal kuntratti ta' konċessjoni għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, kif ukoll ġestjoni finanzjarja soda, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ħtiġijiet kontraenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, ir-reviżjoni ta' dawk il-limiti kif stipulat fid-Direttiva 2014/24/UE għandha tiġi direttament applikabbli għall-akkwist mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(118)Għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni u ta’ simplifikazzjoni, il-proċeduri standard applikabbli għall-akkwist pubbliku għandhom jiġu applikati wkoll għal xiri li hemm ipprovdut għalih taħt is-sistema simplifikata tad-Direttiva 2014/24/UE. Għalhekk, il-limitu minimu għal xiri bis-sistema simplifikata għandu jkun allinjat mal-limitu minimu għal kuntratti ta' servizz.

(119)Huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-perjodu ta’ sospensjoni.

(120)Ir-regoli applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2014/23/UE u fid-Direttiva 2014/24/UE.

(121)Sabiex titnaqqas il-kumplessità, jiġu ssimplifikati r-regoli eżistenti u titjieb iċ-ċarezza tar-regoli tal-akkwist, hemm bżonn li jerġgħu jiġu raggruppati d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-akkwist f’azzjonijiet esterni u li jitneħħew ripetizzjonijiet u kontroreferenzi żejda.

(122)Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema atturi ekonomiċi għandhom aċċess għall-akkwist mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont il-post ta' stabbiliment tagħhom u li jiġi pprovdut b’mod espliċitu għall-possibbiltà ta' tali aċċess ukoll għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

(123)Sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-bżonn ta’ trasparenza u ta’ koerenza akbar fir-regoli tal-akkwist minn naħa, u l-bżonn li tiġi pprovduta flessibbiltà fuq ċerti aspetti tekniċi ta’ dawn ir-regoli min-naħa l-oħra, ir-regoli tekniċi dwar l-akkwist għandhom jiġu aggregati fl-Anness għal dan ir-Regolament u s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal dan l-Anness.

(124)Jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu fuq l-għotjiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ azzjoni jew entità eliġibbli għal għotja, kif ukoll fir-rigward tal-impenji legali li jistgħu jintużaw biex ikopru l-għotjiet. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet ta’ għoti għandhom jiġu eliminati b’mod gradwali minħabba l-użu limitat tagħhom u l-introduzzjoni progressiva tal-għotjiet elettroniċi. L-istruttura għandha tiġi ssimplifikata billi d-dispożizzjonijiet fuq l-istrumenti li mhumiex għotjiet jitmexxew għal partijiet oħrajn tar-Regolament. In-natura tal-korpi li jistgħu jirċievu għotjiet operazzjonali għandha tiġi ċċarata peress li l-kunċett ta’ korpi bi skop ta’ interess tal-Unjoni ġenerali huwa kopert mill-kunċett ta’ korpi li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika tal-Unjoni u li jsostniha. Barra minn hekk, id-definizzjoni restrittiva ta’ korp li għandu skop ta’ interessi ġenerali tal-Unjoni għandha titneħħa.

(125)Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u titjieb iċ-ċarezza ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontenut tal-applikazzjoni għall-għotja, tas-sejħa għal proposti u tal-ftehim ta’ għoti għandhom jiġu ssimplifikati u jsiru uniformi.

(126)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati minn diversi donaturi meta l-finanzjament ġenerali tal-azzjoni ma jkunx magħruf fi żmien l-impenn tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi ċċarat il-mod li bih hija ddefinita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u l-metodu ta’ kif jiġi vverifikat l-użu tagħha.

(127)L-esperjenza miksuba fl-użu ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi uriet li tali forom ta’ finanzjament issimplifikaw il-proċeduri amministrattivi b'mod sinifikanti u naqqsu r-riskju ta’ żball b'mod sostanzjali. Is-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet unitarji huma forma xierqa ta’ finanzjament indipendentement mill-qasam ta’ intervent tal-Unjoni u b’mod partikolari għal azzjonijiet standardizzati u rikorrenti, eż. il-mobilità, il-ġemellaġġ istituzzjonali, l-attivitajiet ta’ taħriġ, eċċ. F’dan il-kuntest, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi għandhom isiru aktar flessibbli. Hemm bżonn li jiġi pprovdut b’mod espliċitu għall-istabbiliment ta’ somom f’daqqa waħedhom li jkopru l-kostijiet eliġibbli sħaħ tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma. Barra minn hekk, sabiex titrawwem enfasi fuq ir-riżultati, għandha tingħata prijorità lil finanzjament ibbażat fuq l-eżitu. Somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi bbażati fuq l-input għandhom jibqgħu possibbiltà meta dawk ibbażati fuq l-eżitu ma jkunux possibbli jew xierqa.

(128)Il-proċeduri amministrattivi għall-awtorizzazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji u ta’ rati fissi għandhom jiġu ssimplifikati billi tiġi vestita s-setgħa għat-tali awtorizzazzjoni fl-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni . Fejn xieraq, din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata mill-Kummissjoni fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tan-numru ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati.

(129)Sabiex titneħħa d-diskrepanza fid-disponibbiltà ta’ dejta użata sabiex jiġu stabbiliti somom f'daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi, għandu jkun awtorizzat l-użu ta’ ġudizzju espert.

(130)Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli għall-kuntrarju tal-valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi għandu jiġi ċċarat. Dawk il-verifiki u l-kontrolli għandhom jiffokaw fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jixkattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, inkluża, fejn meħtieġa, il-kisba tal-eżiti. Dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar fuq il-kostijiet li fil-fatt iġarrab il-benefiċjarju. Meta l-ammonti ta’ finanzjament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rata fissa jkunu ġew deċiżi ex ante mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni, dawn ma għandhomx jiġu kkontestati b’kontrolli ex ante. Il-valutazzjoni perjodika tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi tista’ teħtieġ aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjajru għal skopijiet statistiċi u metodoloġiċi. Il-valutazzjoni perjodika tista’ twassal għal aġġornamenti tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal ftehimiet futuri iżda ma għandhiex tintuża sabiex jinxteħet dubju fuq il-valur tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi diġà miftehmin. L-aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjarju huwa neċessarju wkoll għal skopijiet t'a prevenzjoni u detezzjoni ta’ frodi.

(131)Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE f’ambjent ta’ disponibilità limitata ta’ riżorsi, hemm bżonn li jiġi rikonoxxut il-valur tax-xogħol ipprovdut mill-voluntiera bħala kostijiet eliġibbli. Għaldaqstant, dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jiddependu sa ċertu punt akbar fuq ix-xogħol tal-voluntiera sabiex jipprovdu kofinanzjament għall-azzjoni. Mingħajr preġudizzju għar-rata ta’ kofinanzjament massima speċifikata fl-att bażiku, f’dawn il-każijiet l-għotja tal-Unjoni trid tkun limitata għall-kostijiet eliġibbli stmati u mhux għal dawk li jkopru x-xogħol tal-voluntiera. Peress li x-xogħol tal-voluntiera huwa xogħol ipprovdut minn partijiet terzi mingħajr ma dawn jitħallsu rimunerazzjoni mill-benefiċjarju, il-limitazzjoni tevita r-rimborż ta’ kostijiet li l-benefiċjarju ma ġarrabx.

(132)Bħala tip siewi ta’ appoġġ finanzjarju mhux relatat ma’ kostijiet prevedibbli, l-użu ta’ premji għandu jiġi ffaċilitat u r-regoli applikabbli għandhom jiġu ċċarati. Il-premji għandhom jitqiesu li huma komplimentari, u mhux sostituti, għal strumenti ta’ finanzjament oħrajn bħall-għotjiet.

(133)Sabiex il-premji jkunu jistgħu jiġu implimentati b’mod aktar flessibbli, l-obbligu li jitħabbru premji b’valur ta’ EUR 1 000 000 jew aktar fid-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw l-abbozz tal-baġit għandu jiġi sostitwit minn informazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew u tħabbira espliċita tat-tali premji fid-deċiżjoni ta’ finanzjament.

(134)Il-premji għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs. F’dak il-kuntest, għandhom jiġu stabbiliti l-karatteristiċi minimi tal-kompetizzjonijiet, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-premju lir-rebbieħa fil-każ ta’ għotjiet, u l-mezzi ta’ pubblikazzjoni xierqa. Hemm bżonn li tiġi stabbilita proċedura ta’ għotjiet iddefinita biċ-ċar ukoll, mis-sottomissjoni tal-entrati sal-informazzjoni għall-applikanti u n-notifikar lill-applikant rebbieħ, li tirrifletti l-proċedura għall-għoti tal-għotjiet.

(135)Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-prinċipji u l-kundizzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u r-regoli dwar il-limitazzjoni tar-responsabilità finanzjarja tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus, l-istralċ ta’ strumenti finanzjarji u r-rappurtar.

(136)Fl-aħħar snin l-Unjoni użat dejjem aktar strumenti finanzjarji li jippermettu ingranaġġ akbar tal-baġit tal-UE li jrid jinkiseb, iżda, fl-istess ħin, jiġġeneraw riskju finanzjarju għal dak il-baġit. Fost dawk l-istrumenti finanzjarji ma hemmx biss l-istrumenti finanzjarji diġà koperti mir-Regolament Finanzjarju, iżda anki strumenti oħrajn bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja li fl-imgħoddi kienu rregolati biss mir-regoli stabbiliti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom. Importanti li jiġi stabbilit qafas komuni sabiex tiġi żgurata l-omoġenità tal-prinċipji applikabbli għal dak is-sett ta’ strumenti u li jerġgħu jiġu raggruppati taħt Titolu ġdid, li jinkludi taqsimiet dwar garanziji baġitarji u dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi minbarra r-regoli eżistenti applikabbli għall-Istrumenti Finanzjarji.

(137)L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu importanti fil-moltiplikazzjoni tal-effett tal-fondi tal-Unjoni meta dawn il-fondi jiġu raggruppati ma’ fondi oħra u jinkludu effett ta’ ingranaġġ. L-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu implimentati biss jekk ma hemm ebda riskju ta’ distorsjoni fis-suq jew inkonsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(138)Fil-qafas tal-approprjazzjonijiet annwali awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal programm partikolari, l-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw abbażi ta’ valutazzjoni ex ante li turi li huma effikaċi għall-ilħiq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni.

(139)Strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati permezz ta’ att bażiku. Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku f'każijiet debitament iġġustifikati, għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-baġit.

(140)L-istrumenti li potenzjalment jaqgħu taħt it-Titolu X, bħal għoti b'self, garanziji, investimenti ta’ ekwità, investimenti ta’ kważi ekwità u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji għandhom jiġu definiti. Id-definizzjoni ta’ strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji għandha tippermetti l-inklużjoni ta’ titjib tal-kreditu għal bonds tal-proġetti, li jkopru r-riskju tal-ħlas tad-dejn ta’ proġett u jtaffu r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds permezz ta’ titjib tal-kreditu fil-forma ta’ self jew garanzija.

(141)Kwalunkwe rimborż minn strument finanzjarju għandu jintuża għall-istrument li pproduċih bil-għan li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-istrument u possibilment tonqos l-allokazzjoni ta’ riżorsi ġodda mill-baġit għal dak l-istrument, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku.

(142)Xieraq li jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-interessi fit-tiftix tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment ikollhom il-kompetenza speċifika li jimplimentaw strumenti finanzjarji.

(143)Il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, filwaqt li jaġixxu bħala grupp, għandu jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu parti mill-implimentazzjoni lil xulxin, meta dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni partikolari u kif iddefinit aktar fil-ftehim rilevanti mal-Kummissjoni.

(144)Għandu jiġi ċċarat li, fejn l-istrumenti finanzjarji huma kombinati ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ mill-baġit tal-Unjoni, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji. It-tali regoli għandhom ikunu komplimentati, fejn applikabbli, minn rekwiżiti speċifiċi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi.

(145)Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u tal-garanziji baġitarji għandha tikkonforma mal-objettivi tal-politika tat-tassazzjoni tal-Unjoni u l-kisbiet tal-Unjoni rigward l-evitar tat-taxxa, b’mod partikolari l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa. F’dak ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa (C(2012)8806), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri li jħeġġu lil partijiet terzi japplikaw standards minimi ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa (C(2012)8805), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa: Il-pass li jmiss lejn it-twettiq ta' tassazzjoni effettiva u trasparenza fiskali akbar fl-UE (COM(2016)23), inkluża b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva (COM(2016)24), u żviluppi relatati f’livell tal-Unjoni.

(146)Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi huma operazzjonijiet li ma jidhrux fil-baġit li għandhom impatt sinifikanti fuq il-karta bilanċjali tal-Unjoni. Filwaqt li għall-operazzjonijiet li jifdal li ma jidhrux fil-baġit, l-inklużjoni tagħhom fir-Regolament Finanzjarju tipprovdi protezzjoni akbar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u qafas aktar ċar għall-awtorizzazzjoni, għall-ġestjoni u għall-kontabbiltà tagħhom.

(147)Dan l-aħħar l-Unjoni nediet inizjattivi importanti fuq il-bażi tal-garanziji baġitarji bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Il-karatteristiċi ta’ dawk l-istrumenti huma li jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni u jimplikaw il-forniment ta’ fondi sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni kuxxin ta’ likwidità li jippermetti sabiex il-baġit iwieġeb fil-ħin għall-obbligi ta’ ħlas li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Sabiex tiġi ggarantita l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Unjoni u, b'hekk, il-kapaċità tagħha li tforni finanzjament effettiv, huwa essenzjali li l-awtorizzazzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-obbligazzjonijiet kontinġenti jsegwu sett robust ta’ regoli li għandu jiġi applikat għall-garanziji baġitarji kollha.

(148)L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment. Il-possibbiltà li tissejjaħ il-garanzija baġitarja ma tistax tiġi skedata b’ċertezza sħiħa fuq bażi annwali kif inhu l-każ ta’ self li ġie għandu skeda definita għar-ripagament. Għaldaqstant huwa indispensabbli li jitwaqqaf qafas għall-awtorizzazzjoni u għall-monitoraġġ ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jiżguraw ir-rispett sħiħ, fi kwalunkwe waqt, tal-massimu annwali għall-pagamenti stabbiliti fid-Deċiżjoni (KE, Euratom) 2007/436 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni.

(149)Dak il-qafas għandu jipprovdi wkoll għall-ġestjoni u għall-kontroll, inkluż ir-rapportar regolari dwar l-iskopertura finanzjarja tal-Unjoni. Ir-rata ta’ proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-istrument relatat. Is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti għandha tiġi vvalutata ta’ kull sena fil-kuntest ta’ proċedura baġitarja annwali. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ twissija bikrija sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ provvedimenti li jkopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji.

(150)L-użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji u tal-assistenza finanzjarja jeħtieġ li jiġi mmobilizzat u pproviżjonat volum sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament. Sabiex jingħata ingranaġġ filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni kontra obbligazzjonijiet finanzjarji, importanti li jiġi ottimizzat l-ammont ta’ proviżjonament meħtieġ u li jinkisbu gwadanji fl-effiċjenza billi dawk il-provvedimenti jinġabru f’fond ta’ proviżjonament komuni. Barra minn hekk, l-użu aktar flessibbli ta’ dawk il-provvedimenti miġburin jippermetti rata ta’ proviżjonament globali effetiva li tforni l-protezzjoni mitluba b’ammont ottimizzat ta’ riżorsi.

(151)Ir-regoli applikabbli għall-proviżjonament u għall-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom jipprovdu qafas ta’ kontroll intern solidu. Il-linji gwida għall-immaniġġjar ta’ assi tal-provvedimenti għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-uffiċjal kontabilistiku. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jissorveljaw b’mod attiv l-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom u l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jieħu ħsieb il-flus u l-assi fil-fond skont ir-regoli u l-proċeduri stipulati mill-uffiċjal kontabilistiku.

(152)Il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja għandhom isegwu l-istess sett ta’ prinċipji diġà stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji. B’mod partikolari, il-garanziji baġitarji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin: għandhom ikunu irrevokabbli, mhux kondizzjonati u fuq talba; għandhom ikunu implimentati b’mod indirett jew, f’każijiet eċċezzjonali biss, b’mod dirett; jistgħu jkopru biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u l-kontropartijiet tagħhom għandhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti.

(153)L-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tieħu l-forma ta’ selfa, ta’ linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Ir-riżorsi li jridu jiġu pprovduti huma meħudin b’self mill-Kummissjoni li għandha tingħata s-setgħa sabiex, għal dak il-għan, fis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, tevita l-involviment tal-Unjoni fi kwalunkwe trasformazzjoni ta’ maturitajiet li tkun tesponiha għal riskju tal-imgħax jew xi riskju ieħor tas-suq.

(154)Id-dispożizzjonijiet relatati mal-istrumenti finanzjarji għandhom japplikaw mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jinkisbu dawn is-simplifikazzjoni u l-effettività fil-mira. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanziji baġitarji u mal-assistenza finanzjarja, kif ukoll il-fond ta’ proviżjonament komuni, għandhom japplikaw mill-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020. Dak il-kalendarju ser jippermettu li ssir preparazzjoni dettaljata tal-għodod il-ġodda għall-ġestjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti. Ser jippermetti wkoll li jsir allinjament bejn il-prinċipji stipulati fit-Titolu X u, minn naħa, il-proposta għall-qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020 u, min-naħa l-oħra, il-programmi speċifiċi relatati ma’ dan tal-aħħar.

(155)Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (5) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 u li jistipula regoli ġodda għal, fost affarijiet oħra, il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament, l-għoti u t-tqassim tal-fondi, id-donazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet, il-finanzjament ta’ kampanji għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, nefqa rimborżabbli, il-projbizzjoni ta’ finanzjament, il-kontijiet, ir-rapportar u l-awditjar, l-implimentazzjoni u l-kontroll, il-penalitajiet, il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, u t-trasparenza. Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

(156)Għandhom ikunu inklużi regoli dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-partiti politiċi Ewropej kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Dawk ir-regoli għandhom jippermettu li l-partiti politiċi f’livell Ewropew ikollhom grad usa’ ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-limiti ta’ żmien sabiex jużaw dawn il-kontribuzzjonijiet, skont kif teħtieġ in-natura tal-attivitajiet tagħhom.

(157)L-appoġġ finanzjarju mogħti lill-partiti politiċi Ewropej għandu jieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni speċifika, li tikkorrispondi mal-bżonnijiet speċifiċi tal-partiti politiċi Ewropej.

(158)Għalkemm l-appoġġ finanzjarju jingħata mingħajr il-ħtieġa ta’ programm annwali ta’ ħidma, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika jekk il-finanazjament intużax sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fi ħdan il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej għandhom jintefqu sal-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ wara dik meta jkunu ngħataw, wara liema, kwalunkwe finanzjament li ma jintefaqx għandu jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

(159)Il-finanzjament tal-Unjoni mogħti għall-finanzjament tal-kostijiet operatorji tal-partiti politiċi Ewropej ma għandux jintuża għal skopijiet oħra għajr dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari biex jiffinanzjaw direttament jew indirettament entitajiet oħra bħall-partiti politiċi nazzjonali. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jużaw il-kontribuzzjonijiet biex iħallsu perċentwal tan-nefqa attwali u futura, u mhux nefqa jew dejn imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal kontribuzzjonijiet.

(160)L-għoti ta’ kontribuzzjonijiet għandu jkun issimplifikat u adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-partiti politiċi Ewropej ukoll, b’mod partikolari bl-assenza ta’ kriterji tal-għażla, bl-istabbiliment ta’ pagament ta’ prefinanzjament sħiħ wieħed bħala regola ġenerali, u bil-possibbiltà li jintużaw finanzjament ta’ somom f’daqqa, finanzjament ta’ rata fissa, finanzjament ta’ kostijiet unitarji u finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti.

(161)Il-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandhom jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jintemmu jekk il-partiti politiċi Ewropej jiksru l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(162)Il-penali li jkunu bbażati kemm fuq ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll fuq ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, għandhom jiġu imposti b’mod koerenti u għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ ne bis in idem. Bi qbil mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-penali amministrattivi u/jew finanzjarji previsti mir-Regolament Finanzjarju ma għandhomx jiġu imposti f’xi wieħed mill-każijiet li għalihom diġà jkunu ġew imposti penali abbażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(163)Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi qafas ġenerali li bih l-appoġġ mill-baġit jista’ jintuża bħala strument f’azzjoni esterna inkluż l-obbligu għall-pajjiż terz li jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni adegwata u puntwali sabiex tevalwa l-issodisfar tal-kundizzjonijiet miftehmin u d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(164)Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata toħloq u timmaniġġja l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ postemerġenza jew tematiċi mhux biss f’azzjonijiet esterni iżda anki f’azzjonijiet interni tal-UE. L-avvenimenti riċenti fl-Unjoni Ewropea juru l-bżonn ta’ flessibbiltà akbar għall-finanzjament fi ħdan l-UE. Peress li qiegħed isir dejjem aktar diffiċli li tagħraf fejn tispiċċa l-politika interna u tibda l-politika esterna, dan ikun qiegħed jipprovdi wkoll għodda li twieġeb għall-isfidi transfruntiera. Hemm bżonn li jiġu speċifikati l-prinċipji applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għal Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji u tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju. Jeħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti regoli li jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi parteċipanti fil-Bord tal-Fond Fiduċjarju u vot pożittiv obbligatorju tal-Kummissjoni għall-użu tal-fondi.

(165)B’konformità mas-simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti u sabiex tiġi evitata ripetizzjoni żejda, it-Tieni Part tar-Regolament Finanzjarju, iddedikata għal dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, għar-Riċerka, għall-azzjoni esterna u għal fondi speċifiċi tal-UE, għandha titneħħa. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti tnejn għandha jew tiddaħħal fil-partijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju, jew inkella, f’każ li d-dispożizzjonijiet ma jintużawx jew ma għadhomx rilevanti, sempliċiment jitneħħew.

(166)Id-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabbiltà għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati. Għaldaqstant, huwa rilevanti li jinġabru d-dispożizzjonijiet kollha dwar il-kontijiet annwali u rapportar finanzjarju ieħor taħt Titolu speċifiku.

(167)Il-mod li bih l-istituzzjonijiet bħalissa jirrapportaw dwar proġetti ta’ bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jinżamm. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti ta’ bini ġodda bl-approprjazzjonijiet li jirċievu għal binjiet diġà mibjugħin, u għalhekk għandha tiddaħħal referenza għal dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat. Dan jippermetti li jintlaħqu l-bidliet li jinbidlu fil-politika ta’ bini tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jiġu ffrankati spejjeż u tiddaħħal flessibbiltà akbar.

(168)Sabiex jiġu adattati l-elementi tekniċi u r-regoli dettaljati dwar l-akkwist u dwar ir-regoli applikabbli għal ċerti korpi tal-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness għal dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju Qafas għal korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u r-Regolament Finanzjarju Mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(169)Sabiex titjieb l-aġilità tal-implimentazzjoni ta’ strumenti speċjali, xieraq li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ mobilizzazzjoni u ta’ trasferiment billi jintużaw it-trasferimenti interni tal-Kummissjoni għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

(170)Sabiex jiġi żgurat li l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) jipprovdi riżorsi adegwati fil-pront sabiex jappoġġja prijoritajiet politiċi li jinbidlu, l-ishma indikattivi għal kull wieħed mit-tliet assi u l-perċentwali minimi għal kull waħda mill-prijoritajiet tematiċi fi ħdan l-assi indiviwali għandhom jipprovdu flessibbiltà akbar. Dan għandu jtejjeb il-ġestjoni tal-Programm u jippermetti li jiġu ffokati riżorsi baġitarji fuq azzjonijiet li jipproduċu riżultati aħjar fil-livell soċjali u ta’ impjiegi.

(171)Sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fl-infrastruttura għat-turiżmu kulturali u sostenibbli, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, b’mod partikolari d-Direttivi dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika u l-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali kif xieraq, għandhom jitneħħew ċerti restrizzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ għal dawn l-investimenti.

(172)Bil-għan ta’ rispons għall-isfidi imposti mill-flussi akbar ta’ migranti u rifuġjati, għandhom jiġu spjegati l-objettivi li għalihom jista’ jikkontribwixxi l-FEŻR fl-appoġġ tiegħu tal-migranti u tar-rifuġjati.

(173)Peress li l-emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 tipprovdi kundizzjonijiet aktar favorevoli għal ċerti operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FEMS, hemm bżonn li tiġi stabbilita data differenti tad-dħul fis-seħħ għal dawn id-dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tal-operazzjonijiet appoġġjati fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(174)Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, għandu jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-benefiċjarji potenzjali. Għaldaqstant, persuni fiżiċi għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-politika ta’ koeżjoni.

(175)Bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba fil-Fondi SIE li huma ġestiti b’implimentazzjoni kondiviża, u jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, il-prinċipji ġenerali għandhom jirreferu b’mod espliċitu għall-prinċipji ta’ kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit u tal-evitar tal-kunflitt ta’ interessi stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

(176)Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi kollha tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tal-ażil b’mod effettiv, għandu jiġi żgurat li, meta l-objettivi tematiċi jiġu tradotti fi prijoritajiet fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, dawn il-prijoritajiet ikopru l-użu xieraq ta’ kull Fond għal dawn l-oqsma.

(177)Sabiex tiġi żgurata koerenza tal-programmazzjoni, darba fis-sena għandu jsir allinjament bejn il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi operazzjonali.

(178)Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati lill-Istati Membri skont il-Politika ta’ koeżjoni, hemm bżonn li l-Istati Membri jitħallew jittrasferixxu l-allokazzjoni ta’ Fondi SIE lil strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-setturi.

(179)Sabiex jiġu ffaċilitati t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, il-fond prinċipali għandu jkun jista’ jkopri kostijiet preparatorji, operazzjonali u tal-animazzjoni.

(180)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ investimenti għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u investimenti territorjali integrati, għandhom jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-gruppi ta’ azzjoni lokali fil-każ ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u ta’ awtoritajiet lokali, ta’ korpi ta’ żvilupp reġjonali jew ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-każ ta’ ITIs b’rabta ma’ korpi oħrajn tal-programmi. Id-deżinjazzjoni bħala korp intermedju għandha tkun meħtieġa biss f’każijiet li fihom il-korpi rilevanti jwettqu kompiti li jmorru lil hinn minn dawk deskritti fl-Artikolu rilevanti jew fejn din tkun meħtieġa mir-regoli speċifiċi għall-Fondi.

(181)Hemm bżonn li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet maniġerjali għandu jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta’ għoti ta’ kuntratt dirett lill-BEI u lil istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs).

(182)Ħafna Stati Membri stabbilixxew banek bi sjieda pubblika jew istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b’mandat tal-politika pubblika sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku. Dawn il-banek jew l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuhom minn banek kummerċjali privati b’rabta mas-sjieda tagħhom, il-mandat tal-iżvilupp tagħhom u l-fatt li ma jkollhomx l-objettiv li jiksbu l-akbar profitt possibbli. Ir-rwol tat-tali banek huwa b’mod partikolari fallimenti tas-suq, fejn f’ċerti reġjuni jew għal ċerti oqsma jew setturi ta’ politika, is-servizzi finanzjarji mhumiex ipprovduti biżżejjed mill-banek kummerċjali. Dawn il-banek jew l-istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda pubblika jinsabu f’pożizzjoni tajba sabiex jippromwovu l-aċċess għall-fondi SIE filwaqt li jżommu newtralità kompetittiva. Ir-rwol u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jistgħu jippermettu lill-Istati Membri jżidu l-użu ta’ strumenti finanzjarji għall-forniment ta’ fondi SIE sabiex jimmassimizzaw l-impatt ta’ dawn il-fondi fl-ekonomija reali. Jekk eżitu jkun konformi mal-politika tal-Kummissjoni li tiffaċilita r-rwol tat-tali banek jew istituzzjonijiet bħala maniġers ta’ fondi kemm fl-implimentazzjoni ta’ fondi SIE kif ukoll fit-tħallit tal-fondi SIE ma’ finanzjament tal-FEIS, kif stipulat b’mod partikolari fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li l-awtoritajiet maniġerjali jitħallew jagħtu kuntratti direttament lit-tali banek jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi. Minkejja dan, sabiex jiġi żgurat li din il-possibbiltà ta’ għoti dirett għadha konsistenti mal-prinċipji tas-suq intern, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet stretti li jridu jissodisfaw il-banek jew l-istituzzjonijiet pubbliċi sabiex tkun applikabbli din id-dispożizzjoni.

(183)Sabiex tinżamm l-alternattiva tal-Inizjattiva għall-SMEs bħala strument li jgħin iżid il-kompetittività tal-SMEs, hemm bżonn li jiġi pprovdut li l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għal garanzija illimitata konġunta u strumenti finanzjarji ta’ titolizzazzjoni favur SMEs matul il-perjodu ta’ programmazzjoni sħiħ u li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar din l-għażla, bħal dawk dwar valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet ex ante.

(184)Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) – ix-xewqa kienet li l-Istati Membri jitħallew jużaw Fondi SIE sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ proġetti eliġibbli li huma appoġġjati mill-garanzija tal-UE koperta mill-FEIS. Għandha tiddaħħal dispożizzjoni speċifika sabiex tistabbilixxi l-patti u l-kundizzjonijiet li jippermettu għal interazzjoni u komplimentarjetà aħjar li ser jiffaċilitaw il-possibbiltà li l-fondi SIE jingħaqdu ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Garanzija tal-Unjoni tal-FEIS.

(185)Sabiex jiġu ssimplifikati u armonizzati r-rekwiżiti ta’ kontroll u ta’ awditjar u sabiex tittejjeb ir-responsabbiltà tal-istrumenti finanzjarji implimentati mill-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn, hemm bżonn li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni u l-kontroll għall-istrumenti finanzjarji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ garanzija.

(186)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-mudell tar-rapporti ta’ kontroll u tar-rapporti tal-awditjar annwali kif iddefiniti fl-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament. Jinħtieġ li teżerċita dawn is-setgħat b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(187)Sabiex tiġi żgurata konsistenza mat-trattament tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, hemm bżonn li jiġi ċċarat li fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, għandu jkun possibbli li irregolarità individwali tiġi sostitwita minn nefqa regolari fi ħdan l-istess operazzjoni sabiex il-korrezzjoni finanzjarja relatata ma jkollhiex il-konsegwenza ta’ telf nett għall-operazzjoni tal-istrument finanzjarju.

(188)Sabiex l-investituri privati jkunu inċentivati jikkoinvestu fi proġetti tal-politika pubblika, għandu jiġi introdott il-kunċett ta’ trattament differenzjat tal-investituri, li jippermetti taħt kundizzjonijiet speċifiċi li l-Fondi SIE jistgħu jieħdu pożizzjoni subordinata għal investitur privat u l-prodotti finanzjarji tal-BEI taħt Garanzija tal-UE tal-FEIS. Fl-istess ħin, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ trattament differenzjat bħal dan meta jiġu implimentati l-fondi SIE.

(189)Fid-dawl tal-ambjent dejjiemi ta’ mgħax baxx u sabiex ma jiġux ippenalizzati indebitament korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, hemm bżonn li, soġġett għall-immaniġġjar ta’ flus attiv u diliġenti, ikun jista’ jsir finanzjament tal-imgħax negattiv iġġenerat bħala riżultat tal-investimenti tal-Fondi SIE skont l-Artikolu 43 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni minn riżorsi mħallsin lura fl-istrument finanzjarju.

(190)Sabiex jiġu allinjati l-obbligi ta’ rapportar mal-Artikolu 43(a) il-ġdid dwar it-trattament differenzjat tal-investituri u sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bejn il-“valur tal-investimenti” fl-Artikolu 46(2)(h) u “investimenti ta’ ekwità” fl-Artikolu 46(2)(i), hemm bżonn li jiġi aġġornat l-Artikolu 46 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

(191)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-fondi SIE, hemm bżonn li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà ta’ għoti dirett għal azzjonijiet ta’ assistenza teknika implimentati mill-BEI/FEI, minn IFIs oħrajn u minn banek bi sjieda pubblika jew istituzzjonijiet finanzjarji.

(192)Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul, tnaqqis tar-rata ta’ kofinanzjament għandu jkun awtorizzat fi kwalunkwe ħin tal-implimentazzjoni tal-programm u għandhom jiġu pprovduti possibbiltajiet għall-istabbiliment ta’ perċentwali tad-dħul nett b’rata fissa f’livell nazzjonali.

(193)Minħabba li r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġie adottat tard u l-fatt li l-livelli ta’ intensità tal-għajnuna ġew stabbiliti minn dak ir-Regolament, hemm bżonn li jiġu stipulati ċerti eżenzjonijiet għall-FEMS fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jiġġeneraw id-dħul.

(194)Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, għandu jiżdied il-limitu li jeżenta lil ċerti operazzjonijiet mill-kalkolu u t-teħid f’kunsiderazzjoni tad-dħul iġġenerat matul l-implimentazzjoni tagħhom.

(195)Sabiex jiġu ffaċilitati s-sinerġiji bejn il-Fondi SIE u strumenti oħrajn tal-Unjoni, in-nefqa mġarrba tista’ tiġi rimborżata minn Fondi SIE u minn strumenti tal-Unjoni differenti fuq il-bażi ta’ proporzjon miftiehem minn qabel.

(196)Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ somom f’daqqa, u fid-dawl tal-fatt li s-somom f’daqqa jridu jkunu bbażati fuq metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li għandu jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, għandu jitneħħa l-limitu superjuri applikabbli għall-użu tagħhom.

(197)Fid-dawl tal-iskop li jonqos il-piż amministrattiv tal-implimentazzjoni tal-proġetti mill-benefiċjarji, għandha tiddaħħal forma ġdida ta’ għażla tal-kostijiet issimplifikata għall-finanzjament fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet li mhumiex kostijiet tal-operazzjonijiet.

(198)Minħabba l-fatt li, skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-obbligu li tiġi żgurata d-durabilità tal-operazzjonijiet ta’ investiment japplika mill-aħħar pagament lill-benefiċjajru, u li, meta l-investiment ikun jikkonsisti f’lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid, l-aħħar pagament iseħħ fi tmiem il-perjodu tal-kuntratt, dan l-obbligu ma gaħndux japplika għal dan it-tip ta’ investiment.

(199)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni ġenerali tal-għażliet tal-kost issimplifikati, għandu jiġi stabbilit użu obbligatorju ta’ skali standard tal-kostijiet unitarji, tas-somom f’daqqa jew tar-rati fissi għal operazzjonijiet li jaqgħu taħt ċertu limitu għall-FEŻR u l-FSE. Fl-istess ħin, għandu jiġi introdott l-użu ta’ abbozz ta’ baġits bħala metodoloġija addizzjonali għad-determinazzjoni ta’ kostijiet issimplifikati.

(200)Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar bikrija u aktar immirata tal-għażliet tal-kost issimplifikati, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata f’issa, il-metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li bih jistgħu jiġu stabbiliti, u l-finanzjament ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba ta’ objettivi ta’ programmi apparti milli fuq kostijiet. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(201)Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, għandu jiżdied l-użu ta’ rati fissi li ma jeħtieġx li tiġi stabbilita metodoloġija mill-Istati Membri. Għaldaqstant għandhom jiġu introdotti żewġ rati fissi addizzjonali; waħda għall-kalkolu tal-kostijiet diretti tal-persunal u l-oħra għall-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli li jifdal fuq il-bażi tal-kostijiet tal-persunal. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta kjarifika ulterjuri fuq il-metodi għall-kalkolu tal-kostijiet tal-persunal.

(202)Bil-għan li jitjiebu l-effettività u l-impatt tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet fuq skala ta’ pajjiżi jew ta’ operazzjonijiet li jkopru oqsma tal-programmi differenti għandha tiġi ffaċilitata u għandhom jiżdiedu l-possibbiltajiet għan-nefqa barra mill-Unjoni għal ċerti investimenti.

(203)Sabiex l-Istati Membri jitħeġġu jagħmlu użu mill-valutazzjoni ta’ proġetti kbar minn esperti indipendenti, id-dikjarazzjoni tan-nefqa relatata mal-proġett kbir lill-Kummissjoni qabel il-valutazzjoni pożittiva mill-espert indipendenti għandha tkun awtorizzata ladarba l-Kummissjoni tkun ġiet informata dwar is-sottomissjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-espert indipendenti.

(204)Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ pjanijiet ta’ azzjoni konġunta li ser inaqqsu l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, hemm bżonn li jitnaqqsu r-rekwiżiti regolatorji marbutin mat-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta.

(205)Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għall-benefiċjarji, ir-regoli dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Kif xieraq, importanti li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

(206)Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi żgurat l-użu effettiv tal-assistenza teknika bejn il-Fondi u l-kategoriji ta’ reġjuni, għandha tiżdied il-flessibbiltà għall-kalkolu u għall-monitoraġġ tal-limiti rispettivi applikabbli għall-assistenza teknika tal-Istati Membri.

(207)Bil-għan li jiġu ssimplifikati strutturi ta’ implimentazzjoni, għandu jiġi ċċarat li l-possibbiltà għall-awtorità maniġerjali, għall-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u għall-awtorità tal-awditjar ikunu l-istess korp pubbliku tkun disponibbli wkoll għal programmi li jaqgħu taħt l-Għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

(208)Ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet maniġerjali rigward il-verifika tan-nefqa meta jintużaw għażliet tal-kost issimplifikati għandhom jiġu speċifikati f’aktar dettall.

(209)Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-potenzjal ta’ simplifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ governanza elettronika fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), b’mod partikolari bil-għan li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni elettronika sħiħa tad-dokumenti, hemm bżonn li jiġi ċċarat li ż-żamma ta’ rekords fuq il-karta ma tkunx neċessarja jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(210)Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tal-operazzjonijiet appoġġjati fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament, hemm bżonn li tiġi stabbilita d-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 .

(211)Bil-għan li jiġi ffaċilitata l-aċċess ta’ ċerti gruppi fil-mira għall-FSE, il-ġbir ta’ dejta għal ċerti indikaturi għandu jkun ibbażat fuq kampjuni rappreżentattivi u darbtejn fil-perjodu ta’ programmazzjoni.

(212)Sabiex jiġu żgurati ċertezza legali u implimentazzjoni armonizzata u nondiskriminatorja tal-appoġġ lil bdiewa żgħażagħ, hemm bżonn li fil-kuntest tal-Iżvilupp Rurali jiġi pprovdut li d-“data tal-istabbiliment”, imsemmija fir-regoli rilevanti, hija d-data meta jibda l-proċess ta’ stabbiliment permezz ta’ azzjoni li jrid iwettaq l-applikant, u li l-applikazzjoni għall-appoġġ trid tiġi sottomessa fi ħdan 24 xahar minn dik id-data. Barra minn hekk, l-esperjenza min-negozjati tal-programmi wriet li r-regoli għall-istabbiliment konġunt ta’ bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ meħtieġa fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu ċċarati, u li d-dispożizzjonijiet dwar id-durata tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandhom jiġu ssimplifikati.

(213)Sabiex ikunu attraenti biżżejjed għas-settur privat, hu essenzjali li l-istrumenti finanzjarji jkunu mfassla u implimentati b’mod flessibbli. Madankollu, l-esperjenza wriet li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri jillimitaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji fil-programmi ta’ żvilupp rurali, kif ukoll l-użu flessibbil tal-istrumenti finanzjarji mill-maniġers ta’ fondi. Għaldaqstant, mhuwiex xieraq li jiġi pprovdut li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri ma japplikawx għal strumenti finanzjarji. Għall-istess raġuni, xieraq ukoll li jiġi pprovdut li l-appoġġ tal-bidu għall-bdiewa żgħażagħ skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jista’ jiġi pprovdut ukoll fil-forma ta’ strumenti finanzjarji. Fid-dawl ta’ dawn il-bidliet, għandu jiġi pprovdut li meta l-appoġġ għall-investimenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, l-investiment irid jikkonstribwixxi għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

(214)Illum il-ġurnata l-bdiewa huma esposti għal riskji ekonomiċi dejjem akbar bħala konsegwenza tal-iżviluppi fis-suq. Madankollu, dawk ir-riskji ekonomiċi ma jaffettwawx lis-setturi agrikoli kollha bl-istess mod. Konsegwentement, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li, f’każijiet iġġustifikati kif xieraq, jgħinu lill-bdiewa b’għodod ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul speċifiċi għas-setturi, b’mod partikolari għal setturi milqutin minn tnaqqis qawwi fid-dħul, li jkollu impatt ekonomiku qawwi għal qasam rurali speċifiku, diment li jkunu rrispettati l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex tissorvelja n-nefqa li ssir b’rabta ma’ din l-għodda l-ġdida, għandu jiġi adattat l-kontenut tal-pjan finanzjarju tal-programm. Barra minn hekkk, l-obbligu ta’ rapportar speċiifku għall-miżura ta’ mmaniġġjar tar-riskji fl-2018 imsemmi fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 diġà huwa kopert mir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għaladqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(5) għandu jitħassar.

(215)Rigward il-fondi mutwi, jidher li l-projbizzjoni ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi għal stokk kapitali inizjali stabbilita fl-Artikoli 38(3) u 39(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ixxekkel il-funzjonament effettiv ta’ dawn il-fondi. Għaldaqstant din il-projbizzjoni għandha titħassar.

(216)L-appoġġ għall-investimenti għall-irkupru tal-potenzjal ta’ produzzjoni wara diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi skont l-Artikoli 18(1)(b) u 24(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 normalment jingħata lill-applikanti eliġibbli kollha. Għaldaqstant, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet ta’ rkupru. Barra minn hekk, f’każijiet iġġustifikati kif xieraq, fejn ma jkunx possibbli li jiġu ddefiniti kriterji tal-għażla minħabba l-għamla tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddefinixxu metodi tal-għażla alternattivi.

(217)L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiddefinixxi r-rati massimi tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR. Sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali ta’ ċerti Stati Membri u sabiex jiġu aċċelerati investimenti tassew meħtieġa f’Ċipru, ir-rata massima tal-kontribuzzjoni ta’ 100 % imsemmija fl-Artikolu 59(4)(f) għandha tiġi estiża sakemm jagħlaq il-programm. Barra minn hekk, referenza għar-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika introdotta fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju l-ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) tal-istess Regolament għandha tissemma fl-Artikolu 59(4).

(218)Skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza dovuti għal diżastri naturali, l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programmi tista’ tibda mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. Din il-possibbiltà li n-nefqa ssir eliġibbli qabel is-sottomissjoni ta’ emenda għall-programm għandha tiġi estiża għal ċirkustanzi oħrajn, bħal avvenimenti katastrofiċi jew bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, inklużi bidliet demografiċi f’daqqa u sinifikanti li jirriżultaw minn migrazzjoni jew l-akkoljenza ta’ rifuġjati.

(219)Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fir-rigward ta’ investimenti fis-settur agrikolu, nefqa mġarrba biss wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni hija eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu fil-programmi tagħhom li, meta l-investiment ikun relatat ma’ miżuri ta’ emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, in-nefqa mġarrba wara li jseħħ l-avveniment hija eliġibbli.

(220)Sabiex jiżdied l-użu tal-għażliet tal-kost issimplifikati msemmijin fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, hemm bżonn li r-regoli speċifiċi għall-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu limitati għal għajnuna mogħtija skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), rigward id-dħul mitluf u l-kostijiet tal-manutenzjoni, u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(221)L-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-programm ta’ żvilupp rurali dwar il-kriterji tal-għażla fi żmien erba’ xhur mill-approvazzjoni tal-programm. Dan joħloq obbligu indirett sabiex l-Istati Membri jkunu ddefinixxew il-kriterji tal-għażla kollha sa dik id-data anki għas-sejħiet għall-applikazzjoni li jitnedew sussegwentement. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi finanzjarji jintużaw bl-aħjar mod possibbli, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla u jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ fi kwalunkwe waqt qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal applikazzjonijiet.

(222)Id-dixxiplina finanzjarja tintuża sabiex jiġi żgurat li l-baġit għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija jikkonforma mal-limiti massimi rispettivi u sabiex tiġi stabbilita r-riserva għal kriżijiet fis-settur agrikolu. Minħabba l-karattru tekniku tad-determinazzjoni tar-rata ta’ aġġustament u r-rabtiet inerenti tagħha mal-istimi tan-nefqa tal-Kummissjoni stipulati fl-Abbozz tal-Baġit annwali tagħha, il-proċedura għall-issettjar tar-rata ta’ aġġustament għandha tiġi ssimplifikata billi l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tadottata skont il-proċedura konsultattiva. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma jiddefinixxix il-popolazzjoni tal-benefiċjarji eliġibbli għar-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja. Dan ir-regolament għandu jiġi adattat għal dak filwaqt li tinżamm id-definizzjoni attwali ta’ benefiċjarji eliġibbli.

(223)Sabiex jiġu armonizzati r-regoli dwar id-diżimpenn awtomatiku tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, id-data li sa din l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar eċċezzjonijiet għad-diżimpenn, imsemmija fl-Artikolu 38(3), għandha tiġi adattata.

(224)Sabiex jiġi pprovdut għal ċertezza legali rigward it-trattament tal-irkupri ġġenerati mit-tnaqqis temporanju skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dan tal-aħħar għandu jkun inkluż fil-lista ta’ sorsi tad-dħul assenjat skont l-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament.

(225)L-esperjenza wriet li r-regola, introdotta l-ewwel mar-Regolament (UE) Nru 1290/2005 ta’ kondiviżjoni ndaqs bejn il-baġit u l-Istati Membri r-riskju tan-nuqqas ta’ rkupru tas-somom dovuti għal irregolaritajiet meta dawn is-somom ma jkunux ġew irkuprati sa skadenzi raġonevoli (l-hekk imsejħa regola ta’ 50/50), ħadmet sew għas-salvagwardja tal-baġit. Madnakollu, sistema bħal din tinvolvi piż amministrattiv u ta’ żamma tal-kotba tqil kemm għall-Kummissjoni Ewropea kif ukoll għall-Istati Membri. Għaldaqstant jitqies xieraq li jkompli jinbidel dan l-approċċ u li s-somom relatati jiġu ddebitati kompletament lill-Istati Membri kkonċernati wara li jiskadu l-iskadenzi relatati li jawtorizzawhom, min-naħa l-oħra, li jżommu fil-baġits nazzjonali tagħhom is-somom sussegwentement irkuprati fi tmiem il-proċeduri ta’ rkupru relatati.

(226)Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċaħda jew l-irkupru tal-pagamenti affettwati minn nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jirriflettu l-gravità ta’ nuqqas ta’ konformità bħal dan u jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, tali ċaħda jew irkupru għandhom ikunu limitati għal-livelli stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji għan-nefqa taħt implimentazzjoni kondiviża għan-nuqqas ta’ konformità mat-tali regoli. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li nuqqasijiet ta’ konformità bħal dawn jaffettwaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet biss bl-istess livell.

(227)L-esperjenza miksuba sa issa turi li l-implimentazzjoni tat-tliet kriterji sabiex wieħed jitqies li huwa bidwi attiv, elenkati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , instabet li hija diffiċli għal diversi Stati Membri. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv assoċjat mal-implimentazzjoni tat-tliet kriterji, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jqiegħdu għad-dispożizzjoni wieħed jew tnejn minnhom biss. L-esperjenza turi wkoll li f’ċerti Stati Membri l-kostijiet amministrattivi totali għall-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ bidwi attiv jisbqu il-benefiċċju tal-esklużjoni ta’ numru limitat ħafna ta’ benefiċjarji mhux attivi mill-iskemi ta’ appoġġ dirett. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw sitwazzjonijiet bħal dawn fis-snin tal-pretensjonijiet tal-ġejjieni, l-applikazzjoni tal-Artikolu 9 sħiħ għandha ssir fakultattiva għalihom.

(228)L-esperjenza miksuba fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 uriet li ċerti Stati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja ma użawx l-ammont sħiħ tal-fondi disponibbli skont il-limiti massimi baġitarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1089. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku diġà għandhom il-possibbiltà, sa ċerti limiti, li jiddistribwixxu intitolamenti għal pagamenti għal valur ogħla mill-ammont disponibbli għall-iskema ta' pagament bażiku sabiex jiżguraw użu aktar effiċjenti tal-fondi. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandhom jitħallew ukoll, fi ħdan l-istess limiti komuni u mingħajr ħsara għar-rispett tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti, jikkalkolaw l-ammont neċessarju li bih jista’ jiżdied il-limitu massimu tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja tagħhom.

(229)Sabiex jiġi żgurat ilħiq massimu tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, xieraq li l-Istati Membri jillimitaw in-numru ta’ intitolamenti għal pagamenti jew l-ettari eliġibbli iżda biss f’każijiet li fihom din il-limitazzjoni sservi sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-finanzajment tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ.

(230)Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħtu, b'ċerti kundizzjonijiet, appoġġ akkoppjat lill-bdiewa f'setturi agrikoli jew tipi ta' biedja speċifiċi, sal-punt meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta' produzzjoni fis-setturi jew ir-reġjuni konċernati. Sabiex jiġi evitat milli l-livelli tal-produzzjoni jinżammu fejn mhux xieraq minħabba żbilanċi strutturali fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jippermettu sabiex appoġġ akkoppjat volontarju jista’ jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata l-appoġġ f’perjodu ta’ referenza fl-imgħoddi. Fil-kuntest tal-kriżi attwali, din id-deroga temporanja għandha l-għan li tikseb fit-tul l-objettiv ta’ appoġġ akkoppjat volontarju ta’ żamma tal-livell ta’ produzzjoni fl-oqsma kkonċernati. 

(231)Wieħed mill-erba’ ostakoli għall-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-aktar fl-Istati Membri li jinsabu lura fir-rigward tal-grad ta’ organizzazzjoni, jidher li huwa n-nuqqas ta’ fiduċja reċiproka u l-esperjenzi fl-imgħoddi. F’dan il-kuntest, l-ikkowċjar, li bih l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà qegħdin jaħdmu juru kif lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, lill-gruppi tal-produtturi jew lill-produtturi individwali ta’ frott u ħxejjex oħrajn, jista’ jpatti għal dak l-ostakolu u b'hekk ikun inkluż fost l-objettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(232)Minbarra l-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn, xieraq ukoll li jingħataw azzjonijiet ta’ kkowċjar bil-għan li jħeġġu lill-produtturi jwaqqfu organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu rikonoxxuti finanzjament sħiħ mill-Unjoni fi ħdan il-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi eżistenti.

(233)Il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-mili mill-ġdid tal-fondi mutwi li jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra kriżijiet bħala strumenti ġodda.

(234)Fl-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex tkun dgħajfa, għandu jitħalla jsir l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali addizzjonali.

(235)Sabiex jiġi żgurat appoġġ effiċjenti, immirat u sostenibbli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-setgħa li tadotta ċerti atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta’ Stati Membri li jistgħu jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali lil organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(236)Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura attwali li l-ewwel tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali addizzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’reġjuni tal-Unjoni fejn il-grad ta’ organizzazzjoni huwa partikolarment baxx u t-tieni li tirrimborża parti mill-assistenza finanzjarja anzzjonali jekk jiġu rrispettati kundizzjonijiet ulterjuri, tista’ tiġi stabbilita sistema ġdida. L-Istati Membri fejn ir-rata ta’ organizzazzjoni hija partikolarment baxxa u kienet anqas minn 20 % f’livell nazzjonali fl-2013 jistgħu jagħtu perċentwal addizzjonali tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq bħala għajnuna nazzjonali b’riżultat simili għall-iskema attwali ta’ awtorizzazzjoni minn qabel u rimborż sussegwenti mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-lista ta’ Stati Membri li jistgħu jagħtu assistenza nazzjonali addizzjonali b’mod regolari sabiex iżżommha aġġornata.

(237)L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-Artikolu 188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 uriet li l-bżonn li jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni ta’ proċessi sempliċi u matematiċi marbutin mal-mod kif jiġu allokati l-kwoti jeħtieġ ħafna xogħol u riżorsi mingħajr ma hemm vantaġġ speċifiku marbut mat-tali approċċ. Fil-fatt il-Kummissjoni ma għandha ebda marġni ta’ diskrezzjoni f’dan il-kuntest peress li l-formula relatata diġà hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1301/2006 24 . Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi ssimplifikat il-proċess, għandu jiġi pprovdut li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni permezz ta’ pubblikazzjoni xierqa fuq il-web. Barra minn hekk, għandha tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li tipprovdi li l-Istati Membri għandhom joħorġu biss liċenzji wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-allokazzjoni mill-Kummissjoni.

(238)Wara l-31 ta’ Diċembru 2017, il-FEG għandu jkompli jipprovdi assistenza b’mod temporanju liż-żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) li jgħixu f'reġjuni eliġibbli skont l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, minħabba li dawk ir-reġjuni huma milquta b'mod sproporzjonat minn rata maġġuri ta’ sensji.

(239)Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-intervent, tista’ tiġi stabbilita faċilità tat-taħlit jew jistgħu jiġu stabbiliti faċilitajiet tat-taħlit skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Tali faċilitajiet tat-taħlit għandhom jiffinanzjaw operazzjonijiet ta’ taħlit li huma azzjonijiet li jgħaqqdu forom mhux rimborżabbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, inkluża taħlita ta’ ekwità tas-CEF u strumenti finanzjarji tad-dejn tas-CEF, u finanzjament mill-Grupp tal-BEI (inkluż il-finanzjament tal-BEI mill-FEIS), istituzzjonijiet ta’ finazjament oħrajn jew ta’ żvilupp kif ukoll investituri.

(240)Faċilità ta’ taħlit skont is-CEF għandu jkollha l-għan li ttejjeb l-effett multiplikatur tal-infiq tal-Unjoni billi tattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati. Barra minn hekk, għandha tiżgura li l-azzjonijiet appoġġjati jsiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(241)Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ proġetti bl-aktar valur miżjud għan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew rigward Kurituri tan-Netwerk Ewlieni, proġetti transfruntiera u proġetti fuq taqsimiet oħrajn tan-Netwerk Ewrliewni, hemm bżonn li tingħata flessibbiltà fl-użu tal-programm ta’ ħidma pluriennali li tippermetti li jintlaħqu sa 95 % tar-riżorsi baġitarji finanzjarji indikati fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

(242)Bħalissa jistgħu jintużaw biss għotjiet u l-akkwist sabiex jappoġġjaw azzjonijiet fil-qasam tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali. Sabiex tiġi żgurata l-akbar effiċjenza possibbli, l-istrumenti finanzjarji għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni wkoll sabiex jappoġġjaw dawn l-azzjonijiet.

(243)L-intervent fil-qasam tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali għandu jkun ibbażat fuq prinċipji sempliċi u flessibbli sabiex l-Unjoni tkun tista’ tirreaġixxi għal prijoritajiet politiċi emerġenti u ħtiġijiet ta’ finanzjament relatati. B’mod partikolari, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ intervent f’qasam partikolari jista’ jkun hemm bżonn li jiġu ffinanzjati “servizzi ta’ passarella” li jorbtu infrastruttura nazzjonali waħda jew aktar ma’ pjattaforma/i tas-servizzi ewlenin bħal elementi ta’ Infrastruttura tas-Servizzi Diġitali partikolari: kalkolu, ħżin ta’ dejta u ġestjoni, konnettività.

(244)Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet maniġerjali li jista’ jxekkel l-implimentazzjoni effiċjenti tal-FEAD, xieraq li tiġi ssimplifikata u ffaċilitata l-proċedura għall-emendar ta’ elementi mhux essenzjali tal-programmi operazzjonali.

(245)Bil-għan li jkompli jiġi ssimplifikat l-użu tal-FEAD, xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet adidzzjonali rigward l-eliġibbiltà tan-nefqa, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa u ta’ rati fissi.

(246)Sabiex jiġi evitat it-trattament inġust tal-organizzazzjonijiet sħab, irregolaritajiet li huma imputabbli biss lill-korp inkarigat mix-xiri tal-assistenza ma għandhomx jaffettwaw l-eliġibbiltà tan-nefqa tal-organizzazzjonijiet sħab.

(247)Xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ “regoli ta’ eliġibbiltà” sabiex tiġi żgurata ċertezza legali f’operazzjonijiet appoġġjati mill-FEAD.

(248)Sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-FEAD u tiġi evitata inċertezza, ċerti responsabbiltajiet tal-Istati Membri fuq il-ġestjoni u l-kontroll għandhom jiġu ċċarati.

(249)Sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE u tal-FEAD u tiġi evitata inċertezza, ċerti responsabbiltajiet tal-Istati Membri fuq il-ġestjoni u l-kontroll għandhom jiġu ċċarati.

(250)Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 jipprovdi għall-possibbiltà li l-impenji baġitarji jinqasmu fi ħlasijiet parzjali annwali biss f’każ ta’ approvazzjoni ta’ programmi pluriennali għall-qerda, għall-kontroll u għas-sorveljanza ta’ mardiet tal-annimali u żoonożi, għal programmi ta’ stħarriġ li jikkonċernaw il-preżenza ta’ pesti u għal programmi li jikkonċernaw il-kontroll tal-pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, din il-possibbiltà għandha tiġi estiża għall-azzjonijiet l-oħrajn stipulati fir-Regolament (UE) Nru 652/2014.

(251)Il-qafas ta’ appoġġ tas-Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE huwa ffinanzjat mill-baġits tat-tliet programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, il-programm Copernicus stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 377/2014, il-programmi ta’ navigazzjoni satellitari stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 u l-programm speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE. Bħala riżultat ta’ dan, il-qafas ta’ appoġġ tal-SST kien soġġett għal tliet settijiet ta’ regoli applikabbli. Dan wassal għal implimentazzjoni subottimali tal-qafas u kkaġuna piż amministrattiv sproporzjonat għall-Kummissjoni u għall-benefiċjarji. Filwaqt li l-għanijiet, l-objettivi u l-ambitu ta’ kull wieħed mit-tliet programmi ta’ finanzjament iridu jiġu rrispettati, sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ appoġġ tal-SST fil-ġejjieni, sett ta’ regoli wieħed biss għandu jkun applikabbli għall-għoti u għall-ġestjoni tal-għotjiet fi ħdan il-qafas ta’ appoġġ tal-SST.

(252)Dan ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rivedut biss meta jkun neċessarju, u mhux aktar tard minn sentejn qabel tmiem kull qafas finanzjarju pluriennali. Reviżjonijiet li huma eċċessivament frekwenti jiġġeneraw kost sproporzjonat fl-aġġustar tal-istrutturi u tal-proċeduri amministrattivi għar-regoli l-ġodda. Minbarra dan, iż-żmien jista' jkun qasir wisq biex ikun possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet validi mill-applikazzjoni tar-regoli li jkunu fis-seħħ.

(253)Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji. Sabiex ma tixxekkilx l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għas-setturi rilevanti li jistgħu jirreferu għal deċiżjonijiet dwar l-għoti, xieraq li jiġi speċifikat li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti jistgħu jibqgħu jiġu adottati skont l-att bażiku tagħhom. Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni mal-mekkaniżmu tal-adozzjoni l-ġdid tad-deċiżjonijiet li jawtorizzaw l-użu tas-somma f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, xieraq li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jingħata permess li jemenda d-deċiżjonijiet eżistenti rilevanti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI
IR-REGOLAMENT FINANZJARJU

TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Euratom u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“applikant” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li ssottomettiet applikazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ għotja jew f’kompetizzjoni għal premji;

2.“dokumenti ta’ applikazzjoni” tfisser offerta, talba għal parteċipazzjoni, applikazzjoni għal għotja jew applikazzjoni f’kompetizzjoni għal premji;

3.“proċedura ta’ għoti” tfisser proċedura tal-akkwist, proċedura ta’ għoti tal-għotja, kompetizzjoni għal premji, jew proċedura għall-għażla ta’ esperti jew ta’ entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61 (1);

4.“att bażiku” tfisser att legali li jipprovdi bażi legali għal azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit jew tal-garanzija baġitarja jew tal-assistenza finanzjarja appoġġjata mill-baġit.

Att bażiku jista' jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)fl-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Tratatt Euratom), il-forma ta’ regolament, direttiva jew deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 288 TFUE; jew

(b)fl-implimentazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 28(1), 31(2), 33, 42(4) u 43(1) tat-TUE.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu atti bażiċi.

5.“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għoti;

6.“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni mwettqa fi ħdan faċilità ta’ taħlit li tgħaqqad forom mhux ripagabbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE u strumenti finanzjarji minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku oħrajn jew ta’ żvilupp kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u investituri. L-operazzjonijiet ta’ taħlit jistgħu jinkludu azzjoni preparatorja li twassal għal investimenti potenzjali minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament;

7.“faċilità ta’ taħlit” tfisser faċilità stabbilita bħala qafas ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet pubbliċi ta’ finanzjament oħrajn jew ta’ finanzjament tal-iżvilupp kif ukoll istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u investituri li għandha l-għan li tikseb ċerti objettivi u politiki ta’ prijorità tal-Unjoni bl-użu ta’ operazzjonijiet ta’ taħlit u azzjonijiet individwali oħrajn;

8.“impenn baġitarju” tfisser l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jirriserva approprjazzjonijiet fil-baġit għal pagamenti sussegwenti.

9.“garanzija baġitarja” tfisser impenn legali tal-Unjoni sabiex tappoġġja programm ta’ azzjonijiet billi ddaħħal fil-baġit tal-Unjoni obbligu finanzjarju jekk iseħħ avveniment speċifikat matul l-implimentazzjoni tal-programm;

10.“kuntratti ta’ bini” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, il-lokazzjoni fit-tul, l-użufrutt, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri, bil-possibbiltà jew le ta' xiri, ta' art, ta’ bini jew ta’ proprjetà immobbli oħra. Għandhom ikopru kemm bini eżistenti kif ukoll bini qabel it-tlestija diment li l-kandidat ikun kiseb permess tal-bini validu għalih, ħlief meta l-bini jkun tfassal skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-awtorità kontraenti;

11.“kandidat” tfisser attur ekonomiku li jkun talab stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta, proċedura kompetittiva permezz ta' negozjar, djalogu kompetittiv, sħubija għall-innovazzjoni, kompetizzjoni dwar id-disinn jew proċedura nnegozjata;

12.“korp ċentrali għall-akkwisti” tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ċentralizzati ta' akkwist u, fejn applikabbli, attivitajiet anċillari ta' akkwist;

13.“verifika” tfisser il-verifika ta' aspett speċifiku ta' operazzjoni ta' dħul jew ta' nefqa;

14.“kuntratt ta' konċessjoni” tfisser kuntratt għal interess pekunarju konkluż bil-miktub bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikoli 168 u 172, sabiex it-twettiq ta' xogħlijiet jew il-forniment u l-ġestjoni ta' servizzi tiġi fdata lil attur ekonomiku (il-“konċessjoni”). Ir-rimunerazzjoni għandha tikkonsisti jew biss fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi jew f’dak id-dritt flimkien ma’ pagament. L-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi riskju operattiv, meta, f'kundizzjonijiet ta' operazzjoni normali, ma jkunx hemm garanzija li jiġu rkuprati l-investimenti magħmula jew il-kostijiet imġarrbin fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni;

15.“obbligazzjoni kontinġenti” hija obbligazzjoni finanzjarja potenzjali li tista’ tiġġarrab skont l-eżitu ta’ avveniment futur;

16.“kuntratt” tfisser kuntratt pubbliku jew kuntratt ta' konċessjoni;

17.“kuntrattur” tfisser attur ekonomiku li miegħu ġie ffirmat kuntratt ta’ akkwist;

18.“kontroll” tfisser kwalunkwe miżura meħuda biex tingħata garanzija raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabilità tar-rappurtar, is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta' frodi u ta’ irregolaritajiet u s-segwitu tagħhom, u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b'kont meħud tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-pagamenti kkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe politika u proċedura għall-kisba tal-objettivi deskritti fl-ewwel sentenza;

19.“ftehim ta’ kontribuzzjoni” tfisser ftehim konkluż ma’ entitajiet u persuni skont il-punti (ii) sa (viii) tal-Artikolu 61(1)(c);

20.“kontroparti” hija l-parti l-oħra li tingħata garanzija baġitarja tal-Unjoni;

21.“Sitwazzjonijiet ta’ kriżi” għandha tinftiehem bħala sitwazzjoni ta’ periklu immedjat jew imminenti b’riskju li tiżviluppa f’kunflitt bl-armi jew li tiddestabilizza pajjiż. Sitwazzjonijiet ta’ kriżi jinftiehmu wkoll bħala sitwazzjonijiet ikkawżati minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħal gwerer u kunflitti oħrajn jew ċirkustanzi straordinarji b’effetti paragunabbli relatati, fost l-oħrajn, mat-tibdil fil-klima, mad-degradazzjoni tal-ambjent, maċ-ċaħda tal-aċċess għall-enerġija u mar-riżorsi naturali jew mal-faqar estrem.

22.“sistema dinamika ta' xiri” tfisser proċess kompletament elettroniku biex isir xiri użat b'mod frekwenti;

23.“attur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluża entità pubblika, jew grupp ta' persuni tali, li toffri l-forniment ta' prodotti, twettaq xogħlijiet jew tipprovdi servizzi jew proprjetà immobbli;

24.“investiment ta’ ekwità” tfisser il-għoti ta’ kapital lil impriża, b'investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik l-impriża, u fejn l-investitur ta’ ekwità jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-impriża u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti futuri;

25.“deċiżjoni amministrattiva finali” tfisser deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva b’effett finali u vinkolanti skont il-liġi applikabbli;

26.“assi finanzjarju” huwa kwalunkwe assi li huwa flus, strument ta’ ekwità ta’ entità oħra jew dritt kuntrattwali li wieħed jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor mingħand entità oħra;

27.“strumenti finanzjarji” tfisser miżuri tal-Unjoni ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat, meta meħtieġ u debitament iġġustifikat, objettiv speċifiku ta’ politika tal-Unjoni wieħed jew aktar. Tali strumenti jista’ jkollhom il-forma ta’ self, garanziji, ta’ ekwità jew kważi ekwità, ta’ investimenti, u ta’ strumenti oħrajn ta’ qsim tar-riskju, u, fejn ikun xieraq, jistgħu jkunu kkombinati ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ finanzarju jew ma’ fondi taħt implimentazzjoni kondiviża jew fondi tal-FEŻ;

28.“obbligazzjoni finanzjarja” hija kwalunkwe obbligazzjoni li hija obbligu kuntrattwali sabiex jiġu forniti flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra;

29.“kuntratt qafas” tfisser kuntratt pubbliku konkluż bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar, li l-iskop tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw kuntratti speċifiċi taħtu li għandhom jingħataw matul perjodu speċifiku, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista;

30.“garanzija” tfisser impenn bil-miktub ta’ dħul għar-responsabbiltà in toto jew in parte għal debitu ta’ parti terza jew obbligu jew għat-twettiq sħiħ u tajjeb min-naħa ta’ dik il-parti terza f’każ li tiskatta tali garanzija, bħal fil-każ ta’ morożità;

31.“garanzija fuq talba” tfisser garanzija li trid tkun onorata mill-garanti fuq talba tal-kontroparti, minkejja kwalunkwe nuqqas fl-infurzabbiltà tal-obbligu sottostanti;

32.“impenn legali” tfisser l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jidħol f’obbligu jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’pagament jew f’pagamenti sussegwenti u r-rikonoxximent tan-nefqa ddebitata lill-baġit. Għall-finijiet tat-Titolu V tal-Parti I, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 134, “impenn legali” jkopri ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja u kuntratti qafas ukoll;

33.“effett ta’ ingranaġġ” tfisser l-ammont ta’ finanzjament lir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

34.“self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwant li jqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu miftiehem ta’ żmien u li matulu l-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fiż-żmien miftiehem;

35.“għotja ta’ valur baxx” tfisser għotja ta’ EUR 60 000 jew anqas;

36.“metodu ta’ implimentazzjoni” tfisser il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit deskritti fl-Artikoli 61, 62 jew 149, jiġifieri implimentazzjoni diretta, implimentazzjoni indiretta u implimentazzjoni kondiviża;

37.“azzjoni b’bosta donaturi” tfisser kwalunkwe azzjoni fejn il-fondi tal-Unjoni jinġabru flimkien ma’ mill-inqas donatur ieħor;

38.“effett moltiplikatur” tfisser l-investiment mir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

39.“pari passu” tfisser pretensjoni ugwali f’xi dritt;

40.“parteċipant” tfisser kandidat jew offerent fi proċedura ta’ akkwist, applikant fi proċedura ta’ għoti tal-għotja, espert fi proċedura għall-għażla ta’ esperti, applikant f’kompetizzjoni għal premji jew entità jew persuna li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1);

41.“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti biex jiddeskrivi jew jiddetermina elementi tal-proċedura ta' akkwist, inklużi:

(a)il-miżuri ta' pubbliċità stipulati fl-Artikolu 157;

(b)l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, li għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji rilevanti, jew id-dokumenti deskrittivi f'każ ta' djalogu kompetittiv;

(d)l-abbozz ta' kuntratt;

42.“kuntratt pubbliku” tfisser kuntratt għal interess pekunarju konkluż bil-miktub bejn attur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikoli 168 u 172, sabiex tinkiseb, bi ħlas ta' prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta' assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet jew il-provvista ta' servizzi.

43.Kuntratti pubbliċi jinkludu:

(a)kuntratti ta' bini;

(b)kuntratti ta' forniment;

(c)kuntratti ta' xogħlijiet;

(d)kuntratti ta' servizz;

44.“premju” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija bħala premju wara kompetizzjoni;

45.“akkwist” tfisser l-akkwist permezz ta' kuntratt ta' xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi u l-akkwist jew il-kiri ta' art, ta’ bini jew ta’ proprjetà immobbli oħra, minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti;

46.“investiment ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jinkwadra ruħu bejn l-ekwità u d-debitu, li għandu riskju akbar mid-dejn superjuri u riskju iżgħar mill-ekwità komuni. L-investimenti ta’ kważi ekwità jistgħu jkunu strutturati bħala debitu, tipikament mingħajr garanzija u subordinati u f’xi każijiet konvertibbli f’kapital, jew f’kapital preferut;

47.“riċevitur” tfisser benefiċjarju, kuntrattur, espert estern rimunerat, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi premji jew fondi minn strument finanzjarju jew li timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1);

48.“ftehim ta’ riakkwist” tfisser il-bejgħ ta’ titoli għal flus bi ftehim li jerġgħu jinxtraw lura f’data futura speċifikata, jew fuq talba;

49.“approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku” tfisser approprjazzjonijiet li jkunu mdaħħla jew f'wieħed mit-titoli tal-baġit relatati mal-qasam ta’ politika marbutin ma’ "Riċerka indiretta" u "Riċerka diretta" jew f'kapitolu li jirrigwarda l-attivitajiet tar-riċerka f'titolu ieħor;

50.“strument ta’ qsim tar-riskju” tfisser strument finanzjarju li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ riskju definit bejn żewġ entitajiet jew aktar, fejn ikun xieraq bi skambju ma’ remunerazzjoni li ntlaħaq qbil dwarha;

51.“kuntratti ta’ servizz” tfisser kuntratt li jkopri s-servizzi intellettwali u mhux intellettwali kollha għajr dawk li huma koperti minn kuntratti ta' provvista, kuntratti ta' xogħlijiet jew kuntratti ta' bini;

52.“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68;

53.“sottokuntrattur” tfisser attur ekonomiku li jkun propost minn kandidat jew offerent jew kuntrattur biex iwettaq parti minn kuntratt jew minn benefiċjarju sabiex iwettaq parti mill-kompiti kkofinanzjati mill-għotja.

54.“abbonament” tfisser somom imħallsa lill-korpi li l-Unjoni hija membru fihom, skont id-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas stabbiliti mill-korp ikkonċernat;

55.“kuntratti ta' provvista” tfisser kuntratt li jkopri x-xiri, it-twellija, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri bil-possibbiltà jew le ta' xiri. Kuntratti ta’ provvista jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, attivitajiet fuq il-post u ta’ installazzjoni.

56.“assistenza teknika” tfisser, bla ħsara għar-regoli speċifiċi għas-setturi, l-appoġġ u l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, b’mod partikolari attivitajiet ta’ preparazzjoni, ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni, ta’ awditjar u ta’ kontroll.

57.“offerent” tfisser attur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

58.“Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma, skont il-kuntest;

59.“istituzzjoni tal-Unjoni” tfisser il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”); il-Bank Ċentrali Ewropew ma għandux jitqies bħala istituzzjoni tal-Unjoni;

60.“bejjiegħ” tfisser attur ekonomiku rreġistrat f'lista ta' bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni jew għall-preżentazzjoni tal-offerti;

61.“xogħol” tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħuda fis-sħuħija tagħhom li minnhom infushom jistgħu jaqdu funzjoni ekonomika jew teknika;

62.“kuntratti ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt li jkopri l-eżekuzzjoni, jew kemm l-eżekuzzjoni kif ukoll it-tfassil, tax-xogħol(ijiet) b'rabta ma’ waħda mill-attivitajiet imniżżla fl-Anness II għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku 26 jew it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti waqt li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tax-xogħol;

Artikolu 3
Konformità tal-leġiżlazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament

1.Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tal-baġit, u li jinsabu f'att bażiku, għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit kif elenkati fit-Titolu II.

2.Bla ħsara għall-paragrafu 1, kwalunkwe proposta jew emenda għal proposta mressqa lill-awtorità leġislattiva li jkun fiha derogi minn dispożizzjonijiet li mhumiex dawk fit-Titolu II jew mill-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament għandha tindika b’mod ċar dawn id-derogi u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom fil-premessi u fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ tali proposti.

Artikolu 4
Perjodi, dati u limiti ta' żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71( 27 ) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 5
Protezzjoni tad-dejta personali

Dejta personali miġbura skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata skont id-Direttiva 95/46/KE ( 28 ) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Kandidat jew offerent fil-proċedura ta’ akkwist, applikant fi proċedura ta’ għoti ta’ għotja, espert fi proċedura għall-għażla tal-esperti, applikant f’kompetizzjoni għal premji jew entità jew persuna li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) kif ukoll benefiċjarju, kuntrattur, espert estern rimunerat jew kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi premji jew timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jiġu informati kif xieraq.

TITOLU II
IL-BAĠIT U L-PRINĊIPJI BAĠITARJI

Artikolu 6
Rispett għall-prinċipji baġitarji

Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji tal-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f'dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU 1
Prinċipji tal-unità u tal-akkuratezza baġitarja

Artikolu 7
Kamp ta’ applikazzjoni tal-baġit

1.Għal kull sena finanzjarja, il-baġit għandu jipprevedi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusin neċessarji għall-Unjoni. Għandu jinkludi:

(a)id-dħul u n-nefqa tal-Unjoni, inkluża n-nefqa amministrattiva li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-TUE li jirrigwardaw il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u n-nefqa operazzjonali kkaġunata mill-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet meta tkun iddebitata lill-baġit;

(b)id-dħul u n-nefqa mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2.Il-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet differenzjati, li jikkonsistu f'approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament, u approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

L-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja jikkonsistu minn:

(a)approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inkluż minn baġits emendatorji;

(b)approprjazzjonijiet riportati;

(c)approprjazzjonijiet imqegħdin għad-dispożizzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 14;

(d)approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jkunu tħallsu lura skont il-punt (b) tal-Artikolu 12(3);

(e)approprjazzjonijiet li ngħataw fuq id-dħul li sar matul is-sena finanzjarja jew matul is-snin finanzjarji preċedenti u li ma ntużax.

3.L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja, soġġetti għall-Artikolu 112(2).

4.L-approprjazzjonijiet ta' pagament għadhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti.

5.Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu milli jiġu impenjati approprjazzjonijiet b’mod globali jew milli jsiru impenji baġitarji f’pagamenti akkont annwali kif stipulat b’mod rispettiv fil-punt (b) tal-Artikolu 110(1) u 110(2).

Artikolu 8
Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-akkuratezza baġitarja

1.Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiġu rreġistrati f’linja fil-baġit.

2.L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata b'eċċess tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

3.L-imgħax iġġenerat mill-ħlasijiet tal-prefinanzjament magħmulin mill-baġit ma għandux ikun dovut lill-Unjoni ħlief kif ikun stipulat mod ieħor fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehimiet ta’ finanzjament.

KAPITOLU 2
Prinċipju tal-annwalità

Artikolu 9
Is-sena finanzjarja

L-approprjazzjonijiet fil-baġit għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 10
Kontabilità baġitarja għad-dħul u għall-approprjazzjonijiet

1.Id-dħul ta’ sena finanzjarja għandu jkun irreġistrat fil-kontijiet għas-sena finanzjarja fuq il-bażi tal-ammonti miġbura matul dik is-sena finanzjarja. Madankollu, ir-riżorsi proprji għax-xahar ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn qabel skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 29 .

2.L-entrati fir-rigward tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u r-riżorsi proprji bbażati fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross jistgħu jiġu aġġutstati skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

3.L-impenji jkunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenji legali li jsiru sal-31 ta’ Diċembru. Bħala eċċezzjoni, l-impenji baġitarji globali msemmija fl-Artikolu 110(4) għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenji baġitarji sal-31 ta’ Diċembru.

4.Il-pagamenti jkunu rreġistrati fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-pagamenti magħmulin mill-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.

5.B'deroga mill-paragrafi 3 u 4:

(a)in-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għandha tiġi rreġistrata fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tar-rifużjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena finanzjarja, sakemm l-ordni għall-ħlas tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti;

(b)in-nefqa ġestita b’implimentazzjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG għandha tiġi rreġistrata fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rimborżamenti magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena finanzjarja, inkluż n-nefqa ddebitata sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara kif stipulat fl-Artikoli 28 u 29.

Artikolu 11
Impenn tal-approprjazzjonijiet

1.L-approprjazzjonijiet li jinsabu fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta' Jannar, malli l-baġit jiġi adottat.

2.Mill-15 ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja, nefqa amministrattiva ta’ rutina u nefqa tal-ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG tista’ tiġi impenjata bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Madankollu, dawn l-impenji ma għandhomx jaqbżu:

a)kwart mill-approprjazzjonijiet deċiżi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-linja baġitarja korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali għan-nefqa amministrattiva ta’ rutina diment li din in-nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit adottat kif xieraq;

b)tliet kwarti tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għas-sena finanzjarja attwali għan-nefqa tal-ġestjoni ta’ rutina għall-FAEG diment li l-prinċipju ta’ din in-nefqa jkun stabbilit f’att bażiku eżistenti.

Artikolu 12
Tħassir u riport tal-approprjazzjonijiet

1.Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew irreġistrati għandhom jitħassru, sakemm ma jiġux riportati skont il-paragrafi 2 u 3.

2.L-approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati, iżda għas-sena finanzjarja li jmiss biss, permezz ta’ deċiżjoni meħuda fil-15 ta’ Frar mill-istituzzjoni kkonċernata fir-rigward ta’:

(a)ammonti li jikkorrispondu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li għlihom il-parti l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura tal-impenn tkun tlestiet sal-31 ta’ Diċembru. Imbagħad dawn l-ammonti jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, bl-eċċezzjoni tal-approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati mal-proġetti ta’ bini li jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara;

(b)ammonti li huma meħtieġa meta l-awtorità leġiżlattiva tkun adottat att bażiku fil-kwart finali tas-sena finanzjarja u l-Kummissjoni ma tkunx tista' timpenja l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għal dan l-iskop sal-31 ta’ Diċembru. Dawn l-ammonti jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara;

(c)approprjazzjonijiet ta’ pagament li huma meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati, meta l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li hemm provvediment dwarhom fil-linji baġitarji rilevanti għas-sena finanazjarja li jmiss ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet;

(d)approporjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

It-tali riport ma għandux jaqbeż, fi ħdan limitu ta’ 2 % tal-approprjazzjonijiet ivvotati mill-Awtorità tal-Baġit, l-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti applikati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 matul is-sena finanzjarja ta’ qabel. L-approporjazzjonijiet li jitmexxew ’il quddiem għandhom jiġu ritornati lil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(e)l-approprjazzjonijiet miżmumin mhux allokati fil-bidu tas-sena finanzjarja relatati mal-fondi msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ENI) u fir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (SKŻ), fi ħdan limitu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali ta’ kull strument.

L-istituzzjoni kkonċernata għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Marzu bid-deċiżjoni ta’ riport li tkun ħadet. Għandha tiddikjara wkoll, għal kull linja baġitarja, kif il-kriterji fil-punti (a), (b) u (c) applikaw għal kull riport.

3.L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati fir-rigward ta’:

(a)l-ammonti li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta' pagament għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u għar-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet u għal approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

(b)l-ammonti korrispondenti għal dħul assenjat intern;

L-ammonti msemmijin fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja li jmiss u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru, bl-eċċezzjoni tad-dħul assenjat intern mill-kirjiet u mill-bejgħ tal-bini u l-art imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 20(3) li jista’ jiġi riportat sakemm jintuża kollu kemm hu. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn, imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 30 , disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jiġu minn rifużjonijiet ta’ ħlasijiet prefinanzjament jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem sal-għeluq tal-programm u jiġu użati meta meħtieġ sakemm ma jkunx għad hemm approprjazzjonijiet għall-impenji oħra disponibbli.

(c)l-ammonti korrispondenti għal dħul assenjat estern.

Dawn l-ammonti għandhom jiġu riportati awtomatikament u għandhom jintużaw għalkollox sakemm l-operazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-programm jew l-azzjoni li jkunu ġew assenjati għalihom ikunu twettqu jew jistgħu jiġu riportati u jintużaw għall-programm jew għall-azzjoni sussegwenti.

Dan ma għandux ikun japplika għad-dħul imsemmi fil-punt (iii) tal-Artikolu 20(2)(g) li għalih għandhom jiġu kkanċellati l-approprjazzjonijiet mhux impenjati fi ħdan ħames snin.

It-trattament tad-dħul assenjat estern li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) f’ċerti programmi tal-Unjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 20(2) għandu jkun konformi mal-Protokoll 32 mehmuż mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE).

(d)approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mal-FAEG li jirriżultaw minn sospensjonijiet skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

4.L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati legalment impenjati fi tmiem is-sena finanzjarja għandhom jitħallsu sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.

5.Bla ħsara għall-paragrafu 3, approprjazzjonijiet imqiegħda f'riżerva u approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-persunal ma għandhomx jiġu riportati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, in-nefqa għall-persunal tinkludi r-remunerazzjoni u l-provvedimenti għall-membri u għall-persunal tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 13
Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

1.Meta jiġu diżimpenjati approprjazzjonijiet fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha ġew impenjati l-approprjazzjonijiet bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, l-approprjazzjonijiet ikkonċernati għandhom jitħassru, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-paragrafu 3 u fl-Artikolu 14.

2.Fil-każ ta’ ammonti li ġew impenjati sal-31 ta’ Marzu skont l-Artikolu 12(2), meta l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġu diżimpenjati wara l-31 ta’ Marzu, dawn għandhom jitħassru.

3.L-approprjazzjonijiet imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jiġu diżimpenjati b’mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

4.L-approprjazzjonijiet imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandhom jiġu diżimpenjati b’mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

5.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 14
It-tqegħid tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati għad-dispożizzjoni mill-ġdid

1.L-approprjazzjonijiet diżimpenjati msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 31 jistgħu jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f’każ ta’ żball evidenti attribwibbli biss lill-Kummissjoni.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina d-diżimpenjar magħmul matul is-sena finanzjarja preċedenti u tiddeċiedi, sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja kurrenti, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet, jekk ikunx meħtieġ li l-tagħmel l-approprjazzjonijiet korrispondenti disponibbli mill-ġdid.

2.L-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta’:

(a)id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet minn programm skont l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet minn programm iddedikat għal strument finanzjarju speċifiku favur l-SMEs wara li Stat Membru ma jkunx kompla l-parteċipazzjoni tiegħu fl-istrument finanzjarju, kif imsemmi fis-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.Bla ħsara għall-paragrafi (1) u (2), l-approprjazzjonijiet diżimpenjati li jkunu saru fis-sena n-2 għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja għas-sena n.

Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn li jsir rikors għar-Riżerva, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta ta’ trasferiment mir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti, skont l-Artikolu 30 (4).

4.L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati bħala riżultat ta’ nonimplimentazzjoni parzjali jew totali tal-proġetti ta’ riċerka korrispondenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożijzzoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-programm ta’ riċerka li għalih jappartjenu l-proġetti jew is-suċċessur tiegħu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 15
Regoli applikabbli fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-baġit

1.Jekk il-baġit ma jkunx ġie adottat b’mod definittiv fil-bidu tas-sena finanzjarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 315 TFUE (is-sistema tal-parti minn kull tnax proviżorja). L-impenji u l-pagamenti jistgħu jsiru fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.L-impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa massimu ta’ kwart tat-total tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma’ parti minn kull tnax għal kull xhar li jkun għadda.

Il-limitu tal-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwaru fl-abozz tal-baġit ma għandux ikun maqbuż.

Il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa massimu ta’ parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tas-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, dik is-somma ma għandhiex tkun aktar minn parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu tal-abbozz tal-baġit.

3.L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tas-sena finanzjarja preċedenti, kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-approprjazzjonijiet ivvotati fil-baġit, inkluż permezz ta’ baġits emendatorji, u wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru matul dik is-sena finanzjarja.

4.Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni titlob dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza nefqa li tkun aktar minn parti waħda minn kull tnax proviżorji iżda li ma taqbiżx it-total ta’ erba’ partijiet minn kull tnax proviżorji, ħlief dik il-parti minn kull tnax imqiegħda għad-dispożizzjoni b’mod awtomatiku, ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti apparti dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew ma jiħux xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu, ma jiddeċidix li jnaqqas dik in-nefqa sa dak il-limitu ta’ żmien, f'liema każ il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida;

(b)jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li ma jixtieqx inaqqas dik in-nefqa, f'liema każ id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza tat-30 jum.

Il-partijiet minn kull tnax addizzjonali jkunu awtorizzati b’mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.

5.Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta’ erba' partijiet minn kull tnax proviżorji mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx suffiċjenti biex tiġi koperta n-nefqa meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni fil-qasam kopert bil-kapitolu kkonċernat, tista’ eċċezzjonalment tingħata awtorizzazzjoni biex jinqabeż l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont il-proċeduri previsti fil-paragrafu 4. Madankollu, it-total kumplessiv disponibbli tal-approprjazzjonijiet fil-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti jew l-abbozz tal-baġit, kif propost, ma jista jinqabeż fl-ebda ċirkostanza.

KAPITOLU 3
Prinċipju tal-ekwilibriju

Artikolu 16
Definizzjoni u ambitu

1.Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2.L-Unjoni u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 69 u 70 ma jistgħux jidħlu għal dejn fil-qafas tal-baġit.

Artikolu 17
Bilanċ mis-sena finanzjarja

1.Il-bilanċ minn kull sena finanazjarja għandu jkun irreġistrat fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti bħala dħul fil-każ ta’ bilanċ pożittiv jew bħala approprjazzjoni ta’ pagament fil-każ ta’ bilanċ negattiv.

2.L-istimi għal dan id-dħul jew dawn l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu rreġistrati fil-baġit matul il-proċedura tal-baġit u f'ittra ta’ emenda ippreżentata skont l-Artikolu 40. L-istimi għandhom jitħejjew b'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 32 .

3.Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji għal kull sena finananzjarja, kwalunkwe diskrepanza bejn dawk il-kontijiet u l-istimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tas-sena finananzjarja li jmiss permezz ta’ baġit emendatorju. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz tal-baġit emendatorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament fi żmien 15 il-jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji.

KAPITOLU 4
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Artikolu 18
L-użu tal-euro

1.Il-qafas finananzjarju pluriennali u l-baġit għandhom jitħejjew u jiġu implementati f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro. Madankollu, għall-finijiet ta’ flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 76, l-uffiċjal tal-kontabilità, fil-każ ta’ kontijiet għall-antiċipi, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandhom ikunu awtorizzati jwettqu operazzjonijiet f’muniti oħrajn.

2.Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għas-setturi, jew minn kuntratti ta’ akkwist pubbliku, ftehimiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u ftehimiet ta’ finanzjament, il-konverżjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha ssir bir-rata tal-kambju tal-euro ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea dakinhar li d-dipartiment tal-awtorizzazzjoni joħroġ l-ordni ta’ pagament jew l-ordni ta’ rkupru.

Jekk ma tiġi ppubblikata ebda rata ta’ kuljum bħal din, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu juża dik imsemmija fil-paragrafu 3.

3.Għall-finijiet tal-kontijiet stabbiliti fl-Artikoli 80 u 81, il-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra ssir bl-użu tar-rata tal-kontabilità ta’ kull xahar tal-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni meqjus bħala kredibbli, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xogħol tax-xahar qabel dak li għalih tiġi stabbilita r-rata.

4.L-operazzjonijiet ta’ konverżjoni tal-munita għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġi evitat milli jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament tal-Unjoni jew impatt detrimentali fuq il-baġit tal-Unjoni. Meta xieraq, ir-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tista’ tiġi kkalkolata billi tittieħed il-medja tar-rata tal-kambju ta’ kuljum f’perjodu partikolari.

KAPITOLU 5
Prinċipju tal-universalità

Artikolu 19
Kamp ta’ applikazzjoni

Bla ħsara għall-Artikolu 20, id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali. Bla ħsara għall-Artikolu 25, id-dħul u n-nefqa kollha għandhom ikunu rreġistrati b’mod sħiħ mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin.

Artikolu 20
Dħul assenjat

1.Id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern għandhom ikunu allokati sabiex jiffinanzjaw partiti speċifiċi tan-nefqa.

2.Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern:

(a)kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand Stati Membri, partijiet terzi u korpi mhux imwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom għal ċerti azzjonijiet jew programmi ffinanzjati mill-Unjoni kif ukoll għal programmi supplimentari ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, u ġestiti mill-Kummissjoni għan-nom tagħhom;

(b)approprjazzjonijiet relatati mad-dħul iġġenerat mill-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar stabbilit mill-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u dwar il-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar mehmuż għat-TUE u għat-TFUE.

(c)l-imgħax fuq id-depożiti u l-multi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 33 ;

(d)id-dħul allokat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati, inkluż id-dħul allokat speċifiku għal kull istituzzjoni;

(e)il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-attivitajiet tal-Unjoni mingħand pajjiżi terzi jew mingħand korpi mhux tal-Unjoni mhux koperti mill-punt (b);

(f)id-dħul assenjat intern imsemmi fil-paragrafu 3, sal-punt li dan ikun anċillarju għad-dħul l-ieħor skont dan il-paragrafu;

(g)id-dħul mill-attivitajiet ta’ natura kompetittiva mwettqin miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) li jikkonsistu fi kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(i)proċeduri ta’ għoti u ta’ akkwist li fihom jipparteċipa l-JRC;

(ii)attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi;

(iii)attivitajiet li saru taħt ftehim amministrattiv ma’ istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 57, għall-għoti ta’ servizzi tekniċi-xjentifiċi.

3.Dawn li ġejjin jikkostitwixxu dħul assenjat intern:

(a)dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ oġġetti, ta’ servizzi jew ta’ xogħol forniti fuq talba tagħhom;

(b)ir-rikavat mill-bejgħ ta’ vetturi, ta’ tagħmir, ta’ stallazzjonijiet, ta’ materjali u r-rikavat xjentifiku u tekniku;

(c)dħul li joriġina mir-ripagament, skont l-Artikolu 99, ta’ ammonti mħallsa indebitament;

(d)dħul li joriġina mill-imgħax fuq il-pagamenti ta’ prefinanzjament, soġġett għall-Artikolu 8(3);

(e)ir-rikavat mill-forniment ta’ oġġetti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet għal dipartimenti fi ħdan istituzzjoni, istituzzjonijiet jew korpi oħrajn, inklużi rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta’ allokazzjonijiet ta’ missjonijiet imħallsa f'isimhom;

(f)il-pagamenti tal-assigurazzjoni riċevuti;

(g)id-dħul mill-kirjiet u mill-bejgħ ta’ bini u ta’ art;

(h)id-dħul minn bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet jew ta’ films, inklużi dawk fuq mezzi elettroniċi;

(i)id-dħul u r-ripagamenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji oħrajn apparti l-għoti u t-teħid b’self u l-assi tagħhom miżmumin f’fond ta’ proviżjonament komuni;

(j)dħul li jirriżulta mir-rimborż sussegwenti ta’ taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 25(3). Id-dħul assenjat għandu jiġi riportat u ttrasferit skont id-dispożizzjonijiet tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(3) u tal-Artikolu 30.

4.Att bażiku jista' wkoll jassenja d-dħul li huwa jipprevedi għal partiti speċifiċi tan-nefqa. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-att bażiku, tali dħul għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern.

5.Il-baġit għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern u fejn possibbli għandu jindika l-ammont.

Artikolu 21
Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti

1.Bla ħsara għall-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 22, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-baġit irid ikollha:

(a)fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ kull taqsima tal-istituzzjoni, linja baġitarja biex tirċievi d-dħul;

(b)fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kummenti tal-baġit, inklużi kummenti ġenerali, li juru liema linji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jsiru disponibbli.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, trid issir entrata pro memoria, filwaqt li d-dħul stmat għandu jiddaħħal fir-kummenti għal skopijiet ta’ informazzjoni.

2.L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta’ pagament, meta d-dħul jiġi riċevut mill-istituzzjoni, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) għall-Istati Membri u meta l-ftehim ta’ kontribuzzjoni jkun espress f’euro, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni meta l-Istat Membru jiffirma l-ftehim ta’ kontribuzzjoni.

(b)fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) u fil-punti (i) u (iii) tal-Artikolu 20(2)(g), l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni malli jiġi stmat l-ammont riċevibbli.

(c)fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2), id-dħul ta’ dawk l-ammonti fid-dikjarazzjoni tad-dħul iwassal għall-provvediment, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

L-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 19.

3.L-istimi tal-ammonti riċevibbli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) u fil-punt (h) tal-Artikolu 20(2) għandhom jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 22
Dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni

1.L-istruttura tal-budget biex takkomoda d-dħul imsemmi fl-Artikolu 20(2)(e) għandha tkun kif ġejja:

(a)fid-dikjarazzjoni tad-dħul, trid tiddaħħal entrata pro memoria sabiex takkomoda l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA għas-sena finanzjarja inkwistjoni;

(b)fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, anness, li jifforma parti integrali mill-baġit, għandu jistabbilixxi l-linji kollha li jkopru l-attivitajiet tal-Unjoni li jieħdu sehem fihom l-Istati tal-EFTA.

2.Skont l-Artikolu 82 tal-Ftehim ŻEE, l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali tal-Istati tal-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll 32 anness mal-Ftehim ŻEE, għandhom iwasslu għad-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, tal-ammonti sħaħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti.

Artikolu 23
Donazzjonijiet

1.L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jaċċettaw kwalunkwe donazzjoni magħmula lill-Unjoni, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u laxxiti.

2.L-aċċettazzjoni ta’ donazzjoni ta’ valur ta’ EUR 50 000 jew aktar li tinvolvi miżata finanzjarju, inklużi kostijiet ta’ segwitu, li taqbeż l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fid-dawl ta’ awtorizzazzjoni bħal din, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq il-kwistjoni fi żmien xahrejn mindu jirċievu t-talba mingħand il-Kummissjoni. Jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni matul dak il-perjodu, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu deċiżjoni finali fir-rigward tal-aċċettazzjoni tad-donazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jispjegaw l-imposti finanzjarji involuti mill-aċċettazzjoni tad-donazzjonijiet li jsiru lill-Unjoni.

Artikolu 24
Sponsorizzar korporattiv

1.L-isponsorizzar korporattiv ifisser ftehim li bih persuna ġuridika tappoġġja in natura avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.

2.Fuq il-bażi tar-regoli interni speċifiċi, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu f’ċerti eċċezzjonijiet jaċċettaw sponsorizzar korporattiv in natura diment li:

(a)tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ trattament indaqs, ta’ trasparenza;

(b)jikkontribwixxi għall-immaġni pożittiva tal-Unjoni u jkollu rabta diretta mal-objettiv prinċipali ta’ avveniment jew ta’ azzjoni;

(c)ma jiġġenerax kunflitt ta’ interess u lanqas ma jikkonċerna avvenimenti esklussivament soċjali.

Artikolu 25
Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti minħabba r-rata tal-kambju

1.Jista’ jsir it-tnaqqis li ġej minn talbiet għal pagament, li imbagħad jingħaddew għall-pagament tal-ammont nett:

(a)penali imposti fuq partijiet għal kuntratti ta’ akkwist jew fuq benefiċjarji;

(b)skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u dikjarazzjonijiet tal-kostijiet;

(c)imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament;

(d)aġġustamenti għal ammonti mħallsa indebitament.

L-aġġustamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru, bi tnaqqis dirett, kontra ħlas ġdid interim jew kontra pagament ta’ bilanċ lill-istess prenditur li għandu jitħallas skont il-kapitolu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-ħlas żejjed.

Ir-regoli kontabilistiċi tal-Unjoni għandhom japplikaw għat-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu.

2.Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi mroddija lura mill-Istati Membri skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddebitat lill-baġit għall-ammont qabel it-taxxa.

3.Il-kost tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti lill-Unjoni li jinkorporaw taxxi mroddija lura minn pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-ftehimiet rilevanti jista' jiġi ddebitat lill-baġit għal kwalunkwe wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a)l-ammont qabel it-taxxa;

(b)l-ammont li jinkludi t-taxxa. F'tali każ, taxxi rimborżati wara għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern.

4.Aġġustamenti jistgħu jsiru fir-rigward tad-differenzi fil-kambju li jseħħu fl-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qligħ jew it-telf finali għandu jkun inkluż fil-bilanċ tas-sena.

KAPITOLU 6
Prinċipju ta’ speċifikazzjoni

Artikolu 26
Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u bil-kapitolu. Il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f'artikoli u partiti.

2.Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn jistgħu jittrasferixxu approprjazzjonijiet fi ħdan il-baġit soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 30.

L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji baġitarji li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollhom entrata pro memoria.

Il-perċentwali msemmija fl-Artikoli 27 u 28 jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inklużi baġits emendatorji.

L-ammont li jrid jiġi kkunsidrat għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel. L-ammont li jikkorrispondi għat-trasferimenti li għandhom jitwettqu b’mod awtonomu mill-Kummissjoni jew mill-istituzzjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jittiħidx f’kunsiderazzjoni.

Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali għat-talbiet ta’ trasferiment stabbiliti fl-Artikolu 30, il-proposti għat-trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar trasferimenti magħmula skont l-Artikoli 27, 28 u 29 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn xierqa u dettaljati li juru l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tal-ħtiġijiet sal-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji li fihom għandhom jiġu ttrasferiti l-approprjazzjonijiet, kif ukoll għal dawk li minnhom jittieħdu l-approprjazzjonijiet.

Artikolu 27
Trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni

1.Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

(a)minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

(b)minn kapitolu wieħed għal ieħor mingħajr limitu.

2.Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel trasferiment, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. F’każ li jitqajmu raġunijiet iġġustifikati kif xieraq fi ħdan dak il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tkun tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

3.Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fit-taqsima tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

4.Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fi ħdan l-artikoli u fi ħdan kull kapitolu mingħajr ma tinforma minn qabel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Tista’ wkoll tagħmel trasferimenti minn kapitolu wieħed għal ieħor tal-istess titolu għal sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fuq il-linja li minnha jsir it-trasferiment bla ma tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel.

Artikolu 28
Trasferimenti mill-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha stess tal-baġit, b'mod awtonomu:

(a)tittrasferixxi approprjazzjonijiet fi ħdan l-istess kapitolu;

(b)fir-rigward tan-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni li hija komuni għal diversi titoli, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena li tidher fil-linja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta’ 30 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena li tidher fil-linja li lilha jsir it-trasferiment;

(c)fir-rigward tan-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu jew bejn titoli differenti koperti mill-istess att bażiku, inklużi l-kapitoli tas-sostenn amministrattiv, sa total massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

(d)fir-rigward tal-approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku implimentati mill-JRC, il-Kummissjoni tista, fi ħdan it-titoli tal-baġit li jirrigwardaw il-qasam ta’ politika "Riċerka diretta", tagħmel transferimenti bejn kapitoli sa massimu ta’ 15 % tal-approprjazzjoni fil-linja li minnha jkun sar it-trasferiment;

(e)fir-rigward tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), l-approprjazzjonijiet ta’ trasferiment mir-riżerva għal-linja mal-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond;

(f)fir-rigward tan-nefqa operazzjonali tal-fondi ġestiti b’implimentazzjoni kondiviża, bl-eċċezzjoni tal-FAEG, l-approprjazzjonijiet ta’ trasferiment minn titolu għal ieħor, diment li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati jkunu għall-istess objettiv skont it-tifsira tar-Regolament ikkonċernat jew ikunu nefqa tal-assistenza teknika;

(g)l-approprjazzjonijiet ta’ trasferiment mill-partita tal-baġit ta’ garanzija baġitarja għall-partita tal-baġit ta’ garanzija baġitarja oħra meta r-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ proviżjonament komuni ta’ din imsemmija l-aħħar ma jkunux biżżejjed sabiex iħallsu talba għal ħlas ta' garanzija.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitħallew isiru trasferimenti awtonomi mil-linji ta’ sostenn amministrattivi għal-linji operazzjonali korrispondenti.

Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.

In-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu. għandha tkopri l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 45(3) għal kull qasam ta' politika.

Meta l-Kummissjoni tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont il-paragrafu 1 wara l-31 ta’ Diċembru, għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel it-trasferimenti msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. F’każ li jitqajmu raġunijiet iġġustifikati kif xieraq fi ħdan dak il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, għandha tkun tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

Bħala eċċezzjoni mit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’, matul l-aħħar xahrejn tas-sena finanzjarja, b'mod awtonomu tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

2.Il-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi dwar it-trasferimenti li ġejjin ta’ approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor, sakemm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha:

(a)trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mit-titolu tal-“provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tinsab fl-adozzjoni ta’ att bażiku skont l-Artikolu 294 TFUE;

(b)f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati bħal diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu wara l-1 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja, trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet mhux użati għal dik is-sena finanzjarja attwali li jkunu għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja.

Il-proposti għat-trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar trasferimenti magħmula skont l-Artikoli 27 u 28 ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn adattati u dettaljati li juru l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u l-estimi tal-ħtiġijiet sal-aħħar ta’ dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji li fihom għandhom jiġu ttrasferiti l-approprjazzjonijiet, kif ukoll għal dawk li minnhom jittieħdu l-approprjazzjonijiet.

Artikolu 29
Proposti għal trasferiment sottomessi lill-Parlament Ewropew

u lill-Kunsill mill-istituzzjonijiet

1.Kull istituzzjoni għandha tissottometti l-proposti ta’ trasferiment tagħha b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament għall-fondi ġestiti b’implimentazzjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara. It-trasferiment tal-approprijazzjonijiet tal-pagament jista’ jsir minn kwalunkwe partita tal-baġit. Il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

Jekk it-trasferiment ma jkunx approvat jew ikun approvat biss parzjalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-parti korrespondenti tan-nefqa li hemm riferiment għaliha fil-punt (b) tal-Artikolu 10(5) tgħaddi lill-approprijazzjonijiet tal-pagament fis-sena finanzjarja li jmiss.

3.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet kif stipulat fil-paragrafi 4 sa 8.

4.Ħlief f'ċirkustanzi urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b'dan tal-aħħar li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandhom jiddeliberaw fuq kull proposta ta’ trasferiment fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevew il-proposta.

5.Meta l-Kummissjoni tittrasferixxi approprjazzjonijiet tal-FAEG skont dan l-Artikolu, din għandha tissottometti proposti ta’ trasferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja li jmiss.

Il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

6.Il-proposta ta’ trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta’ sitt ġimgħat, iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha;

(b)wieħed bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovaha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;

(c)il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jiħdux azzjoni jew ma jiħdux deċiżjoni li jemendaw jew jiċħdu l-proposta ta’ trasferiment.

7.Il-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jitlobx mod ieħor, f'wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja li minnha jsir it-trasferiment jew ma jaqbiżx il-EUR 5 000 000;

(b)it-trasferiment jirrigwarda biss l-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ammont globali tat-trasferiment ma jaqbiżx il-EUR 100 000 000.

8.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun emenda l-ammont tat-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra tkun approvatu jew ma tkunx ħadet azzjoni, jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma emendaw l-ammont tat-trasferiment, l-iżgħar miż-żewġ ammonti għandu jitqies bħala approvat, sakemm l-istituzzjoni kkonċernata ma tirtirax il-proposta ta’ trasferiment tagħha.

Artikolu 30
Trasferimenti soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali

1.L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul jintuża għall-iskop li għalih ikun assenjat.

2.Għandha tiddaħħal entrata pro memoria fuq entrata mingħajr approprjazzjonijiet awtorizzati permezz ta’ talba speċifika mingħand il-Kummissjoni. Ir-regoli għall-adozzjoni tat-talba tal-Kummissjoni għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 29. 

3.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dħul assenjat intern f’każ li ma jkun hemm ebda ħtieġa identifikata li tippermetti li t-tali dħul jintuża għall-fini li huwa assenjat għalih.

4.Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-riżerva ta’ għajnuna f'emerġenza u tar-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet għandhom jittieħdu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 29. Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma jistgħux jilħqu pożizzjoni komuni dwar l-użu ta’ din ir-riżerva, huma ma għandhomx jaġixxu fuq il-proposta ta’ trasferiment tal-Kummissjoni.

Il-proposti għal trasferimenti mir-riżerva ta’ għajnuna f’emerġenza u mir-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn xierqa u dettaljati li juru:

(a)l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet u l-istima tar-rekwiżiti sa tmiem is-sena finanzjarja għal-linja li għaliha jrid isir it-trasferiment;

(b)analiżi tal-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

5.Trasferimenti mir-riżerva għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond.

KAPITOLU 7
Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja u tal-prestazzjoni tajba

Artikolu 31
Il-prestazzjoni u l-prinċipji ta’ ekonomija, ta’ effiċjenza u ta’ effikaċja

1.L-approprjazzjonijiet għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u b’hekk għandhom jiġu implimentati skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)il-prinċipju tal-ekonomija li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli f'waqt xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz

(b)il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u l-ilħuq tal-objettivi.

(c)il-prinċipju tal-effikaċja li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira.

2.B’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dan il-għan:

(a)l-objettivi għall-programmi u għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti ex ante;

(b)il-progress fl-ilħuq tal-objettivi għandu jiġi ssorveljati bl-indikaturi tal-prestazzjoni;

(c)il-kisbiet għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-punt (h) tal-Artikolu 39(3) u skont il-punt (ii) tal-Artikolu 239(1)(b).

Artikolu 32
L-evalwazzjonijiet

1.Il-programmi u l-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante u retrospettiva (“evalwazzjoni”), li għandha tkun proporzjonata għall-objettivi u n-nefqa.

2.L-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-UE, l-objettivi, l-effetti mistennijin tal-alternattivi differenti u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

3.L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Dawn għandhom isiru kull ċertu żmien u fi ħdan biżżejjed żmien sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.

Artikolu 33
Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja

1.Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġislattiva mill-Kummissjoni, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jew minn Stat Membru, li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inklużi bidliet fin-numru ta’ karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja u minn evalwazzjoni ex ante kif previst fl-Artikolu 32.

Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva li jista’ jkollha implikazzjonijiet konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja mħejjija mill-istituzzjoni li tkun qed tipproponi l-emenda.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja tinkludi d-dejta finanzjarja u ekonomika għall-valutazzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-ħtieġa għal azzjoni mill-Unjoni. Għandha tipprovdi informazzjoni xierqa fir-rigward tal-koerenza ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni u kwalunkwe sinerġija possibbli.

Fil-każ ta’ operazzjonijiet pluriennali, id-dikjarazzjoni finanzjarja tinkludi l-iskeda prevedibbli ta’ rekwiżiti annwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ approprjazzjonijiet u impjiegi, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju.

2.Matul il-proċedura baġitarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal paragun bejn bidliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u l-previżjonijiet inizjali magħmula fid-dikjarazzjoni finanzjarja fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet dwar il-proposta jew inizjattiva mressqa lill-awtorità leġislattiva.

3.Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi, ta’ irregolaritajiet u ta’ nuqqas ta’ lħuq tal-objettivi, id-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita, stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikati b'sistema bħal din u stima tal-livell stmat ta’ riskju ta’ żbalji, kif ukoll miżuri eżistenti u ppjanati ta’ prevenzjoni tal-frodi u protezzjoni mill-frodi.

Analiżi bħal din għandha tqis il-kobor u t-tip probabbli ta’ żbalji, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-qasam tal-politika kkonċernat u r-regoli applikabbli għalih.

4.Meta jitressqu proposti ta' nfiq riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tistma l-kostijiet u l-benefiċċji tas-sistemi ta’ verifika, kif ukoll il-livell ta’ riskju ta’ żbalji kif jingħad fil-paragrafu 3.

Artikolu 34
Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti kif xieraq f’kull metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit, u skont ir-regoli speċifiċi għas-settur.

2.Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa ddefinit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:

(a)l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)l-affidabbiltà tar-rapportar;

(c)is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u tal-irregolaritajiet;

(e)l-amministrazzjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

3.Il-kontroll intern effettiv għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari:

(a)segregazzjoni tal-kompiti;

(b)strateġija xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju inkluż il-kontroll fil-livell tar-riċevitur;

(c)evitar ta' kunflitt ta' interess;

(d)rekord adegwat tal-awditjar u integrità tad-dejta f’sistemi tad-dejta;

(e) proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza u għas-segwitu ta’ dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

(f)valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll intern.

4.Il-kontroll intern effiċjenti jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a)l-implimentazzjoni ta’ strateġija xierqa għall-ġestjoni u ta’ kontroll tar-riskju kkoordinata fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;

(b)l-aċċessibilità għall-atturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa;

(c)is-serħan, meta jkun xieraq, fuq dikjarazzjonijiet ta’ sħab ta’ implimentazzjoni u opinjonijiet tal-awditjar indipendenti, sakemm il-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret bi qbil mal-istandards miftehma;

(d)l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, pieni dissważivi;

(e)leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa sottostanti għall-politiki;

(f)l-eliminazzjoni ta’ kontrolli multipli;

(g)it-titjib tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-kontrolli.

5.Jekk, matul l-implimentazzjoni, il-livell ta’ żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ miżuri korrettivi possibbli u tieħu jew tipproponi azzjoni xierqa, bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib tas-sistemi ta’ kontroll u d-disinn mill-ġdid tal-programm jew tas-sistemi ta’ kunsinna.

KAPITOLU 8
Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 35
Pubblikazzjoni ta’ kontijiet, baġits

1.Il-baġit għandu jkun stabbilit u implementat u l-kontijiet ippreżentati b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u kwalunkwe baġit emendatorju, kif ikunu adottati b'mod definittiv, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu iddikjarat adottat b'mod definittiv.

Sakemm jinħarġu fil-pubblikazzjoni uffiċjali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċifri dettaljati finali tal-baġit għandhom jiġu ppubblikati bil-lingwi kollha fuq is-sit web tal-istituzzjonijiet, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara l-adozzjoni finali tal-baġit.

Il-kontijiet annwali konsolidati għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra

1.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq u f'waqtu, l-informazzjoni dwar ir-riċevituri, kif ukoll dwar in-natura u l-iskop tal-miżura ffinanzjata mill-baġit, fejn din tal-aħħar tkun implimentata direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1).

L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjonijiet oħrajn meta jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni implimentati b’implimentazzjoni diretta tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha kienu impenjati legalment dawk il-fondi.

2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-ewwel subparagrafu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ dejta personali u għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)l-isem tar-riċevitur;

(b)il-post tar-riċevitur;

(c)l-ammont impenjat legalment;

(d)in-natura u l-iskop tal-miżura.

Għall-finijiet tal-punt b) tal-ewwel subparagrafu, it-terminu “post” ifisser:

(i)l-indirizz tar-riċevitur meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika;

(ii)ir-Reġjun fil-livell NUTS 2 meta r-riċevitur ikun persuna fiżika.

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss għal premji, għal għotjiet u għal kuntratti li ngħataw bħala riżultat ta’ kompetizzjonijiet jew proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku, u għal esperti li ntgħażlu skont l-Artikolu 230(2). L-informazzjoni ma għandhiex tiġi ppubblikata għal:

(a)ammonti ta’ appoġġ għall-edukazzjoni mħallsin lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn kif imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 185(4);

(b)kuntratti ta’ valur baxx ħafna mogħtijin lil esperti magħżulin skont l-Artikolu 230(2) kif ukoll kuntratti ta’ valur baxx ħafna anqas mill-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Is-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jinkludi mill-inqas referenza għall-indirizz tas-sit elettroniku fejn tista’ tinstab l-informazzjoni jew inkella din l-informazzjoni jekk ma tkunx ippubblikata direttament fil-post iddedikat tas-sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.Meta jkunu kkonċernati persuni fiżiċi, il-pubblikazzjoni għandha tkun limitata għall-isem u għal-lokalità tar-riċevitur, l-ammont impenjat legalment u l-iskop tal-miżura. Id-divulgazzjoni ta’ dik id-dejta għandha tkun ibbażata fuq kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, jew it-tip jew l-importanza tal-miżura. Fir-rigward tad-dejta personali, l-informazzjoni titneħħa sentejn wara l-għeluq tas-sena finanzjarja li matulha ġie impenjat legalment l-ammont. L-istess japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

4.Ikun hemm eżenzjoni mill-pubblikazzjoni jekk tali divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jekk tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri.

5.Persuni jew entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61 (1) u korpi ddeżinjati skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 62 għandhom iqiegħdu l-informazzjoni dwar ir-riċevituri tagħhom għad-dispożizzjoni b’mod xieraq u puntwali.

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-fondi pprovduti permezz ta’ strumenti finanzjarji li jirċievu appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għal ammont ta’ anqas minn EUR 500 000 għandha tkun limitata għal dejta statistika, aggregata skont il-kriterji rilevanti, bħall-pożizzjoni ġeografika, it-tipoloġija ekonomika tar-riċevituri, it-tip ta’ appoġġ riċevut u l-qasam tal-politika tal-Unjoni li skont dan ingħata t-tali appoġġ.

Fejn applikabbli, il-livell ta’ dettall u l-kriterji għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli speċifiċi għas-settur rilevanti u jistgħu jkunu rfinati aktar fil-ftehimet qafas finanzjarji ta’ sħubija.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni dwar is-sit web fejn tista’ tinstab l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għad-dispożizzjoni b’mod xieraq u puntwali.

TITOLU III
L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1
Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 37
Stimi tad-dħul u tan-nefqa

1.Kull istituzzjoni barra mill-Kummissjoni għandha tħejji stima tad-dħul u tan-nefqa tagħha, li għandha tibgħat lill-Kummissjoni u, b'mod parallel, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

2.Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkollu konsultazzjonijiet mal-Membri tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika tal-iżvilupp, għall-politika tal-viċinat u għall-kooperazzjoni internazzjonali, għall-għajnuna umanitarja u għar-rispons f’każ ta’ kriżi, rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom

3.Il-Kummissjoni għandha tħejji l-istimi tagħha, li eżatt wara li tadottahom, għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fil-preparazzjoni tal-istimi tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38.

Artikolu 38
Il-baġit stmat tal-korpi msemmija fl-Artikolu 69

Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 69 għandu, b'konformità mal-istrument li jkun stabbilih, jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz tiegħu tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni.

Artikolu 39
Abbozz tal-baġit

1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz tal-baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Hija għandha tibgħat dik il-proposta, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-parlamenti nazzjonali wkoll.

L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih sommarju tad-dikjarazzjoni ġenerali rigward id-dħul u n-nefqa tal-Unjoni u għandu jikkonsolida l-istimi msemmija fl-Artikolu 37. Jista' jkun fih ukoll stimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet.

L-abbozz tal-baġit għandu jsegwi l-istruttura u l-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 50.

Kull waħda mit-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit għandha tiġi ppreċeduta minn introduzzjoni magħmula mill-istituzzjoni kkonċernata.

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-introduzzjoni ġenerali għall-abbozz tal-baġit. L-introduzzjoni ġenerali għandha tikkonsisti f'tabelli finanzjarji li jkopru d-dejta prinċipali skont it-titoli u l-ġustifikazzjonijiet għall-bidliet fl-approprjazzjonijiet minn sena finanzjarja għal dik ta’ warajha skont il-kategoriji tan-nefqa tal-qafas finanzjarju pluriennali.

2.Sabiex jiġu pprovduti previżjonijiet aktar preċiżi u affidabbli tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-leġislazzjoni fis-seħħ u tal-proposti leġislattivi pendenti, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit l-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għas-snin ta’ wara strutturat skont il-kategorija tan-nefqa, il-qasam ta’ politika u l-linja baġitarja. L-ipprogrammar finanzjarju sħiħ ikopri l-kategoriji kollha ta’ nefqa bl-eċċezzjoni tal-agrikoltura, il-politika ta’ koeżjoni u l-amministrazzjoni, li għalihom għandha tiġi pprovduta biss dejta fil-qosor

L-ipprogrammar finanzjarju indikattiv għandu jiġi aġġornat wara l-adozzjoni tal-baġit, sabiex jinkorpora r-riżultati tal-proċedura tal-baġit u kull deċiżjoni relevanti oħra.

3.Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit

(a)ir-raġunijiet għalfejn l-abbozz tal-baġit fih stimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet l-oħra;

(b)kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis siewi b’rabta mal-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-istituzzjonijiet. Kull dokument ta’ ħidma bħal dan, li juri l-aħħar pjan ta’ stabbiliment awtorizzat, għandu jippreżenta:

(i)il-persunal kollu impjegat mill-Unjoni, muri skont it-tip ta’ kuntratt;

(ii)dikjarazzjoni tal-politika dwar il-karigi u l-persunal estern u dwar il-bilanċ bejn is-sessi;

(iii)l-għadd ta’ karigi li jkunu mtlew fil-bidu tas-sena li fiha jkun qed jitressaq l-abbozz tal-baġit, fejn jiġi indikat it-tqassim tagħhom skont il-grad u l-unità amministrattiva;

(iv)lista tal-karigi skont il-qasam ta’ politika;

(v)għal kull kategorija ta’ persunal estern, l-istima tan-numru inizjali ta’ ekwivalenti għal full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, kif ukoll in-numru ta’ persuni effettivament imħaddmin fil-bidu tas-sena li fiha huwa ppreżentat l-abbozz tal-baġit, b'indikazzjoni tat-tqassim tagħhom skont il-grupp ta’ funzjoni u, kif ikun xieraq, skont il-grad.

(c)għall-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70, dokument ta’ ħidma li jippreżenta d-dħul u n-nefqa, kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-persunal kif imsemmija fil-punti (i) sa (v) tas-subparagrafu (b).

Meta s-Sħubijiet Pubbliċi-Privati jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji, l-informazzjoni relatata ma’ dawk l-istrumenti għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 4.

(d)dokument ta’ ħidma dwar l-implimentazzjoni ppjanata tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja u dwar l-impenji pendenti;

(e)fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-amministrazzjoni, dokument ta’ ħidma li jippreżenta n-nefqa amministrattiva li trid tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont it-taqsima tagħha tal-baġit;

(f)dokument ta’ ħidma dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li għandu jkun fihom ukoll valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst;

(g)fir-rigward tal-finanzjament għal organizzazzjonijiet internazzjonali, dokument ta’ ħidma li jkun fih:

(i)sommarju tal-kontribuzzjonijiet kollha, bl-ammonti mqassmin skont il-programm jew il-fond tal-Unjoni u skont l-organizzazzjoni internazzjonali;

(ii)dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex kien aktar effiċjenti għall-Unjoni li tiffinanzja lil dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali minflok ma taġixxi hi direttament;

(h)dikjarazzjonijiet tal-programm jew kwalunkwe dokument rilevanti ieħor li jkun fih dan li ġej:

(i)indikazzjoni ta’ liema politiki u objettivi tal-Unjoni ser jikkontribwixxi għalihom il-programm;

(ii)motivazzjoni ċara għal intervent fil-livell tal-Unjoni li jkun konformi, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

(iii)aġġornamenti fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-programm;

(iv)ġustifikazzjoni sħiħa, inkluża analiżi kost-benefiċċji għall-bidliet proposti fil-livell tal-approprjazzjonijiet;

(v)informazzjoni dwar ir-rati ta' implimentazzjoni tal-programm għas-snin attwali u preċedenti;

(i)dikjarazzjoni sommarja tal-iskeda għall-ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti biex jiġu ssodisfati l-impenji baġitarji li jkunu ttieħdu fi snin baġitarji preċedenti.

4.Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn strumenti finanzjarji, għandha tehmeż dokument ta’ ħidma mal-abbozz tal-baġit, li għal kull strument finanzjarju għandu jipprovdi dawn li ġejjin:

(a)referenza għall-istrument finanzjarju u l-att bażiku tiegħu, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-istrument, l-impatt tiegħu fuq il-baġit u l-valur miżjud tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b)l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implementazzjoni, inkluża kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 150(2);

(c)il-kontibut tiegħu għall-kisba tal-objettivi tal-programm ikkonċernat kif miżurat bl-indikaturi stabbiliti, inkluża, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika;

(d)l-operazzjonijiet previsti, inklużi l-volumi mira abbażi tal-ingranaġġ fil-mira jew, meta dan ma jkunx disponibbli, tal-proporzjon ta’ ingranaġġ li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji eżistenti;

(e)il-linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti u l-impenji baġitarji aggregati u l-pagamenti mill-baġit;

(f)id-durata medja bejn l-impenn baġitarju għall-istrument finanzjarju u l-impenji legali għal proġetti individwali fil-forma ta’ ekwità jew ta’ dejn, meta d-durata tagħhom taqbeż it-tliet snin. Il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet u tipprovdi meta jkun xieraq pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tad-durata fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza;

(g)id-dħul u r-ripagamenti skont l-Artikolu 202(2), inkluża evalwazzjoni tal-użu tagħhom;

(h)il-valur tal-investimenti ta’ ekwità, fir-rigward tas-snin preċedenti;

(i)l-ammont totali ta’ provvedimenti għal riskji u obbligazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskopertura tal-Unjoni għal riskji finanzjarji;

(j)l-indeboliment ta’ assi u talbiet għal ħlas ta’ garanzija kemm għas-sena preċedenti kif ukoll iċ-ċifri akkumulati rispettivi;

(k)il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-investimenti mwettqin, l-effett ta’ ingranaġġ fil-mira u l-effett ta’ ingranaġġ miksub;

(l)ir-riżorsi proviżjonati fil-fond ta’ garanzija komuni u, fejn applikabbli, il-bilanċ fuq il-kont fiduċjarju.

Dan id-dokument ta’ ħidma għandu jinkludi fih ukoll ħarsa ġenerali lejn in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mill-miżati maniġerjali u imposti finanzjarji u debiti operatorji mħallsin għall-immaniġġjar tal-istrumenti finanzjarji b’kollox u għal kull parti maniġerjali u għal kull strument finanzjarju mmaniġġjat.

5.Meta l-Kummissjoni tagħti garanzija baġitarja, għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta’ ħidma li, għal kull garanzija baġitarja u għall-fond ta’ garanziji komuni, jippreżenta dawn li ġejjin:

(a)referenza għall-garanzija baġitarja u għall-att bażiku tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali tal-garanzija, l-impatt tagħha fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-baġit u l-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni;

(b)il-kontropartijiet għall-garanzija, inkluż kwalunkwe intopp relatat mal-applikazzjoni tal-Artikolu 150(2);

(c)il-kontibut tagħha għall-kisba tal-objettivi tal-garanzija baġitarja kif imkejjel bl-indikaturi stabbiliti, inklużi, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ġeografika u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat;

(d)informazzjoni dwar l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija fuq bażi aggregata skont is-setturi, il-pajjiżi u l-istrumenti, inklużi, fejn applikabbli, portafolli u appoġġ kombinat ma’ azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni;

(e)l-ammont finanzjarju ttrasferit lil benefiċjarji kif ukoll valutazzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ miksub mill-proġetti appoġġjati mill-garanzija;

(f)informazzjoni aggregata fuq l-istess bażi bħal fil-punt (d) dwar talbiet għal ħlas ta’ garanzija, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut;

(g)informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta’ garanzija komuni fi tmiem is-sena kalendarja ta’ qabel;

(h)ir-rata ta’ proviżjonament effettiva tal-fond ta’ garanzija komuni u, fejn applikabbli, it-trasferimenti sussegwenti skont l-Artikolu 206(3);

(i)il-flussi finanzjarji fil-fond ta’ proviżjonament komuni matul is-sena kalendarja ta’ qabel kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-iskopertura għar-riskju finanzjarju tal-Unjoni;

(j)skont l-Artikolu 203(3), valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrbin mill-baġit tal-Unjoni li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji.

6.Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta’ ħidma dwar l-attivitajiet appoġġjati mill-Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom.

7.Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit kull dokument ta’ ħidma ieħor li tqis bħala utli sabiex tappoġġja t-talbiet tal-baġit tagħha.

8.F’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ( 34 ) u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza baġitarja fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit, dokument ta’ ħidma li jippreżenta, b’mod komprensiv:

(a)in-nefqa amministrattiva u operazzjonali kollha relatata mal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, inklużi l-kompiti tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u ffinanzjata mill-baġit;

(b)in-nefqa amministrattiva globali tas-SEAE għas-sena preċedenti, imqassma fin-nefqa skont id-delegazzjoni tal-Unjoni u n-nefqa għall-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE; flimkien man-nefqa operazzjonali, imqassma skont iż-żona ġeografika (reġjuni, pajjiżi), l-oqsma tematiċi, id-delegazzjoni tal-Unjoni u l-missjoni.

9.Id-dokument ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 6 għandu wkoll:

(a)juri n-numru ta’ karigi għal kull grad f’kull kategorija u n-numru ta’ karigi permanenti u temporanji, inkluż il-persunal kuntrattwali u lokali awtorizzat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet f’kull delegazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE;

(b)juri kwalunkwe żieda jew tnaqqis fil-karigi skont il-grad u l-kategorija fl-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni kollha kemm huma fuq il-bażi tas-sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 40
Ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit

Fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fiż-żmien meta ġie stabbilit l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba minn kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra fir-rigward tat-taqsima rispettiva tagħhom, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittri emendatorji għall-abbozz tal-baġit qabel ma jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 TFUE. L-ittri jistgħu jinkludu ittra emendatorja li taġġorna, b'mod partikolari, l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura.

Artikolu 41
Obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-baġit

1.Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara l-baġit adottat b'mod definittiv f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 314(9) TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

2.Ladarba l-baġit ikun iddikjarat bħala adottat b'mod definittiv, kull Stat Membru għandu, mill-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jew mid-data tad-dikjarazzjoni tal-adozzjoni definittiva tal-baġit jekk din isseħħ wara l-1 ta’ Jannar, ikun marbut li jagħmel il-pagamenti dovuti lill-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

Artikolu 42
Abbozzi ta’ baġits emendatorji

1.Il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi ta’ baġits emendatorji li jkunu primarjament ibbażati fuq id-dħul fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)biex iddaħħal fil-baġit il-bilanċ tas-sena finanzjarja preċedenti, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17;

(b)biex tirrevedi t-tbassir tar-riżorsi proprji abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aġġornati;

(c)biex taġġorna t-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji u ta’ dħul ieħor, kif ukoll biex teżamina mill-ġdid id-disponibilità ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-ħtiġijiet għalihom.

Sa fejn possibbli, u fejn iġġustifikata tagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ tipproponi l-emendi xprunati min-nefqa flimkien mal-emendi xprunati mid-dħul imsemmijin fl-ewwel subparagrafu.

Jekk ikun hemm ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali u imprevisti, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozz tal-baġits emendatorji li primarjament ikunu xprunati min-nefqa.

2.Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Qabel jippreżentaw abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jeżaminaw il-possibilità ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet relevanti, b’referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta’ approprjazzjonijiet.

L-Artikolu 41 għandu japplika għal baġits emendatorji. Il-baġits emendatorji għandhom ikunu sostanzjati permezz ta’ referenza għall-baġit li jkunu qed jemendaw l-istimi tiegħu.

3.Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozzi tagħha tal-baġits emendatorji b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena finanzjarja. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.

4.L-abbozzi ta’ baġits emendatorji għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet tal-bażi u l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji preċedenti u kurrenti li kienu disponibbli meta ġew stabbiliti.

Artikolu 43
Trażmissjoni bikrija tal-istimi u tal-abbozzi tal-baġit

Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu li jressqu 'l quddiem ċerti dati għat-trażmissjoni tal-istimi, u għall-adozzjoni u t-trażmissjoni tal-abbozz tal-baġit. Madankollu, tali arranġament ma jistax ikollu effett li jqassar jew jestendi l-perjodi li jkunu previsti għall-kunsiderazzjoni ta’ dawk it-testi skont l-Artikolu 314 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom.

KAPITOLU 2
Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 44
Struttura tal-baġit

Il-baġit għandu jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa;

(b)taqsimiet separati għal kull istituzzjoni, ħlief il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill li għandhom jaqsmu l-istess taqsima tal-baġit, suddiviżi f'dikjarazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa.

Artikolu 45
In-nomenklatura tal-baġit

1.Id-dħul tal-Kummissjoni u d-dħul u n-nefqa tal-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom ikunu kklassifikati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont it-tip tagħhom jew l-użu li għalih huma assenjati f'titoli, f’kapitoli, f’artikoli u f’partiti.

2.Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għat-taqsima tal-Kummissjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ nomenklatura adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u kklassifikata skont l-iskop.

Kull titolu għandu jikkorrispondi għal qasam ta’ politika u kull kapitolu għandu, bħala regola, jikkorrispondi għal programm jew għal attività.

Kull titolu jista' jinkludi approprjazzjonijiet operattivi u approprjazzjonijiet amministrattivi. L-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titolu għandhom ikunu miġbura flimkien f'kapitolu wieħed.

In-nomenklatura tal-baġit tikkonforma mal-prinċipji ta’ speċifikazzjoni, tat-trasparenza u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hija tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju, tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-objettivi ewlenin kif riflessi fil-bażijiet legali rilevanti, tagħmel possibbli l-għażliet dwar il-prijoritajiet politiċi u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva.

3.Meta ppreżentati skont l-iskop, l-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titoli individwali għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a)in-nefqa fuq il-persunal awtorizzat fil-pjan ta’ stabbiliment: għandu jkun hemm ammont ta’ approprjazzjonijiet u għadd ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment li jikkorrispondu għal dik in-nefqa;

(b)in-nefqa fuq il-persunal estern u nefqa oħra msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u ffinanzjata mill-intestatura "amministrazzjoni" tal-qafas finanzjarju pluriennali;

(c)in-nefqa fuq bini u nefqa relatata oħra, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;

(d)persunal estern u għajnuna teknika marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-programmi.

Kwalunkwe nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni ta’ tip li jkun komuni għal bosta titoli għandha tiġi inkluża f’dikjarazzjoni sommarja separata u kklassifikata skont it-tip.

Artikolu 46
Dħul negattiv

1.Il-baġit ma għandux ikun fih dħul negattiv, ħlief meta jkun ġej minn rimunerazzjoni negattiva tad-depożiti.

2.Ir-riżorsi tagħhom imħallsa skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ammonti netti u għandhom jintwerew bħala tali fid-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul fil-budget.

Artikolu 47
Dispożizzjonijiet

1.Kull taqsima tal-baġit tista' tinkludi titolu “dispożizzjonijiet”. L-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu f’dak it-titolu fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a)ma jkun jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun ġie stabbilit;

(b)ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jiddubita mill-adegwatezza tal-approprjazzjonijiet jew mill-possibbiltà tal-implimentazzjoni, f’kundizzjonijiet konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-approprjazzjonijiet irreġistrati fil-linji kkonċernati.

L-approprjazzjonijiet f’dak it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferiment skont il-proċedura stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet fejn l-adozzjoni tal-att bażiku hi soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, għall-każijiet kollha l-oħrajn.

2.Fil-każ ta' diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi, fil-kors ta' sena finanzjarja, li l-approprjazzjonijiet ikunu ttrassferiti lejn it-titolu “provvedimenti”. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni rigward dawn it-trasferimenti kif stipulat fl-Artikolu 29.

Artikolu 48
Riżerva negattiva

It-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit tista’ tinkludi "riżerva negattiva" limitata għal ammont massimu ta’ EUR 400 000 000. Tali riżerva, li tista' tkun irreġistrata f'titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Din ir-riżerva negattiva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 28 u 29.

Artikolu 49
Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet

1.It-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għall-pajjiżi terzi u Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet.

2.Ir-riżervi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 28 u 30.

Artikolu 50
Preżentazzjoni tal-baġit

1.Il-baġit għandu juri:

(a)fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u n-nefqa:

(i)l-istimi tad-dħul tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata ("sena n");

(ii)l-istimi tad-dħul għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n - 2;

(iii)l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena n;

(iv)l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja preċedenti;

(v)in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n - 2, b’din tal-aħħar espressa wkoll bħala perċentwal tal-baġit tas-sena n;

(vi)kummenti xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif stipulat fl-Artikolu 45(1). Il-kummenti tal-baġit għandhom jinkludu r-referenzi tal-att bażiku, fejn tkun teżisti waħda, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet xierqa kollha rigward in-natura u l-iskop tal-approprjazzjonijiet;

(b)f'kull taqsima, id-dħul u n-nefqa fl-istess struttura bħal fil-punt (a);

(c)fir-rigward tal-persunal:

(i)għal kull taqsima, pjan ta’ stabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta’ karigi għal kull grad f'kull kategorija u f'kull servizz u n-numru ta’ karigi permanenti u temporanji awtorizzati fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(ii)pjan ta’ stabbiliment għall-persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u pjan ta’ stabbiliment għall-persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni indiretta; il-pjanijiet ta’ stabbiliment għandhom ikunu kklassifikati skont il-kategorija u skont il-grad u għandu jkun hemm distinzjoni bejn karigi permanenti u temporanji, awtorizzati fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet;

(iii)pjan ta’ stabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta’ karigi skont il-grad u skont il-kategorija għal kull korp imsemmi fl-Artikolu 69 li jirċievi kontribuzzjoni ddebitata lill-baġit. Il-pjanijiet ta’ stabbiliment għandhom juru, maġenb in-numru ta’ postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat tas-sena preċedenti. Il-persunal tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għandu jidher separatament fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.

(d)fir-rigward tal-assistenza finanzjarja u tal-garanziji baġitarji:

(i)fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul, il-linji baġitarji li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet rilevanti u intiżi biex jirrekordjaw kwalunwke rimborż riċevut mingħand riċevituri li inizjalment kienu inadempjenti. Dawk il-linji għandu jkollhom entrata pro memoria u jkunu akkumpanjati minn kummenti xierqa;

(ii)fit-taqsima tal-Kummissjoni:

il-linji baġitarji li fihom il-garanziji tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Dawk il-linji għandhom iġorru entrata pro memoria, diment li ma tirriżulta ebda miżata effettiva li trid tiġi rkuprata b’riżorsi definittivi;

kummenti li jagħtu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum tal-operazzjonijiet previsti, id-durata u l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Unjoni fir-rigward ta’ tali operazzjonijiet;

(iii)f'dokument mehmuż mat-taqsima tal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni, tar-riskji korrispondenti wkoll:

l-operazzjoni kapitali kurrenti u l-immaniġġjar tad-dejn;

l-operazzjonijiet kapitali u l-immaniġġjar tad-dejn għas-sena n;

(e)fir-rigward tal-finanzjament implimentat mill-entitajiet skont l-Artikolu 61(1)(c):

(i)referenza għall-att bażiku tal-programm rilevanti;

(ii)il-linji baġitarji korrispondenti;

(iii)deskrizzjoni ġenerali tal-azzjoni, inklużi d-durata tagħha u l-impatt tagħha fuq il-baġit;

(f)l-ammont totali tan-nefqa tal-PESK imdaħħla f'kapitolu, intitolat “PESK”, b'artikoli speċifiċi. Dawk l-artikoli għandhom ikopru n-nefqa tal-PESK u għandhom jinkludu linji speċifiċi li jidentifikaw mill-inqas il-missjonijiet ewlenin individwali.

2.B'żieda mad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jehmżu kwalunkwe dokument rilevanti ieħor mal-baġit.

Artikolu 51
Regoli dwar il-pjanijiet ta’ stabbiliment għall-persunal

1.Il-pjanijiet ta’ stabbiliment deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 50(1) għandhom jikkostitwixxu limitu assolut għal kull istituzzjoni jew korp. Ma jistax ikun hemm aktar ħatriet minn dan il-limitu stabbilit.

Madankollu, apparti milli fil-każ tal-gradi AD 16, AD 15 u AD 14, kull istituzzjoni jew korp jistgħu jimmodifikaw il-pjanijiet ta’ stabbiliment tagħhom b'sa 10 % tal-karigi awtorizzati, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat;

(b)il-limitu tan-numru totali ta’ karigi awtorizzati minn kull pjan ta’ stabbiliment ma jinqabiżx;

(c)l-istituzzjoni jew il-korp ikunu ħadu sehem f'eżerċizzju ta’ benchmarking ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni kif mibdi mill-eżerċizzju ta’ eżami analitiku tal-persunal tal-Kummissjoni.

Tliet ġimgħat qabel ma tagħmel il-modifiki msemmijin fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. F’każ li jitqajmu raġunijiet iġġustifikati kif xieraq fi ħdan dan il-perjodu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, l-istituzzjoni għandha żżomm lura milli tagħmel il-modifiki u għandha tkun tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 42.

2.B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti tax-xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità tal-ħatra b'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu bbilanċjati b'ħatriet oħrajn.

KAPITOLU 3
Dixxiplina baġitarja

Artikolu 52
Konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-baġit għandu jikkonforma mal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 53
Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit

Fejn l-implimentazzjoni ta’ att tal-Unjoni teċċedi l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit, dan l-att jista' jiġi implimentat f'termini finanzjarji biss wara li l-baġit ikun ġie emendat kif meħtieġ.

TITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 54
Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u l-opinjoni taċ-ċittadini

1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit f'konformità ma’ dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

2.L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet jintużaw f'konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

3.Iċ-ċittadini jistgħu jiġu kkonsultati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe entità oħra li timplimenta l-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 55
Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta’ dejta personali għal skopijiet ta’ awditjar

Fi kwalunkwe sejħa li ssir fil-kuntest ta’ għotjiet, ta’ akkwisti jew ta’ premji implimentati f’implimentazzjoni diretta, il-benefiċjarji potenzjali, il-kandidati, l-offerenti u l-parteċipanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ), għandhom jiġu informati li, bl-iskop li jkunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-dejta personali tagħhom tista’ tiġi ttrasferita lis-servizzi ta’ awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u bejn l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, u l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 70.

Artikolu 56
Att bażiku u eċċezzjonijiet

1.Għandu jiġi adottat att bażiku qabel ma jkunu jistgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni mill-Unjoni.

2.B'deroga mill-paragrafu 1 dawn li ġejjin jistgħu jkunu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni

(a)approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi;

L-ammont totali ta’ appropjazzjonijiet għall-proġetti pilota ma għandux jaqbeż l-EUR 40 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja;

(b)approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-applikazzjoni tat-TFUE u tat-Trattat Euratom, imfassla għat-tħejjija ta’ proposti li jwasslu għall-adozzjoni ta’ azzjonijiet futuri. L-azzjonijiet preparatorji għandhom isegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu diversi forom. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji konsekuttivi. Il-proċedura għall-adozzjoni tal-att bażiku rilevanti għandha tiġi konkluża qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul dik il-proċedura, l-impenn ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrispondi mal-karatteristiċi partikolari tal-azzjoni preparatorja fir-rigward tal-attivitajiet previsti, l-għanijiet mixtieqa u r-riċevituri. Konsegwentement, il-mezzi implimentati ma għandhomx jikkorrispondu fil-volum għal dawk previsti għall-iffinanzjar tal-azzjoni definittiva nnifisha;

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija f'dan il-punt ma għandux jaqbeż il-EUR 50 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000 000.

(c)approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE. Tali miżuri għandhom ikunu limitati għal perjodu qasir ta’ żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-azzjoni tal-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni tal-istrumenti legali meħtieġa;

Għall-fini tal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet tal-Unjoni, il-miżuri preparatorji għandhom jitfasslu, fost l-oħrajn, biex jivvalutaw ir-rekwiżiti operazzjonali, jipprovdu għal skjerament inizjali rapidu tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni.

Miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli.

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa stmati għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżborż rapidu tal-fondi.

Il-finanzjament tal-miżuri maqbula mill-Kunsill għat-tħejjija tal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet tal-Unjoni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jkopri l-kostijiet inkrementali li jirriżultaw direttament minn skjerament speċifiku fuq il-post ta’ missjoni jew tim li jinvolvi, fost l-oħrajn, persunal mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-assigurazzjoni għal riskju għoli, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni u l-pagamenti għal kull jum.

(d)approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew anke azzjonijiet ta’ durata indefinita, imwettqin mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi tagħha fil-livell istituzzjonali skont it-TFUE u t-Trattat Euratom barra mid-dritt tagħha għal inizjattiva leġiżlattiva msemmi fil-punt (b), u skont setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament minn dawk it-Trattati, li lista tagħhom għandha tingħata fl-atti delegati skont dan ir-Regolament;

(e)approprjazzjonijiet għall-operazzjoni ta’ kull istituzzjoni skont l-awtonomija amministrattiva tagħha.

Artikolu 57
Implimentazzjoni tal-baġit minn istituzzjonijiet oħrajn għajr il-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn is-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom.

2.Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, b’mod partikolari dawk amministrattivi li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi, il-provvista ta’ prodotti, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew l-implimentazzjoni ta’ kuntratti ta’ bini.

3.Ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bħal dawn jistgħu jiġu miftehmin ukoll bejn dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji tal-Unjoni, korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu li jiġu rkuprati l-kostijiet imġarrbin minħabba l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 58
Delega tas-setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit

1.Il-Kummissjoni u kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn jistgħu, fi ħdan id-dipartimenti tagħhom, jiddelegaw is-setgħat tagħhom għall-implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u bir-regoli interni tagħhom u fil-limiti li huma jistabbilixxu fl-istrument tad-delega. Dawk li jingħataw din is-setgħa għandhom jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ngħataw lilhom espressament.

2.Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħat tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, sabiex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fin-nuqqas tagħhom, lid-deputati Kapijiet tad-Delegazzjonijiet. Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega tal-Kummissjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas ta’ dawn tal-aħħar, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega skont ir-regoli tagħha stess.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-Kummissjoni.

3.F’ċerti eċċezzjonijiet, is-SEAE jista’ jiddelega s-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet amministrattivi tat-taqsima tiegħu lill-persunal tal-Kummissjoni meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-amministrazzjoni tad-Delegazzjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti tas-SEAE. F’każijiet eċċezzjonali li fihom il-persunal tal-Kummissjoni tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxi bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega tas-SEAE, dan għandu japplika r-regoli interni tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandu jkun soġġett għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b’sottodelega tas-SEAE.

Is-SEAE jista’ jirtira d-delega skont ir-regoli tiegħu stess.

Artikolu 59
Kunflitt ta' interess

1.L-atturi finanzjarji kif iddefiniti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV u persuni oħrajn involuti f’implmentazzjoni diretta, indiretta u kondiviża fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tagħhom, l-awditu jew il-kontroll ma għandhom jieħdu ebda azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex jipprevjenu milli jqumu kunflitti ta’ interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta' interess ikun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.

Artikolu 60
Kunflitt ta’ interess tal-membri tal-persunal

Meta r-riskju ta’ kunflitt ta’ interess imsemmi fl-Artikolu 59 jinvolvi membru tal-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, dan għandu jirreferi l-kwistjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega li għandu jikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta’ interess. Il-membru tal-persunal inkwistjoni għandu jinforma wkoll lis-superjur ġerarkiku tiegħu. Meta jinstab li jeżisti kunflitt ta’ interess, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tneħħi lill-uffiċjal mir-responsabbiltà f’din il-kwistjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jiżgura personalment li tittieħed kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tkun xierqa.

KAPITOLU 2
Metodi ta’ implimentazzjoni

Artikolu 61
Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit

1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi:

(a)direttament ("implimentazzjoni diretta"), permezz tad-dipartimenti tagħha, inkluż persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt l-awtorità tal-Kap tad-delegazzjoni rispettiv tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 58(2), jew permezz tal-aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 68;

(b)b’implimentazzjoni kondiviża mal-Istati Membri ("implimentazzjoni kondiviża");

(c)indirettament ("implimentazzjoni indiretta"), fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), ma’:

(i)pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

(ii)organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom, kif iddefiniti fl-Artikolu 151;

(iii)il-Bank Ewropew tal-Investiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment (“il-grupp tal-BEI”);

(iv)il-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70;

(v)il-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

(vi)il-korpi rregolati bil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

(vii)korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

(viii)korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

2.Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u ma għandhiex tiddelega l-implimentazzjoni tal-baġit lil partijiet terzi, meta t-tali kompiti jkunu jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

Il-Kummissjoni ma għandhiex, permezz ta’ kuntratti skont it-Titolu VII, testernalizza kompiti li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u setgħat diskrezzjonali ta’ ġudizzju.

Artikolu 62
Implimentazzjoni kondiviża mal-Istati Membri

1.Meta l-baġit jiġi implimentat b’implimentazzjoni kondiviża, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplimentari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi dawk leġislattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġiferi:

(a)jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu implimentati b'mod korrett u effikaċi u f'konformità mar-regoli applikabbli speċifiċi għas-settur u għal dak l-iskop jinnominaw, skont il-paragrafu 3, u jissorveljaw korpi responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni;

(b)jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi.

Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f'konformità ma’ dan l-Artikolu u mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż fejn meħtieġ, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju tat-tranżazzjonijiet. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi mħallsa indebitament u jressqu proċedimenti legali fejn meħtieġ f'dan ir-rigward.

L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn stipulat fir-regoli speċifiċi għas-setturi u f'dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha tar-riskji u f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ta’ awditjar, għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-livell ta’ riskju evalwat b'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur.

3.Skont il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi fil-livell xieraq sabiex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-korpi jistgħu jwettqu wkoll kompiti relatati mal-ġestjoni ta’ fondi tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħrajn, inklużi l-korpi indikati fl-Artikolu 61(1) (c) (ii) u (iii).

Meta jiddeċiedu dwar in-nomina ta’ korpi, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk li diġà qed jitħaddmu għall-perjodu preċedenti u jekk ħadmux b'mod effikaċi.

Jekk ir-riżultati tal-awditjar u tal-kontroll juru li l-korpi nnominati ma għadhomx konformi mal-kriterji stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi, inkluż billi tintemm in-nomina skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom jiddefinixxu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess stabbilit f'dan il-paragrafu.

4.Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom:

(a)jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;

(b)jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;

(c)jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 5;

(d)jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post bi qbil mal-Artikolu 36(2). Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

5.Il-korpi maħtura skont il-paragrafu 3 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara:

(a)bil-kontijiet tagħhom dwar in-nefqa mġarrba, waqt il-perjodu ta’ referenza rilevanti kif iddefinit fir-regoli speċifiċi għas-settur, fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għar-rimborż. Dawk il-kontijiet għandhom jinkludu l-prefinanzjament u s-somom li fir-rigward tagħhom għaddejjin jew tlestew proċeduri ta’ rkupru. Għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta’ dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi:

(i)l-informazzjoni hija ppreżentata kif suppost, kompluta u preċiża;

(ii)in-nefqa intużat għall-iskop li kienet maħsuba għalih, kif definit fir-regoli speċifiċi għas-settur;

(iii)il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(b)b'sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati fis-sistema, kif ukoll tal-azzjonijiet meħuda jew ippjanati.

Il-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u s-sommarji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk il-kontijiet jagħtux stampa ċara u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mingħand il-Kummissjoni hijiex legali u regolari, u jekk is-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost. L-opinjoni għandha tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

L-iskadenza tal-15 ta’ Frar tista' tiġi estiża b'eċċezzjoni mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, abbażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu, fil-livell xieraq, jippubblikaw l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq dwar l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

6.Sabiex ikun żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha:

(a)tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet tal-korpi maħtura, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri;

(b)teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni in-nefqa li fir-rigward tagħha sar żborż bi ksur tal-liġi applikabbli;

(c)tinterrompi skadenzi għal ħlasijiet jew tissospendi ħlasijiet fejn dan ikun previst fir-regoli speċifiċi għas-settur.

Il-Kummissjoni għandha ttemm l-interruzzjoni tal-iskadenzi għal pagament jew is-sospensjoni tal-pagamenti, għalkollox jew parzjalment, wara li Stat Membru jkun ippreżenta l-kummenti tiegħu u hekk kif ikun ħa l-miżuri neċessarji. Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9) għandu jkopri l-obbligi kollha skont dan is-subparagrafu.

7.Ir-regoli speċifiċi għas-settur għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea partikolarment rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-proċess stabbilit fil-paragrafu 3 u l-funzjoni tal-awditjar.

8.Il-Kummissjoni tiġbor reġistru ta’ entitajiet responsabbli mill-attivitajiet ta’ ġestjoni, ta’ ċertifikazzjoni u tal-awditjar skont ir-regolamenti speċifiċi għas-settur.

Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, tal-Fond ta’ Koeżjoni, tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-FAEG u l-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Kummissjoni tista’, għal skopijiet ta’ informazzjoni, tqiegħed għad-dispożizzjoni gwida metodoloġika li tispjega l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll tagħha, inklużi l-listi ta’ kontroll, u eżempji tal-aħjar prattika għall-korpi pubbliċi responsabbli għall-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Dik il-gwida tiġi aġġornata kull meta jkun jeħtieġ li jsir dan.

9.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu jintużaw ukoll flimkien ma’ operazzjonijiet u ma’ strumenti mwettqin skont ir-Regolament 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013.

KAPITOLU 3
UFFIĊĊJI EWROPEJ U KORPI TAL-UNJONI

Taqsima 1
UFFIĊĊJI EWROPEJ

Artikolu 63
Definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni

1.L-“uffiċċji Ewropej” huma strutturi amministrattivi mwaqqfin mill-Kummissjoni jew mill-Kummissjoni ma’ istituzzjoni waħda jew aktar sabiex iwettqu kompiti trażversali speċifiċi, diment li dan ikun jista’ jiġi ġġustifikat minn studju tal-kostijiet-benefiċċji u valutazzjoni tar-riskji assoċjati.

2.Fi ħdan l-ambitu tal-kompetenzi tagħhom, l-uffiċċji Ewropej:

(a)għandhom iwettqu kompiti obbligatorji pprovduti fl-att ta’ stabbiliment tagħhom jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni;

(b)jistgħu jwettqu kompiti mhux obbligatorji awtorizzati mill-Kumitati Maniġerjali tagħhom wara li jikkunsidraw il-kostijiet-benefiċċji u r-riskji assoċjati għall-partijiet involuti. Għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti, l-uffiċċju jista’ jirċievi delegazzjoni ta’ setgħat ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni , jew jista’ jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ad-hoc ma’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ma’ korpi tal-Unjoni, ma’ uffiċċji Ewropej oħrajn jew ma’ partijiet terzi.

3.Din it-Taqsima għandha tapplika għall-operat tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 65 u tal-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 66.

4.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu 8 ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 64
Approprijazzjonijiet dwar l-Uffiċċji Ewropej

1.L-approprjazzjonijiet awtorizzati għall-implimentazzjoni tal-kompiti obbligatorji għandhom ikunu mdaħħla f'linja baġitarja speċifika fit-taqsima tal-baġit li tirrigwarda l-Kummissjoni u għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall fl-Anness ta’ dik is-sezzjoni.

L-Anness imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jieħu l-għamla ta’ dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa, suddiviża bl-istess mod bħat-taqsimiet tal-baġit.

L-approprjazzjonijiet imdaħħlin f’dak l-Anness:

(a)għandhom ikopru r-rekwiżiti finanzjarji kollha ta’ kull uffiċċju Ewropew fit-twettiq tal-kompiti obbligatorji stipulati fl-att ta’ stabbiliment tiegħu jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni;

(b)jistgħu jkopru rekwiżiti finanzjarji ta’ uffiċċju Ewropew fit-twettiq tal-kompiti mitlubin mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, minn korpi tal-Unjoni, minn uffiċċji Ewropej u aġenziji mwaqqfin minn jew skont it-Trattati u awtorizzati skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju;

2.Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet imdaħħlin fl-Anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega s-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lid-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skont l-Artikolu 72.

3.Il-pjan ta’ stabbiliment ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jkun anness ma’ dak tal-Kummissjoni.

4.Id-Direttur ta’ kull uffiċċju Ewropew għandu jieħu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti fi ħdan l-Annessi msemmijin fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali trasferimenti.

Artikolu 65
Kompiti mhux obbligatorji

Għall-kompiti mhux obbligatorji msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 63(2), uffiċċju Ewropew jista’:

(a)jirċievi delega għad-Direttur tiegħu mingħand istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn, flimkien ma’ delega tas-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rigward l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fit-taqsima tal-baġit tal-istituzzjoni tal-Unjoni, tal-korp tal-Unjoni jew ta’ uffiċċju Ewropew ieħor. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-korpi tal-Unjoni u uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati għandhom jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għal din id-delega tas-setgħat. Tali delega għandha tkun maqbula skont l-att ta’ stabbiliment tal-uffiċċju Ewropew, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ din id-delega;

(b)jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ad hoc. F'dawn il-każijiet, id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew għandu jadotta, skont l-att ta’ stabbiliment tiegħu, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti, l-irkupru tal-kostijiet imġarrbin, u ż-żamma tal-kontijiet korrispondenti. L-uffiċċju għandu jirrapporta għand l-istituzzjonijiet, il-korpi tal-Unjoni jew uffiċċji Ewropej oħrajn rigward ir-riżultati tat-tali kontijiet.

Artikolu 66
Kontijiet tal-uffiċċji Ewropej

1.Kull uffiċċju Ewropew għandu jħejji rekords kontabilistiċi tan-nefqa tiegħu, li jagħmluha possibbli li jkun iddeterminat il-proporzjon tas-servizzi tiegħu forniti lil kull istituzzjoni, korp tal-Unjoni jew uffiċċju Ewropew ieħor. Id-Direttur tal-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu jadotta, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-kriterji li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-rekords kontabilistiċi.

2.Il-kummenti rigward il-linja baġitarja speċifika li fiha jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet totali għal kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 65 għandhom juru stima tal-kostijiet tas-servizzi forniti minn dak l-uffiċċju lil kull istituzzjoni tal-Unjoni, korp tal-Unjoni u uffiċċju Ewropew ieħor ikkonċernati. Dan għandu jkun ibbażat fuq ir-rekords kontabilistiċi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.Kull uffiċċju Ewropew li lilu ġew iddelegati setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 65 għandu jinnotifika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lill-korpi tal-Unjoni u lil uffiċċji Ewropej oħrajn ikkonċernati dwar ir-riżultati tar-rekords kontabilistiċi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.Il-kontijiet ta’ kull uffiċċju Ewropew għandhom jifformaw parti integrali mill-kontijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 234.

5.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-uffiċċju Ewropew inkwistjoni, jista’ jiddelega lil membru tal-persunal tal-uffiċċju wħud mill-kompiti tiegħu relatati mal-ġbir tad-dħul u mal-ħlas tan-nefqa li jsiru direttament mill-uffiċċju Ewropew inkwistjoni.

6.Biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-flus tal-uffiċċju Ewropew, il-kontijiet tal-bank jew il-kontijiet giro tal-uffiċċju postali jistgħu jinfetħu f’ismu mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta’ Ġestjoni. Il-pożizzjoni tal-likwidità finali għal kull sena tiġi rrikonċiljata u aġġustata bejn l-Uffiċċju Ewropew inkwistjoni u l-Kummissjoni fi tmiem is-sena finanzjarja. 

Taqsima 2
Il-korpi tal-Unjoni

Artikolu 67
Applikabbiltà għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Dan ir-Regolament japplika għall-implimentazzjoni tal-baġit mill-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom.

Artikolu 68
Aġenziji eżekuttivi

1.Il-Kummissjoni tista’ tiddelega setgħat lill-aġenziji eżekuttivi sabiex jimplimentaw programm jew proġett sħiħ tal-Unjoni jew parti minnu, inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u l-implimentazzjoni ta’ nefqiet amministrattivi, għan-nom tagħha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ( 36 ). L-aġenziji eżekuttivi jinħolqu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni u jkollhom personalità ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn għandhom jirċievu kontribuzzjoni annwali.

2.Id-diretturi tal-aġenziji eżekuttivi għandhom jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega rigward l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet operazzjonali relatati mal-programmi tal-Unjoni li jimmaniġġjaw bis-sħiħ jew b’mod parzjali.

3.Il-kumitat ta’ tmexxija tal-aġenziji eżekuttivi jista’ jaqbel mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu aġixxi wkoll bħala uffiċjal tal-kontabilità tal-aġenzija eżekuttiva. Il-kumitat ta’ tmexxija jista’ jinkariga lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni b’parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-aġenzija eżekuttiva wkoll fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet kostijiet-benefiċċji. Fiż-żewġ każijiet, iridu jsiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

Artikolu 69
Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 261 sabiex tissupplimenta r-Regolament Finanzjarju b’regolament finanzjarju qafas għal korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità ġuridika u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit.

2.Ir-regolament finanzjarju qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

3.Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

4.Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-korpi li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 1 jikkooperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-preżenzjar f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

5.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

6.Awditur indipendenti estern għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta’ kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw tajjeb id-dħul, in-nefqa, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri tħejji Rapport Annwali Speċifiku dwar kull korp b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Hi u tħejji dan ir-rapport, il-Qorti tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għal dak li jkun sab l-awditur.

Artikolu 70
Korpi ta’ sħubija pubblika-privata

Il-korpi li għandhom personalità ġuridika u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 261 sabiex dawn jissupplimentaw ir-Regolament Finanzjarju b’regolament finanzjarju mudell li jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 149.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 69 għandhom japplikaw għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata.

KAPITOLU 4
Atturi finanzjarji

TAQSIMA 1
IL-PRINĊIPJU TAS-SEGREGAZZJONI TAD-DMIRIJIET

Artikolu 71
Is-segregazzjoni tad-dmirijiet

1.Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabilità għandhom ikunu segregati u esklussivi b’mod reċiproku.

2.Kull istituzzjoni tipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista’ jaqdi dmirijietu u bi statut li jiddeskrivi l-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fid-dettall.

TAQSIMA 2
UFFIĊJAL TAL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 72
Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.Kull istituzzjoni għandha twettaq id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

2.Għall-fini ta’ dan it-Titolu, it-terminu “persunal” jirreferi għal persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.

3.Kull istituzzjoni għandha tiddelega, b'konformità mal-kundizzjonijiet fir-regoli ta’ proċedura tagħha, id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni lil persunal f'livell adegwat. Fir-regoli amministrattivi interni tagħha għandha tindika l-persunal li lilu tiddelega dawk id-dmirijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat delegati u jekk il-persuni delegati b'dawk is-setgħat jistgħux jissottodelegawhom.

4.Is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu delegati jew sottodelegati biss lill-persunal.

5.L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandhom jaġixxu fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sottodelega. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti jista' jkun megħjun minn membru wieħed jew aktar tal-persunal fdat, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bit-twettiq ta’ ċerti operazzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni.

6.Kull istituzzjoni jew kull korp imsemmijin fl-Artikolu 69 għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-uffiċjali tal-kontabilità tal-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn dwar il-ħatra u r-rilaxx ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega, ta’ awdituri interni u ta’ uffiċjali tal-kontabilità, u bi kwalunkwe regola interna li jadottaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet finanzjarji.

7.Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri bil-ħatra tal-amministraturi tal-imprest u bid-deċiżjoni ta’ delega skont l-Artikolu 78 u l-Artikolu 85.

Artikolu 73
Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b'konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità u ta’ trattament indaqs tar-riċevituri ta’ programm.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu, f'konformità mal-Artikolu 34 u mal-istandards minimi adottati minn kull istituzzjoni u b'kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u għan-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati, jistabbilixxi l-istruttura organizzazzjonali u s-sistemi ta’ kontroll intern xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. L-istabbiliment ta’ din l-istruttura u ta’ dawn is-sistemi għandu jkun appoġġjat minn analiżi komprensiva tar-riskju, li tqis l-kosteffikaċja tagħhom.

3.Sabiex jimplimenta n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu impenji baġitarji u legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti, u għandu jwettaq il-passi prelimenari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

4.L-implimentazzjoni tad-dħul għandha tinkludi l-preparazzjoni tal-istimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-ħruġ tal-ordnijiet ta’ rkupru. Fejn xieraq, għandha tinkludi r-rinunzja għal intitolamenti stabbiliti.

5.Kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta’ strateġija ta’ kontroll pluriennali li tqis ir-riskju. L-iskop tal-kontrolli ex ante huwa li jipprevjenu żbalji u irregolaritajiet qabel ma jiġu awtorizzati l-operazzjonijiet.

Il-firxa f’termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività. F’każ ta’ dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.

Għal operazzjoni speċifika, il-verifika għandha ssir minn persunal għajr dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.

6.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet jew operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti u kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività.

Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal għajr dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jimplimenta awditjar finanzjarju tal-benefiċjarji bħala kontrolli ex post, ir-regoli tal-awditjar relatati għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u jirrispettaw id-drittijiet kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-entitajiet awditjati.

7.L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa.

F’kull istituzzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura dawn li ġejjin:

(a)li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u l-persunal tiegħu jirċievu informazzjoni xierqa u aġġornata b’mod regolari dwar l-istandards ta’ kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan;

(b)li ttieħdu miżuri, fejn meħtieġa, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv u effiċjenti tas-sistemi ta’ kontroll skont il-paragrafu 2.

8.Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b'dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega bil-miktub. Jekk dak l-uffiċjal ma jwiġibx fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien mhux aktar minn xahar, il-membru tal-persunal għandu jgħarraf lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 139.

F’każ ta’ xi attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar il-patti u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u ta’ kull attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega bi kwalunkwe suspett ta’ attività illegali, ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Unjoni.

9.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu fil-forma ta’ rapport tal-attività annwali, li fih informazzjoni finanzjarja u tal-ġestjoni, inklużi r-riżultati tal-kontrolli, u li jiddikjara li, minbarra kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma’ oqsma definiti ta’ dħul u nefqa, għandu assigurazzjoni raġonevoli li:

(a)l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;

(b)ir-riżorsi assenjati lill-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-finijiet intenzjonati tagħhom u f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba;

(c)il-proċeduri ta’ kontroll implimentati jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Ir-rapport annwali tal-attività għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin, b'referenza għall-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi, ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern. Dan jinkludi valutazzjoni kumplessiva tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-informazzjoni dwar kemm in-nefqa operazzjonali awtorizzata tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-UE u tiġġenera valur miżjud tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena preċedenti.

10.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jirreġistra, għal kull sena finanzjarja, il-kuntratti konklużi permezz tal-proċeduri nnegozjati msemmija fil-punti minn (a) sa (f) tal-punt 11.1 u l-punt 39 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk il-proporzjon ta' proċeduri nnegozjati fir-rigward tal-għadd ta' kuntratti mogħtija mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mas-snin ta' qabel jew jekk dak il-proporzjon ikun ogħla sew mill-medja rrekordjata għal dik l-istituzzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta lill-istituzzjoni u jistabbilixxi miżuri meħudin sabiex ireġġa’ lura dik ix-xejra. Kull istituzzjoni tibgħat rapport dwar il-proċeduri nnegozjati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 74
Iż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi sistemi elettroniċi jew ibbażati fuq karta għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn oriġinali relatati ma’ u sussegwenti għall-implimentazzjoni tal-baġit u miżuri għall-implimentazzjoni tal-baġit. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena baġitarja marbuta mad-dokumenti.

Id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għal kollox jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet.

Id-dejta personali inkluża fid-dokumenti ta’ sostenn għandha titħassar, fejn possibbli, meta dik id-dejta ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta’ kwittanza baġitarja, ta’ kontroll u ta’ awditjar. L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-konservazzjoni tad-dejta dwar it-traffiku.

Artikolu 75
Setgħet u dmirijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni

1.Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega skont l-Artikolu 58(2) , huma għandhom ikunu soġġetti għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni responsabbli għad-definizzjoni, għall-eżerċizzju, għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega u jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni xierqa tal-fondi, sabiex tiġi żgurata b'mod partikolari l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, ir-rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fil-ġestjoni tal-fondi u l-ħarsien effettiv tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għandhom ikunu soġġetti għar-Regoli Interni tal-Kummissjoni u għall-Istatut tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ ġestjoni finanzajrja sottodelegati lilhom. Huma jistgħu jkunu assistiti fi dmirijiethom mill-persunal tal-Kummissjoni.

Għal dan il-għan, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tqiegħed fil-periklu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit sottodelegat lilhom kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta’ prijoritajiet li x'aktarx ikollu impatt fuq l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-ġestjoni finanzjarja sottodelegati lilhom.

Meta jinqalgħu sitwazzjoni jew kunflitt tat-tip imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu b'dan mingħajr dewmien lid-Diretturi Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni u tas-SEAE. Dawk id-Diretturi Ġenerali għandhom jieħdu passi xierqa biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni.

2.Meta Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu rwieħhom f'sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 73(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 139. Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati mil-leġislazzjoni applikabbli.

3.Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega skont l-Artikolu 58(2) għandhom jagħmlu rapporti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega tagħhom sabiex dan ikun jista' jintegra r-rapporti tagħhom fir-rapport annwali ta’ attività tiegħu msemmi fl-Artikolu 73(9). Ir-rapporti tal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll interni stabbiliti fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni ta’ operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u jipprovdu l-assigurazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal- Artikolu 89(5) . Dawk ir-rapporti għandhom jiġu mehmuża bħala annessi mar-rapport annwali tal-attività tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, u għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'kont dovut meħud, fejn ikun xieraq, tal-kunfidenzjalità tagħhom.

Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw b'mod sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali neċessarja. F'dan il-kuntest, jistgħu jintalbu jattendu laqgħat tal-korpi rilevanti u jassistu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b'delega.

Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega skont l- Artikolu 58 għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega tal-Kummissjoni fuq talba tagħha stess jew, fil-kuntest tal-kwittanza, fuq talba mill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-setgħat sottodelegati mhumiex ta’ detriment għall-proċedura ta’ kwittanza, skont l-Artikolu 319 TFUE .

4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għad-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas tal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

TAQSIMA 3
UFFIĊJAL TAL-KONTABILITÀ

Artikolu 76
Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Kull istituzzjoni għandha tappunta uffiċjal tal-kontabilità li għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għal dan li ġej:

(a)l-implimentazzjoni adegwata tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet skont it-Titolu XIII;

(c)iż-żamma tal-kontijiet skont l-Artikoli 80 u 81;

(d)l-istabbiliment tar-regoli kontabilistiċi, tal-proċeduri u tat-tabella tal-kontijiet skont l-Artikoli 79 sa 81;

(e)l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u, fejn xieraq, il-validazzjoni tas-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħsuba sabiex ifornu jew jiġġustifikaw l-informazzjoni kontabilistika; f'dan ir-rigward l-uffiċjal tal-kontabilità jingħata s-setgħa li fi kwalunkwe waqt jivverifika r-rispett tal-kriterji ta’ validazzjoni;

(f)l-immaniġġjar ta’ flus.

Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità tas-SEAE għandhom jikkonċernaw biss it-taqsima tas-SEAE tal-baġit kif implimentat mis-SEAE. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibqa' responsabbli għat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit kollha kemm hi, inklużi l-operazzjonijiet ta’ kontabilità li jirrigwardaw l-approprjazzjonijiet mgħoddija b'sottodelega lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

Artikolu 77
Il-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

1.Kull istituzzjoni għandha taħtar uffiċjal tal-kontabilità mill-uffiċjali soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-uffiċjal tal-kontabilità jintgħażel mill-istituzzjoni fuq il-bażi tal-kompetenza partikolari tiegħu kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali ekwivalenti.

2.Jista’ jkun hemm żewġ istituzzjonijiet jew korpi jew aktar li jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabilità.

F’każ bħal dan, huma jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

3.Irid jitħejja bilanċ ta’ tqabbil preliminari mingħajr dewmien f’każ ta’ tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

4.Il-bilanċ ta’ tqabbil preliminari akkumpanjat minn rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu jintbagħat mill-uffiċjal tal-kontabilità li jkun qiegħed itemm id-dmirijiet tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ ta’ tqabbil preliminari b’aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data tat-trażmissjoni u dan jista’ jagħmel riservi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u kull riserva li ssir.

Artikolu 78
Setgħat li jistgħu jiġi ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabilità

L-uffiċjal tal-kontabilità jista', fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat u lil amministraturi tal-imprest maħturin skont l-Artikolu 86(1).

L-istrument tad-delega għandu jistabbilixxi dawk il-kompiti.

Artikolu 79
Regoli kontabilistiċi

1.Ir-regoli kontabilistiċi li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, mill-uffiċċji Ewropej imsemmijin fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu u mill-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 234 għandhom ikunu bbażati fuq standards kontabilistiċi aċċettati f’livell internazzjonali għas-settur pubbliku. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-uffiċjali tal-kontabilità ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ uffiċċji Ewropej u ta’ korpi tal-Unjoni oħrajn.

2.L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jiddevja minn dawk l-istandards jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-miżati, tad-dħul u tal-fluss tal-flus. Meta regola kontabilistika tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dan il-fatt u r-raġunijiet għal dan.

3.Ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-prinċipji kontabilistiċi sottostanti għall-kontijiet.

4.Il-kontijiet baġitarji msemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f'dan ir-Regolament. Għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Għandhom jirrekordjaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha tad-dħul u n-nefqa stipulati f’dan it-Titolu u jagħtu preżentazzjoni ġusta tagħhom.

Artikolu 80
Iż-żamma tal-kontijiet

1.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli sabiex jistabbilixxi t-tabelli armonizzati tal-kontijiet li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, mill-uffiċċji Ewropej imsemmijin fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu u mill-korpi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 234.

2.L-uffiċjali tal-kontabilità għandu jikseb mingħand l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni li l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontijiet li jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-implimentazzjoni baġitarja. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ tali informazzjoni.

3.Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni, jew korp imsemmi fl- Artikolu 69, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li huwa għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-korp imsemmijin fl- Artikolu 69.

Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli msemmija fl- Artikolu 79 u l-proċeduri kontabilistiċi, imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76, u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.

4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega għandu jibgħat lill-uffiċjal tal-kontabilità, skont ir-regoli adottati minn dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni finanzjarja u dwar il-ġestjoni li tkun meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiġi informat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni , regolarment u mill-inqas għall-għeluq tal-kontijiet, dwar id-dejta finanzjarja rilevanti tal-kontijiet bankarji fiduċjarji sabiex jippermetti li l-użu tal-fondi tal-Unjoni jkun rifless fil-kontijiet tal-Unjoni.

L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom u l-kompletezza u l-akkuratezza tal-informazzjoni mgħoddija lill-uffiċjal tal-kontabilità.

5.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinnotifika lill-uffiċjal tal-kontabilità dwar l-iżviluppi jew il-modifiki sinifikanti kollha ta’ sistema ta’ ġestjoni finanzjarja, ta’ sistema ta’ inventarju jew ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, jekk din tipprovdi dejta għall-kontijiet tal-istituzzjoni jew tintuża biex tissostanzja d-dejta tagħha, sabiex l-uffiċjal tal-kontabilità jkun jista’ jivverifika l-konformità mal-kriterji tal-validazzjoni.

Fi kwalunkwe waqt, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jerġa’ jeżamina sistema ta’ ġestjoni finanzjarja diġà vvalidata u jista’ jitlob li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jikkoreġi, b’mod puntwali, id-dgħjufijiet possibbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun responsabbli għall-kompletezza tal-informazzjoni trażmessa lill-uffiċjal tal-kontabilità.

6.L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata s-setgħa jikkontrolla l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju sabiex jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel riżervi, jekk ikunu meħtieġa, li jispjegaw eżattament in-natura u l-ambitu ta' tali riżervi.

7.Is-sistema kontabilistika ta’ istituzzjoni għandha sservi għall-organizzazzjoni tal-informazzjoni tal-baġit u tal-finanzi b'tali mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħlu, jinħażnu u jiġu rreġistrati.

8.Is-sistema kontabilistika għandha tikkonsisti fil-kontijiet ġenerali u fil-kontijiet baġitarji. Il-kontijiet jinżammu f'euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.

9.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jista’ jżomm ukoll kontijiet tal-ġestjoni dettaljati.

10.Id-dokumenti ta’ sostenn għas-sistema kontabilistika u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl- Artikolu 234 għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena baġitarja li dwarha jkunu d-dokumenti.

Madankollu, id-dokumenti relatati ma’ operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għalkollox għandhom jinżammu sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet. L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-dejta dwar it-traffiku.

Artikolu 81
Kontijiet ġenerali

1.Il-kontijiet ġenerali għandhom jirreġistraw, fl-ordni kronoloġika, bl-użu tal-metodu tal-kontroentrati, l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jaffettwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tal-korpi msemmija fl-Artikolu 234.

2.Il-bilanċi u ċ-ċaqliq fil-kontijiet ġenerali għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kontijiet.

3.L-entrati kontabilistiċi kollha, inklużi l-aġġustamenti għall-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ sostenn, li għandhom jirreferu għalihom l-entrati.

4.Is-sistema kontabilistika għandha tkun tali li tħalli rekord tal-awditjar ċar għall-entrati kontabilistiċi kollha.

Artikolu 82
Kontijiet bankarji

1.Għall-ħtiġijiet tal-immaniġġar ta’ flus, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jiftaħ kontijiet f’isem l-istituzzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ma’ banek ċentrali nazzjonali jew jara li jinfetħu kontijiet bħal dawn. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun responsabbli wkoll għall-għeluq ta’ dawk il-kontijiet jew għall-iżgurar li jingħalqu.

2.It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operat u l-użu tal-kontijiet għandhom jistabbilixxu li, skont il-ħtiġijiet tal-kontroll intern, ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju u kwalunkwe operazzjoni bankarja oħra, iridu jiġu ffirmati minn membru wieħed jew aktar tal-persunal awtorizzat. L-istruzzjonijiet manwali jiġu ffirmati minn tal-anqas żewġ membri tal-persunal li jkunu awtorizzati biex jiffirmaw, jew mill-uffiċjal tal-kontabilità nnifsu.

3.Fi ħdan l-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni, jistgħu jinfetħu kontijiet fiduċjarji għan-nom tal-Kummissjoni sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tagħhom minn entità skont il-punti (ii), (iii), (v) jew (vi) tal- Artikolu 61(1)(c) .

Tali kontijiet għandhom jinfetħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

Tali kontijiet huma ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

4.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi r-regoli għall-ftuħ, il-ġestjoni u l-għeluq tal-kontijiet fiduċjarji u l-użu tagħhom.

Artikolu 83
Immaniġġar ta’ flus

1.Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontabilità biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.

2.L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jara li l-istituzzjoni tiegħu għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed fondi sabiex tkopri r-rekwiżiti ta’ flus li jirriżultaw mill-implimentazzjoni baġitarja fi ħdan id-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju applikabbli u għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li l-ebda wieħed mill-kontijiet miftuħin skont l-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 86(2) ma jkun midjun.

3.Il-pagamenti għandhom isiru bi trasferiment ta’ kreditu bankarju, b’ċekk jew minn kontijiet għall-antiċipi, jew jekk dan ikun awtorizzat b’mod speċifikat mill-Uffiċjal tal-Kontabilità, b’karta ta’ debitu, b’debitu dirett jew inkella b’mezzi oħrajn ta’ ħlas, skont ir-regoli stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità.

4.L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jagħmel ħlasijiet biss jekk l-ewwel l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu f’fajl komuni minn istituzzjoni li huwa responsabbli għaliha.

Qabel ma jidħol f’impenn ma’ parti terza, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarji u jdaħħalhom fil-fajl komuni tal-istituzzjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità huwa responsabbli għaliha sabiex jiġu żgurati trasparenza, responsabbiltà u implimentazzjoni korretta tal-ħlas.

L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandhom jinformaw lill-uffiċjal tal-kontabilità dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji legali u tal-ħlas ikkomunikati lilhom mill-benefiċjarju u għandhom jiċċekkjaw li dawn id-dettalji jkunu għadhom validi qabel ma jawtorizzaw xi ħlas.

Artikolu 84
L-inventarju tal-assi

1.L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kollha msemmijin fl-Artikolu 234 għandhom iżommu inventarji li juru l-kwantità u l-valur tal-assi kollha tal-Unjoni, tanġibbli, mhux tanġibbli u finanzjarji, b'konformità ma’ mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kollha msemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jivverifikaw li l-entrati fl-inventarju jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali.

L-oġġetti kollha miksuba b’perjodu ta’ użu ta’ aktar minn sena, li mhumiex konsumabbli, u li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni tagħhom ikun ogħla minn dak indikat fil-proċeduri kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 76 għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rrekordjati fil-kontijiet tal-assi fissi.

2.Il-bejgħ tal-assi tanġibbli tal-Unjoni għandu jkun reklamat kif xieraq.

3.Kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-assi inklużi fil-karti tal-bilanċ rispettivi tagħhom u jiddeċiedu liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema tal-inventarji.

TAQSIMA 4
AMMINISTRATUR TAL-IMPREST

Artikolu 85
Kontijiet għall-antiċipi

1.Il-kontijiet għall-antiċipi jistgħu jitwaqqfu għall-ġbir ta’ dħul għajr riżorsi proprji u għall-ħlas tan-nefqa fejn, minħabba l-ammonti limitati involuti, ikun materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li jitwettqu operazzjonijiet ta’ ħlas bi proċeduri baġitarji.

Madankollu, fil-qasam tal-għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, il-kontijiet għall-antiċipi jistgħu jintużaw mingħajr ebda limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-linja baġitarja li tikkorrispondi għas-sena finanzjarja attwali u skont ir-regoli interni tal-Kummissjoni.

Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-kontijiet għall-antiċipi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġu eżegwiti ħlasijiet, ta’ ammonti limitati, bi proċeduri baġitarji, jekk tali użu jkun effiċjenti u effettiv minħabba l-ħtieġa lokali.

2.Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti kontijiet għall-antiċipi għall-ħlas tan-nefqa kemm mit-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni kif ukoll mit-taqsima tal-baġit tas-SEAE, sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tan-nefqa.

Artikolu 86
Il-ħolqien u l-amministrazzjoni tal-kontijiet għall-antiċipi

1.Il-ħolqien ta’ kont għall-antiċipi u l-ħatra ta’ amministratur tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni, fuq proposta debitament issostanzjata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Dik id-deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tal-amministratur tal-imprest u tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

L-amministraturi tal-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk ikun hemm bżonn u f’każijiet issostanzjati kif xieraq biss, minn membri oħrajn tal-persunal jew soġġetti għal-limiti stabbiliti fir-regoli interni tal-Kummissjoni minn persunal imħaddem mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja diment li l-kuntratt ta’ impjieg tiegħu ikun jiggarantixxi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni f’termini ta’ responsabbiltà bħal dak applikabbli għall-persunal skont l-Artikolu 93. L-amministraturi tal-imprest għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kwalifiki partikolari tagħhom kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali xierqa, jew wara li jattendu programm ta’ taħriġ xieraq.

Meta jiddeċiedi li joħloq kont għall-antiċipi, uffiċjal tal-kontabilità għandu jispeċifika l-patti operazzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kont għall-antiċipi.

L-emendar tal-patti operazzjonali għal kont għall-antiċipi għandu jkun soġġett ukoll għal deċiżjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità fuq proposta ssostanzjata kif xieraq mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

2.Il-kontijiet tal-bank għall-impest għandhom jinfetħu mill-uffiċjal tal-kontabilità, li għandu jawtorizza wkoll firem delegati fuqhom fuq il-bażi ta’ proposta ġġustifikata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

3.Il-kontijiet għall-antiċipi għandhom ikunu dotati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi tal-imprest.

4.Il-pagamenti li jsiru jiġu segwiti minn deċiżjonijiet formali ta’ validazzjoni finali u/jew minn ordnijiet ta’ pagament iffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

It-tranżazzjonijiet tal-imprest għandhom jiġu saldati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar ta’ wara, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu rikonċiljati l-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ fil-bank.

5.L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq, jew iqabbad lil membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment tal-awtorizzazzjoni mogħti setgħat speċjali għal dak il-għan sabiex iwettaq, kontrolli, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u, fejn xieraq, mingħajr ebda twissija, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u sabiex jiġi vverifikat li t-tranżazzjonijiet tal-imprest ikunu saru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jikkomunika s-sejbiet ta’ dawk il-kontrolli lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

KAPITOLU 5
Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

TAQSIMA 1
REGOLI ĠENERALI

Artikolu 87
Irtirar ta’ delegi u sospensjoni tal-kompiti mogħtija lill-atturi finanzjarji

1.Fi kwalunkwe waqt, l-awtorità li taħtar lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli tista’ tneħħi d-delega jew is-sottodelega ta’ dawn b’mod temporanju jew definittiv.

2.L-uffiċjal tal-kontabilità jew l-amministraturi tal-imprest, jew it-tnejn, jistgħu fi kwalunkwe waqt ikunu sospiżi temporanjament jew definittivament mid-dmirijiet tagħhom mill-awtorità li tkun ħatret lill-uffiċjal tal-kontabilità.

3.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari meħuda fir-rigward tal-atturi finanzjarji msemmija f’dawk il-paragrafi.

Artikolu 88
Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għal attività illegali, għal frodi jew għal korruzzjoni

1.Dan il-Kapitolu huma bla ħsara għal kwalunkwe responsabbiltà skont id-dritt kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 87 jistgħu jġarrbu kif previst fid-dritt nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.

2.Bla ħsara għall-Artikoli 89, 92 u 93 ta’ dan ir-Regolament, kull wieħed mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mill-uffiċjali tal-kontabilità jew mill-amministraturi tal-imprest għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta’ kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal jew għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 86 fil-kuntratti ta’ impjieg tiegħu. Fil-każ ta’ attività illegali, ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġislazzjoni applikabbli, b’mod partikolari lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.

TAQSIMA 2
REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-UFFIĊJALI TAL-AWTORIZZAZZJONI RESPONSABBLI

Artikolu 89
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jkun soġġett għall-ħlas ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal.

2.L-obbligu li jitħallas kumpens għandu japplika b’mod partikolari jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew b'mod intenzjonat jew minħabba traskuraġni serja min-naħa tiegħu:

(a)jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet ta’ rkupru, jimpenja nefqa jew jiffirma ordni ta’ ħlas mingħajr ma jkun konformi ma’ dan ir-Regolament;

(b)jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għal ħlas, u b'hekk jesponi lill-istituzzjoni għal kawża ċivili minn partijiet terzi.

3.Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega li jikkonsidra li deċiżjoni li tkun fir-responsabilità tiegħu li jieħu tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, għandu jinforma b’dan bil-miktub lill-awtorità tad-delega. Jekk imbagħad l-awtorità tad-delega tagħti bil-miktub struzzjoni motivata lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega biex jieħu dik id-deċiżjoni, dak l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ma għandux jinżamm responsabbli.

4.Fil-każ ta’ sottodelega fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jibqa' responsabbli għall-effiċjenza u għall-effikaċja tas-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll interni stabbiliti u għall-għażla tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega.

5.Fil-każ ta’ sottodelega lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega għandhom ikunu responsabbli għad-definizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni fis-seħħ, kif ukoll l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom. Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għat-twaqqif u għall-funzjonament adegwat ta’ dawk is-sistemi, skont l-istruzzjonijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, u għall-ġestjoni tal-fondi u l-operazzjonijiet li dawn jeżegwixxu fid-delegazzjoni tal-Unjoni taħt ir-responsabilità tagħhom. Qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom, huma għandhom isegwu korsijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar il-kompiti u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jirrapportaw dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 75(3).

Kull sena, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega tal-Kummissjoni l-assigurazzjoni dwar is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll interni stabbiliti fid-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet sottodelegati lilhom, u r-riżultati tagħhom, sabiex jippermettu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jifformula d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kif previst fl-Artikolu 73(9).

Dan l-paragrafu għandu japplika wkoll għad-deputati Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’sottodelega fin-nuqqas tal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 90
It-trattament tal-irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta’ membru tal-persunal

1.Bla ħsara għas-setgħat tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew omissjoni ta’ membru tal-persunal għandu jiġi riferit lill-bord imsemmi fl-Artikolu 139 ta’ dan ir-Regolament għal opinjoni minn kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-awtorità tal-ħatra inkarigata minn kwistjonijiet dixxiplinari;

(b)membru tal-persunal skont l-Artikolu 73(8). F’dan il-każ, il-bord għandu jibgħat il-fajl lill-awtorità tal-ħatra u għandu jinforma lill-membru tal-persunal dwar dan. L-awtorità tal-ħatra tista’ titlob l-opinjoni tal-bord dwar il-każ;

(c)l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, inklużi l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas tagħhom li jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-bord imsemmi fl-Artikolu 139 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun kompetenti sabiex jiddetermina jekk seħħitx irregolarità finanzjarja. Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 139 għall-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tiddeċiedi jekk tagħtix bidu għal proċedimenti għal azzjoni dixxiplinari jew tal-ħlas ta’ kumpens. Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-membru tal-persunal involut, kif ukoll lill-awditur intern.

3.Qabel ma jadotta kwalunkwe opinjoni fil-każijiet ta’ irregolaritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-bord għandu jagħti lill-membru tal-persunal involut l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkollu l-kompożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 139(2) u żewġ membri addizzjonali:

(a)rappreżentant tal-awtorità tal-ħatra inkarigata minn kwistjonijiet dixxiplinari tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat, u

(b)membru ieħor maħtur mill-kumitat tal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernati. Il-ħatra ta’ dawk il-membri addizzjonali għandha ssir fid-dawl tal-bżonn li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

5.Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu, din għandha tkun indirizzata lill-Bord dixxiplinari mwaqqaf minn kull istituzzjoni jew korp skont ir-regoli interni tagħhom.

6.L-Istati Membri għandhom jappoġġaw b'mod sħiħ lill-Unjoni fl-infurzar ta’ kwalunkwe responsabbiltà skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ta’ persunal temporanju li għalih japplika l-punt (e) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 91
Konferma tal-istruzzjonijiet

1.Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega li jirċievi struzzjoni vinkolanti u li huwa jqis bħala irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, għandu jinforma b’dan bil-miktub lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fil-ħin u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega jew b’sottodelega, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b’sottodelega ma jkunx jista’ jinżamm responsabbli. Huwa jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sigurtà rilevanti.

2.Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll f’każijiet fejn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jsir jaf, waqt li jkun qiegħed jeżegwixxi struzzjoni vinkolanti, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu jagħtu lok għal sitwazzjoni irregolari.

Kull struzzjoni li tiġi kkonfermata fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 89(3) għandha tiġi rreġistrata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega responsabbli u tissemma fir-rapport annwali tal-attività tiegħu.

TAQSIMA 3
IR-REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-UFFIĊJALI TAL-KONTABILITÀ U GĦALL-AMMINISTRATURI TAL-IMPREST

Artikolu 92
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità

Uffiċjal tal-kontabilità jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplari u ħlas ta’ kumpens, kif stabbilit fi u skont il-proċeduri fir-Regolamenti tal-Persunal. Uffiċjal tal-kontabilità jista’, b’mod partikolari, isir soġġett għal dan b’riżultat ta’ kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta ħażina min-naħa tiegħu:

(a)telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)bdil ta’ kontijiet bankarji jew kontijiet giro postali b’mod żbaljat;

(c)irkuprar jew ħlas ta’ ammonti li ma jkunux konformi mal-ordnijiet ta’ rkupru jew ordnijiet ta’ ħlas korrispondenti;

(d)huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

Artikolu 93
Regoli applikabbli għall-amministraturi tal-imprest

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 88(2), b’mod partikolari, amministratur tal-imprest jista’ jagħmel lilu nnifsu soġġett għal dan b’riżultat ta’ kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta ħażina minn naħa tiegħu:

(a)telf jew ikkawżar ta’ danni lil fondi, assi jew dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b)nuqqas ta’ dokumenti ta' sostenn adegwati għall-pagamenti li jkun għamel;

(c)pagamenti magħmula lil persuni li mhumiex intitolati għal tali pagamenti;

(d)huwa jonqos milli jiġbor id-dħul dovut.

KAPITOLU 6
Operazzjonijiet ta’ dħul

TAQSIMA 1
TQEGĦID GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAR-RIŻORSI PROPRJI

Artikolu 94
Riżorsi proprji

1.Stima tad-dħul ikkostitwit mir-riżorsi proprji, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għandha tiddaħħal fil-baġit f'euro. Dan għandu jkun disponibbli b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 609/2014.

2.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jħejji skeda li tindika meta r-riżorsi proprji definiti fid-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

Ir-riżorsi proprji għandhom jiġu stabbiliti u rkuprati b’konformità mar-regoli adottati skont id-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

Għal skopijiet kontabilistiċi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu joħroġ ordni ta’ rkupru għal krediti u debiti għall-kont għal riżorsi proprji msemmijin fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

TAQSIMA 2
STIMA TAL-AMMONTI RIĊEVIBBLI

Artikolu 95
Stima tal-ammonti riċevibbli

1.Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura jew sitwazzjoni li jistgħu jwasslu biex ikun hemm ammont dovut lill-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel stima tal-ammont riċevibbli.

2.L-istima tal-ammont riċevibbli għandha tkun aġġustata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli malli dan isir jaf b'avveniment li jimmodifika l-miżura jew is-sitwazzjoni li wasslet li ssir l-istima.

Meta jistabbilixxi l-ordni ta’ rkupru dwar miżura jew sitwazzjoni li qabel kienet wasslet fi stima tal-ammonti riċevibbli, tali stima għandha tiġi aġġustata skont dan mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Jekk l-ordni ta’ rkupru ssir għall-istess ammont bħall-istima oriġinali tal-ammonti riċevibbli, dik l-istima għandha titnaqqas għal żero.

3.Bħala deroga mill-paragrafu 1, ma għandha ssir l-ebda stima tal-ammont riċevibbli qabel ma l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti ta’ riżorsi proprji ddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, li huma mħallsin f'intervalli fissi stabbiliti mill-Istati Membri. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu joħroġ ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ dawk l-ammonti.

TAQSIMA 3
STABBILIMENT TAL-AMMONTI RIĊEVIBBLI

Artikolu 96
Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

1.L-istabbiliment ta’ ammont riċevibbli huwa l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli:

(a)jivverifika li d-dejn jeżisti;

(b)jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tad-dejn;

(c)jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom ikun dovut id-dejn.

Dan għandu jikkostitwixxi r-rikonoxximent tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ debitur u l-istabbiliment tal-intitolament li d-debitur jintalab iħallas id-dejn.

2.Kwalunkwe ammont riċevibbli li huwa identifikat bħala ammont fiss, ċert u dovut għandu jiġi stabbilit b’ordni ta’ rkupru lill-uffiċjal tal-kontabilità. Għandu jiġi segwit minn nota ta’ debitu mibgħuta lid-debitur, ħlief f’każijiet li fihom titwettaq proċedura ta’ rinunzja minnufih. Kemm l-ordni ta’ rkupru kif ukoll in-nota ta’ debitu għandhom jitfasslu mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat in-nota ta’ debitu minnufih wara li jistabbilixxi l-ammont riċevibbli u mhux aktar tard minn fi żmien perjodu ta’ ħames snin minn meta l-istituzzjoni kienet, f’ċirkustanzi normali, f’pożizzjoni li tagħmel pretensjoni għad-dejn tagħha. Dan il-perjodu ma għandux ikun japplika meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistabbilixxi li, minkejja l-isforzi għamlet li l-istituzzjoni, id-dewmien fit-teħid ta’ azzjoni kkaġunat mill-kondotta tad-debitur, b’mod partikolari manuvri ta’ ħela ta’ żmien jew mala fede.

L-ordni ta’ rkupru għandha tkun l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità biex jirkupra l-ammont stabbilit.

3.Sabiex jistabbilixxi ammont riċevibbli, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li:

(a)ir-riċevibbli jkun ċert, jiġifieri ma jkun soġġett għall-ebda kundizzjoni;

(b)ir-riċevibbli jkun ta’ ammont fiss, espress preċiżament f’termini ta’ flus kontanti;

(c)ir-riċevibbli jkun dovut u ma jkun soġġett għall-ebda żmien ta’ ħlas;

(d)id-dettalji tad-debitur ikunu korretti;

(e)l-ammont li jrid jiġi rkuprat ikun imniżżel fil-partita korretta tal-baġit;

(f)id-dokumenti ta' sostenn huma kif suppost; kif ukoll

(g)ikun irrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 99(2).

4.In-nota ta’ debitu tinforma lid-debitur li

(a)l-Unjoni stabbilixxiet l-ammont riċevibbli;

(b)jekk il-ħlas tad-debitu jsir qabel id-data tal-għeluq, kif speċifikata fin-nota ta’ debitu, ma jkun dovut l-ebda imgħax ta’ inadempjenza;

(c)jekk ir-rimborż ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), id-dejn għandu jipproduċi mgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 97, bla l-ebda ħsara għal kwalunkwe regolament speċifiku applikabbli;

(d)jekk ir-rimborż ma jsirx sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), l-istituzzjoni għandha teffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija jew permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

(e)f'ċirkustanzi eċċezzjonali l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jeffettwa l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b), fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta huwa jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Kummissjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie mgħarraf bir-raġunijiet u d-data tal-irkupru permezz ta’ tpaċija;

(f)jekk, wara li jittieħdu l-passi kollha stipulati fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan is-subparagrafu, l-ammont ikun għadu ma ġiex irkuprat kollu, l-istituzzjoni teffettwa l-irkupru bl-infurzar ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 98(2) jew b’azzjoni legali.

Meta wara l-verifika tad-dettalji tad-debitur jew fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli dak iż-żmien, ikun ċar li d-dejn jaqa’ taħt il-każijiet imsemmijin fil-punt (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 99(2), jew li n-nota ta’ debitu ma tkunx intbagħtet skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’, wara li jistabbilixxi l-ammont riċevibbli, jiddeċiedi li jipproċedi direttament għar-rinunzja skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 99 mingħajr ma jibgħat nota ta’ debitu, bi qbil mal-uffiċjal tal-kontabilità.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jistampa n-nota ta’ debitu u jibgħatha lid-debitur. L-uffiċjal tal-kontabilità jiġi mgħarraf li ntbagħtet permezz tas-sistema ta’ informazzjoni finanzjarja.

5.L-ammonti mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati.

Artikolu 97
L-imgħax ta' inadempjenza

1.Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi, kwalunkwe ammont riċevibbli li ma jitħallasx lura fid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) għandu jeħel imgħax skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.Ħlief fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli li ma jitħallsux lura fid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun id-data tal-għeluq, u miżjuda hekk:

(a)bi tmien punti perċentwali meta l-avveniment li jobbliga jkun kuntratt ta’ provvista u servizz pubbliku msemmi fit-Titolu V;

(b)bi tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħrajn kollha.

3.L-imgħax għandu jiġi kkalkolat mill-jum kalendarju ta’ wara d-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) u speċifikata fin-nota ta’ debitu sal-jum kalendarju meta d-dejn jitħallas kollu.

L-ordni ta’ rkupru li tikkorrispondi għall-ammont tal-imgħax awtomatiku tinħareġ meta dan l-imgħax fil-fatt jitħallas.

4.Fil-każ ta’ multi jew penali oħrajn, ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli mhux imħallsin sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih tkun id-data tal-għeluq, u miżjuda hekk:

(a)b’punt perċentwali u nofs meta d-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li hija aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità minflok pagament;

(b)bi tliet punti perċentwali u nofs fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha skont l-Artikolu 261 tat-TFUE, iżżid l-ammont ta’ multa jew penali oħra, l-imgħax fuq l-ammont taż-żieda għandu jibda mid-data tas-sentenza tal-Qorti.

F’każijiet li fihom ir-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din se tiġi stabbilita għal żero punti perċentwali.

TAQSIMA 4
AWTORIZZAZZJONI TAL-IRKUPRU

Artikolu 98
Awtorizzazzjoni tal-irkupru

1.L-awtorizzazzjoni tal-irkupru hija att li permezz tiegħu l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontabilità, bil-ħruġ ta’ ordni ta’ rkupru, sabiex jirkupra ammont riċevibbli li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun stabbilixxa.

2.L-istituzzjoni tista' formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni għajr Stati Membri permezz ta’ deċiżjoni li għandha tkun inforzabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 299 TFUE.

Jekk il-protezzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni teħtieġ hekk, il-Kummissjoni tista' wkoll, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadotta tali deċiżjoni infurzabbli għall-ġid tal-istituzzjonijiet l-oħra fuq talba tagħhom fir-rigward tal-pretensjonijiet dwar il-persunal li għalih japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal jew b’rabta ma’ Membri jew eks Membri ta’ istituzzjoni tal-Unjoni.

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jintlaħqu meta l-possibbiltà li jsir ħlas volontarju u li jiġi rkuprat id-dejn permezz ta’ tpaċija kif previst fl-Artikolu 99(1) ta' dan ir-Regolament tkun ġiet eżawrita mill-istituzzjoni kkonċernata u d-dejn ikun jirrappreżenta ammont sinifikanti. F’dan il-każ, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 299 tat-TFUE jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni infurzabbli.

Fil-każijiet kollha, id-deċiżjoni infurzabbli għandha tispeċifika li l-ammonti mitlubin jiddaħħlu fit-taqsima tal-baġit li tikkorrispondi għall-istituzzjoni kkonċernata, li għandha taġixxi bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni . Id-dħul għandu jiddaħħal bħala dħul ġenerali għajr jekk ikun jaqa’ taħt il-każijiet speċifikati ta’ dħul assenjat previsti fl-Artikolu 20(3).

L-istituzzjoni li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe avveniment li jista’ jbiddel l-irkupru u tintervjeni biex tappoġġa lill-Kummissjoni f’każ ta’ appell kontra d-deċiżjoni infurzabbli.

Il-Kummissjoni u l-istituzzjoni kkonċernata jridu jaqblu fuq il-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

TAQSIMA 5
IRKUPRU

Artikolu 99
Regoli dwar l-irkupru

1.L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jaġixxi fuq ordnijiet għall-irkupru għal ammonti riċevibbli li jkunu ġew iddeterminati b'mod xieraq mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jeżerċita diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-Unjoni tirċievi d-dħul tagħha u għandu jara li d-drittijiet tagħha jkunu ssalvagwardjati.

Rimborż parzjali minn debitur soġġett għal diversi ordnijiet ta’ rkupru jrid l-ewwel jitħallas fuq l-aktar intitolament antik sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mid-debitur. Kwalunkwe pagament parzjali l-ewwel irid ikopri l-imgħax.

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra l-ammonti dovuti lill-baġit tal-Unjoni billi jpaċihom kontra ammonti dovuti lid-debitur mill-Unjoni jew minn aġenzija eżekuttiva li teżegwixxi l-baġit tal-Unjoni. Il-pretensjonijiet relatati ma’ dawk l-ammonti għandhom jkunu ċerti, ta’ ammont fiss u eżegwibbli.

2.Fejn l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja bi sħiħ jew parzjalment għal irkupru ta’ xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jiddelega d-deċiżjoni tar-rinunzja.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja parti mill-ammont riċevibbli stabbilit jew l-ammont kollu f’dawn il-każijiet biss:

(a)meta l-kost imbassar tal-irkupru jkun akbar mill-ammont li għandu jiġi rkuprat u r-rinunzja ma tkunx ta’ ħsara għall-immaġini tal-Unjoni;

(b)meta l-ammont riċevibbli ma jistax jiġi rkuprat fid-dawl taż-żmien tiegħu, dewmien fid-dispaċċ tan-nota ta’ debitu fit-termini ddefiniti fl-Artikolu 96(2), jew l-insolvenza tad-debitur, jew bħala riżultat ta’ xi proċediment ieħor ta’ insolvenza;

(c)meta l-irkupru ma jkunx konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

3.Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaġixxi skont il-proċeduri ddeterminati minn qabel stabbiliti f’kull istituzzjoni u japplika l-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha:

(a)il-fatti, billi titqies il-gravità tal-irregolarità li twassal għall-istabbiliment tal-ammont riċevibbli (frodi, reat ripetut, intenzjoni, diliġenza, bona fede, żball ċar);

(b)l-impatt li r-rinunzja tal-irkupru jkollha fuq l-operazzjonijiet tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tagħha (l-ammont involut, ir-riskju li jinħoloq preċedent, imminar tal-awtorità tal-liġi).

4.Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jkollu bżonn jikkunsidra wkoll il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġi kkawżata mir-rinunzja tal-irkupru;

(b)id-danni ekonomiċi u soċjali li jistgħu jinħolqu li kieku d-dejn kellu jiġi rkuprat kollu.

5.Kull istituzzjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu li jinvolvu EUR 100 000 jew aktar. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 73(9).

6.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jħassar ammont riċevibbli stabbilit b'mod sħiħ jew parzjali. Il-kanċellazzjoni parzjali ta’ ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax ir-rinunzja tal-intitolament stabbilit li jifdal tal-Unjoni.

Fil-każ ta’ żball, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jħassar totalment jew parzjalment l-ammont riċevibbli stabbilit u jagħti raġunijiet adegwati.

Kull istituzzjoni tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddelega s-setgħat ta’ tħassir ta’ ammont riċevibbli stabbilit.

7.Fl-ewwel lok, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli u tal-awditi u għall-irkupru tal-ammonti minfuqa indebitament, kif previst fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Jekk l-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stess, dawn għandhom ikunu eżentati mill-korrezzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irregolaritajiet.

8.Il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-Unjoni n-nefqa mġarrba bi ksur tal-liġi applikabbli. Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati b'mod preċiż, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Il-Kummissjoni għandha, fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja, tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tad-dritt applikabbli kif ukoll l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit, inkluż fil-każ tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

Il-kriterji biex jiġu definiti l-korrezzjonijiet finanzjarji u l-proċedura li għandha tkun applikata jistgħu jkunu stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

9.Il-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa għandha tkun stabbilita skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista' tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 100
Irkupru bi tpaċija

1.Meta d-debitur ikollu pretensjoni fuq l-Unjoni jew fuq l-aġenzija eżekuttiva meta timplimenta l-baġit tal-Unjoni li tkun ċerta, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 96(3), ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta’ ordni ta’ ħlas, l-uffiċjal tal-kontabilità, wara d-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4), huwa għandu jirkupra l-ammonti riċevibbli stabbiliti permezz ta’ tpaċija.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun meħtieġ li jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u meta l-uffiċjal tal-kontabilità jkollu raġunijiet ġustifikati biex jemmen li l-ammont dovut lill-Unjoni jkun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jikseb l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4).

L-uffiċjal tal-kontabilità jikseb ukoll l-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel id-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) meta jaqbel id-debitur.

2.Qabel jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skont il-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jikkonsulta mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jinforma lid-debituri kkonċernati, inklużi l-mezzi ta’ rimedju skont l-Artikolu 129.

Meta d-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, l-uffiċjal tal-kontabilità jinforma wkoll lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas 10 ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz ta’ tpaċija. Madankollu, bi qbil mal-Istat Membru jew mal-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz ta’ tpaċija qabel tgħaddi dik id-data tal-għeluq.

3.It-tpaċija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-istess effett daqs ħlas u għandha teħles lill-Unjoni mill-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.

Artikolu 101
Il-proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

1.Bla ħsara għall-Artikolu 100, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx ġie rkuprat sad-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4) u speċifikata fin-nota ta’ debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u mingħajr dewmien għandu jibda l-proċedura sabiex isir irkupru b’kull mod previst mil-liġi, inkluż, fejn ikun xieraq, bl-infurzar ta’ kwalunkwe garanzija mogħtija bil-quddiem.

2.Bla ħsara għall-Artikolu 100, meta ma jkunx jista’ jintuża l-metodu ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-debitur ikun naqas milli jħallas b’reazzjoni għall-ittra ta’ avviż formali mibgħuta mill-uffiċjal tal-kontabilità, l-uffiċjal tal-kontabilità jinforza deċiżjoni ta’ rkupru skont l-Artikolu 98(2) jew b’azzjoni legali.

Artikolu 102
Żmien addizzjonali għal pagament

L-uffiċjal tal-kontabilità, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jista’ jagħti aktar żmien biex isir il-ħlas biss b’talba bil-miktub mid-debitur, bir-raġunijiet għaliex għandu jagħmel dan, u bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)id-debitur jieħu impenn li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 97 għall-perjodu addizzjonali kollu miżjud, li jibda mid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4);

(b)sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-Unjoni, id-debitur jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb għas-somma prinċipali u għall-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni.

Il-garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi sostitwita ma’ garanzija konġunta u separata minn parti terza approvata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-istituzzjoni.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara talba mid-debitur, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tiegħu, id-debitur ikun irid u jkun jista’ jagħmel il-ħlas fil-perjodu ta’ żmien addizzjonali, iżda ma jkunx jista’ jipprovdi tali garanzija u jkun jinsab f’sitwazzjoni diffiċli.

Artikolu 103
Perjodu ta’ limitazzjoni

1.Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, l-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.

2.Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza kkomunikata lid-debitur fin-nota ta’ debitu kif speċifikat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 96(4).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jibda mill-ġurnata li fiha jkun dovut il-ħlas tal-intitolamenti lill-parti terza skont l-impenn legali korrispondenti.

3.Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att ta’ istituzzjoni, jew ta’ Stat Membru li jaġixxi fuq it-talba ta’ istituzzjoni, innotifikat lill-parti terza u bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Unjoni għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att innotifikat lill-Unjoni mill-kredituri tagħha jew f’isem il-kredituri tagħha bil-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

4.Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jibda mill-ġurnata ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3.

5.Kwalunkwe azzjoni legali li tirrigwarda ammont riċevibbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi azzjonijiet miġjuba quddiem qorti li aktar tard tiddikjara lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġurisdizzjoni, għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin ma għandux jibda sakemm tinqata’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm tinstab soluzzjoni extraġudizzjarja bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.

6.Meta l-uffiċjal tal-kontabilità jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-ħlas skont l-Artikolu 102, dan għandu jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ ħames snin għandu jibda mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-ħlas.

7.Ma għandhomx jiġu rkuprati intitolamenti tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 6.

Artikolu 104
Trattament nazzjonali għall-intitolamenti tal-Unjoni

Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-intitolamenti tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istess trattament preferenzjali bħall-intitolamenti tal-istess natura dovuti lil korpi pubbliċi fl-Istati Membri fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti ta’ rkupru.

Artikolu 105
Multi, penali, sanzjonijiet u mgħax dovut imposti mill-istituzzjonijiet

1.Ammonti riċevuti bħala multi, penali u sanzjonijiet, u kull imgħax jew dħul ieħor iġġenerat minnhom ma għandhomx ikunu rreġistrati bħala dħul tal-baġit sakemm id-deċiżjonijiet li jimponuhom jistgħu jkunu mħassra mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.L-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati bħala dħul tal-baġit mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mis-sena ta’ wara l-eżawriment tar-rimedji kollha legali. L-ammonti li għandhom ikunu rritornati lill-entità li ħallsithom, b'segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa, ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala dħul tal-baġit.

3.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni ta’ kontijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 106
L-irkupru ta’ multi, ta’ penali oħrajn jew ta’ sanzjonijiet imposti mill-istituzzjonijiet

1.Meta tittieħed azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni li timponi multa jew piena oħra skont it-TFUE jew it-Trattat tal-Euratom u sa dak iż-żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, id-debitur għandu jħallas proviżorjament l-ammonti kkonċernati fil-kont tal-bank magħżul mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jew inkella għandu jipprovdi garanzija finanzjarja li tkun aċċettabbli għall-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tkun indipendenti mill-obbligu ta’ ħlas tal-multa jew tal-pieni jew ta’ penali oħra u għandha tkun infurzabbli mal-ewwel talba. Hija għandha tkopri l-pretensjoni fir-rigward tal-kapital u tal-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 97(4).

2.Il-Kummissjoni tiżgura l-ammonti mħallsa proviżorjament billi tara li dawn jiġu investiti f’assi finanzjarji sabiex b’hekk jiġu żgurati s-sigurtà u l-likwidità tal-flejjes, filwaqt li timmira wkoll li tipproduċi redditu pożittiv.

3.Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha u jkunu ġew ikkonfermati l-multi jew il-pieni, tittieħed kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)l-ammonti miġbura proviżorjament u r-redditu fuqhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 105 mhux aktar tard milli matul is-sena finanzjarja wara dik li fiha jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha;

(b)meta tkun ġiet ipprovduta garanzija finanzjarja, din tal-aħħar għandha tiġi infurzata u l-ammonti korrispondenti għandhom jiddaħħlu fil-baġit.

Meta l-ammont tal-multa jew tal-penali jkun ġie miżjud mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw sal-ammonti tad-deċiżjoni oriġinali tal-istituzzjoni jew, jekk applikabbli, sal-ammont iddefinit f’sentenza preċedenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-istess proċedimenti. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jiġbor l-ammont korrispondenti għaż-żieda u l-imgħax dovut kif stipulat fl-Artikolu 97(4), li ser jiddaħħal fil-baġit.

4.Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha u l-multi jew il-pieni jkunu tħassru jew tnaqqsu, tittieħed kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)l-ammonti msarrfin b’mod proviżorju, jew parti minnhom, filwaqt li jitqies kwalunkwe redditu, għandhom jitħallsu lura lill-parti terza kkonċernata;

(b)meta tkun ġiet ipprovduta garanzija finanzjarja, din għandha tiġi rilaxxata kif xieraq.

Artikolu 107
Imgħaxijiet kompensatorji

Bla ħsara għall-Artikolu 97(2) u għal każijiet apparti dawk imsemmijin fl-Artikolu 105, meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew f’soluzzjoni amikevoli, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rinfinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar, mid-data tal-ħlas ta’ dan l-ammont sad-data li fiha jkun dovut ir-rimborż, miżjuda b’żero punti perċentwali.

F’każijiet li fihom ir-rata tal-imgħax ġenerali tkun negattiva, din se tiġi stabbilita għal żero punti perċentwali.

KAPITOLU 7
Operazzjonijiet ta’ nefqa

Artikolu 108
Deċiżjonijiet ta' finanzjament

1.L-impenn baġitarju għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom l-istituzzjoni ddelegat is-setgħat. Dan ma għandux japplika fil-każ ta’ approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ kull istituzzjoni taħt l-awtonomija amminsitrattiva tagħha li tista’ tiġi implimentata mingħajr att bażiku skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), tan-nefqa għas-sostenn amministrattiv u tal-kontribuzzjonijiet għall-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom ikunu annwali jew pluriennali.

2.Fl-istess ħin, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tikkostitwixxi wkoll programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali u għandha tiġi adottata mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-abbozz tal-baġit u fil-prinċipju qatt wara l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni. Il-parti li fiha l-programm ta’ ħidma għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni kkonċernata minnufih wara l-adozzjoni tagħha u qabel l-implimentazzjoni tagħha. Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tindika l-ammont totali kopert mid-deċiżjoni ta’ finanzjament u jkun fiha deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati. Din għandha tispeċifika:

(a)l-att bażiku u l-linja baġitarja;

(b)l-għanijiet fil-mira u r-riżultati mistennijin;

(c)il-metodi ta’ implimentazzjoni;

(d)kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-att bażiku għall-programm ta’ ħidma.

Barra minn hekk, għandha tistabbilixxi dawn li ġejjin:

(a)għall-għotjiet: it-tip ta’ applikanti fil-mira tas-sejħa għal proposti jew l-għotja diretta; il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-għotjiet;

(b)għall-akkwisti: il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-akkwisti;

(c)għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji msemmijin fl-Artikolu 227, l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul id-durata tiegħu;

(d)għall-premji: it-tip ta’ parteċipanti fil-mira tal-kompetizzjoni, il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-kompetizzjoni u referenza speċifika għall-premji b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar;

(e)għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju;

(f)fil-każ ta’ implimentazzjoni diretta: l-entità jew il-persuna skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew, il-kriterji li jridu jintużaw sabiex tingħażel l-entità jew il-persuna;

(g)għall-kontribuzzjonijiet għall-faċilitajiet ta’ taħlit: l-ammont allokat għall-faċilità ta’ taħlit u l-lista tal-entitajiet li jieħdu sehem fil-faċilità ta’ taħlit;

(h)għall-garanziji baġitarji: l-ammont ta’ proviżjonament annwali u, fejn applikabbli, l-ammont tal-garanzija baġitarji li se jiġi rilaxxat.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jista’ jżid kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa xierqa jew fid-deċiżjoni ta’ finanzjament rispettiva li tikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma jew fi kwalunkwe dokument ieħor ippubblikat fuq is-sit web tal-istituzzjoni.

Deċiżjoni ta’ finanzjament pluriennali għandha tkun konsistenti mal-ipprogrammar finanzjarju msemmi fl-Artikolu 39(2) u għandha tispeċifika li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-snin finanzjarji rispettivi wara l-adozzjoni tal-baġit annwali jew kif stipulat fis-sistema ta’ parti minn kull tnax proviżorja, sakemm ma tkunx il-bażi għall-impenji baġitarji mqassmin fi ħlasijiet parzjali annwali kif imsemmi fl-Artikolu 110(2).

3.Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni ta’ att bażiku, kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni ta’ finanzjament diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni iniżjali.

Artikolu 109
Operazzjonijiet ta’ nefqa

1.Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u titħallas.

Fi tmiem il-perjodi msemmijin fl-Artikolu 112, il-bilanċ mhux użat tal-impenji baġitarji għandu jkun soġġett għal diżimpenn.

Meta jeżegwixxi operazzjonijiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li n-nefqa hija konformi mat-Trattati, mal-baġit, ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti u regolamenti oħrajn adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

2.Impenji baġitarji u impenji legali għandhom jiġu adottati mill-istess uffiċjal tal-awtorizzazzjoni , ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq. B’mod partikolari, fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna operazzjonali, l-impenji legali jistgħu jiġu ffirmati mill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, jew fin-nuqqas tagħhom mid-deputati tagħhom, fuq ordni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni li, però, jibqa’ responsabbli għalkollox għat-tranżazzjoni sottostanti. Il-persunal impjegat mill-Kummissjoni fil-qasam ta’ operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja jista’ jiffirma impenji legali marbutin mal-ħlas eżegwit mill-kontijiet għall-antiċipi b’valur li ma jaqbiżx l-EUR 2 500.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f’impenn legali ma’ partijiet terzi jew jittrasferixxi fondi f’fond fiduċjarju msemmi fl-Artikolu 227.

Dan l-obbligu ma għandux ikun applikabbli għal:

(a)impenji legali konklużi wara dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi fil-qafas tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju, f'konformità mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha;

(b)fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta’ għajnuna għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, jekk l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-intervent tal-Unjoni teħtieġ li l-Unjoni tidħol f' impenn legali ma’ partijiet terzi immedjatament u ma jkunx possibbli li impenn baġitarju jiġi riżervat minn qabel. L-impenn baġitarju għandu jiġi rreġistrat vat mingħajr dewmien wara t-teħid ta’ impenn legali ma’ partijiet terzi.

3.Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jaċċetta li jiddebita partita tan-nefqa, wara li jivverifika d-dokumenti ta' sostenn li jikkonfermaw l-intitolament tal-kreditur skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-impenn legali fejn ikun hemm impenn legali. Għal dan il-għan, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:

(a)jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur;

(b)jiddetermina jew jivverifika r-realtà u l-ammont tal-pretensjoni permezz tal-ġira “[i]ċċertifikat korrett”;

(c)jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom huwa dovut il-ħlas.

Minkejja dan li ntqal hawn fuq, il-validazzjoni tan-nefqa ma għandhiex tkun limitata għan-nefqa li hija ddebitata lill-baġit. Għandha tapplika wkoll għal rapporti interim jew finali mhux assoċjati ma’ talba għall-ħlas, f’liema każ l-impatt fuq is-sistema kontabilistika se jkun limitat għall-kontijiet ġenerali. Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni għandha tiġi espressa permezz ta’ firma b’sigurtà elettronika kif imsemmi fl-Artikolu 141 mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti, mogħti s-setgħa kif xieraq b’deċiżjoni formali tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jew, f’eċċezzjonijiet, għall-fluss tax-xogħol fuq il-karta, fil-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma.

Bil-ġira “[i]ċċertifikat korrett”, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew membru tal-persunal teknikament kompetenti, mogħti s-setgħa kif xieraq mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċċertifika li:

(a)għall-prefinanzjament, il-kundizzjonijiet meħtieġa fl-impenn legali għall-ħlas għall-prefinanzjament huma ssodisfati;

(b)għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’kuntratti, is-servizzi stipulati fil-kuntratt ġew ipprovduti kif xieraq, il-provvisti ġew forniti kif xieraq jew li x-xogħol twettaq kif xieraq;

(c)għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f’għotjiet, l-azzjoni jew il-progrmam ta’ ħidma mwettqin mill-benefiċjarju huma f’kull aspett konformi mal-ftehim ta’ għotja, inkluż, fejn applikabbli, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjajru huma eliġibbli. L-istess prinċipju huwa validu wkoll għal rapporti interim u finali mhux assoċjati ma’ talba ta’ ħlas.

4.L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità billi joħroġ ordni għall-ħlas, sabiex iħallas ammont tan-nefqa li jkun ġie vvalidat preċedentement.

Fejn isiru ħlasijiet perjodiċi fir-rigward tas-servizzi mogħtija, inklużi s-servizzi ta’ kiri jew ta’ merkanzija konsenjata, u bla ħsara għall-analiżi tar-riskju tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett minn kont għall-antiċipi, jew jekk awtorizzat b’mod speċifiku mill-uffiċjal tal-kontabilità skont l-Artikolu 83(3).

5.Id-diżimpenn huwa l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jħassar ir-riżerva kollha tal-approprjazzjonijiet jew parti mit-tali riżerva li qabel tkun saret b’impenn baġitarju.

Artikolu 110
Tipi ta’ impenji baġitarji

1.L-impenji baġitarji għandhom jidħlu f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)individwali: meta r-riċevitur u l-ammont tan-nefqa jkunu magħrufin;

(b)globali: meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf;

(c)proviżorji: sabiex ikopru n-nefqa tal-immaniġġjar ta’ rutina għall-FAEG kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) u n-nefqa amministrattiva ta’ rutina meta l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufin b’mod definittiv.

Madankollu, in-nefqa amministrattiva ta’ rutina relatata mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mar-Rappreżentanti tal-Unjoni tista’ tkun koperta minn impenji proviżorji anki meta l-ammont u l-benefiċjarju finali jkunu magħrufin.

2.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja jistgħu jitqassmu f'pagamenti annwali fuq diversi snin biss meta l-att bażiku jipprevedi dan jew meta jkunu għan-nefqa amministrattiva.

3.Impenn baġitarju globali għandu jittieħed fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament.

L-aktar tard li jista’ jsir l-impenn baġitarju globali huwa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-riċevituri u l-ammonti u, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ikkonċernati tkun tinvolvi l-adozzjoni ta’ programm ta’ ħidma, kmieni kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni ta’ dak il-programm.

4.L-impenn baġitarju globali għandu jiġi implimentat billi jintlaħaq ftehim ta’ finanzjament, li fih innifsu jwassal għall-konklużjoni sussegwenti ta’ impenn legali wieħed jew aktar, jew inkella bil-konklużjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar.

Il-ftehimiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-għajnuna finanzjarja diretta lil pajjiżi terzi, inkluż l-appoġġ baġitarju, li jikkostitwixxu impenji legali, jistgħu jagħtu lok għal ħlasijiet mingħajr il-konklużjoni ta’ impenji legali oħra.

Meta l-impenn globali jiġi implimentat bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ finanzjament, ma għandux ikun japplika t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.Kull impenn legali individwali adottat wara impenn baġitarju globali għandu, qabel jiġi ffirmat, ikun irreġistrat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-kontijiet tal-baġit ċentrali u jiġi rreġistrat fl-impenn baġitarju globali.

6.L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bil-konklużjoni ta’ impenn legali wieħed jew aktar li jwassal għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f’każijiet relatati man-nefqa fuq l-immaniġġjar tal-persunal jew relatati man-nefqiet fuq il-komunikazzjoni li jsiru mill-istituzzjonijiet għall-kopertura ta’ avvenimenti tal-Unjoni jew fil-każijiet imsemmijin fil-punt 14.5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, dawn jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett b’pagamenti.

Artikolu 111
Impenji għall-approprjazzjonijiet tal-FAEG

1.Għal kull sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għandhom jinkludu approporjazzjonijiet mhux differenzjati, bl-eċċezzjoni għan-nefqa dwar il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013, bl-eċċezzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn assistenza teknika mhux operazzjonali u kontribuzzjonijiet lil aġenziji eżekuttivi, li għandhom ikunu koperti minn approprjazzjonijiet differenzjati.

2.Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammonti tar-rimborż ta’ dawn il-ħlasijiet għandhom jikkostitwixxu impenji proviżorji globali, li ma jistgħux jeċċedu l-approporjazzjonijiet totali mdaħħlin għall-FAEG.

3.L-impenji proviżorji globali għall-FAEG li jkunu saru għal sena finanzjarja u li ma jwasslux għal impenn fuq linji speċifiċi fin-nomeniklatura tal-baġit sal-1 ta’ Frar tas-sena finanzjarja segwenti għandhom ikunu kkanċellati fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata.

4.Nefqa effettwata mill-awtoritajiet u mill-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn mir-riċevuta tad-dikjarazzjonijiet mibgħutin mill-Istati Membri, tkun is-soġġett ta’ impenn skont il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali

5.impenji jistgħu jsiru wara li jgħaddi l-perjodu ta’ xahrejn meta hija meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit relevanti. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu rreġistrati bħala ħlasijiet fl-istess perjodu ta’ xahrejn.

L-impenni li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jitnaqqsu mill-impenn proviżorju globali msemmi fil-paragrafu 1.

6.Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw soġġett għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 112
Limiti ta’ żmien għall-impenji

1.Soġġetti għall-Artikoli 109(2) u 256(3), l-impenji legali li jirrigwardaw impenji individwali jew proviżorji tal-baġit għandhom ikunu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.

2.L-impenji baġitarji globali għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali korrispondenti konklużi sal-31 ta' Diċembru tas-sena n + 1.

Meta l-impenn baġitarju globali jwassal għall-għoti ta’ premju msemmi fit-Titolu IX, l-impenn legali msemmi fl-Artikolu 200(4) għandu jkun konkluż sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+3.

F’azzjonijiet esterni, meta l-impenn baġitarju globali jwassal għal ftehim ta’ finanzjament konkluż ma’ pajjiż terz, il-ftehimiet ta’ finanzjament għandhom ikunu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1, bis-sena n li hija dik li fiha sar l-impenn baġitarju. F’dan il-każ, l-impenn baġitarju globali għandu jkopri l-kostijiet tal-impenji legali li jimplimentaw il-ftehim ta’ finanzjament konkluż sa tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

3.L-impenji baġitarji individwali u proviżorji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda, ħlief fil-każ ta’ nefqa fuq il-persunal, għandu jkollhom data finali għal-implimentazzjoni stabbilita, b'konformità mal-kundizzjonijiet fl-impenji legali li jirreferu għalihom, u filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

4.Xi partijiet tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew effettwati bi ħlasijiet fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati f'konformità mal-Artikolu 13.

5.L-ammont ta’ impenn baġitarju li għalih ma sar l-ebda ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 113 f'perjodu ta’ sentejn wara l-iffirmar tal-impenn legali għandu jkun diżimpenjat, ħlief fejn dak ammont ikun relatat ma’ każi f'litigazzjoni quddiem qrati ġudizzjarji jew korpi arbitrali, fejn l-impenn legali jieħu l-forma ta’ ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz jew fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali stipulati fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Artikolu 113
Tipi ta’ pagamenti

1.Il-pagament tan-nefqa għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.

2.Il-pagament għandu jkopri operazzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)il-pagament tal-ammont kollu dovut;

(b)il-pagament tal-ammont dovut bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)il-prefinanzjament li jipprovdi float, li jista’ jinqasam f’għadd ta’ pagamenti skont il-ġestjoni finanzjarja tajba u jitħallas fuq il-bażi tal-kuntratt, tal-ftehim jew tal-att bażiku, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ sostenn li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-patti tal-kuntratt jew tal-ftehim inkwistjoni jkunu qed jiġu rrispettati;

(ii)pagament interim wieħed jew aktar bħala kontroparti għat-twettiq parzjali tal-azzjoni jew tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Huwa jista’ jikklerja l-prefinanzjament kollu jew parti minnu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku;

(iii)il-pagament tal-bilanċ tal-ammonti dovuti meta l-azzjoni jew il-kuntratt jiġu eżegwiti b’mod sħiħ.

(c)il-pagament ta’ provvediment fil-fond ta’ proviżjonament komuni stabbilit skont l-Artikolu 205.

Il-ħlas tal-bilanċ ma jistax jiġi ripetut u għandu jikklerja n-nefqa preċedenti kollha, għandha tinħareġ ordni ta’ rkupru sabiex jiġu rkuprati ammonti mhux użati.

3.Għandha ssir distinzjoni fil-kontabilità baġitarja bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 2 fil-waqt li fih isir kull ħlas.

4.Ir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 79 għandhom jinkludu r-regoli għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament fil-kontijiet u għar-rikonoxximent tal-eliġibbiltà tal-kostijiet.

5.Il-pagamenti ta’ prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont in-natura ekonomika u mhux aktar tard minn tmiem il-proġett. L-ikklerjar ser isir fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-kostijiet imġarrbin jew tal-konferma ta’ lħuq tal-kundizzjonijiet għall-ħlas skont l-Artikolu 121 kif ivvalidati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 109(3).

Għal ftehimiet ta’ għotja, għal kuntratti jew għal ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ta’ aktar minn EUR 5 000 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikseb f’kull tmiem is-sena tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa sabiex jikkalkola stima raġonevoli ta’ dawk il-kostijiet. Għad li din l-informazzjoni ma tistax tintuża għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, ser tippermetti li kemm l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kif ukoll l-uffiċjal tal-kontabilità jikkonformaw mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 80(2).

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali ffirmati.

Artikolu 114
Limiti ta' żmien għall-pagamenti

1.Il-pagamenti għandhom isiru f' perjodu ta':

(a)90 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja li jinvolvu servizzi tekniċi jew azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(b)60 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja kollha l-oħrajn li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat;

(c)30 jum kalendarju għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni kollha l-oħrajn, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta’ għotja.

2.Iż-żmien permess sabiex isiru l-ħlasijiet jinftiehem bħala li jinkludi l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa.

Huwa jibda minn dakinhar li tasal it-talba għal pagament.

Talba għal pagament tiġi rreġistrata mid-dipartiment awtorizzat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-aktar fis possibbli u titqies li ġiet riċevuta mid-data meta tiġi rreġistrata.

Id-data tal-pagament titqies li hija d-data meta jiġi ddebitat il-kont tal-istituzzjoni.

Talba għal pagament tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni tal-kreditur;

(b)l-ammont;

(c)il-munita;

(d)id-data.

Fejn ikun hemm mill-anqas element essenzjali wieħed nieqes, it-talba għall-ħlas għandha tiġi rifjutata.

Il-kreditur għandu jiġi mgħarraf bil-miktub dwar iċ-ċaħda u r-raġunijiet għalih mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-wasla tat-talba tal-ħlas.

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jissospendi l-limitu ta’ żmien għall-ħlas fejn:

(a)l-ammont tat-talba għal pagament mhuwiex dovut; jew

(b)ma ġewx ipprovduti d-dokumenti ta’ sostenn xierqa.

Jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli isir jaf b'informazzjoni li tqiegħed f'dubju l-eliġibbiltà tan-nefqa f'talba għal ħlas, huwa jista' jissospendi l-limitu ta’ żmien għal ħlas sabiex jivverifika, inkluż permezz ta’ kontrolli fuq il-post, li n-nefqa hija fil-fatt eliġibbli. Il-bqija taż-żmien li jifdal għall-ħlas għandu jibda mid-data li fiha jiġu riċevuti l-informazzjoni mitluba jew id-dokumenti riveduti jew titwettaq il-verifika ulterjuri meħtieġa, inklużi kontrolli fuq il-post.

Il-kredituri kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub dwar ir-raġunijiet ta’ dik is-sospensjoni.

4.Ħlief fil-każ ta’ Stati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, malli jiskadu l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-rati tal-imgħax għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 97(2);

(b)l-imgħax għandu jkun jista’ jitħallas għall-perjodu bejn il-jum kalendarju wara li jiskadi l-limitu ta' żmien għall-pagament stabbilit fil-paragrafu 1 sal-jum tal-pagament.

Madankollu, f’każ li l-imgħax ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu jkun ta’ EUR 200 jew anqas, dan għandu jitħallas lill-kreditur biss wara talba li tiġi sottomessa fi żmien xahrejn mill-wasla tal-pagament tard.

5.Kull istituzzjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-konformità mal-limiti ta’ żmien u dwar is-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Ir-rapport tal-Kummissjoni jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmijin fl-Artikolu 73(9).

Kapitolu 8
Awditur intern

Artikolu 115
Il-ħatra tal-awditur intern

1.Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi uffiċċju tal-awditjar intern li għandu jaħdem f'konformità man-normi internazzjonali relevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni għandu jwieġeb għal din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern la jista’ jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabilità.

2.Għall-iskopijiet tal-awditjar intern tas-SEAE, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega skont l-Artikolu 58(2), għandhom ikunu soġġetti għas-setgħat ta’ verifika tal-awditur intern tal-Kummissjoni għall-ġestjoni finanzjarja sottodelegata lilhom.

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-awditur intern tas-SEAE fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

3.Kull istituzzjoni għandha taħtar l-awditur intern tagħha skont l-arranġamenti adattati għall-karatteristiċi u għar-rekwiżiti speċifiċi tagħha. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħatra tal-awditur intern.

4.Skont il-karatteristiċi u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha, kull istituzzjoni għandha tiddetermina l-ambitu tal-missjoni tal-awditur intern u tistabbilixxi fid-dettall l-objettivi u l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awditjar intern b’rispett xieraq għall-istandards internazzjonali tal-awditjar intern.

5.L-istituzzjoni tista’ taħtar bħala awditur intern, minħabba l-kompetenza partikolari tiegħu, uffiċjal jew impjegat ieħor kopert mir-Regolamenti tal-Persunal magħżul minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri.

6.Jekk ikun hemm żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaħtru l-istess awditur intern, dawn għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għalih sabiex jiġi ddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 119.

7.L-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jintemmu d-dmirijiet tal-awditur intern.

Artikolu 116
Setgħat u dmirijiet tal-awditur intern

1.L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u billi jippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

L-awditur intern għandu jkun responsabbli b'mod partikolari sabiex:

(a)jivvaluta l-adattabilità u l-effikaċja tas-sistemi interni tal-ġestjoni u l-prestazzjoni tat-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-politiki, tal-programmi u tal-azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b)jivvaluta l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja.

2.L-awditur intern għandu jwettaq id-doveri tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istituzzjoni. Hu għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

3.L-awditur intern għandu jirrapporta lill-istituzzjoni dwar dak li jsib u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-istituzzjoni għandha tassigura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar. L-awditur intern għandu wkoll jippreżenta lill-istituzzjoni rapport annwali tal-awditjar intern li fih jindika n-numru u t-tip ta’ awditi interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Kull istituzzjoni tikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-awditur intern tagħha humiex adatti għal skambju tal-aħjar prattiki ma’ istituzzjonijiet oħra.

4.L-awditur intern għandu jippreżenta wkoll lill-istituzzjoni rapport annwali tal-awditjar intern li fih jindika n-numru u t-tip ta’ awditi interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin magħmula u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Dak ir-rapport annwali jsemmi wkoll kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-grupp imwaqqaf skont l-Artikolu 139 fejn jagħti l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 90.

5.L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport tiegħu, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb l-applikazzjoni tagħha.

6.Kull sena, il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza u f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE, tibgħat, fuq talba, ir-rapport annwali tal-awditjar intern tagħha skont it-tifsira tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu b'kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.

7.L-istituzzjoni għandha tagħmel disponibbli d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta’ nefqa, għall-finijiet ta’ kuntattar kunfidenzjali tal-awditur intern.

8.Kull sena, l-istituzzjoni għandha tabbozza rapport li fih sommarju tan-numru u tat-tip ta’ awditi interni mwettqin, ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stipulat fl-Artikolu 239.

9.Ir-rapporti u s-sejbiet tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.

10.L-istituzzjoni għandha tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-awditur intern ikun jista’ jaqdi sew il-funzjoni tiegħu ta’ awditjar intern, kif ukoll karta tal-missjoni li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-dmirijiet u l-obbligi tiegħu.

Artikolu 117
Programm ta’ ħidma tal-awditur intern

1.L-awditur intern jadotta l-programm ta’ ħidma tiegħu u jissottomettih lill-istituzzjoni.

2.L-istituzzjoni tista’ titlob lill-awditur intern biex iwettaq awditi li ma jkunux inklużi fil-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 118
Indipendenza tal-awditur intern

1.L-awditur intern igawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi tiegħu. Regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbilità tal-awditur intern.

2.Huwa ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b’xi mod fir-rigward tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skont ir-Regolament Finanzjarju.

3.Jekk l-awditur intern hu membru tal-persunal, huwa għandu jeżerċita l-funzjonijiet esklużivi ta’ awditur b'indipendenza totali u jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal u stabbilit fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 119
Ir-responsabbiltà tal-awditur intern

L-istituzzjoni weħidha, billi timxi skont dan l-Artikolu, tista’ taġixxi biex l-awditur intern, bħala uffiċjal jew impjegat ieħor soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, ikun iddikjarat bħala responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.

L-istituzzjoni għandha tieħu deċiżjoni motivata biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-parti interessata. Taħt ir-responsabbiltà diretta tagħha, l-istituzzjoni tista’ tgħaddi l-investigazzjoni f’idejn uffiċjal wieħed jew aktar, ta’ grad ugwali jew ogħla minn dak tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Il-fehmiet tal-parti interessata għandhom jinstemgħu matul l-investigazzjoni.

Ir-rapport tal-investigazzjoni għandu jintbagħat lill-parti interessata, li mbagħad għandha tinstema’ mill-istituzzjoni fuq is-suġġett ta’ dak ir-rapport.

Abbażi tar-rapport u tas-smigħ, l-istituzzjoni għandha tadotta deċiżjoni motivata li ttemm il-proċeduri jew deċiżjoni motivata skont l-Artikoli 22, 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew penali finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u jintbagħtu, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-Qorti tal-Awdituri.

Il-parti interessata tista’ tiftaħ kawża fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 120
Kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Bla ħsara għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista’ jiftaħ kawża direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal kull att relatat mal-qadi ta’ dmirijietu bħala awditur intern. Kawża bħal din għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mill-jum kalendarju li fih ikun innotifikat l-att inkwistjoni.

Tali kawżi għandhom jiġu investigati u jinstemgħu kif stipulat fl-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU V
REGOLI KOMUNI

KAPITOLU 1
REGOLI APPLIKABBLI GĦAL IMPLIMENTAZZJONI DIRETTA, INDIRETTA U KONDIVIŻA

Artikolu 121
Forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni f’implimentazzjoni diretta, kondiviża u indiretta għandhom jgħinu sabiex jinkisbu objettiv tal-politika tal-Unjoni u r-riżultati speċifikati u jistgħu jieħdu kwaulnkwe forma minn dawn li ġejjin:

(a)rimborż ta’ spejjeż eliġibbli verament imġarrba;

(b)kostijiet unitarji li jkopru kull kategorija speċifika tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel b’referenza għal ammont għal kull unità;

(c)somom f’daqqa li jkopru f’termini globali l-kategoriji speċifiċi kollha tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b’mod ċar minn qabel;

(d)finanzjament b’rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, li huma identifikati b’mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal;

(e)finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta’:

i)l-issodsfar tal-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur jew Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew

ii)il-kisba tar-riżultati mkejla b’referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni;

(f) taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (e).

Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni skont il-punti (b), (c) u (d) għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 175 jew leġiżlazzjoni speċifika għas-settur. Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni skont il-punt (e) għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 175, leġiżlazzjoni speċifika għas-settur jew deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta’ kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta’ kontabilità għandhom jitqiesu kemm jista' jkun.

Artikolu 122
Kontrodipendenza fuq il-valutazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tiddependi bis-sħiħ jew b’mod parzjali fuq valutazzjonijiet magħmulin minnha stess jew minn entitajiet oħrajn, inklużi d-donaturi, diment li dawn il-valutazzjonijiet ikunu saru fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament għall-metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit applikabbli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta’ standards aċċettati internazzjonalment jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

Artikolu 123
Kontrodipendenza fuq l-awditi

Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur.

Artikolu 124
Kooperazzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, bħala kundizzjoni għar-riċevuta tal-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), u fejn xieraq lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dan għandu jinkludi d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

2.Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni b’implimentazzjoni diretta u indiretta għandha taqbel bil-miktub li tagħti d-drittijiet neċessarji msemmijin fil-paragrafu 1. Dan jinkludi l-obbligu għal kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni sabiex jiżguraw drittijiet ekwivalenti.

Artikolu 125
It-trasferiment ta’ riżorsi għal strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 61(1), fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu fuq it-talba tagħhom jintużaw sabiex isaħħu l-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FEIS. F'dawn il-każijiet, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli tal-FEIS.

KAPITOLU 2
REGOLI APPLIKABBLI GĦAL IMPLIMENTAZZJONI INDIRETTA

Taqsima 1
REGOLI DWAR IL-PROĊEDURI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 126
Sħubijiet finanzjarji qafas

1.Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għal kooperazzjoni fit-tul ma’ persuni u ma’ entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew benefiċjarji. Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja għandhom jiġu riveduti mill-anqas darba kull qafas Finanzjarju Pluriennali bla ħsara għall-punt (c) tal-paragrafu 4. Ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ftehimiet ta’ għotja jistgħu jiġu ffirmati skont dawn il-ftehimiet.

2.Il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu jispeċifika l-forom ta’ kooperazzjoni finanzjarja, l-objettivi komuni tal-kooperazzjoni kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw tali kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew benefiċjarji. Dawn il-ftehimiet għandhom jirriflettu wkoll kemm il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew tal-benefiċjarji, inklużi l-proċeduri tal-awditjar.

3.Sabiex jiġu ottimizzati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-awditi u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta’ awditjar jew verifika ma’ persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew ma’ benefiċjarji tal-għotjiet. Fil-każ tal-Bank Ewropew tal-Investiment, għandu jkun japplika l-ftehim tripartitiku konkluż mal-Kummissjoni u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

4.Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ għotjiet speċifiċi:

(a)il-ftehim għandu, minbarra l-paragrafu 2, jispeċifika:

(i)in-natura tal-azzjonijiet jew il-programmi ta’ ħidma previsti;

(ii)il-proċedura għall-għoti ta’ għotjiet speċifiċi, f’konformità mal-prinċipji u r-regoli proċedurali fit-Titolu VIII;

(b)id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ għoti speċifiku għandhom, flimkien, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 194;

(c)id-durata tas-sħubija ma tistax taqbeż l-erba’ snin ħlief f’każijiet iġġustifikati kif xieraq;

(d)is-sħubija finanzjarja qafas għandha tintuża skont il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament indaqs tal-applikanti;

(e)is-sħubija finanzjarja qafas għandha tiġi ttrattata bħala għotja fir-rigward tal-programmazzjoni, il-pubblikazzjoni ex ante u l-għoti;

(f)għotjiet speċifiċi bbażati fuq it-tali sħubija għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ex ante msemmijin fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 183.

5.Il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi jista’ jipprovdi għad-dipendenza fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-benefiċjarju skont il-paragrafu 2 meta dawk is-sistemi u l-proċeduri jkunu ġew ivvalutati skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 149. F’dan il-każ, ma għandux ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 189(1). Meta l-proċeduri tal-benefiċjarju għall-forniment ta’ finanzjament lil partijiet terzi msemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 149(4) ikunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv, ma għandhomx ikunu japplikaw l-Artikolu 197 u l-Artikolu 198.

6.Fil-każ ta’ ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja implimentat permezz ta’ għotjiet speċifiċi, il-verifika tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 191 għandha ssir qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja. Il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq verifika ekwivalenti tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali mwettqa minn donaturi oħrajn.

7.Fil-każ ta’ sħubijiet finanzjarji qafas implimentati permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja u l-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandhom, flimkien, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 150(4) u tal-Artikolu 124.

8.Il-Kummissjoni għandha tieħu impenn li tarmonizza l-obbligi ta’ rapportar tagħha ma’ dawk ta’ donaturi oħrajn.

Artikolu 127
Sospensjoni, terminazzjoni u tnaqqis

1.Meta l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tkun ġiet soġġetta għal irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jissospendi l-proċedura u jkun jista' jieħu kwalunkwe miżuri li jkunu meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli minnufih jinforma lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi dwar suspett ta’ każi ta’ frodi.

2.Meta, wara l-għoti, jintwera bil-provi li l-proċedura ta’ għoti kienet soġġetta għal irregolaritajet jew frodi, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’:

(a)jiċħad milli jiffirma l-impenn legali jew iħassar l-għoti ta’ premju;

(b)jissospendi l-pagamenti;

(c)jissospendi l-implimentazzjoni tal-impenn legali;

(d)fejn xieraq, jittermina l-impenn legali sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed.

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi wkoll il-pagamenti jew l-implimentazzjoni tal-impenn legali fejn:

(a)jintwera bil-provi li l-implimentazzjoni tal-impenn legali kienet soġġetta għal irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi;

(b)hemm bżonn li jiġi vverifikat jekk fil-fatt seħħewx l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti;

(c)irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi jixħtu dubju fuq l-affidabbiltà jew l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern ta’ entità jew persuna li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Meta l-irregolaritajiet, il-frodi jew il-ksur ta’ obbligi preżunti msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma jkunux ikkonfermati, l-implmentazzjoni jew il-pagamenti għandhom jissoktaw mill-aktar fis possibbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jittermina l-impenn legali sħiħ jew fir-rigward ta’ riċevitur wieħed fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

4.Minbarra l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 2 jew 3, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotja, il-premju, il-kontribuzzjoni skont il-ftehim ta’ kontribuzzjoni jew il-premju skont kuntratt b’mod proporzjonat għas-serjetà tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew tal-ksur ta’ obbligi, inkluż fejn l-attivitajiet ikkonċernati ma jkunux ġew implimentati jew ikunu ġew implimentati ħażin, b’mod parzjali biss jew tard.

Fil-każ tal-finanzjament imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 121(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas il-kontribuzzjoni b’mod proporzjonat jekk ir-riżultati nkisbu b’mod ħażin, b’mod parzjali biss jew tard jew jekk ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet.

5.Il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal applikanti f’kompetizzjoni għal premji.

Artikolu 128
Żamma tar-rekords

1.Ir-riċevituri għandhom iżommu rekords, dokumenti ta' prova, rekords statistiċi u rekords oħrajn li jappartjenu għall-finanzjament, inklużi rekords u dokumenti f’format elettroniku, għal ħames snin wara l-pagament tal-bilanċ jew, fin-nuqqas tat-tali pagament, it-tranżazzjoni. Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet snin meta l-finanzjament ikun jammonta għal 60 000 EUR jew anqas.

2.Rekords u dokumenti li jappartjenu għal awditi, appelli, tilwima, it-tiftix ta’ pretensjonijiet relatati mal-impenn legali jew ma’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jekk innotifikati lir-riċevitur, għandhom jinżammu sakemm tali awditi, appelli, tilwim, pretensjonijiet jew investigazzjonijiet ikunu ngħalqu.

3.Ir-rekords u d-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma oriġinali tagħhom, jew bħala kopji awtentifikati tal-oriġinali, jew fuq mezzi tal-ħażna tad-dejta aċċettati b’mod komuni inklużi verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss. F’dan l-aħħar każ, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal meta dawn id-dokumenti jissodisfaw ir-rekwiżiti legali applikabbli sabiex jitqiesu konformi mal-oriġinali u sabiex wieħed ikun jista’ jiddependi fuqhom għal finijiet tal-awditjar.

Artikolu 129
Proċedura kontradittorja u mezzi ta’ rimedju

1.Qabel ma jadotta xi miżura li taffettwa b’mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jara li l-parteċipant jew ir-riċevitur ingħata l-opportunità li jissottometti osservazzjonijiet.

2.Meta miżura ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tolqot b'mod avvers id-drittijiet ta’ parteċipant jew ta’ riċevitur l-att li jistabbilixxi dik il-miżura għandu jkun fih indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta’ rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-kontestazzjoni tiegħu.

Artikolu 130
Tnaqqisiet tar-rata tal-imgħax u sussidji għat-tariffa ta’ garanzija

1.Tnaqqisiet tar-rata tal-imgħax u sussidji għat-tariffa ta’ garanzija għandhom jiġu pprovduti skont it-Titolu X meta jkunu kombinati f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji.

2.Meta t-tnaqqisiet tar-rata tal-imgħax u s-sussidji għat-tariffa ta’ garanzija ma jkunux ikkombinati f’miżura waħda ma’ strumenti finanzjarji, jistgħu jiġu pprovduti skont it-Titolu VI jew it-Titolu VIII.

Taqsima 2
SISTEMA TA’ IDENTIFIKAZZJONI BIKRIJA U TA’ ESKLUŻJONI

Artikolu 131
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-identifikazzjoni tar-riskji u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi

1.Sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha toħloq u tħaddem sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni fuq il-parteċipanti u r-riċevituri.

L-għan ta' din is-sistema għandu jkun li jiffaċilita:

(a)l-identifikazzjoni bikrija tal-parteċipanti u tar-riċevituri li jippreżentaw riskju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)l-esklużjoni ta' parteċipanti u ta’ riċevituri li huma f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni elenkati fl-Artikolu 132(1);

(c) l-impożizzjoni ta' piena finanzjarja fuq riċevitur skont l-Artikolu 134.

Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni għandha tapplika wkoll għal:

(a)entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom il-kandidat jew l-offerent biħsiebu jiddependi jew sottokuntratturi ta’ kuntrattur;

(b)kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni fejn il-baġit tal-Unjoni jiġi implimentat skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) fuq il-bażi tal-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 150. Għal strumenti finanzjarji, fin-nuqqas ta’ regoli u ta’ proċeduri ekwivalenti bis-sħiħ għal dawk imsemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 149(4), ir-riċevituri finali u l-intermedjarji għandhom jipprovdu lill-persuna jew lill-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) b’dikjarazzjoni ffirmata fuq l-unur li tikkonferma li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 132(1) jew fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 137(1) jew f’sitwazzjoni meqjusa ekwivalenti skont il-valutazzjoni mwettqa b’konformità mal-Artikolu 149(4);

(c)kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni minn strumenti finanzjari implimentati b’mod eċċezzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 61 (1). Ir-riċevituri finali għandhom jipprovdu lill-intermedjarji finanzjarji b'dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata li tikkonferma li huma mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 132(1) jew fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 137(1);

(d)il-parteċipanti jew ir-riċevituri li dwarhom l-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62 ipprovdew informazzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 138(2).

2.Id-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar identifikazzjoni bikrija, ta’ esklużjoni u/jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarja għandha tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Informazzjoni relatata ma' tali deċiżjonijiet għandha tiġi rreġistrata fil-bażi ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 138. Meta tali deċiżjoni tittieħed fuq il-bażi tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 132, l-informazzjoni rreġistrata fil-bażi ta' dejta għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 132.

3.Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarji tista’ tkun ibbażata fuq sentenza finali jew fuq deċiżjoni amministrattiva finali fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 132(1) jew fuq klassifikazzjoni preliminari fil-liġi mill-bord imsemmi fl-Artikolu 139 fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 132(2) sabiex tiġi żgurata valutazzjoni ċentralizzata ta’ dawk is-sitwazzjonijiet. Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 137, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrifjuta lil parteċipant minn proċedura partikolari.

Artikolu 132
Kriterji ta' esklużjoni u sanzjonijiet amministrattivi

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 131(1) milli tieħu sehem fi proċeduri ta’ għoti rregolata minn dan ir-Regolament jew milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni meta:

(a)il-persuna jew l-entità tkun falliet, jew tkun soġġetta għal proċeduri ta' insolvenza jew ta’ stralċ, fejn l-assi tagħha jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, fejn tkun tinsab fi ftehim ma' kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tagħha jiġu sospiżi, jew fejn tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew ir-regolamenti tal-UE jew nazzjonali;

(b)ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta' mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta fi kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn dan it-tip ta' aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b'mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)rappreżentazzjoni ħażina b'mod frodulenti jew b'negliġenza ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew għall-issodisfar tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni tal-impenn legali;

(ii)id-dħul fi ftehim ma' persuni jew ma’ entitajiet oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli matul il-proċedura ta' għoti;

(v)it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura tal-għoti;

(d)ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-persuna tkun ħatja ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)frodi, fit-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 37 ;

(ii)korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 38 , u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA 39 , kif ukoll korruzzjoni kif iddefinita fil-liġi applikabbli;

(iii)parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI 40 ;

(iv)ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 ;

(v)reati marbuta mat-terroriżmu jew reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI 42 rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta' reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;

(vi)tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 ;

(e)il-persuna jew l-entità wriet nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi ewlenin fit-twettiq ta’ impenn legali ffinanzjat mill-baġit;

(f)ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 44 .

2.Fin-nuqqas ta' sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fil-punti (c), (d) u (f) tal-paragrafu 1, jew fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew entità msmemija fl-Artikolu 131(1) abbażi ta' klassifikazzjoni preliminari fil-liġi ta' aġir imsemmi f'dawk il-punti, b'kont meħud tal-fatti stabbiliti jew sejbiet oħra li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139.

Il-klassifikazzjoni preliminari msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġġudikax minn qabel il-valutazzjoni tal-imġiba tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u/jew jimponi multa finanzjarja fuq riċevitur mingħajr dewmien wara n-notifika ta' sentenza finali jew ta’ deċiżjoni amministrattiva finali. F'każijiet fejn is-sentenza finali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ma tistabbilixxix id-durata tal-esklużjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jistabbilixxi din id-durata fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti u s-sejbiet u filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139.

Fejn tali sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali tgħid li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) mhijiex ħatja tal-aġir soġġetta għal klassifikazzjoni preliminari fil-liġi, li abbażi tagħha tkun ġiet eskluża, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mingħajr dewmien, għandu jtemm dik l-esklużjoni u/jew jirrimborża, kif xieraq, kwalunkwe penali finanzjarja imposta.

Il-fatti u s-sejbiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu, b'mod partikolari:

(a)il-fatti stabbiliti fil-kuntest ta' awditi jew ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jew, minn awditu intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll oħrajn li jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni;

(b)deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħuda mill-korp ta' sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta' etika professjonali;

(c)deċiżjonijiet tal-entitajiet u tal-persuni li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-baġit skont l-Artikolu 62;

(d)deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta' awtorità kompetenti nazzjonali relatati mal-ksur tal-liġi ta' kompetizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

3.Kwalunkwe deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meħuda skont l-Artikoli 131 sa 138 jew, fejn applikabbli, kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, għandha tittieħed f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu:

(a)is-serjetà tas-sitwazzjoni, inkluż l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni;

(b)iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti;

(c)id-durata u r-rikorrenza tiegħu;

(d)l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza;

(e)l-ammont limitat ikkonċernat għall-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(f)kwalunkwe ċirkustanza mitiganti oħra, bħall-grad ta’ kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata mill-awtorità kompetenti rilevanti u l-kontribuzzjoni tagħha għall-investigazzjoni kif rikonoxxuta mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew id-divulgazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ esklużjoni permezz tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 133(1).

4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) fejn:

(a)persuna fiżika jew ġuridika li hija membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1), jew li għandha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward ta’ dawn il-persuni jew l-entitajiet hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 1;

(b)persuna fiżika jew ġuridika li tassumi responsabbiltà bla limiti għad-djun ta’ dik il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1;

(c)persuna fiżika li hija essenzjali għall-għoti jew għall-implimentazzjoni tal-impenn legali u hija f’waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (c) sa (f) tal-paragrafu 1.

5.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 131(1) b’mod proviżorju mingħajr ir-rakkomandazzjoni minn qabel tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, meta l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura ta’ għotja jew l-għażla tagħhom għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tkun tikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'każijiet bħal dawn, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirreferi l-każ b’mod immedjat lill-bord u għandu jieħu deċiżjoni finali mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jkun irċeva r-rakkomandazzjoni tal-bord.

6.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, ma għandux jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 131(1) milli tieħu sehem fi proċedura ta’ għotja u milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni fejn:

(a)il-persuna jew l-entità tkun ħadet biżżejjed miżuri ta’ rimedju speċifikati fil-paragrafu 7 sabiex turi li hija affidabbli. Dan il-punt ma għandux japplika fil-każ imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)ikun indispensabbli biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, għal durata limitata u sakemm jiġu adottati miżuri ta' rimedju speċifikati fil-paragrafu 7;

(c)esklużjoni bħal din tkun sproporzjonata fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Barra minn hekk, il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-każ ta' xiri ta' provvisti b'termini partikolarment vantaġġjużi jew mingħand fornitur li żgur ikun ser itemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu jew fil-każ ta’ likwidaturi fi proċedura ta' insolvenza, ta’ arranġament mal-kredituri, jew ta’ proċedura simili skont il-liġi jew ir-regolamenti tal-UE jew nazzjonali.

Fil-każijiet ta' nonesklużjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jispeċifika r-raġunijiet li għalihom ma jeskludix lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u jinforma lill-bord imsemmi fl-Artikolu 139 b'dawk ir-raġunijiet.

7.Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 6 li jirranġaw is-sitwazzjoni ta' esklużjoni, jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:

(a)miżuri sabiex tiġi identifikata l-oriġini tas-sitwazzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni u miżuri konkreti tekniċi, organizzazzjonali u tal-persunal fi ħdan il-qasam rilevanti tal-attività jew tan-negozju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1), xierqa biex jikkoreġu l-imġiba u ma jħallux li terġa’ tiġri darb'oħra;

(b)prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) tkun ħadet miżuri ta' kumpens jew ta’ rimedju għall-ħsara jew għad-dannu kkawżati lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-fatti sottostanti li jwasslu għas-sitwazzjoni ta' esklużjoni;

(c)prova li l-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ħallset jew iggarantiet il-ħlas ta' kwalunkwe multa imposta mill-awtorità kompetenti jew ta' kwalunkwe taxxa jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

8.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, filwaqt li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni riveduta tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, għandu, mingħajr dewmien, jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu li jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ex officio jew fuq talba ta' dik il-persuna jew l-entità, fejn din tal-aħħar tkun ħadet miżuri ta' rimedju suffiċjenti sabiex turi l-affidabbiltà tagħha jew ipprovdiet elementi ġodda li juru li ma għadhiex teżisti s-sitwazzjoni ta' esklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 133
Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni

1.Parteċipant għandu jiddikjara jekk huwiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132(1) jew fl-Artikolu 137(1), u, fejn applikabbli, jekk ħax xi miżura ta' rimedju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 132(6).

Il-kandidat jew l-offerent għandu jipprovdi l-istess dikjarazzjoni ffirmata minn sottokuntrattur jew minn kwalunkwe entità oħra li fuq il-kapaċità tagħha biħsiebu jiddependi, skont il-każ. F’każ li fih entità li fuq il-kapaċità tagħha biħsiebu joqgħod il-kandidat jew l-offerent jew sottokuntrattur ta’ kuntrattur tkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jesiġi li l-kandidat jew l-offerent joħdilha postha.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ma għandux jitlob tali dikjarazzjoni meta din id-dikjarazzjoni diġà tkun ġiet sottomessa għall-finijiet ta’ proċedura ta’ għotja oħra, diment li s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet, u li ma tkunx għaddiet aktar minn sena mid-data tad-dikjarazzjoni.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirrinunzja r-rekwiżiti skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi sabiex il-kuntratti ta’ valur baxx ħafna jiġu ddefiniti fl-Anness.

2.Kull meta jintalab hekk mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tajba tal-proċedura, il-parteċipant, l-entità li fuq il-kapaċità tagħha biħsiebu jiddependi kandidat jew offerent jew sottokuntrattur tat-tali kandidat jew offerent għandha tipprovdi:

(a)evidenza xierqa li mhijiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 132(1);

(b)informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta' rappreżentanza, ta' deċiżjoni jew ta' kontroll fir-rigward ta' dak il-parteċipant u evidenza xierqa li persuna waħda jew diversi minn dawk il-persuni ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 132(1).

(c)evidenza xierqa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jassumu r-responsabbiltà mhux limitata għad-djun ta' dak il-parteċipant ma jkunux f'sitwazzjoni ta' esklużjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 132(1).

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaċċetta bħala prova sodisfaċenti li parteċipant jew entità msemmijin fil-paragrafu 2 mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (a), (c), (d) jew (f) tal-Artikolu 132(1), estratt riċenti mir-rekords ġudizzjarji jew, f'nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti maħruġ riċentament minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fil-pajjiż ta' stabbiliment tiegħu li juri li dawk ir-rekwiżiti huma ssodisfati.

Bħala evidenza sodisfaċenti li parteċipant jew entità msemmijin fil-paragrafu 2 mhumiex fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 132(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat ikkonċernat. Fejn iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ fil-pajjiż ikkonċernat, il-parteċipant jista' jipprovdi dikjarazzjoni ġuramentata magħmula quddiem awtorità ġudizzjarja jew nutar jew, fin-nuqqas ta' dan, dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem awtorità amministrattiva jew korp professjonali kkwalifikat fil-pajjiż ta' stabbiliment tiegħu.

4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja għall-obbligu ta’ parteċipant jew entità msemmijin fil-paragrafu 2 li jissottomettu l-evidenza dokumentarja msemmija fil-paragrafu 2 u 3:

(a)jekk jista’ jaċċessaha fuq bażi ta' dejta nazzjonali mingħajr ħlas;

(b)jekk it-tali evidenza diġà tkun ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ proċedura oħra u diment li kwalunkwe dokument ippreżentat ikun għadu validu u li ma tkunx għaddiet sena mid-data tal-ħruġ tad-dokumenti;

(c)jekk hemm impossibbiltà materjali sabiex tiġi pprovduta tali evidenza rikonoxxuta mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

5.Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għal persuni u entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew għal korpi skont it-tifsira tal-Artikoli 69 u 70.

Artikolu 134
Penali finanzjarji

1.Sabiex jiżgura effett deterrent, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, filwaqt li jqis, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur li miegħu jkun ġie konkluż impenn legali u li jkun f’sitwazzjoni msemmija fil-punti (c), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 132(1).

Rigward is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 132(1), il-penali finanzjarja tista’ tkun imposta bħala alternattiva għal deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ riċevitur, fejn tali esklużjoni tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 132(3).

Rigward is-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 132(1), il-penali finanzjarja tista’ tkun imposta flimkien ma' esklużjoni li hija meħtieġa biex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, meta r-riċevitur ikun adotta aġir sistemiku u rikorrenti bl-intenzjoni li jikseb indebitament fondi tal-Unjoni.

2.L-ammont tal-penali finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-valur totali tal-impenn legali. Fil-każ ta’ ftehim ta’ għotja ffirmat ma’ għadd ta’ benefiċjarji, il-penali finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-ammont tal-għotja li l-benefiċjajru kkonċenrat huwa intitolat għalih skont il-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 135
Id-durata tal-esklużjoni u l-perjodu ta’ limitazzjoni

1.Id-durata tal-esklużjoni ma għandhiex taqbeż kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)id-durata, jekk teżisti, stabbilita bis-sentenza finali jew bid-deċiżjoni amministrattiva finali ta' Stat Membru;

(b)ħames snin għall-każijiet imsemmijin fil-punt (d) tal-Artikolu 132(1);

(c)tliet snin għall-każijiet imsemmijin fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 132(1).

Persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 131(1) għandha tkun eskluża diment li tkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 132(1).

2.Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-esklużjoni ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u/jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarji fuqha għandu jkun ta' ħames snin li jibdew jiġu kkalkolati minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)id-data li fiha jkun twettaq l-aġir li jwassal għall-esklużjoni jew, fil-każ ta' atti kontinwi jew ripetuti, id-data li fiha l-aġir jintemm, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 132(1);

(b)id-data tas-sentenza finali ta' ġurisdizzjoni nazzjonali jew ta' deċiżjoni amministrattiva finali fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 132(1).

Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jiġi interrott b'att ta’ awtorità nazzjonali, tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139 jew ta' kwalunkwe entità involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jekk tali att jiġi nnotifikat lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u jkun relatat mal-investigazzjonijiet jew mal-proċedimenti ġudizzjarji. Perjodu ta' limitazzjoni ġdid għandu jibda mill-jum wara l-interruzzjoni.

Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 132(1), għandu jkun japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-esklużjoni ta’ persuna jew ta’ entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u/jew għall-impożizzjoni ta' penali finanzjarji fuq riċevitur kif stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

Meta l-aġir tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata jikkwalifika fuq il-bażi ta’ diversi raġunijiet minn fost dawk elenkati fl-Artikolu 132(1), għandu jkun japplika l-perjodu ta’ limitazzjoni tal-aktar serji minn fost dawk ir-raġunijiet.

Artikolu 136
Pubblikazzjoni tal-esklużjoni u tal-penali finanzjarji

1.Sabiex fejn meħtieġ, jissaħħaħ l-effett ta' deterrent ta' esklużjoni u/jew tiġi rinfurzata penali finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, soġġett għal deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha l-informazzjoni li ġejja dwar l-esklużjoni u, fejn applikabbli, il-penali finanzjarja fil-każijiet imsemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 132(1):

(a)l-isem tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata;

(b)is-sitwazzjoni tal-esklużjoni;

(c)id-durata tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarja.

Meta d-deċiżjoni dwar l-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja tkun ittieħdet abbażi ta' klassifikazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 132(2), il-pubblikazzjoni għandha tindika li ma hemm l-ebda sentenza finali jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali. F'dawk il-każijiet, informazzjoni dwar kwalunkwe appell, l-istatus tiegħu u l-eżitu tiegħu, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni riveduta tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien. Fejn tkun ġiet imposta penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha tindika wkoll jekk dik il-penali tħallsitx.

Id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni tittieħed mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jew wara sentenza finali rilevanti jew, fejn applikabbli, deċiżjoni amministrattiva finali, jew wara r-rakkomandazzjoni tal-bord imsemmi fl-Artikolu 139, skont il-każ. Dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tiġi nnotifikata lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernat.

L-informazzjoni ppubblikata għandha titneħħa malli l-esklużjoni tasal fi tmiemha. Fil-każ ta’ penali finanzjarja, il-pubblikazzjoni għandha titneħħa sitt xhur wara li titħallas dik il-penali.

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, f'dak li jirrigwarda d-dejta personali, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata bid-drittijiet tagħha skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u bil-proċeduri disponibbli għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet.

2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi ppubblikata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali;

(b)fejn il-pubblikazzjoni tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna jew lill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) ikkonċernata jew inkella tkun sproporzjonata abbażi tal-kriterji tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 132(3) u għall-ammont tal-penali finanzjarja;

(c)meta tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-dejta personali ma tkunx iġġustifikata b’mod eċċezzjonali, fost l-oħrajn, minħabba s-serjetà tal-aġir jew l-impatt ta’ dan fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet, id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni d-dritt għal privatezza u drittijiet oħrajn stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 137
Ċaħda minn proċedura ta' għoti partikolari

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċħad minn proċedura ta’ għoti partikolari lil parteċipant li:

(a)ikun f'sitwazzjoni ta' esklużjoni stabbilita f'konformità mal-Artikolu 132;

(b)ikun irrappreżenta b'mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni;

(c)qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkomunika lill-parteċipanti l-oħrajn fil-proċedura ta’ għoti l-informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-parteċipant fit-tħejjija tal-proċedura ta’ għoti kif imsemmi fil-punt (c). L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta tal-offerti jew tal-applikazzjonijiet. Qabel kwalunkwe ċaħda bħal din, il-parteċipant għandu jingħata l-opportunità li juri bil-provi li l-involviment tiegħu fit-tħejjija tal-proċedura ta’ għoti ma jiksirx il-prinċipju ta’ trattament indaqs.

2.L-Artikolu 129(1) għandu japplika sakemm iċ-ċaħda ma tkunx ġiet iġġustifikata skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 b’deċiżjoni ta’ esklużjoni meħuda fir-rigward tal-parteċipant, wara eżaminazzjoni tal-osservazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 138
Is-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni

1.L-informazzjoni skambjata fi ħdan is-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 131 għandha tkun iċċentralizzata f'bażi ta' dejta stabbilita mill-Kummissjoni (“il-bażi ta' dejta”) u għandha tiġi ġestita skont id-dritt għall-privatezza u drittijiet oħrajn previsti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Informazzjoni dwar każijiet ta’ identifikazzjoni bikrija, ta’ esklużjoni u/jew ta’ penali finanzjarja għandha tiddaħħal fil-bażi ta' dejta mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara li jinnotifika lill-persuna jew lill-entità kkonċernata msemmija fl-Artikolu 131(1). Tali notifika tista' tiġi differita f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ta' investigazzjoni jew ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sakemm it-tali raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ma jibqgħux jeżistu.

F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kwalunkwe persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 131(1) soġġetta għas-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi infurmata dwar id-dejta maħżuna fil-bażi ta' dejta fuq talba tagħha lill-Kummissjoni.

L-informazzjoni li tinsab fil-bażi ta' dejta għandha tiġi aġġornata, fejn xieraq, wara rettifika jew tħassir jew kwalunkwe modifika oħra fid-data. Għandha tiġi ppubblikata biss skont l-Artikolu 136.

2.Is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 131(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni speċifikata fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 132(2) u fuq it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari minn:

(a)l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 fejn investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li tkun tlestiet jew li tkun għaddejja turi li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri jew azzjonijiet ta' prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni dovuta għar-rispett tad-drittijiet proċedurali u fundamentali, u għall-ħarsien tal-informaturi;

(b)uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ uffiċċju Ewropew imwaqqaf mill-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva;

(c)istituzzjoni, uffiċċju Ewropew jew aġenzija għajr dawk imsemmijin fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, korp jew persuna inkarigati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-PESK;

(d)entitajiet li jimplimentaw il-baġit f'konformità mal-Artikolu 62, f'każijiet ta' frodi u/jew irregolarità individwati u s-segwitu tagħhom, fejn meħtieġ permezz ta' regoli speċifiċi għas-settur;

(e)entitajiet jew persuni li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1), f’każijiet ta’ frodi u/jew irregolarità individwati u s-segwitu tagħhom.

3.Ħlief fejn l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f'konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, l-informazzjoni li għandha tintbagħat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi:

(a)l-identifikazzjoni tal-entità jew tal-persuna kkonċernata;

(b)sommarju tar-riskji identifikati jew tal-fatti inkwistjoni;

(c)informazzjoni li tista' tgħin lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fit-twettiq tal-verifika kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jew fit-teħid ta' deċiżjoni dwar l-esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 132(1) jew (2), jew ta’ deċiżjoni li timponi penali finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 134;

(d)fejn applikabbli, kwalunkwe miżura speċjali meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mibgħuta, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-evidenza għall-protezzjoni tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali.

4.Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tagħha u dawk tal-aġenziji eżekuttivi tagħha, tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji Ewropej kollha l-oħrajn permezz tad-bażi ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri ta' għoti fis-seħħ u l-impenji legali eżistenti.

Fit-twettiq ta' din il-verifika, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu jew tagħha kif previst fl-Artikolu 73 u ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa previst fil-patti u l-kundizzjonijiet tal-proċedura ta’ għoti u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

Il-perjodu ta’ żamma għall-informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni bikrija trażmessa skont il-paragrafu 3 ma għandux ikun itwal minn sena. Jekk, matul dan il-perjodu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jitlob lill-bord sabiex joħroġ rakkomandazzjoni f'każ ta' esklużjoni jew ta’ penali finanzjarja, il-perjodu ta’ żamma jista' jiġi estiż sa tali żmien li fih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun ħa deċiżjoni.

5.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jieħu deċiżjoni biex jeskludi u/jew jimponi penali finanzjarja, u deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata, biss wara li jkun kiseb rakkomandazzjoni tal-bord fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq klassifikazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 132(2).

6.L-entitajiet kollha li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mal-Artikolu 61 għandhom jingħataw aċċess mill-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta' esklużjoni skont l-Artikolu 132 sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk hemmx esklużjoni fis-sistema bil-ħsieb li jieħdu kont ta' din l-informazzjoni, kif xieraq u fuq responsabbiltà proprja, meta jagħtu kuntratti fl-implimentazzjoni tal-baġit.

7.Bħala parti mir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 325(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni aggregata dwar id-deċiżjonijiet meħudin mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 131 sa 138. Dak ir-rapport għandu jipprovdi wkoll aktar informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 132(6) u l-Artikolu 136(2) u dwar kwalunkwe deċiżjoni mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni biex jiddevjaw mir-rakkomandazzjoni tal-bord skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 139(6).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tingħata b'rispett xieraq għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u, b'mod partikolari, ma għandhiex tippermetti li tiġi identifikata l-persuna jew l-entità kkonċernata msemmija fl-Artikolu 131(1).

Artikolu 139
Bord

1.Bord għandu jiltaqa’ fuq it-talba ta’ uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe istituzzjoni, ta’ korpi tal-Unjoni, tal-Uffiċċji Ewropej u ta’ korpi u persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE.

2.Il-bord għandu jkun magħmul minn:

(a)president indipendenti permanenti ta’ livell għoli maħtur mill-Kummissjoni;

(b)żewġ rappreżentanti permanenti tal-Kummissjoni bħala s-sid tas-sistema, li għandhom jesprimu pożizzjoni komuni konġunta; kif ukoll

(c)rappreżentant wieħed tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba.

Il-kompożizzjoni tal-bord għandha tiżgura l-għarfien espert tekniku u legali xieraq. Il-bord għandu jkun assistit minn segretarjat permanenti, ipprovdut mill-Kummissjoni, li għandu jiżgura l-amministrazzjoni kontinwa tal-bord.

3.Il-President għandu jintgħażel minn fost persuni li kienu Membri tal-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali li jkunu mill-anqas fil-grad ta' Direttur Ġenerali f'istituzzjoni tal-Unjoni li mhijiex il-Kummissjoni. Dan għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu, tal-esperjenza estensiva fi kwistjonijiet legali u finanzjarji u tal-kompetenza, tal-indipendenza u tal-integrità murija. Il-mandat għandu jkun għal ħames snin u ma għandux ikun jista' jiġġedded. Il-President għandu jinħatar bħala konsulent speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-President tal-panel għandu jippresjedi fis-sessjonijiet kollha tal-bord. Huwa għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu. Huwa ma għandux ikollu kunflitt ta' interessi bejn id-dmirijiet tiegħu bħala President tal-bord u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor.

4.Ir-regoli ta' proċedura tal-bord għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

5.Il-bord għandu jżomm id-dritt tal-persuna jew tal-entità kkonċernata msemmija fl-Artikolu 131(1) li tissottometti osservazzjonijiet fuq il-fatti jew is-sejbiet imsemmijin fl-Artikolu 132(2), fuq il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi u qabel l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-opportunità li jiġu sottomessi osservazzjonijiet tista’ tiġi differita f’ċerti eċċezzjonijiet meta jkun hemm raġunijiet leġittimi serji biex tkun ippreservata l-kunfidenzjalità ta' investigazzjoni jew ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, sakemm it-tali raġunijiet leġittimi ma jibqgħux jeżistu.

6.Ir-rakkomandazzjoni tal-bord, li teskludi u/jew timponi penali finanzjarja, għandu jkollha fejn applikabbli l-elementi li ġejjin:

(a)il-fatti jew is-sejbiet imsemmijin fl-Artikolu 132(2) u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-liġi;

(b)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi imposta penali finanzjarja u l-ammont tagħha;

(c)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi eskluża l-persuna jew l-entità kkonċernata msemmija fl-Artikolu 131(1) u, f'dak il-każ, id-durata ssuġġerita tat-tali esklużjoni;

(d)valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-persuna jew mal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1) li hija eskluża u/jew soġġetta għal penali finanzjarja;

(e)valutazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju meħudin mill-persuna jew mill-entità msemmija fl-Artikolu 131(1), jekk saret waħda.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jipprevedi deċiżjoni iktar severa minn dik li ġiet irrakkomandata mill-bord, huwa għandu jiżgura li t-tali deċiżjoni tittieħed bir-rispett dovut tad-dritt ta' smigħ u tar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta personali.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi li jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-bord, dan għandu jiġġustifika din id-deċiżjoni lill-bord.

7.Il-bord għandu jirrevedi r-rakkomandazzjoni tiegħu matul il-perjodu ta' esklużjoni fuq talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 132(8) jew wara n-notifika ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li tistabbilixxi r-raġunijiet għal esklużjoni fejn tali sentenza jew deċiżjoni ma tistabbilixxix id-durata tal-esklużjoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(2).

8.Il-bord għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jagħmel it-talba bir-rakkomandazzjoni riveduta tiegħu, sabiex wara l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu.

9.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu biex tirrevedi deċiżjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jeskludi persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 131(1) u/jew jimponi penali finanzjarja fuq riċevitur, inkluż it-tħassir tal-esklużjoni, it-tnaqqis jew iż-żieda tad-durata tagħha u/jew it-tħassir, it-tnaqqis jew iż-żieda tal-penali finanzjarja imposta. L-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ma għandux japplika meta d-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jeskludi jew jimponi penali finanzjarja tittieħed fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Bord.

Artikolu 140
L-eċċezzjonijiet applikabbli għaċ-Ċentru konġunt tar-riċerka

L-Artikoli 131 sa 139 ma għandhomx japplikaw għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Taqsima 3
SISTEMI TAL-IT U GVERN ELETTRONIKU

Artikolu 141
Ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet

1.Meta l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa jew l-iskambji tad-dokumenti jkunu ġestiti permezz ta’ sistemi tal-kompjuter, id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati permezz ta’ proċedura kompjuterizzata jew elettronika li tipprovdi biżżejjed awtentikazzjoni tal-firmatarju. It-tali sistemi tal-kompjuer għandhom jinkludu deskrizzjoni sħiħa u aġġornata tas-sistema li tiddefinixxi l-kontenut tal-entrati tad-dejta kollha, billi jiddeskrivu kif inhi ttrattata kull operazzjoni individwali u jispjegaw f’dettall kif is-sistema tal-kompjuter tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rekord tal-awditjar sħiħ għal kull operazzjoni.

2.Soġġett għall-qbil minn qabel tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kkonċernati, kull trażmissjoni ta’ dokumenti bejniethom tista' ssir b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 142
Gvern elettroniku

1.L-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70 għandhom jistabbilixxu u japplikaw standards uniformi għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni mal-parteċipanti. B'mod partikolari, dawn għandhom, sal-massimu possibbli, ifasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet għall-preżentazzjoni, għall-ħżin u għall-ipproċessar tad-dejta ppreżentata fil-kuntest tal-proċeduri ta’ għoti, u għal dan il-għan, għandhom jiddefinixxu “spazju ta’ skambju elettroniku ta’ dejta” uniku għall-parteċipanti.

2.Fil-kuntest tal-implimentazzjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew irċevuta u trażmessa b'mod ieħor fil-ġestjoni tal-baġit.

Artikolu 143
Sistemi ta’ skambju elettroniku

1.L-iskambji kollha mar-riċevituri, inklużi l-konklużjoni ta' impenji legali u kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku.

2.Is-sistemi ta' skambju elettroniku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)persuni awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha;

(b)persuni awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema;

(c)persuni awtorizzati jridu jiġu identifikati permezz tas-sistema b'mezzi stabbiliti;

(d)il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jridu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni;

(e)trid tinżamm l-integrità tad-dokumenti;

(f)trid tinżamm id-disponibilità tad-dokumenti;

(g)fejn ikun xieraq, trid tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti;

(h)trid tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.Dejta mibgħuta jew riċevuta permezz ta' sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u tal-preċiżjoni tad-data u tal-ħin ta' meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-dejta indikati mis-sistema.

Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta' sistema bħal din għandu jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, għandu jkun ammissibbli bħala prova fi proċedimenti legali, għandu jitqies oriġinali u għandu jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u tal-integrità tiegħu, bil-kundizzjoni li ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b'mod awtomatiku.

Il-firem elettroniċi msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ikollhom l-effett legali ekwivalenti ta’ firem bl-idejn.

Artikolu 144
Sottomissjoni tad-dokumenti tal-applikazzjoni

1.L-arranġamenti għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiġu deċiżi mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li jista’ jagħżel il-metodu ta’ sottomissjoni esklussiv.

Il-mezzi ta' komunikazzjoni magħżulin jkunu tali li jiżguraw li hemm kompetizzjoni ġenwina u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b)tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta;

(c)tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-dokumenti ta’ applikazzjoni;

(d)tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura b'mezzi xierqa u skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 142 li l-parteċipanti jistgħu jdaħħlu d-dokumenti ta’ applikazzjoni u kull prova dokumentarja f'format elettroniku. Kwalunkwe sistema ta' komunikazzjoni elettronika użata biex tappoġġa komunikazzjonijiet u skambji ta' informazzjoni għandha tkun nondiskriminatorja, ġeneralment disponibbli u interoperabbli ma' prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) f'użu ġenerali u ma għandhiex tillimita l-aċċess tal-parteċipanti għall-proċedura ta' għoti.

3.L-apparati għar-riċevuta elettronika tad-dokumenti ta’ applikazzjoni għandhom jiggarantixxu, permezz ta’ mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

(a)il-parteċipant ikun jista' jiġi awtentikat b'ċertezza;

(b)il-ħin u d-data eżatta tal-irċevuta tad-dokumenti tal-applikazzjoni jkunu jistgħu jiġu ddeterminati preċiżament;

(c)persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għad-dejta trażmessa skont dawn ir-rekwiżiti u jistgħu jistabbilixxu jew ibiddlu d-dati għall-ftuħ tagħha;

(d)matul il-fażijiet differenti tal-proċedura ta' għoti, persuni awtorizzati biss jista' jkollhom aċċess għad-dejta kollha ppreżentata u jistgħu jagħtu aċċess għal din id-dejta kif meħtieġ għall-proċedura;

(e)jista' jkun raġonevolment żgurat li jista’ jiġi identifikat kwalunkwe tentattiv biex tinkiser kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kuntratti taħt il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 169.

4.Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jawtorizza sottomissjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni b'mezzi elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi sottomessi b'dawn is-sistemi għandhom jitqiesu bħala l-oriġinali.

5.Meta s-sottomissjoni ssir b’ittra, il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jippeżentaw dokumenti ta’ applikazzjoni:

(a)jew bil-posta jew bis-servizz ta' kurrier, f'liema każ l-evidenza tkun kostitwita mit-timbru jew mid-data tal-irċevuta tad-depożitu;

(b)billi titwassal bl-idejn s'għand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-parteċipant innifsu jew minn aġent, f'liema każ l-evidenza għandha tkun il-konferma tar-riċevuta.

6.Bil-preżentazzjoni ta' dokumenti ta’ applikazzjoni, il-parteċipanti jaċċettaw li jirċievu notifika tal-eżitu tal-proċedura permezz ta' mezzi elettroniċi.

7.Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-għażla ta’ persuni jew entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1).

KAPITOLU 3
REGOLI APPLIKABBLI GĦAL IMPLIMENTAZZJONI DIRETTA

Artikolu 145
Kumitat ta' evalwazzjoni

1.Id-dokumenti ta’ evalwazzjoni għandhom jiġu evalwati minn kumitat tal-evalwazzjoni.

2.Il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Il-kumitat għandu jkun ifformat minn tal-anqas tliet persuni.

3.Il-membri tal-kumitat li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotja jew l-offerti għandhom jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzazzjonali tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi msemmija fl-Artikoli 67, 69 u 70 mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, li mill-anqas wieħed minnhom ma jaqax taħt l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Fir-rappreżentazzjonijiet u fl-unitajiet lokali barra mill-Unjoni u fil-korpi msemmijin fl-Artikolu 67, 69 u 70, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma jibqax japplika r-rekwiżit li jkun hemm entitajiet organizzazzjonali bl-ebda rabta ġerarkika bejniethom. Unità lokali għandha tkun, pereżempju, delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa ta’ uffiċċju tal-Unjoni f’pajjiż terz.

Esperti esterni jistgħu jassistu lill-kumitat b'deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Il-membri tal-kumitat jistgħu jkunu esperti esterni meta dik il-possibbiltà tkun ipprovduta fl-att bażiku.

4.Il-membri tal-kumitat li jevalwaw l-applikazzjonijiet f’kompetizzjoni għal premji jistgħu jkunu persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 jew esperti esterni.

5.Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-esperti esterni għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 59.

Artikolu 146
Kjarifika u korrezzjoni tad-dokumenti ta’ applikazzjoni

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jikkoreġi żbalji klerikali ovvji fid-dokumenti ta’ applikazzjoni wara l-konferma tal-korrezzjoni maħsuba mill-parteċipant.

Meta parteċipant jonqos milli jippreżenta provi jew jagħmel dikjarazzjonijiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew, jekk ikun il-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, jitlob lill-parteċipant iforni l-informazzjoni nieqsa jew jiċċara d-dokumenti ta' sostenn.

Tali informazzjoni, kjarifika jew konferma ma għandhiex tbiddel b’mod sostanzjali d-dokumenti ta’ applikazzjoni.

Artikolu 147
Garanziji

1.Ħlief għal kuntratti ta’ valur baxx u għotjiet ta’ valur baxx, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk dan ikun proporzjonat u soġġett għal analiżi tar-riskju, jitlob li tiġi sottomessa garanzija:

(a)mill-kuntratturi jew mill-benefiċjarji sabiex jiġu limitati r-riskji finazjarji relatati mal-pagament tal-prefinanzjament (“garanzija fuq il-prefinanzjament”);

(b)minn kuntratturi sabiex tiġi żgurata konformità ma' obbligi kuntrattwali sostanzjali fil-każ ta' xogħlijiet, ta’ provvisti jew ta’ servizzi kumplessi (“garanzija fuq il-prestazzjoni”);

(c)minn kuntratturi sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt matul il-perjodu ta' responsabbiltà tal-kuntratt (“garanzija tal-flus taż-żamma”).

Il-JRC għandu jkun eżentat mill-preżentazzjoni ta’ garanziji.

Bħala alternattiva għat-talba ta’ garanzija fuq il-prefinanzjament, għal għotjiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li jaqsam il-pagament f’diversi ħlasijiet parzjali.

2.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi jekk il-garanzija għandhiex tiġi ddenominata f’euro jew fil-munita tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja.

3.Il-garanzija għandha tkun ipprovduta minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja awtorizzata aċċettati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Fuq it-talba tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju u diment li din tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli:

(a)il-garanzija msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tista’ tiġi sostitwita minn garanzija konġunta u separata minn parti terza;

(b)il-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tista’ tiġi sostitwita mill-garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonali tal-benefiċjarji li huma partijiet għall-istess ftehim ta’ għotja.

4.Permezz ta' din il-garanzija il-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja jew il-parti terza jservu bħala garanzija kollaterali u irrevokabbli jew bħala garanti li jissejħu l-ewwel tal-obbligi tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju.

5.Meta matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiskopri li garanti mhuwiex jew ma għadux awtorizzat joħroġ garanziji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huwa għandu jesiġi li l-kuntrattur jew il-benefiċjarju jibdel il-garanzija pprovduta mit-tali garanti.

Artikolu 148
Garanzija fuq il-prefinanzjament

1.Il-garanzija għandha tkun għal ammont li ma jaqbiżx l-ammont tal-prefinanzjament.

2.Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata kif u meta l-prefinanzjament jitnaqqas mill-ħlasijiet interim jew il-pagamenti tal-bilanċ lill-kuntrattur jew lill-benefiċjarju skont il-patti tal-kuntratt jew il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.

Titolu VI
Implimentazzjoni indiretta
 

Artikolu 149
Implimentazzjoni indiretta

1.L-għażla tal-entitajiet u tal-persuni li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jew il-garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandha tkun trasparenti, iġġustifikata min-natura tal-azzjoni u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interessi. Għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (ii), (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 61(1)(c), l-għażla għandha tqis ukoll il-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tagħhom.

Meta l-entità jew il-persuna tkun identifikata f'att bażiku, id-dikjarazzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 33 għandha tinkludi ġustifikazzjoni motivata għall-għażla ta’ dik l-entità jew il-persuna partikolari.

F’każijiet ta’ implimentazzjoni minn netwerk, li teħtieġ il-ħatra ta’ mill-inqas korp wieħed jew entità waħda mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat, il-korp jew l-entità għandhom jiġu nominati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż ikkonċernat f’konformità mal-att bażiku. F'kull każ ieħor, il-Kummissjoni għandha tinnomina dawn il-korpi jew l-entitajiet bi qbil mal-Istati Membri jew mal-pajjiżi kkonċernati.

2.Entitajiet u persuni li jimplimentaw fondi jew garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u tal-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet ta’ sħubija finanzjarja skont l-Artikolu 126, dawk il-prinċipji għandhom ikunu deskritti aktar fit-tali ftehimiet.

3.Qabel ma jiġu ffirmati ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, ftehimiet ta’ finanzjament jew ftehimiet ta’ garanzija, il-Kummissjoni għandha tiżgura livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak ta’ meta l-Kummissjoni timplimenta l-fondi skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1). Għandha tagħmel dan billi twettaq valutazzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tal-entitajiet jew tal-persuni li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jekk biħsiebha tiddependi fuqhom għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew billi tapplika l-miżuri superviżorji xierqa.

4.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità u bil-kunsiderazzjoni xierqa għan-natura tal-azzjoni u tar-riskji involuti, li l-entitajiet u l-persuni li jimplimentaw il-fondi tal-UE skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1):

(a)jistabbilixxu u jiżguraw il-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern ibbażata fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u li tippermetti b’mod partikolari l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi;

(b)jużaw sistema kontabilistika li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;

(c)huma soġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-entità jew mill-persuna kkonċernata;

(d)japplikaw regoli u proċeduri xierqa għall-għoti ta’ finanzjament lil partijiet terzi inklużi proċeduri ta’ reviżjoni xierqa, regoli għall-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament u regoli għall-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament;

(e)jagħmlu informazzjoni adegwata pubblika dwar ir-riċevituri tagħhom;

(f)jiżguraw protezzjoni ekwivalenti tad-dejta personali għal dik imsemmija fl-Artikolu 5.


Barra minn hekk, bi qbil mal-entitajiet jew mal-persuni, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta regoli u proċeduri oħrajn bħall-prattiki tal-kontabilità tal-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-entitajiet. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibbaża fuq ir-regoli u l-proċeduri.

L-entitajiet jew il-persuni li ġew ivvalutati b'dawn ir-rekwiżiti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed jekk saritx xi bidla sostantiva fir-regoli, fis-sistemi jew fil-proċeduri tal-entità jew tal-persuna li tista’ tħalli impatt fuq l-affidabbiltà tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

5.Meta dawn l-entitajiet jew il-persuni jikkonformaw biss b’mod parzjali mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri superviżorji xierqa sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu speċifikati fil-ftehimiet rilevanti.

6.Jista’ ma jkunx hemm bżonn li ssir valutazzjoni ex ante:

(a)għall-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70 u għall-persuni msemmijin fil-punt (viii) tal-Artikolu 61(1)(c) li adottaw regoli finanzjarji bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni;

(b)għall-pajjiżi terzi jew għall-korpi li jinnominaw, diment li l-Kummissjoni żżomm responsabbiltajiet ta’ ġestjoni finanzjarja li jiggarantixxu protezzjoni suffiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jew

(c)għal dawk il-proċeduri meħtieġa b’mod speċifiku mill-Kummissjoni, inklużi tagħha stess jew dawk speċifikati fl-att bażiku.

7.Meta s-sistemi jew il-proċeduri tal-entitajiet jew tal-persuni msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 61(1) huma vvalutati kif xieraq, il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-entitajiet jew dawn il-persuni jistgħu jiġu implimentati skont dan it-Titolu. Meta t-tali entitajiet jew persuni jieħdu sehem f’sejħa għal proposti, għandhom jirrispettaw ir-regoli tas-sejħa għal proposti skont it-Titolu VIII. F’dan il-każ, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jiddeċiedi li jiffirma ftehim ta’ kontribuzzjoni jew ftehim ta’ finanzjament minflok ftehim ta’ għotja.

Artikolu 150
Implimentazzjoni

1.L-entitajiet u l-persuni li jimplimentaw fondi tal-UE jew garanziji baġitarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’dawn:

(a)rapport dwar l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew tal-garanzija baġitarja, inkluż l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati msemmijin fil-punt (e) tal-Artikolu 121(1);

(b)fejn il-kontribuzzjoni tirrimborża nefqa, il-kontijiet tagħhom imfasslin għan-nefqa mġarrba;

(c)dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkopri l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u, fejn xieraq, fil-punt (b) li tikkonferma li:

(i)l-informazzjoni ġiet ippreżentata kif suppost, hija kompluta u preċiża;

(ii)il-kontribuzzjoni tal-UE ntużat għall-fini intenzjonat tagħha, kif iddefinit fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehimiet ta’ finanzajment jew fil-ftehimiet ta’ garanzija, meta applikabbli, fir-regoli rilevanti speċifiċi għas-setturi;

(iii)il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(d)sommarju tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-portata tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, u wkoll l-azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata.

Fil-każ ta’ azzjonijiet li jintemmu qabel tmiem is-sena finanzjarja kkonċernata, ir-rapport finali għal tali azzjoni jista’ jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (c), bil-kundizzjoni li dan jiġi sottomess qabel il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja kkonċernata.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll implimentati jaħdmux kif suppost u humiex kosteffikaċi, u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. L-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Meta tali opinjoni tkun nieqsa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jfittex livell ekwivalenti ta’ garanzija b’mezzi indipendenti oħrajn.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu.

L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għall-ftehimiet konklużi mal-BEI, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, it-tali ftehimiet għandhom jinkludu tal-anqas l-obbligu ta’ dawk l-entitajiet li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ntużat u ġiet kontabilizzata f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 149 u mal-obbligi stabbiliti fit-tali ftehimiet. It-tali dikjarazzjoni tista’ tkun inkorporata fir-rapport finali jekk l-azzjoni implimentata tkun limitata għal 18-il xahar.

2.L-entitajiet u l-persuni li jimplimentaw fondi tal-UE jew garanziji baġitarji:

(a)għandhom ikunu konformi mal-istandards rilevanti u mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa;

(b)ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta’ ppjanar tat-taxxa, jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ governanza tajba dwar it-taxxa, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE jew il-komunikazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jew kwalunkwe ordni formali mill-Kummissjoni;

(c)ma għandhomx ikunu stabbiliti u, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u tal-garanziji baġitarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet f’ġurisdizzjoni li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-fondi tal-Unjoni jew il-garanzija baġitarja ntużaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti. Meta l-kostijiet tal-entità jew tal-persuna jiġu rimborżati fuq il-bażi ta’ għażla tal-kost issimplifikata skont il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 121, id-dispożizzjonijiet tal-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 175 u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 176 sa 178 għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis. Meta l-fondi tal-Unjoni jew il-garanzija baġitarja jintużaw bi ksur tal-obbligi stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti, għandu jkun japplika l-Artikolu 127.

4.F’azzjonijiet b’diversi donaturi, li fihom il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tirrimborża n-nefqa, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonsisti fil-verifika li l-entità użat ammont korrispondenti għal dak imħallas mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni jew fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti.

5.Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, il-ftehimiet ta’ finanzjament jew il-ftehimiet ta’ garanzija għandhom jiddefinixxu biċ-ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-entità li timplimenta l-fondi tal-UE, inklużi l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 124, il-kundizzjonijiet għall-pagament tal-kontribuzzjoni kif ukoll, fejn applikabbli, ir-remunerazzjoni li, fejn xieraq, għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. Dawk il-ftehimiet għandhom jinkludu wkoll regoli dwar ir-rapportar lill-Kummissjoni dwar kif jitwettqu l-kompiti, ir-riżultati mistennijin inklużi l-indikaturi dwar il-kejl tal-prestazzjoni u l-obbligu għall-entitajiet li jimplimentaw fondi tal-UE li jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet identifikati u s-segwitu tagħhom.

6.Il-ftehimiet kollha ta’ kontribuzzjoni, ta’ finanzjament u ta’ garanzija għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.

7.L-Artikolu 150 ma għandux japplika għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal entitajiet li huma soġġetti għal proċedura separata ta' kwittanza separata skont l-Artikoli 69 u 70, bl-eċċezzjoni ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ad hoc possibbli.

Artikolu 151
L-implimentazzjoni indiretta mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali

1.L-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet. Dawk il-ftehimiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 149 (3).

2.L-organizzazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assimilati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali:

(a)il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;

(b)il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

3.Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni debitament iġġustifikata li tassimila organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ ma' organizzazzjoni internazzjonali sakemm din tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikollha l-personalità ġuridika tagħha stess u korpi ta' governanza awtonomi;

(b)tkun ġiet stabbilita biex twettaq kompiti speċifiċi ta' interess internazzjonali ġenerali;

(c)mill-inqas sitt Stati Membri jkunu membri tal-organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

(d)tipprovdi garanziji finanzjarji adegwati;

(e)topera fuq il-bażi ta' struttura permanenti u f'konformità ma' sistemi, ma’ regoli u ma’ proċeduri li jistgħu jiġu vvalutati b'konformità mal-Artikolu 149(3).

4.Meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali jimplimentaw fondi b’implimentazzjoni diretta, għandhom ikunu japplikaw il-ftehimiet ta’ verifika konklużi magħhom.

Artikolu 152
Implimentazzjoni indiretta ma’ pajjiżi terzi

1.Il-Kummissjoni tista’ timplimenta l-baġit bi sħubija ma’ pajjiż terz kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 61 (1) (c) bl-iffirmar ta’ ftehim ta’ finanzajment li jiddeskrivi l-intervent tal-Unjoni fil-pajjiż terz u li jistabbilixxi l-metodu ta’ implimentazzjoni għal kull parti mill-azzjoni.

2.Għall-parti tal-azzjoni implimentata b’mod indirett mill-pajjiż terz jew mill-korpi li nnomina, il-ftehim ta’ finanzjament għandu, minbarra l-elementi msemmijin fl-Artikolu 150 (4), jiddefinixxi biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-pajjiż terz u tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-fondi. Il-ftehim ta’ finanzajment għandu jiddetermina wkoll ir-regoli u l-proċeduri applikati mill-pajjiż terz meta implimenta l-fondi tal-UE.

Artikolu 153
Operazzjonijiet ta’ taħlit

1.L-operazzjonijiet ta’ taħlit huma operazzjonijiet iffinanzjati fi ħdan faċilitajiet jew pjattaformi ta’ taħlit.

2.Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati fi ħdan faċilità ta’ taħlit, japplika t-Titolu X.

3.Għal strumenti finanzjarji fi ħdan faċilitajiet ta’ taħlit, il-punt (h) tal-Artikolu 202(1) għandu jitqies li huwa rrispettat jekk issir evalwazzjoni ex ante qabel l-istabbiliment tal-faċilità ta’ taħlit rilevanti;

4.Ir-rapporti annwali skont l-Artikolu 241 għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-faċilità ta’ taħlit filwaqt li jitqiesu l-istrumenti finanzjarji kollha raggruppati taħtha.

TITOLU VII
AKKWIST PUBBLIKU U KONĊESSJONIJIET

KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 154
Prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi u kamp ta’ applikazzjoni

1.Il-kuntratti pubbliċi kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament omdaqs u tan-nondiskriminazzjoni.

2.Il-kuntratti kollha għandhom ikunu ppreżentati għal kompetizzjoni fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta jsir użu mill-proċedura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 158(1).

Il-valur stmat ta' kuntratt ma jistax jiġi ddeterminat bil-ħsieb li jiġu evitati r-regoli applikabbli, u lanqas ma jista' jinqasam kuntratt għal dak l-għan.

L-awtorità kontraenti għandha taqsam kuntratt f'lottijiet, kull fejn ikun xieraq, b'kunsiderazzjoni xierqa għal kompetizzjoni wiesgħa.

3.L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti qafas b'mod mhux xieraq jew b'mod li l-għan jew l-effett ikun ta’ prevenzjoni, ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.Il-JRC jista’ jirċievi finanzjament iddebitat lil approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ għoti tal-akkwist iffinanzjati għalkollox jew f’parti minnhom mill-baġit.

5.Ir-regoli dwar l-akkwist kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet tal-JRC f’isem partijiet terzi, bl-eċċezzjoni tal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs.

Artikolu 155
Anness dwar l-akkwist u l-eżerċizzju tad-delega

Id-dettalji dwar il-proċeduri tal-akkwist għandhom jiġu pprovduti fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex temenda l-Anness skont l-Artikolu 261.

Artikolu 156
Kuntratti mħalltin u vokabolarju komuni tal-akkwist

1.Kuntratt imħallat li jkopri żewġ tipi jew aktar ta' akkwisti (xogħlijiet, provvisti jew servizzi) jew konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) jew it-tnejn, għandu jingħata f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta' akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

2.Fil-każ ta' kuntratti mħalltin li jikkonsistu f’servizzi u fi provvisti, l-għan prinċipali għandu jiġi stabbilit bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi.

Kuntratt li jkopri tip wieħed ta' akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) u konċessjonijiet (xogħlijiet jew servizzi) għandu jingħata f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt pubbliku.

3.Dan it-Titolu ma għandux japplika għal kuntratti għall-assistenza teknika konklużi bejn mal-BEI jew mal-Fond Ewropew tal-Investiment.

4.Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku ssir bl-użu tal-“Vokabularju Komuni tal-Akkwist” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 .

Artikolu 157
Miżuri ta’ pubbliċità

1.Għal proċeduri b'valur daqs jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) jew l-Artikolu 172, l-awtorità kontraenti għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)avviż ta' kuntratt biex tniedi proċedura, ħlief fil-każ tal-proċedura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 158(1);

(b)avviż ta' għoti ta' kuntratt fuq ir-riżultati tal-proċedura.

2.Proċeduri b'valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) jew fl-Artikolu 172 għandhom jiġu rreklamati b'mezzi xierqa.

3.Il-pubblikazzjoni ta' ċerta informazzjoni fuq l-għoti ta' kuntratt tista' titwaqqaf meta r-rilaxx tagħha jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku, ikun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta' atturi ekonomiċi, jew jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Artikolu 158
Proċeduri ta' akkwist

1.Il-proċeduri tal-akkwisti għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jew kuntratti pubbliċi, inklużi kuntratti qafas għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)proċedura miftuħa;

(b)proċedura ristretta, fost l-oħrajn permezz ta' sistema dinamika ta' xiri;

(c)kompetizzjoni dwar id-disinn;

(d)proċedura nnegozjata, fosthom mingħajr pubblikazzjoni minn qabel;

(e)djalogu kompetittiv;

(f)proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar;

(g)sħubija għall-innovazzjoni;

(h)proċeduri li jinvolvu sejħa għal espressjonijiet ta' interess.

2.Fi proċeduri miftuħa, kull atturekonomiku interessat jista' jippreżenta offerta.

3.Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, jew fi proċeduri kompetittivi permezz ta’ negozjar u sħubiji ta' innovazzjoni, kwalunkwe attur ekonomiku jista' jressaq talba biex jieħu sehem billi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti. L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-kandidati kollha, li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u li ma jkunux f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 132 u 137, biex jagħmlu offerta.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti tista' tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura abbażi ta' kriterji tal-għażla oġġettivi u nondiskriminatorji, li għandhom jiġu indikati fl-avviż dwar kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess. In-numru ta' kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

4.Fil-proċeduri kollha li jinvolvu negozjati, l-awtorità kontraenti għandha tinnegozja mal-offerenti l-offerti inizjali u l-offerti sussegwenti kollha tagħhom jew partijiet minnhom, għajr l-offerta finali tagħhom, sabiex jittejjeb il-kontenut tagħhom. Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

Awtorità kontraenti tista' tagħti kuntratt abbażi tal-offerta inizjali mingħajr negozjar meta, fid-dokumenti tal-akkwist, tkun indikat li tirriżerva l-possibbiltà li tagħmel hekk.

5.L-awtorità kontraenti tista' tuża:

(a)il-proċedura miftuħa jew ristretta għal kwalunkwe xiri;

(b)il-proċeduri li jinvolvu sejħa għal espressjoni ta' interess għal kuntratti b'valur taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1), biex jintgħażlu bil-quddiem il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jippreżentaw offerti bi tweġiba għal stediniet għall-offerti futuri ristretti, jew biex tinġabar lista ta' bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni jew jippreżentaw offerti;

(c)il-kompetizzjoni dwar id-disinn biex jinkiseb pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li jkun ġie sottomess għall-kompetizzjoni;

(d)is-sħubija għall-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' prodott jew ta’ servizz innovattiv jew ta' xogħlijiet innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-provvista, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet li jirriżultaw;

(e)il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew tad-djalogu kompetittiv għal kuntratti ta' konċessjoni, għall-kuntratti għal servizzi msemmija fl-Anness XIV għad-Direttiva 2014/24/UE, f'każijiet fejn ma ġewx ippreżentati għajr offerti irregolari jew inaċċettabbli b'rispons għal proċedura miftuħa jew għal proċedura ristretta wara li tkun tlestiet il-proċedura inizjali, u għal każijiet fejn dan hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi marbuta, fost oħrajn, man-natura jew mal-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt jew tip speċifiku ta' kuntratt, kif spjegati f'aktar dettall fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(f)il-proċedura nnegozjata għal kuntratti b'valur anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) jew, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, biss għal tipi speċifiċi ta' xiri li jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE u f'ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.Is-sistema dinamika ta' xiri għandha tkun miftuħa matul id-durata tagħha kollha għal kull attur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla.

L-awtorità kontraenti għandha ssegwi r-regoli tal-proċedura ristretta għall-akkwist permezz ta' sistema dinamika ta' xiri.

Artikolu 159
Akkwist interistituzzjonali u akkwist konġunt

1.Meta kuntratt jew kuntratt ta’ qafas ikun ta’ interess għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-aġenziji eżekuttivi jew il-korpi msemmija fl-Artikoli 69 u 70 u, kull fejn hemm possibilità li jsir gwadann fl-effiċjenza, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, jistgħu jwettqu l-proċedura u l-ġestjoni tal-kuntratt sussegwenti jew tal-kuntratt qafas fuq bażi interistituzzjonali taħt it-tmexxija ta' waħda mill-awtoritajiet kontraenti.

Il-korpi u l-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE kif ukoll tal-Uffiċċju tas-Segretarju tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jistgħu jieħdu sehem ukoll fil-proċeduri interistituzzjonali.

Il-patti ta' kuntratt qafas jistgħu japplikaw biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti li huma identifikati għal dak l-għan fid-dokumenti tal-akkwist u dawk l-atturi ekonomiċi li jkunu parti għall-kuntratt qafas.

2.Meta kuntratt jew kuntratt qafas huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' azzjoni konġunta bejn istituzzjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, il-proċedura tal-akkwisti tista' titwettaq b'mod konġunt mill-istituzzjoni u mill-awtoritajiet kontraenti.

Jista' jsir akkwist konġunt mal-istati tal-EFTA, u mal-pajjiżi kandidati tal-Unjoni, jekk din il-possibbiltà kienet espressament prevista fi trattat bilaterali jew multilaterali.

Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist konġunt, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet.

Fejn is-sehem mill-valur totali stmat li jappartjeni għall-awtorità tal-kuntratti ta' Stat Membru, jew li hu ġestit minnha, huwa ta' 50 % jew aktar, jew f'każijiet oħra ġustifikati kif xieraq, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li r-regoli proċedurali applikabbli għall-awtorità kontraenti ta' Stat Membru għandha tapplika għall-akkwist konġunt, diment li dawk ir-regoli jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-istituzzjoni.

L-istituzzjoni u l-awtorità kontraenti minn Stat Membru, minn Stat tal-EFTA jew minn pajjiż kandidat tal-Unjoni, ikkonċernati bl-akkwist konġunt għandhom jaqblu b'mod partikolari dwar l-arranġamenti prattiċi dettaljati għall-evalwazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni jew tal-offerti, għall-għoti tal-kuntratt, għal-liġi applikabbli għall-kuntratt u għall-qorti kompetenti għas-smigħ ta' tilwimiet.

Artikolu 160
It-tħejjija ta' proċedura ta' akkwist

1.Qabel it-tnedija ta' proċedura ta' akkwist, l-awtorità kontraenti tista' twettaq konsultazzjoni preliminari tas-suq bil-ħsieb li tħejji l-proċedura.

2.Fid-dokumenti tal-akkwisti, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika s-suġġett tal-akkwist billi tipprovdi deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħha u l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet, mill-provvisti, jew mis-servizzi li għandhom jinxtraw, u għandha tispeċifika l-kriterji applikabbli ta' esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti. L-awtorità kontraenti għandha tindika wkoll liema elementi jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerti kollha. Ir-rekwiżiti minimi għandhom jinkludu konformità mal-obbligi tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, mil-leġislazzjoni nazzjonali, minn ftehimiet kollettivi jew mill-konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE.

Artikolu 161
Għoti ta' kuntratti

1.Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta' kriterji tal-għoti diment li l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat dawn li ġejjin:

(a)l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(b)il-kandidat jew l-offerent ma jkunx eskluż skont l-Artikolu 132 jew miċħud skont l-Artikolu 137;

(c)il-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikati fid-dokumenti tal-akkwisti u mhuwiex soġġett għal kunflitti ta' interess li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2.L-awtorità kontraenti għandha tapplika kriterji tal-għażla biex tevalwa l-kapaċità tal-kandidat jew tal-offerent. Il-kriterji tal-għażla jistgħu jirrelataw biss mal-kapaċità legali u regolatorja għat-twettiq tal-attività professjonali, il-kapaċità ekonomika u finanzjarja u l-kapaċità teknika u professjonali. Il-JRC għandu jkun preżunt li jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar il-kapaċità finanzjarja.

3.L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-kriterji tal-għoti biex tevalwa l-offerta.

4.L-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-għoti ta' kuntratti fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, li għandha tikkonsisti minn wieħed mit-tliet metodi ta' għoti: l-orħos prezz, l-anqas kost jew l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità.

Għall-metodu bl-anqas kost, l-awtorità kontraenti għandha tuża approċċ ta' kosteffettività inklużi spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Għall-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-prezz jew il-kost u kriterji oħra tal-kwalità marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

Artikolu 162
Preżentazzjoni, komunikazzjoni elettronika u evalwazzjoni

1.L-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti u ta’ talbiet ta’ parteċipazzjoni skont il-punt 24 tal-Anness u, filwaqt li tqis il-kumplessità tal-akkwist, tagħti biżżejjed żmien sabiex l-atturi ekonomiċi jkunu jistgħu jħejju l-offerti tagħhom.

2.L-awtorità kontraenti tista', jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-offerenti jippreżentaw garanzija biex jiżguraw li l-offerti ppreżentati ma jiġux irtirati qabel il-firma tal-kuntratt. Il-garanzija meħtieġa għandha tirrappreżenta minn1 sa 2 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt.

3.L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ it-talbiet kollha għall-parteċipazzjoni u għall-offerti. Madankollu, hi għandha tiċħad:

(a)talbiet għal parteċipazzjoni u offerti li ma jikkonformawx mal-iskadenza ta' meta għandhom jaslu, mingħajr ma jinfetħu;

(b)offerti riċevuti li jkunu diġà miftuħa, mingħajr ma jiġi eżaminat il-kontenut tagħhom.

4.L-awtorità kontraenti għandha tevalwa t-talbiet għal parteċipazzjoni jew l-offerti kollha li ma kinux miċħudin fil-fażi tal-bidu stabbilita fil-paragrafu 3 abbażi tal-kriterji speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist bil-għan li jingħata l-kuntratt jew li tipproċedi għal irkant elettroniku.

5.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jirrinunzja għall-ħatra ta’ kumitat tal-evalwazzjoni kif stipulat għall-Artikolu 145(2) fil-każijiet li ġejjin:

(a)il-valur tal-kuntratt ikun anqas mil-limiti msemmijin fl-Artikolu 169(1);

(b)fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji għall-każijiet stipulati fil-punti (c), (e), (f) (i), (f) (iii) u (h) tal-punt 11.1 tal-Anness;

(c)fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas;

(d)għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni b’valur ta’ EUR 20 000 jew anqas.

6.It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti minimi kollha stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għandhom jiġu rifjutati.

Artikolu 163
Kuntatti matul il-proċedura ta' akkwist

1.Qabel il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni jew ta’ offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tikkomunika informazzjoni addizzjonali dwar id-dokumenti tal-akkwist jekk tiskopri żball jew omissjoni fit-test jew fuq talba mingħand il-kandidati jew l-offerenti. L-informazzjoni pprovduta għandha tiġi ddivulgata lill-kandidati jew lill-offerenti kollha.

2.Wara l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tat-talbiet għal parteċipazzjoni jew tal-offerti, f'kull każ fejn ikun sar kuntatt, u fil-każijiet debitament iġġustifikati fejn ma jkunx sar kuntatt kif stipulat fl-Artikolu 146, għandu jinżamm rekord fil-fajl tal-akkwist.

Artikolu 164
Deċiżjoni tal-għoti u informazzjoni lill-kandidati jew lill-offerenti

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddeċiedi dwar lil min għandu jingħata l-kuntratt, b'konformità mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.

2.L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li t-talbiet għall-parteċipazzjoni jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bir-raġuni li għaliha tkun ittieħdet id-deċiżjoni, kif ukoll bid-durata tal-perjodu ta’ sospensjoni msemmi fl-Artikolu 169(2).

Għall-għoti ta' kuntratti speċifiċi skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti bir-riżultat tal-evalwazzjoni.

3.L-awtorità kontraenti għandha tinforma lil kull offerent li ma jkunx f'sitwazzjoni ta' esklużjoni, li mhuwiex miċħud skont l-Artikolu 137, li l-offerta tiegħu tkun konformi mad-dokumenti tal-akkwisti u li jagħmel talba bil-miktub, dwar kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)l-isem tal-offerent, jew l-offerenti fil-każ ta' kuntratt qafas, li lilu jingħata l-kuntratt u, ħlief fil-każ ta' kuntratt speċifiku skont kuntratt qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, il-prezz imħallas jew il-valur tal-kuntratt, skont liema minnhom ikun xieraq;

(b)il-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

Madankollu, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li żżomm ċerta informazzjoni fejn ir-rilaxx tagħha jkun jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew imur kontra l-interess pubbliku, jew ikun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta' atturi ekonomiċi, jew jista' joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Artikolu 165
Tħassir tal-proċedura ta’ akkwist

Qabel il-firma tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista' tħassar il-proċedura ta’ akkwist mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkunu intitolati li jitolbu xi kumpens.

Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u l-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu infurmati dwarha malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 166
L-eżekuzzjoni u l-modifiki tal-kuntratt

1.Il-kuntratt ma għandux jibda jiġi esegwit qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt.

2.L-awtorità kontraenti tista' timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas mingħajr proċedura ta' akkwist biss fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 3 u sakemm il-modifika ma tbiddilx is-suġġett tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas.

3.Kuntratt, kuntratt qafas jew kuntratt speċifiku taħt kuntratt qafas jista' jiġi mmodifikat mingħajr proċedura ġdida ta' akkwist fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)għal fejn isiru neċessarji xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali, fejn ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)ma jistax jinbidel il-kuntrattur minħabba raġunijiet tekniċi marbuta mar-rekwiżiti ta' interkambjabbiltà jew ta’ interoperabbiltà ta' tagħmir, ta’ servizzi jew ta’ stallazzjonijiet eżistenti;

(ii)bidla fil-kuntrattur twassal għal duplikazzjoni sostanzjali fil-kostijiet għall-awtorità kontraenti;

(iii)kull żieda fil-prezz, inkluż il-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi, ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

(b)fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)il-ħtieġa ta’ modifika hija dovuta għal ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tipprevedi;

(ii)kull żieda fil-prezz ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

(c)fil-każ fejn il-valur tal-modifika huwa inqas minn dawn il-limiti:

(i)il-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) u fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament fil-qasam tal-azzjonijiet esterni applikabbli fi żmien il-modifika;

(ii)10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti pubbliċi ta' servizzi u ta' provvista u kuntratti ta' konċessjoni ta' xogħlijiet jew ta' servizzi u 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet;

(d)fejn ir-rekwiżiti minimi tal-proċedura inizjali tal-akkwist ma jkunux ġew modifikati. F'dak il-każ, kwalunkwe modifika li tirriżulta tal-valur għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta' dan is-subparagrafu, sakemm tali modifika tal-valur ma tirriżultax mill-applikazzjoni stretta tad-dokumenti tal-akkwist jew tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

Il-valur tal-kuntratt inizjali ma għandux iqis ir-reviżjonijiet tal-prezzijiet.

Il-valur kumulattiv nett ta' bosta modifiki suċċessivi skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu m'għandux jaqbeż il-limiti msemmija hemmhekk.

L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-miżuri pubbliċitarji ex post stipulati fl-Artikolu 157.

Artikolu 167
Garanziji tal-prestazzjoni u garanziji tal-flus taż-żamma

1.Il-garanzija tal-eżekuzzjoni għandha tkun ta' massimu ta' 10 % tal-valur totali tal-kuntratt.

Din għandha tkun kompletament rilaxxata wara l-aċċettazzjoni finali tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi, fi żmien perjodu soġġett għall-Artikolu 114(1) li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt. Hija tista' tiġi rilaxxata parzjalment jew kompletament mal-aċċettazzjoni proviżorja tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi kumplessi.

2.Garanzija taż-żamma tal-flus li tammonta għal massimu ta' 10 % tal-valur totali tal-kuntratt tista' tkun magħmula minn tnaqqis mill-pagamenti interim kif u meta jsiru jew permezz ta' tnaqqis mill-pagament finali.

Il-garanzija taż-żamma tal-flus ma għandhiex tintuża f'kuntratt fejn intalbet garanzija għal eżekuzzjoni u ma ġietx rilaxxata.

3.Soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista’ jitlob biex jissostitwixxi l-garanzija ta’ żamma ta’ flus permezz ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 147.

4.L-awtorità kontraenti għandha tirrilaxxa l-garanzija taż-żamma tal-flus wara li jiskadi perjodu ta' obbligu kuntrattwali, fi żmien perjodu soġġett għall-Artikolu 114(1) li għandu jkun speċifikat fil-kuntratt.

KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess

Artikolu 168
L-awtorità kontraenti

1.L-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 69 u 70 għandhom jitqiesu li huma awtoritajiet kontraenti fil-każ ta' kuntratti mogħtija f'isimhom, minbarra meta jixtru mingħand korp ċentrali għall-akkwisti. Id-dipartimenti ta' dawk l-istituzzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala awtoritajiet kontraenti meta jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejniethom.

Dawk l-istituzzjonijiet għandhom jiddelegaw is-setgħat neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta' awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58.

2.Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega fi ħdan kull istituzzjoni għandu jivvaluta jekk intlaħqux il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 169(1).

Artikolu 169
Limiti applikabbli u perjodu ta’ sospensjoni

1.Biex tagħti kuntratti pubbliċi u ta' konċessjoni, l-awtorità kontraenti għandha tirrispetta l-limiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE meta tagħżel proċedura stabbilita fl-Artikolu 158(1) ta' dan ir-Regolament. Dawn il-limiti għandhom jiddeterminaw il-miżuri ta' pubbliċità stipulati fl-Artikolu 157(1) u (2) ta' dan ir-Regolament.

2.Soġġetta għall-eċċezzjonijiet u għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, fil-każ ta' kuntratti li l-valur tagħhom jisboq il-limiti msemmija fil-paragrafu 1, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perjodu ta’ sospensjoni.

3.Il-perjodu ta’ sospensjoni għandu jkun twil għaxart ijiem meta jintużaw mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, u 15-il jum meta jużaw mezzi oħrajn.

Artikolu 170
Regoli dwar l-aċċess għal akkwisti

1.Parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni kollha, fiżiċi u ġuridiċi, li jkunu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha stabbiliti f'pajjiż terz li jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.Għall-fini tal-Artikolu 154(4), il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

Artikolu 171
Regoli tal-akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Meta l-Ftehim plurilaterali dwar l-Akkwist Pubbliku konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikun applikabbli, il-proċedura ta' akkwist għandha tkun miftuħa wkoll għal atturi ekonomiċi stabbiliti fl-istati li jkunu rratifikaw dak il-ftehim, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni

Artikolu 172
Akkwist ta’ azzjoni esterna

1.Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII relatati mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist għandhom ikunu applikabbli għal-kuntratti koperti b'dan il-Kapitolu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw l-arranġamenti għall-għoti ta’ kuntratti esterni li għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness. L-Artikoli 168 sa 171 ma għandhomx ikunu applikabbli għall-akkwist stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

L-Artikolu 157 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 158(1) għandhom japplikaw biss minn:

(a)EUR 300 000 għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista;

(b)EUR 5 000 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

2.Dan il-Kapitolu għandu japplika għal:

(a)l-akkwist meta l-Kummissjoni ma tagħtix kuntratti f'isimha stess;

(b)l-akkwist minn entitajiet jew minn persuni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) fejn previst fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jew ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 149.

3.Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 152.

4.Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-azzjonijiet tal-atti bażiċi speċifiċi għas-setturi li jirrigwardaw l-għajnuna għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet umanitarji, l-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Artikolu 173
Regoli dwar l-aċċess għal akkwisti

1.Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist għandha tkun miftuħa b’termini ugwali għall-persuni kollha fi ħdan l-ambitu tat-Trattati u għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra f'konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti bażiċi li jirregolaw is-settur tal-kooperazzjoni kkonċernat. Għandha tkun ukoll miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 56(2), jista' jkun deċiż, f'ċirkustanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.

3.Meta jkun japplika ftehim dwar it-twessigħ tas-suq għall-akkwist ta' oġġetti jew ta’ servizzi li għalih hija parti l-Unjoni, il-proċeduri ta' akkwist għal kuntratti ffinanzjati mill-baġit għandhom ukoll ikunu miftuħa wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.

TITOLU VIII
GĦOTJIET

KAPITOLU 1
Ambitu u forma tal-għotjiet
 

Artikolu 174
Ambitu u forma tal-għotjiet

1.Dan it-Titolu japplika għal għotjiet mogħtijin b’implimentazzjoni diretta.

2.Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-baġit sabiex jiffinanzjaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)azzjoni intiża biex tgħin sabiex jinkiseb objettiv tal-politika tal-Unjoni (“għotjiet għal azzjoni”);

(b)il-funzjonament ta’ korp li jkollu objettiv li jifforma parti minn politika tal-Unjoni, jew isostniha (“għotjiet operattivi”).

Fil-każ ta’ għotja operattiva, l-għotja għandha tieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm ta’ ħidma tal-korp.

3.L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom stipulati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 121. Meta l-għotja tieħu l-forma msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 121(1), ma għandhomx ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet relatati mal-eliġibbiltà u mal-verifika tal-kostijiet stabbiliti f’dan it-Titolu.

4.Kull istituzzjoni tista’ tagħti għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni fejn dan ikun iġġustifikat min-natura ta’ dawk l-attivitajiet.

5.Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jista’ jirċievi finanzjament iddebitat lil approprjazzjonijiet għajr approprjazzjonijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi proċeduri ta’ għoti ta’ għotja tal-akkwist iffinanzjati għalkollox jew f’parti minnhom mill-baġit. F’dawn il-każijiet, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità finanzjarja, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 191 u l-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 189(1) ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 175
Somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa

1.Dan l-Artikolu għandu japplika għal għotjiet li jieħdu l-forma ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa msemmijin fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 121(1).

2.Fejn possibbli u xieraq, is-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li jkunu jistgħu jitħallsu malli jinkisbu riżultati konkreti.

3.Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku, l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b’rata fissa għandu jkun awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li għandu jaġixxi skont proċedura predeterminata stabbilita fi ħdan kull istituzzjoni.

4.L-awtorizzazzjoni għandu jkun fiha tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)ġustifikazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali forom ta’ finanzjament fir-rigward tan-natura tal-azzjonijiet appoġġati jew il-programmi ta’ ħidma kif ukoll ir-riskji ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi u l-kostijiet tal-kontroll;

(b)identifikazzjoni tal-kostijiet jew tal-kategoriji tal-kostijiet koperti minn somom ta’ darba, minn kostijiet ta’ unità jew minn finanzjament b'rata fissa, li għandhom jeskludu l-kostijiet mhux eliġibbli skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni;

(c)deskrizzjoni tal-metodi għad-determinazzjoni tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b’rata fissa. Dawk il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:

(i)dejta statistika, mezz ta’ objettiv simili jew ġudizzju espert; jew

(ii)approċċ għal kull benefiċjarju, b'referenza għal dejta storika ċċertifikata jew verifikabbli tal-benefiċjarju jew għall-prattiki kontabilistiċi tal-kostijiet komuni tiegħu;

(d)fejn possibbli, il-kundizzjonijiet essenzjali li jixkattaw il-pagament, inkluża, fejn xierqa, il-kisba tar-riżultati;

(e)deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li huwa rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li tinżamm konformità raġonevoli mal-prinċipju ta’ kofinanzjament;

(f)meta s-somom f’daqqa, il-kostijiet unitarji u r-rati fissi ma jkunux ibbażati fuq riżultati, ġustifikazzjoni dwar għaliex approċċ ibbażat fuq ir-riżultati mhuwiex possibbli jew xieraq.

5.L-awtorizzazzjoni għandha tapplika għad-durata tal-programm jew tal-programmi sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni .

L-awtorizzazzjoni tista’ tkopri l-użu tas-somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli lil hinn minn programm ta’ finanzjament speċifiku meta n-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa tippermetti għal approċċ komuni. Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni tista’ tiġi adottata minn dawn li ġejjin:

(a)mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-attivitajiet ikkonċernati kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b)mill-Kummissjoni meta dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet jew tan-nefqa jew fid-dawl tan-numru ta’ uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kkonċernati.

6.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jawtorizza jew jimponi, fil-forma ta’ rati fissi, finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7 % mill-kostijiet diretti totali eliġibbli għall-azzjoni. Rata fissa ogħla tista’ tiġi awtorizzata permezz ta’ deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni.

7.Is-sidien ta’ SMEs u persuni fiżiċi oħra li ma jaqalgħux salarju jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal eliġibbli għax-xogoħol imwettaq minnhom stess fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

8.Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal għax-xogħol imwettaq mill-voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

Artikolu 176
Somma f’daqqa waħda

1.Somma f’daqqa tista’ tkopri l-kostijiet eliġibbli sħaħ ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma (“somma f’daqqa waħda”).

2.Somma f’daqqa waħda tista’ tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-baġit stmat. Il-baġit għandu jikkonforma mal-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività. Il-konformità ma’ dawk il-prinċipji għandha tiġi vverifikata ex ante fil-ħin tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja.

3.Meta jawtorizza somma f’daqqa waħda, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkonforma mal-Artikolu 175.

Artikolu 177
Verifiki u kontrolli fuq il-benefiċjarji relatati ma’ somom f’daqqa, ma’ kostijiet unitarji u ma’ rati fissi

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkontrolla, sa mhux aktar tard minn qabel il-pagament tal-bilanċ, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jixkattaw il-ħlas ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, inkluża, fejn meħtieġa, il-kisba tar-riżultati. Barra minn hekk, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet jista’ jkun soġġett għal kontrolli ex post.

L-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzajment b'rata fissa ddeterminati ex ante b'applikazzjoni tal-metodu awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 175 ma għandhomx jiġu kkontestati minn kontrolli ex post bla ħsara għad-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 127. Meta somom f’daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, għandu jkun japplika l-paragrafu 2 tal-Artikolu 179.

2.Il-kundizzjonijiet li jixkattaw il-pagament ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar dwar il-kostijiet fil-fatt imġarrbin mill-benefiċjarju.

3.Il-pagament tal-għotja fuq il-bażi ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjamenti b’rata fissa ma għandux jaffettwa d-dritt ta’ aċċess għar-rekords statutorji tal-benefiċjarji għall-finijiet imsemmijin fl-Artikoli 178 u 124.

Artikolu 178
Valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi

Il-metodu għad-determinazzjoni ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi, id-dejta sottostanti u l-ammonti li jirriżultaw għandhom jiġu vvalutati b’mod perjodiku u, fejn xieraq, għandhom jiġu aġġustati skont l-Artikolu 175.

Artikolu 179
Prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju

1.Fejn jiġi awtorizzat rikors għall-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jivvaluta l-konformità ta’ dawk il-prattiki ex ante mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 175 jew permezz ta’ strateġija xierqa għal kontrolli ex post.

2.Jekk il-konformità tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 175 ġiet stabbilita ex ante, l-ammonti ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ finanzjament b'rata fissa ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ dawk il-prattiki ma għandhomx ikunu kkontestati minn kontrolli ex post. Dan ma jaffettwax id-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 127.

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jqis li l-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju huma f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 175, jekk huma aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta’ finanzjament komparabbli.

Artikolu 180
Kostijiet eliġibbli

1.L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f'termini ta’ valur assolut li għandu jkun stabbilit, fejn possibbli, fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli stmati. Bla ħsara għall-att bażiku, l-għotjiet jistgħu jkunu espressi wkoll bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli stmati.

Fejn, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ azzjoni, l-għotjiet jistgħu jkunu espressi biss f’termini ta’ valur assolut, il-verifika tal-kostijiet eliġibbli għandha ssir skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 150.

2.Bla ħsara għar-rata massima ta’ kofinanzjament speċifikata fl-att bażiku:

(a)l-għotja ma taqbiżx il-kostijiet eliġibbli;

(b)meta l-kostijiet eliġibbli stmati jinkludu kostijiet għall-volontarjat imsemmi fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 175, l-għotja ma għandhiex taqbeż il-kostijiet eliġibbli stmati li mhumiex il-kostijiet għall-volontarjat.

3.Il-kostijiet eliġibbli huma kostijiet fil-fatt imġarrba mill-benefiċjarju ta’ għotja li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)jiġġarbu waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew waqt li jkun għaddej il-programm ta’ ħidma, bl-eċċezzjoni ta’ kostijiet relatati mar-rapporti finali u maċ-ċertifikati tal-awditi;

(b)ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

(c)ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-għotja;

(d)ikunu identifikabbli u verifikabbli, u b'mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-benefiċjarju u kkalkolati skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn ikun stabbilit il-benefiċjarju u skont il-prattika kontabilistika komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju;

(e)ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli;

(f)ikunu raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza.

4.Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-kategoriji tal-kostijiet meqjusa bħala eliġibbli għall-finanzjamenti tal-Unjoni.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku u flimkien mal-paragrafu 3, il-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun iddikjarahom bħala tali fl-ambitu tas-sejħa għal proposti:

(a)il-kostijiet marbutin mal-garanzija ta’ prefinanzjament ippreżentata mill-benefiċjarju tal-għotja, meta dik il-garanzija tkun meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 147;

(b)il-kostijiet relatati maċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti ta’ verifika operazzjonali meta t-tali ċertifikati jew rapporti jkunu meħtieġa mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli;

(c)il-VAT meta ma tkunx rekuperabbli skont il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli tal-VAT u titħallas minn benefiċjarju li ma jkunx persuna mhux taxxabbli kif iddefinita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 47 ;

Il-VAT għandha titqies bħala mhux rekuperabbli jekk skont il-liġi nazzjonali tkun attribwibbli għal xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)attivitajiet eżentati mingħajr dritt ta’ tnaqqis;

(ii)attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT;

(iii)attivitajiet, kif imsemmija fil-punti (i) jew (ii), li l-VAT ma tistax titnaqqas fir-rigward tagħhom iżda tista’ titradd lura permezz ta’ skemi ta’ rifużjoni jew fondi ta’ kumpens speċifiċi mhux previsti mid-Direttiva 2006/112/KE, anki jekk dik l-iskema jew dak il-fond ikunu ġew stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT.

Il-VAT relatata mal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha titqies imħallsa minn benefiċjarju għajr individwu mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament minn jekk dawk l-attivitajiet jitqisux mill-Istat Membru kkonċernat bħala attivitajiet imwettqa minn korpi rregolati mil-liġi pubblika li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi.

(d)il-kostijiet ta’ deprezzament, diment li dawn ikunu effettivament iġġarrbu mill-benefiċjarju;

(e)il-kostijiet tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati mal-kostijiet ta’ attivitajiet li l-awtorità pubblika rilevanti ma kinitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.

5.Il-kostijiet imġarrba mill-entitajiet affiljati ma’ benefiċjarju kif deskritt fl-Artikolu 181 jistgħu jkunu aċċettati bħala eliġibbli mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fl-ambitu tas-sejħa għall-proposti. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'effett kumulattiv:

(a)l-entitajiet ikkonċernati jkunu identifikati fil-ftehim ta’ għotja;

(b)l-entitajiet ikkonċernati jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-benefiċjarju fl-ambitu tal-ftehim ta’ għotja fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-kostijiet u tad-drittijiet tal-kontrolli u tal-awditi min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 181
Entitajiet affiljati u benefiċjajru uniku

1.Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala entitajiet affiljati mal-benefiċjarju:

(a)entitajiet li jifformaw il-benefiċjarju skont il-paragrafu 2;

(b)entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà u li ma jaqgħux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 132 u fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 137 u li huma marbutin mal-benefiċjarju, partikolarment b’rabta ġuridika jew ta’ kapital, li la tkun limitata għall-azzjoni u lanqas ma tkun stabbilita għall-iskop uniku tal-implimentazzjoni tagħha.

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V għandha tkun tapplika għal entitajiet affiljati wkoll.

2.Meta bosta entitajiet jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw għotja u flimkien ikunu jifformaw entità waħda, dik l-entità tista' tkun ittrattata bħala benefiċjarju uniku, anki meta l-entità hija speċifikament stabbilita għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni li għandha tkun iffinanzjata mill-għotja.

KAPITOLU 2
Prinċipji
 

Artikolu 182
Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet

L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’:

(a)trattament indaqs;

(b)trasparenza;

(c)kofinanzjament;

(d)għotja mhux kumulattiva u ebda finanzjament doppju;

(e)nonretroattività.

Artikolu 183
Trasparenza

1.L-għotjiet għandhom jingħataw wara pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 188.

2.L-għotjiet kollha mogħtija matul is-sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 36.

3.Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

(a)in-numru ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel;

(b)in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet b’suċċess għal kull sejħa għall-proposti;

(c)id-durata medja tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta’ għotja;

(d)in-numru u l-ammont ta’ għotjiet fejn l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ex post ikun ġie rrinunzjat is-sena ta’ qabel skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 36.

Artikolu 184
Kofinanzjament

1.L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament. Dan ifisser li r-riżorsi meħtieġa sabiex jitwettqu l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma ma għandhomx jiġu pprovduti kollha kemm huma mill-għotja.

Il-kofinanzjament jista’ jkun fil-forma ta’ riżorsi proprji tal-benefiċjarju, ta’ dħul iġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta’ ħidma jew ta’ assistenza in natura minn partijiet terzi.

2.L-assistenza in natura minn partijiet terzi fil-forma ta’ volontarjat imsemmi fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 175 għandha tiġi ppreżentata bħala kostijiet eliġibbli fil-baġit stmat. Għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kostijiet eliġibbli l-oħrajn.

Assistenza in natura oħra minn partijiet terzi għandha tiġi ppreżentata b’mod separat mill-kontribuzzjonijiet għall-kostijiet eliġibbli fil-baġit stmat. Il-valur approssimat tagħhom għandu jkun indikat fil-baġit stmat u ma għandux ikun soġġett għal tibdiliet sussegwenti.

3.Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1, azzjoni tista' tkun iffinanzjata b'mod sħiħ mill-għotja biss jekk dan ikun essenzjali sabiex din titwettaq. F’dan il-każ, ir-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti fid-deċiżjoni ta’ għoti.

4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal tnaqqisiet tar-rati tal-imgħax u għal sussidji tat-tariffi ta’ garanzija.

Artikolu 185
Il-prinċipju ta’ għoti mhux kumulattiv u ta’ ebda finanzjament doppju

1.Kull azzjoni tista' tagħti lok għall-għoti ta’ għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, minbarra fejn huwa awtorizzat xort'oħra mill-atti bażiċi rilevanti.

Benefiċjarju jista' jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.

Azzjoni tista’ tiġi ffinanzjata b’mod konġunt minn linji baġitarji separati minn uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli differenti.

2.L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni minnufih dwar kwalunkwe applikazzjoni multipla u dwar kwalunkwe għotja multipla relatata mal-istess azzjoni jew mal-istess programm ta’ ħidma.

3.L-istess kostijiet qatt ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.

4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)appoġġ għall-istudju, għar-riċerka, għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni mħallas lil persuni fiżiċi;

(b)appoġġ dirett imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni qiegħda u r-rifuġjati.

Artikolu 186
Prinċipju tan-nonretroattività

1.Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-għotjiet ma għandhomx jingħataw b’mod retroattiv.

2.Għotja tista' tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet sakemm l-applikant jista' juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.

F'dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrbin qabel id-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief:

(a)f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati kif stipulat fl-att bażiku, jew

(b)fil-każ ta’ urġenza estrema għall-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 188 li fiha involviment bikri mill-Unjoni jkun ta’ importanza assoluta. F'dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għandha tkun eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ir-raġunijiet għal tali deroga jkunu ġew issostanzjati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli;

(ii)il-ftehim ta’ għotja jistabbilixxi b’mod espliċitu li d-data ta’ eliġibbiltà taħbat qabel id-data għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

3.L-ebda għotja ma tista’ tingħata b’mod retroattiv għal azzjonijiet li diġà tlestew.

4.Fil-każ ta’ għotjiet operattivi, il-ftehim ta’ għotja għandu jkun iffirmat fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Kostijiet eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju.

KAPITOLU 3
Proċedura ta’ għoti ta’ għotja u ftehim ta’ għotja

Artikolu 187
Il-kontenut u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti

1.Is-sejħiet għal proposti għandhom jispeċifikaw:

(a)l-għanijiet segwiti;

(b)il-kriterji ta’ eliġibbiltà, ta’ esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti;

(c)l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari l-forom tal-għotja;

(d)l-arranġamenti u d-data finali biex jitressqu l-proposti;

(e)id-data ppjanata sa liema l-applikanti kollha għandhom ikunu ġew informati bl-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u d-data indikattiva għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja.

2.Id-dati msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati abbażi tal-perjodi li ġejjin:

(a)biex jiġu informati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta’ sitt xhur li jiddekorru mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti;

(b)biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja mal-applikanti, massimu ta’ tliet xhur mid-data ta’ meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu.

Dawk il-perjodi jistgħu jiġu aġġustati sabiex jitqies iż-żmien neċessarju għar-rispett tal-proċeduri speċifiċi li jistgħu jkunu meħtieġa mill-att bażiku f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 u jistgħu jinqabżu f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, partikolarment għal azzjonijiet kumplessi, fejn ikun hemm numru kbir ta’ proposti jew ittardjar attribwibbli għall-applikanti.

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jsemmi l-medja ta’ żmien meħud għall-informar tal-applikanti u għall-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja. Fil-każ li jinqabżu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament iġġustifikat skont it-tieni subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta’ rimedju.

3.Is-sejħiet għal proposti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun meħtieġ sabiex tingħata pubbliċità addizzjonali fost il-benefiċjarji potenzjali. Dawn jistgħu jiġu ppubblikati soġġetti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 108, inkluż matul is-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-baġit. Kwalunkwe bidla fil-kontenut tas-sejħiet għal proposti għandha tiġi pubblikata bl-istess kundizzjonijiet.

Artikolu 188
Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għal proposti

Jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)għall-finijiet ta’ għajnuna umanitarja, ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ f’emerġenza, ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew għall-għajnuna ta’ mmaniġġjar ta’ kriżijiet;

(b)f’emerġenzi eċċezzjonali oħra li jkunu ġew issostanzjati kif xieraq;

(c)lil korpi b’monopolju de jure jew de facto jew lil korpi nnominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto;

(d)lil korpi identifikati minn att bażiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 56, bħala benefiċjarji ta’ għotja jew lil korpi nnominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta dawk l-Istati Membri jiġu identifikati minn att bażiku bħala benefiċjarji ta’ għotja;

(e)fil-każ ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, lil korpi identifikati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 108, meta l-att bażiku jipprovdi b’mod espliċitu għal dik il-possibilità, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għal proposti;

(f)għal attivitajiet b'karatteristiċi speċifiċi li jirrikjedu tip partikolari ta' korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet ikkonċernati ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' sejħa għal proposti. Fejn dan it-tip ta’ korp partikolari jkun Stat Membru, l-għotja tista’ tingħata wkoll mingħajr sejħa għal proposti lill-korp innominat mill-Istat Membru, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni.

(g)lill-BEI jew lill-Fond Ewropew tal-Investiment għal azzjonijiet ta’ assistenza teknika. F’dawn il-każijiet, ma għandhomx ikunu japplikaw il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 189(1).

Il-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-ewwel subparagrafu jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ għoti.

Artikolu 189
Kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotjiet

1.L-applikazzjoni għal għotja għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)informazzjoni dwar l-istatus legali tal-applikant;

(b)dikjarazzjoni fuq l-unur tal-applikant skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 133 u dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla;

(c)informazzjoni neċessarja sabiex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tal-applikant sabiex iwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma propost u, jekk dan jiġi deċiż mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw din l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha ngħalqu l-kontijiet.

Tali informazzjoni u dokumenti ta’ sostenn ma għandhomx jintalbu mill-applikanti li għalihom ma tapplikax il-verifika tal-kapaċità finanzjarja jew operazzjonali skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 191. Barra minn hekk, ma għandhomx jintalbu dokumenti ta’ sostenn għal għotjiet ta’ valur baxx;

(d)meta l-applikazzjoni tkun tikkonċerna għotja għal azzjoni li l-ammont għaliha jaqbeż is-EUR 750 000 jew għotja operattiva li taqbeż il-EUR 100 000, irid jiġi ppreżentat rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat, meta dan ikun disponibbli, u dejjem f’każijiet li fihom awditu statutorju jkun meħtieġ mil-liġi tal-UE jew nazzjonali. Dak ir-rapport jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-applikant għandu jipprovdi awtodikjarazzjoni ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat li jiċċertifika l-validità tal-kontijiet tiegħu għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli.

L-ewwel subparagrafu japplika biss għall-ewwel applikazzjoni li ssir minn benefiċjarju lil uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli fi kwalunkwe sena finanzjarja partikolari.

Fil-każ ta’ ftehimiet bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju.

Fil-każ tas-sħubijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 126, qabel ma jkun jista’ jiġi ffirmat il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja, irid isir ir-rapport tal-awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, skont il-valutazzjoni tar-riskju, jirrinunzja għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-istabbilimenti ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ u, fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji, il-benefiċjarji li jkunu aċċettaw bosta obbligazzjonijiet konġunti u separati jew li ma jġarrbu l-ebda responsabbiltà finanzjarja.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 151.

(e)deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u baġit stmat li, fejn possibbli:

(i)għandu jkollu d-dħul u n-nefqa fil-bilanċ, u

(ii)għandu jindika l-kostijiet eliġibbli stmati tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma.

Bħala eċċezzjoni għall-punt (i), f’każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-baġit stmat jista’ jinkludi dispożizzjonijiet għal kontinġenzi jew varjazzjonijiet possibbli fir-rati tal-kambju.

(f)indikazzjoni tas-sorsi u tal-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew applikat għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tiegħu matul l-istess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni.

2.L-applikazzjoni tista’ tinqasam f’diversi partijiet li jistgħu jiġu sottomessi fi stadji differenti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 193.

Artikolu 190
Kriterji ta' eliġibbiltà

1.Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti.

2.Kwalunkwe wieħed mill-applikanti li ġejjin għandu jkun eliġibbli għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti:

(a)persuni ġuridiċi;

(b)persuni fiżiċi sa fejn dan ikun meħtieġ minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tal-azzjoni jew tal-objettiv fil-mira tal-applikant;

(c)entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivaleneti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi. B’mod partikolari, l-applikant għandu jkollu kapaċità finanzjarja u operazzjonali ekwivalenti għal dik ta’ persuna ġuridika. Ir-rappreżentanti tal-applikant għandhom juru bil-provi li huma ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet.

3.Is-sejħa għal proposti tista’ tistabbilixxi kriterji ta’ eliġibbiltà addizzjonali li għandhom ikunu stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa għall-għanijiet tal-azzjoni u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

4.Għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 174 u dan l-Artikolu, il-JRC għandu jitqies bħala persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

Artikolu 191
Kriterji tal-għażla

1.Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kapaċità tal-applikant li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta' ħidma propost.

2.L-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu tul il-perjodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (“kapaċità finanzjarja”).

3.L-applikant irid ikollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (“kapaċità operattiva”).

4.Il-kapaċità finanzjarja u operattiva għandha tiġi vverifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dokument ta' sostenn imsemmijin fl-Artikolu 189.

Jekk ma jkun intalab l-ebda dokument ta’ sostenn fis-sejħa għal proposti u jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu dubji dwar il-kapaċità finanzjarja jew operattiva ta’ applikant, huwa għandu jitolbu jipprovdi kwalunkwe dokument xieraq.

Fil-każ ta’ sħubijiet, il-verifika għandha ssir skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 126.

5.Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma għandhiex tapplika għal:

(a)persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ għall-edukazzjoni;

(b)persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn u li jirċievu appoġġ dirett;

(c)korpi pubbliċi;

(d)organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)persuni jew entitajiet li japplikaw għal tnaqqisiet fir-rata tal-imgħax u sussidji ta’ tariffa ta’ garanzija fejn l-objettiv ta’ dawk it-tnaqqisiet u s-sussidji huwa li jsaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjajru jew li jiġġeneraw dħul.

6.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, iwarrab l-obbligu ta’ verifika tal-kapaċità operattiva tal-korpi pubbliċi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 192
Kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli:

(a)li tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposti sottomessi fid-dawl tal-objettivi u tal-prijoritajiet stabbiliti;

(b)li jingħataw għotjiet lill-azzjonijiet jew lill-programmi ta’ ħidma li jimmassimizzaw l-effettività kumplessiva tal-finanzjament tal-Unjoni.

Artikolu 193
Proċedura ta' evalwazzjoni

1.Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji tal-għażla u tal-għoti mħabbra minn qabel, bil-għan li jiġi determinat liema proposti jistgħu jiġu ffinanzjati.

2.Fejn ikun xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaqsam il-proċess f’bosta stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess jitħabbru fis-sejħa għal proposti.

L-applikanti li l-proposti tagħhom jiġu miċħuda fi kwalunkwe stadju jiġu informati skont il-paragrafu 7.

L-istess dokumenti u informazzjoni ma jkunux meħtieġa aktar minn darba matul l-istess proċedura.

3.Il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 145 jew, fejn xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali jew li jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn sottomessi skont l-Artikolu 146. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords xierqa tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

4.Mat-tlestija tal-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, il-membri ta’ dan għandhom jiffirmaw rekord tal-proposti kollha eżaminati, li jkun fih valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u jidentifika dawk li jistgħu jirċievu finanzjament.

Fejn ikun meħtieġ, dak ir-rekord jikklassifika l-proposti eżaminati, jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-ammont massimu li għandu jingħata u aġġustamenti mhux sostanzjali possibbli fl-applikazzjoni għal għotja.

Ir-rekord għandu jinżamm għal referenza fil-ġejjieni.

5.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jistieden lil applikant sabiex jaġġusta l-proposta tiegħu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jżomm rekords xierqa tal-kuntatti mal-applikanti matul il-proċedura.

6.Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu billi tal-inqas jagħti:

(a)is-suġġett u l-ammont globali tad-deċiżjoni;

(b)isem l-applikanti magħżula, it-titlu tal-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u r-raġunijiet għal dik l-għażla, anki fejn din tkun inkonsistenti mal-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni;

(c)l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

7.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-għotja mitluba ma tkunx milqugħa, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni. L-applikanti rifjutati jiġu infurmati malajr kemm jista’ jkun dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarji wara li l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-applikanti magħżula.

8.Għal għotjiet skont l-Artikolu 188, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)il-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 145 mhumiex obbligatorji,

(b)l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jistà jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni u tad-deċiżjoni ta’ għoti f'dokument wieħed u jiffirmah.

Artikolu 194
Ftehim ta’ għotja

1.L-għotjiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

2.Il-ftehim ta’ għotja jrid tal-anqas jistabbilixxi dan li ġej:

(a)deskrizzjoni tal-azzjoni jew, għal għotja operattiva, tal-programm ta’ ħidma flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riżultati mistennijin;

(b)l-ammont massimu ta’ finanzjament tal-Unjoni espress f’euro, il-baġit stmat tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-forma tal-għotja;

(c)ir-regoli dwar ir-rapportar u l-pagamenti u r-regoli dwar l-akkwist ipprovduti fl-Artikolu 198;

(d)l-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 124;

(e)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-viżibilità tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, ħlief f’każijiet iġġustifikati b’mod xieraq, fejn il-wiri fil-pubbliku ma jkunx possibbli jew xieraq;

(f)il-liġi applikabbli li għandha tkun il-liġi tal-Unjoni kkomplimentata, fejn ikun hemm bżonn, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim tal-għotja. Tista’ ssir deroga fil-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim.

3.Obbligi pekunarji ta’ entitajiet jew ta’ persuni għajr Stati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ ftehim tal-għotja għandhom ikunu infurzabbli skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 98.

4.L-emendi għall-ftehimiet ta’ għotja ma għandux ikollhom l-iskop jew l-effett jagħmlu tali tibdiliet li jixħtu f’dubju deċiżjoni tal-għoti ta’ għotja jew li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament indaqs tal-applikanti.

KAPITOLU 4
Implimentazzjoni tal-għotjiet
 

Artikolu 195
Ammont tal-għotja u estensjoni tas-sejbiet tal-awditu

1.L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali sakemm l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli kompetenti jkun aċċetta b'delega r-rapporti finali u, fejn applikabbli, il-kontijiet finali, bla ħsara għal awditi, għal verifiki u għal investigazzjonijiet sussegwenti mill-istituzzjoni, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 127 għandu japplika anki wara li l-ammont tal-għotja jkun sar finali.

2.Meta l-kontrolli jew l-awditi juru irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi attribwibbli lill-benefiċjarju u li għandhom impatt materjali fuq numru ta’ għotjiet mogħtijin lil dak il-benefiċjarju f’kundizzjonijiet simili, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja jew il-pagamenti skont l-għotjiet kollha kkonċernati jew, fejn applikabbli, jittermina l-ftehimiet ta’ għotja kkonċernati ma’ dak il-benefiċjajru, b’mod proporzjonat għas-serjetà tas-sejbiet.

Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jnaqqas l-għotjiet, jiċħad kostijiet ineliġibbli u jirkupra, jekk ikun hemm bżonn, l-ammonti mħallsa indebitament f’dak li għandu x’jaqsam mal-għotjiet milqutin minn irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, minn frodi jew minn ksur ta’ obbligi li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu li jistgħu jkunu soġġetti għal awditi, għal verifiki u għal investigazzjonijiet skont il-ftehimiet ta’ għotja affettwati.

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiddetermina l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, kulfejn ikun possibbli u prattikabbli, fuq il-bażi tal-kostijiet iddikjarati indebitament bħala eliġibbli għal kull għotja kkonċernata, wara l-aċċettazzjoni tar-rapporti riveduti u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji revisti ppreżentati mill-benefiċjarji.

4.Fejn ma jkunx possibbli jew prattikabbli li jkun ikkwantifikat l-ammont eżatt tal-kostijiet ineliġibbli għal kull għotja kkonċernata, l-ammonti li għandhom jitnaqqsu jew jiġu rkuprati jistgħu jiġu ddeterminati billi ssir estrapolazzjoni tar-rata tat-tnaqqis jew ta’ rkupru applikata għall-għotjiet li fihom ikunu nstabu irregolaritajiet sistemiċi jew rikorrenti, frodi jew ksur tal-obbligi, jew, fejn il-kostijiet ineliġibbli ma jkunux jistgħu jservu ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jitnaqqsu jew jiġu rkuprati, billi tiġi applikata rata fissa, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-benefiċjarju jingħata l-opportunità li jipproponi metodu jew rata alternattivi debitament issostanzjati qabel ma jsir it-tnaqqis jew l-irkupru.

Artikolu 196
Dokumenti ta’ sostenn għat-talbiet għall-ħlas

1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa li jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlas.

2.Għal kull għotja, ilprefinanzjament jista’ jinqasam f’diversi ħlasijiet parzjali skont il-ġestjoni finanzjarja tajba. It-talba għal ħlas parzjali tal-prefinanzjament ulterjuri għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tal-benefiċjarju dwar il-konsum ta’ prefinanzjament preċedenti. Il-ħlas parzjali għandu jitħallas bis-sħiħ jekk tal-anqas ikun ikkonsmat 70 % tal-ammont totali ta’ kwalunkwe prefinanzjament preċedenti. Inkella, il-ħlas parzjali għandu jitnaqqas bl-ammonti li għad iridu jiġu kkonsmati sakemm jintlaħaq dak il-limitu.

3.Bla ħsara għall-obbligu li jipprovdi dokumenti ta’ appoġġ, il-benefiċjarju għandu jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni li hemm fit-talbiet ta’ ħlas hija sħiħa, kredibbli u vera. Il-benefiċjarju għandu jiċċertifika wkoll li l-kostijiet imġarrba huma eliġibbli skont il-ftehim ta’ għotja u li t-talbiet għall-ħlas ikunu ssostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn adegwati li jistgħu jiġu vverifikati.

4.Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-kontijiet sottostanti jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’appoġġ tal-pagamenti interim jew il-pagamenti tal-bilanċi ta’ kwalunkwe ammont. Tali ċertifikat għandu jintalab fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ammont tal-għotja, l-ammont tal-pagament, in-natura tal-benefiċjarju u n-natura tal-attivitajiet appoġġjati.

Iċ-ċertifikat għandu jkun prodott minn awditur estern approvat jew, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti.

Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, skont metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u fuq il-bażi ta’ proċeduri maqbula u li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom tkun ibbażata t-talba ta’ ħlas huma veri, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skont il-ftehim ta’ għotja. F’każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob iċ-ċertifikat fil-forma ta’ opinjoni jew format ieħor skont l-istandards internazzjonali.

5.Rapport ta’ verifika operattiva, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli bħala appoġġ għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Ir-rapport ta’ verifika għandu jiddikjara li l-verifika operattiva tkun saret b’metodoloġija approvata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 197
Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma tkun teħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjajru jista’ jagħti tali appoġġ finanzjarju diment li l-kundizzjonijiet għall-għoti tat-tali appoġġ ikunu strettament iddefiniti fil-ftehim ta’ għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, sabiex jiġi evitat l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-benefiċjarju.

Id-diskrezzjoni titqies eżawrita jekk il-ftehim tal-għotja jispeċifika dawn li ġejjin:

(a)l-ammont massimu tal-appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma għandux jaqbeż is-EUR 60 000 u l-kriterji biex ikun iddeterminat l-ammont preċiż. Dan il-limitu jista’ jinqabeż meta l-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet ikun b’xi mod ieħor impossibbli jew diffiċli wisq;

(b)it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa;

(c)id-definizzjoni tal-persuni jew tal-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex jingħata.

Artikolu 198
Kuntratti ta’ implimentazzjoni

1.Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE 49 , fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist, il-benefiċjarju jista’ jagħti l-kuntratt skont il-prattiki ta’ xiri normali tiegħu diment li l-kuntratt jingħata lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, skont kif ikun xieraq, lill-offerta li toffri l-inqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

2.Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk ikollu ġustifikazzjoni xierqa, jesiġi li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Dawk ir-regoli speċjali jkunu bbażati fuq ir-regoli kontenuti f’dan ir-Regolament u għandhom ikunu proporzjonati għall-valur tal-kuntratti kkonċernati, għad-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-kost totali tal-azzjoni u għar-riskju. Dawn ir-regoli speċjali għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta’ għotja.

TITOLU IX
PREMJI

Artikolu 199
Regoli ġenerali

1.Il-premji għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs u jippromwovu l-ilħuq tal-objettivi tal-politiki tal-Unjoni.

2.Il-premji ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni.

Il-kompetizzjonijiet għall-premji b’valur unitarju ta’ EUR 1 000 000 jew aktar jisgtħu jiġu ppubblikati biss meta dawk il-premji jissemmew fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament imsemmijin fl-Artikolu 108 u wara li l-informazzjoni dwar it-tali premji tkun ġiet sottomessa lill-Parlament Ewropew.

3.L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut mal-kostijiet imġarrbin mir-rebbieħ.

4.Meta l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma jew ta’ azzjoni titlob li l-premji jingħataw lil partijiet terzi minn benefiċjarju ta’ għotja tal-Unjoni, dak il-benefiċjarju jista' jagħti tali premji diment li l-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għoti, l-ammont tal-premji u l-arranġamenti tal-pagament ikunu ddefiniti fil-ftehim tal-għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, b'ebda marġni għal diskrezzjoni.

Artikolu 200
Regoli tal-kompetizzjoni, tal-għotja u tal-pubblikazzjoni

1.Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet għandhom:

(a)jispeċifikaw il-kriterji ta' eliġibbiltà;

(b)jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-applikanti, jekk meħtieġ, u għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet;

(c)jispeċifikaw il-kriterji ta' esklużjoni;

(d)jipprovdu għall-unika responsabbiltà tal-applikant fil-każ ta' talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni;

(e)jipprovdu għall-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 124 u tal-obbligi ta' reklamar kif speċifikati fir-regoli tal-kompetizzjoni;

(f)jiddikjaraw li l-liġi tal-Unjoni hija l-liġi li tapplika għall-kompetizzjoni, ikkomplimentata, fejn ikun hemm bżonn, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni;

(g)jispeċifikaw il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwimiet;

(h)il-kriterji tal-għoti, li jkunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-kwalità tal-applikazzjonijiet fir-rigward tal-objettivi segwiti u r-riżultati mistennijin u sabiex jiġi stabbilit b'mod oġġettiv jekk l-applikazzjonijiet jikkwalifikawx bħala r-rebbieħa;

(i)l-ammont tal-premju jew tal-premji;

(j)l-arranġamenti għall-ħlas tal-premji lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-benefiċjarji ta’ għotjiet mill-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, tista’ ssir deroga fil-każ tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 187 għandu japplika mutatis mutandis għall-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet.

2.Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tħassir tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta ma jkunux jistgħu jintlaħqu l-objettivi tagħha.

3.Il-premji għandhom jingħataw mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli wara evalwazzjoni mill-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 145.

Il-paragrafu 6 tal-Artikolu 193 għandu japplika mutatis mutandis għad-deċiżjoni ta’ għoti.

4.L-applikanti għandhom jiġu informati malajr kemm jista’ jkun dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum kalendarju wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ għoti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

Id-deċiżjoni li jingħata l-premju tiġi nnotifikata lill-applikant rebbieħ u għandha sservi ta’ impenn legali.

5.Il-premji kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 36.

Wara l-pubblikazzjoni, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

(a)in-numru ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel;

(b)in-numru ta’ applikanti u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet magħżula għal kull kompetizzjoni;

(c)lista tal-esperti li ħadu sehem fil-kumitati ta’ evalwazzjoni fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ referenza għall-proċedura tal-għażla tagħhom.

TITOLU X
STRUMENTI FINANZJARJI, GARANZIJI BAĠITARJI U ASSISTENZA FINANZJARJA

KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 201
L-iskop u l-implimentazzjoni

1.L-Unjoni tista’ tistabbilixxi strumenti finanzjarji jew tipprovdi garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja b’appoġġ mill-baġit ġenerali permezz ta’ att bażiku.

2.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-istrumenti finanzjarji, għall-garanziji baġitarji jew għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni. Jekk ikunu awtorizzati mill-att bażiku, anki partijiet terzi oħrajn jistgħu jikkontribwixxu.

3.Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu implimentati b’implimentazzjoni kondiviża mal-Istati Membri, japplikaw regoli speċifiċi għas-setturi, bla ħsara għas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 208(2).

4.Meta l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji jkunu implimentati b’mod indirett, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ entitajiet skont il-punti (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 61(1)(c). Dawn l-entitajiet jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji, magħżulin wara proċeduri ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti skont l-Artikolu 150(2) f’dawk il-ftehimiet.

Meta l-pajjiżi terzi jikkontribwixxu għal strumenti finanzjarji jew għal garanziji baġitarji skont il-paragaafu 2, l-att bażiku jista’ jippermetti li jiġu ddeżinjati entitajiet jew kontropartijiet ta’ implimentazzjoni eliġibbli mill-pajjiżi kkonċernati.

Artikolu 202
Prinċipji u kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u għal garanziji baġitarji

1.L-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji għandhom:

(a)jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jipprovdu appoġġ, b’mod proporzjonat, biss lil riċevituri finali li jitqiesu potenzjalment ekonomikament vijabbli fi żmien l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni;

(b)jiksbu addizzjonalità billi jevitaw milli jieħdu post appoġġ potenzjali minn sorsi pubbliċi jew mis-suq oħrajn;

(c)jiżguraw in-nondistorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u l-konsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

(d)jiksbu effett ta’ ingranaġġ jew multiplikatur, billi jimmobilizzaw investiment globali li jisboq id-daqs tal-kontribuzzjoni jew tal-garanzija tal-Unjoni. Il-medda ta’ valuri fil-mira għall-effett ta’ ingranaġġ u multiplikatur għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ex-ante għall-istrument finanzjarju jew għall-garanzija baġitarja korrispondenti;

(e)jiżguraw li jkun hemm interess komuni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta’ implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni fl-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ddefiniti fl-att bażiku rilevanti, ma’ dispożizzjonijiet bħal koinvestiment, rekwiżiti tal-qsim tar-riskju jew inċentivi finanzjarji, filwaqt li jipprevjenu kunflitt ta' interessi ma’ attivitajiet oħrajn tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet;

(f)jiżguraw li r-remunerazzjoni tal-Unjoni tkun konsistenti mal-qsim ta' riskju fost il-parteċipanti finanzjarji u l-objettivi tal-politika tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja;

(g)jipprovdu sabiex kwalunkwe rimunerazzjoni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta’ implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. It-tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jinkludu tariffi amministrattivi sabiex jirremuneraw lill-entità jew lill-kontroparti għax-xogħol imwettaq fl-implimentazzjoni ta’strument finanzjarju jew ta’ garanzija baġitarja u, fejn xieraq, inċentivi relatati mal-politika sabiex jiġi promoss l-ilħuq tal-objettivi finanzjarji jew tiġi inċentivata l-prestazzjoni finanzjarja tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja. Spejjeż eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati;

(h)ikunu bbażati fuq evalwazzjonijiet ex ante, b’mod individwali jew bħala parti minn programm, skont l-Artikolu 32. L-evalwazzjoni ex ante għandu jkun fiha spjegazzjonijiet dwar l-għażla tat-tip ta’ operazzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-objettivi tal-politika segwiti u r-riskji finanzjarji assoċjati u l-flus iffrankati għall-baġit tal-Unjoni.

2.Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’att bażiku, id-dħul assenjat intern skont il-punt (i) tal-Artikolu 20(3) għandu jkun konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(a)għandu jintuża għall-istess strument finanzjarju jew garanzija baġitarja matul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tiegħu tal-operazzjoni, bla ħsara għall-Artikolu 208(5);

(b)wara tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ garanzija baġitarja, kwalunkwe ammont pendenti li joriġina mill-baġit tal-Unjoni għandu jitreġġa’ lura għall-baġit;

(c)bla ħsara għall-punt (b), l-ammont pendenti tad-dħul assenjat awtorizzat skont att bażiku li jrid jiġi rrevokat jew itterminat jista’ jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbilit l-ammont ta’ riżorsi għal strument finanzajrju ieħor fl-att bażiku tiegħu;

(d)għandu jiġi kkunsidrat meta tiġi ddeterminata l-allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għal strument finanzjarju jew għal garanzija baġitarja fil-baġit annwali.

Id-dħul assenjat lil strument finanzajrju jew lil garanzija baġitarja jista’ jiġi ttrasferit lil strument finanzajrju ieħor jew lil garanzija baġitarja oħra permezz ta’ att bażiku.

3.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għal strument finanzjarju, għal garanzija baġitarja jew għal assistenza finanzjarja għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni finanzjarja li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru, skont l-Artikolu 232 u f’konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmijin fit-Titolu XIII u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS).

Għall-istrumenti finanzjarji u għall-garanziji baġitarji implimentati b’mod indirett, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji mhux awditjati li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru imħejjin skont ir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 79 u fl-IPSAS, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ għall-produzzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 80(2), jiġu pprovduti mill-entitajiet skont il-punti (ii), (iii) (v) u (vi) tal-Artikolu 61(1)(c) mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati sal-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 203
Obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.L-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni qatt ma għandha taqbeż:

(a)għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont tal-impenn baġitarju rilevanti li sar għalihom;

(b)għall-garanziji baġitarji: l-ammont tal-garanzija baġitarja awtorizzata mill-att bażiku;

(c)għall-assistenza finanzjarja: l-ammont massimu ta’ għoti b’self u l-imgħax rilevanti li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tikkonkludi għall-finanzjament tas-self awtorizzat mill-att bażiku.

2.Garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jistgħu jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li taqbeż l-assi finanzajrji pprovduti sabiex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

3.Il-valutazzjoni annwali pprovduta fil-punt (j) tal-Artikolu 39(5) tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jew mill-assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit tal-Unjoni għandha ssir fi ħdan il-limiti stabbilit mir-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali pprovdut mill-Artikolu 312(2) tat-TFUE u l-limitu massimu fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament annwali ddefinit fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 204
Il-proviżjonament tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

1.Għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi, att bażiku għandu jistabbilixxi rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal mill-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata.

L-att bażiku għandu jipprovdi għar-reviżjoni tar-rata ta’ proviżjonament tal-inqas kull tliet snin.

2.L-istabbiliment ta’ rata ta’ proviżjonament għandha tkun iggwidata minn valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mill-Kummissjoni tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn garanzija baġitarja jew minn assistenza finanzjarja lil pajjiż terz skont il-prinċipju ta’ prudenza, li bih l-assi u l-profitti ma għandhomx ikunu sopravalutati u l-obbligazzjonijiet u t-telf ma għandhomx jiġu sottovalutati.

3.Għall-istrumenti finanzajrji għandha ssir dispożizzjoni, fejn xieraq, sabiex twieġeb għal pagamenti futuri relatati ma’ impenn baġitarji ta’ dak l-istrument finanzjarju.

4.Ir-riżorsi li ġejjin għandhom jikkontribwixxu għall-proviżjonament:

(a)kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)redditi fuq ir-riżorsi investiti;

(c)ammonti rkupratu minn debituri f’kontumaċja skont il-proċedura ta’ rkupru stabbilita fil-garanzija jew fil-ftehim tas-self;

(d)id-dħul u kwalunkwe pagament ieħor riċevut mill-Unjoni skont il-garanzija jew skont il-ftehim tas-self;

(e)fejn applikabbli, kontribuzzjonijiet fi flus mill-Istati Membri u minn partijiet terzi skont l-Artikolu 201(2).

5.Id-dispożizzjonijiet għandhom jintużaw għall-pagament ta’:

(a)sejħiet fuq il-garanzija baġitarja;

(b)obbligi ta’ pagament relatati ma’ impenn baġitarju għal strument finanzjarju;

(c)obbligi finanzjarji li jirriżultaw mit-teħid b’self ta’ fondi skont l-Artikolu 213(1);

(d)fejn applikabbli, spejjeż oħrajn assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi.

6.Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ma għandhomx jaqbżu l-ammont indikat fil-punt (a) tal-Artikolu 211(1).

7.Meta l-provvedimenti għal garanzija baġitarja jaqbżu l-ammont ta’ proviżjonament imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jintużaw ir-riżorsi msemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 3 relatati ma’ dik il-garanzija, fi ħdan il-limiti tal-perjodu eliġibbli stipulat fl-att bażiku u bla ħsara għall-Artikolu 206(3), sabiex il-garanzija baġitarja terġa’ tiġi restawrata għall-ammont inizjali tagħha.

8.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih u tista’ tipproponi miżuri ta’ rikostituzzjoni adegwati jew żieda tar-rata ta’ proviżjonament meta:

(a)minħabba sejħiet fuq garanzija baġitarja, il-livell ta’ provvedimenti għal dik il-garanzija baġitarja jaqa’ taħt it-30 % tar-rata ta’ proviżjonament ipprovduta fil-paragrafu 1, jew jista’ jaqa’ taħt dik ir-rata fi żmien sena skont il-valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni;

(b)pajjiż li jibbenefika mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jonqos milli jħallas mal-maturità.

Artikolu 205
Fond ta’ proviżjonament komuni

1.Il-provvedimenti magħmulin sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, minn garanziji baġitarji jew minn assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f’fond ta’ proviżjonament komuni implimentat b’mod dirett mill-Kummissjoni.

2.Il-profitti jew it-telf globali mill-investiment tar-riżorsi għandhom ikunu allokati b’mod proporzjonat fost l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja rispettivi.

Il-Kummissjoni għandha żżomm ammont minimu ta’ riżorsi tal-fond fi flus jew ekwivalenti ta’ flus skont ir-regoli prudenzjali u l-previżjonijiet għall-pagamenti pprovduti mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji jew tal-assistenza finanzjarja.

Il-Kummissjoni tista’ tidħol fi ftehimiet ta’ riakkwist, bl-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni bħala kollateral, sabiex tagħmel pagamenti mill-fond meta din il-proċedura tkun mistennija b’mod raġonevoli tkun ta’ benefiċċju akbar għall-baġit tal-Unjoni mid-divestiment tal-assi fi ħdan il-perjodu ta’ żmien tal-pagament mitlub. Id-durata jew il-perjodu ta’ riport ta’ ftehimiet ta’ riakkwist relatati ma’ pagament għandhom ikunu limitati għall-minimu neċessarju sabiex jiġi mminimizzat it-telf għall-baġit.

3.Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76 u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 83, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu applikati għall-operazzjonijiet ta’ dħul u ta’ nefqa u l-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-fond ta’ proviżjonament komuni.

Artikolu 206
Rata ta’ proviżjonament effettiva

1.Il-proviżjonament ta’ garanziji baġitarji u ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi fil-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jkun ibbażat fuq rata ta’ proviżjonament effettiva. Din ir-rata tipprovdi livell ta’ protezzjoni kontra l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal-livell li jkun ipprovdut mir-rati ta’ proviżjonament rispettivi li kieku r-riżorsi jinżammu u jiġu ġestiti b’mod separat.

Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, ir-rati ta’ proviżjonament rispettivi għandhom jiġu aġġustati b’mod proporzjonat skont ir-rata ta’ proviżjonament effettiva.

2.Ir-rata ta’ proviżjonament effettiva għandha tiġi kkalkolata mill-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fejn applikabbli, il-fażi inizjali ta’ kostituzzjoni ta’ provvediment skont l-Artikolu 204(1). Għandha tkun ir-referenza għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 204(4).

3.Skont il-kalkolu tar-rata ta’ proviżjonament effettiva annwali konformi mal-punt (h) tal-Artikolu 39(5), għandhom isiru t-trasferimenti li ġejjin fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali:

(a)kwalunkwe eċċess ta’ provvedimenti għal garanzija baġitarja jew għal assistenza finanzjarja lil pajjiż terz għandu jiġi ttrasferit lil garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja oħra lil pajjiżi terzi b’nuqqas ta’ provvedimenti;

(b)kwalunkwe eċċess fil-bilanċ ġenerali tal-fond għandu jiġi ttrasferit lill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(c)kwalunkwe rikostituzzjoni tal-fond għandha ssir f’segmenti annwali matul perjodu massimu ta’ tliet snin, bla ħsara għall-Artikolu 204(7).

4.Wara li tikkonsulta lill-uffiċjal tal-kontabilità, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-linji gwida applikabbli għall-istabbiliment tar-rata ta’ proviżjonament effettiva u għall-immaniġġjar ta’ assi skont ir-regoli prudenzjali applikabbli u esklużi operazzjonijiet derivattivi għal finijiet spekulattivi.

Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-linji gwida.

Artikolu 207
Rapportar annwali

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b’mod annwali dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza fiannzajrja, l-obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta’ proviżjonament komuni skont l-Artikolu 242.

KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet speċifiċi

Taqsima 1
Strumenti finanzjarji

Artikolu 208
Regoli u implimentazzjoni

1.Minkejja l-Artikolu 201(1), l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti, f’każijiet debitament iġġustifikati, mingħajr ma jkunu awtorizzati permezz ta’ att bażiku, basta tali strumenti jkunu inklużi fil-baġit skont il-punt (e) tal-Artikolu 50(1).

2.Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu kombinati fi ħdan ftehim wieħed b’appoġġ komplimentari mill-baġit tal-Unjoni, inklużi għotjiet, dan it-Titolu għandu japplika għall-miżura sħiħa. Ir-rapportar għandu jitwettaq skont l-Artikolu 242.

Meta strument finanzjarju huwa stabbilit għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’kontribuzzjoni minn garanzija baġitarja tal-Unjoni, dan it-Titolu għandu japplika bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 201(1). Għandu jiġi implimentat skont l-Artikolu 61(1)(c).

3.Il-Kummissjoni tiżgura ġestjoni armonizzata tal-istrumenti finanzjarji b'mod partikolari fil-qasam tal-kontabiltià, tar-rapportar, tal-monitoraġġ u tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.

4.Meta l-Unjoni tieħu sehem fi strument finanzjarju bħala azzjonist ta’ minoranza, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità ma’ dan it-Titolu skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, fuq il-bażi tad-daqs u tal-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mal-Artikolu 124.

5.Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li strument finanzjarju jkun għadu ma laħaqx l-objettivi tiegħu b’mod effikaċi, dawn jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att bażiku rivedut bl-iskop li jiġi stralċat l-istrument. Fil-każ ta’ stralċ tal-istrument finanzajrju, kwalunkwe ammont ġdid imħallas lura lill-istrument skont l-Artikolu 202(2) għandu jitqies bħala dħul ġenerali u jiġi rkuprat għall-baġit.

6.L-iskop tal-istrumenti finanzjarji jew ta’ raggruppament ta’ strumenti finanzjarji fuq livell ta’ faċilità u, fejn ikun applikabbli, il-forma ġuridika speċifika u l-post tar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

7.L-entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji jistgħu jiftħu kontijiet fiduċjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 82(3) f’isem l-Unjoni. Dawk l-entitajiet għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet korrispondenti lis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni. Pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji għandhom isiru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tat-talbiet għall-ħlas li jkunu debitament issostanzjati bi tbassir tal-iżborż, billi jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kontijiet fiduċjarji u l-ħtieġa li jkunu evitati bilanċi eċċessivi fuq tali kontijiet.

Artikolu 209
Strumenti finanzjarji implimentati b’mod dirett mill-Kummissjoni

1.L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu implimentati direttament skont l-Artikolu 61(1)(a) permezz ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)strument ta’ investiment iddedikat li fih il-Kummissjoni tieħu sehem flimkien ma’ investituri pubbliċi jew privati oħrajn bil-għan li żżid l-effett ta’ ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(b)self, garanziji, parteċipazzjonijiet fl-ekwità u strumenti oħrajn għall-kondiviżjoni tar-riskju minbarra investimenti fi strumenti ta’ investiment iddedikati, ipprovduti direttament lir-riċevituri finali jew permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.

2.Strumenti ta’ investiment iddedikati skont il-punt (a) għandhom ikunu stabbiliti skont il-liġijiet ta’ Stat Membru. Fil-qasam tal-azzjoni esterna, jistgħu jkunu stabbiliti wkoll skont il-liġijiet ta’ pajjiż li mhuwiex Stat Membru. Il-maniġers ta’ dawn l-istrumenti għandhom ikunu obbligati bil-liġi jew b’kuntratt sabiex jaġixxu bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali u in bona fide.

3.Il-maniġers tal-istrumenti ta’ investiment iddedikati msemmija fil-paragrafu 2 u l-intermedjarji finanzjarji jew ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati n-natura tal-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat, l-esperjenza u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-entitajiet ikkonċernati, u l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti tar-riċevituri finali. L-għażla għandha tkun trasparenti, iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta’ interessi.

Artikolu 210
Trattament ta’ kontribuzzjonijiet b’implimentazzjoni kondiviża

1.Għandhom jinżammu rekords separati għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima minn fondi b’implimentazzjoni kondiviża.

2.Il-kontribuzzjonijiet minn fondi implimentati b’implimentazzjoni kondiviża għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u jintużaw skont l-għanijiet tal-fondi rispettivi għall-azzjonijiet u għar-riċevituri finali b’mod konsistenti mal-programm jew mal-programmi li minnhom isiru l-kontribuzzjonijiet.

3.Rigward il-kontribuzzjonijiet minn fondi b’implimentazzjoni kondiviża għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli speċifiċi għas-settur. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, l-Awtoritajiet Maniġerjali jistgħu jiddependu fuq evalwazzjoni ex ante eżistenti, imwettqa skont il-punt (h) tal-Artikolu 202(1), qabel ma jikkontribwixxu għal strument finanzjarju eżistenti.

Taqsima 2
Garanziji baġitarji

Artikolu 211
Regoli għall-garanziji baġitarji

1.L-att bażiku għandu jiddefinixxi:

(a)l-ammont tal-garanzija baġitarja li qatt ma għandu jinqabeż, bla ħsara għall-Artikolu 201(2);

(b)it-tipi ta’ operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

2.Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-garanziji baġitarji skont l-Artikolu 201(2) jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ garanziji jew flus.

Ammont ta' finanzjament li jaqbeż l-ammont indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jingħata f’isem l-Unjoni. Il-pagamenti għat-talbiet għal ħlas ta’ garanzija għandhom isiru, fejn ikun hemm bżonn, mill-Istati Membri jew mill-partijiet terzi li jikkontribwixxu fuq bażi pari passu. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim mal-kontributuri li, b’mod partikolari, għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-pagament.

Artikolu 212
Implimentazzjoni tal-garanziji baġitarji

1.Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu irrevokabbli, inkondizzjonati u fuq talba għat-tipi ta’ operazzjonijiet koperti.

2.Il-garanziji baġitarji għandhom ikunu implimentati skont l-Artikolu 61(1)(c) jew, f’każijiet eċċezzjonali, skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1).

3.Garanzija baġitarja tista’ tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 202(1).

4.Il-kontropartijiet għandhom jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess għall-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

5.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija mal-kontroparti. L-għoti tal-garanzija baġitarja huwa soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ għotja.

6.Ta’ kull sena l-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni:

(a)bil-valutazzjoni tar-riskju u b’informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni rigward l-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja kif ukoll l-inadempjenzi mistennijin;

(b)bl-obbligu finanzjarju pendenti li jirriżulta għall-Unjoni mill-garanzija baġitarja, disaggregat skont l-operazzjonijiet individwali, imkejjel f’konformità mar-regoli kontabilistiċi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 79 jew f’konformità mal-istandards aċċettati f’livell internazzjonali għas-settur pubbliku;

(c)il-profitti jew it-telf totali li jirriżultaw mill-operazzjonijiet koperti mill-garanzija baġitarja.

Taqsima 3
Assistenza finanzjarja

Artikolu 213
Regoli u implimentazzjoni

1.L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tieħu l-forma ta’ selfa jew ta’ linja ta’ kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tieħu b’self il-fondi neċessarji f’isem l-Unjoni fis-swieq kapitali jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji.

2.It-teħid u l-għoti b’self ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni ta’ maturitajiet, jew jesponuha għal xi riskju tal-imgħax jew għal xi riskju kummerċjali ieħor.

3.L-assistenza finanzjarja għandha tingħata f’euro, ħlief f’każijiet b’ġustifikazzjoni xierqa.

4.L-assistenza finanzjarja għandha tiġi implimentata b’mod dirett mill-Kummissjoni.

5.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-pajjiż benefiċjarju li għandu jkun fih dispożizzjonijiet:

(a)li jiżguraw li l-pajjiż benefiċjarju jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost, jieħu miżuri xierqa biex jipprevjeni irregolaritajiet u frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħu azzjoni legali sabiex jirkupra kwalunkwe fond ipprovdut bl-assistenza finanzjarja tal-Unjoni li jkun miżapproprjat;

(b)li jiżguraw il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(c)li jawtorizzaw b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri, li jeżerċitaw drittijiethom kif previst mill-Artikolu 124;

(d)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ripagament bikri tas-self meta jkun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, il-pajjiż benefiċjajru jkun ħa sehem f'xi att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew f'xi attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(e)li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrbin mill-Unjoni relatati ma’ assistenza finanzjarja għandhom jiġarrbu mill-pajjiż benefiċjarju.

6.Meta possibbli, il-Kummissjoni għandha tirrilaxxa s-self fi ħlasijiet parzjali soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet marbutin mal-assistenza finanzjarja. Meta dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi b’mod temporanju jew tħassar l-iżborż tal-assistenza finanzjarja.

7.Il-fondi miġburin iżda li jkunu għadhom mhux imqassmin ma jistgħux jintużaw għal xi għan ieħor apparti milli biex jipprovdu assistenza finanzjarja lill-pajjiż benefiċjajru korrispondenti. Skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 83, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jistabbilixxi proċeduri għall-kustodja tal-fondi.

TITOLU XI
KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ

Artikolu 214
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partiti politiċi Ewropej għandha tfisser l-entitajiet irreġistrati bħala tali skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 .

2.Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit jistgħu jingħataw lil partiti politiċi Ewropej fil-kuntest tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Artikolu 215
Prinċipji

1.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss għar-rimborż tal-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-kostijiet operatorji tal-partiti politiċi Ewropej li jkunu marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti, kif speċifikat fl-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament.

2.Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw għar-rimborż tan-nefqa relatata mal-kuntratti konklużi mill-partiti politiċi Ewropej, kemm-il darba ma kienx hemm l-ebda kunflitt ta’ interessi meta jkunu ngħataw.

3.Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi membru individwali jew membru tal-persunal ta’ partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw sabiex direttament jew indirettament jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari ta’ partiti politiċi nazzjonali jew ta’ fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, ta’ donazzjonijiet, ta’ self jew ta’ kwalunkwe ftehim simili ieħor. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw għal xi wieħed mill-iskopijiet esklużi mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

4.Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs, skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

5.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw mill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali u għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

6.Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu direttament jew indirettament finanzjament ieħor mill-baġit. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti. L-istess nefqa qatt ma tista’ tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.

7.Jekk partit politiku Ewropew skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ikollu bilanċ favorevoli fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li fiha jkun irċieva għotja operattiva, il-parti minn dak il-bilanċ favorevoli sa 25 % tad-dħul totali għal dik is-sena tista’ tiġi riportata għas-sena ta’ wara diment li din tintuża qabel tmiem l-ewwel kwart ta’ dik is-sena ta’ wara.

Artikolu 216
Aspetti baġitarji

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mit-taqsima tal-baġit tal-Parlament Ewropew. L-approprjazzjonijiet imwarrba għall-korpi jew għall-esperti tal-awditjar esterni indipendenti msemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 għandhom jiġu ddebitati direttament lill-baġit tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 217
Sejħa għal kontribuzzjonijiet

1.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jingħataw permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet ippubblikata ta’ kull sena, tal-inqas fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.

2.Partit politiku Ewropew jista’ jingħata biss kontribuzzjoni waħda fis-sena.

3.Partit politiku Ewropew jista’ jirċievi kontribuzzjoni biss jekk japplika għal finanzjament skont il-patti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

4.Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-applikant jista’ jirċievi kontribuzzjoni skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni.

5.Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tiddetermina, tal-anqas, in-natura tan-nefqa li tista’ tiġi rimborżata mill-kontribuzzjoni.

6.Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tirrikjedi baġit stmat.

Artikolu 218
Proċedura ta’ għoti

1.L-applikazzjonijiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati fiż-żmien dovut bil-miktub, inkluż, fejn xieraq, f’format elettroniku sigur.

2.Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jingħataw lil applikanti li, fil-waqt tal-proċedura ta’ għoti, ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 132(1) u 137, kif ukoll dawk li huma rreġistrati bħala esklużi fil-bażi ta' dejta ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138.

3.L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.

4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jkun assistit minn kumitat fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jispeċifika r-regoli dwar il-kompożizzjoni, il-ħatra u l-funzjonament ta’ kumitat bħal dan, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

5.L-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għoti stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

6.Id-deċiżjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli dwar l-applikazzjonijiet għandha tiddikjara tal-anqas:

(a)is-suġġett u l-ammont kumplessiv tal-kontribuzzjonijiet;

(b)l-isem tal-applikanti magħżulin u l-ammonti aċċettati għal kull wieħed minnhom;

(c)l-ismijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni miċħuda u r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

7.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet tagħhom. Jekk l-applikazzjoni għall-finanzjament tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx la parzjalment u lanqas kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għoti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 217(4). Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikant dwar il-mezzi disponibbli għal rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju kif previst mill-Artikolu 129(2) ta’ dan ir-Regolament.

8.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

Artikolu 219
Forma ta’ kontribuzzjonijiet

1.Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż rimborżabbli li jkunu realment iġġarrbu;

(b)rimborż abbażi tal-kostijiet unitarji;

(c)somom f’daqqa;

(d)finanzjament b’rata fissa;

(e)finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta’ wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

i) l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet ex ante;

ii) il-kisba tar-riżultati mkejla b’referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni.

(f) taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (e).

2.Tista’ tiġi rimborżata biss in-nefqa li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sejħiet għal kontribuzzjonijiet u li ma tkunx iġġarrbet qabel id-data meta titressaq l-applikazzjoni.

3.Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 218(8) għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ somom f’daqqa, ta’ finanzjament b’rata fissa, ta’ kostijiet unitarji, jew ta’ finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet li ġew irrispettat.

4.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu kompletament permezz ta’ ħlas fil-forma ta’ prefinanzjament wieħed, ħlief jekk, f’każijiet iġġustifikati kif dovut, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 220
Garanziji

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jekk iqis li dan ikun xieraq u proporzjonat, abbażi ta’ kull każ individwalment u b’mod soġġett għal analiżi tar-riskji, jirrikjedi li l-partit politiku Ewropew jiddepożita garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji marbuta mal-pagament tal-prefinanzjament biss meta, fid-dawl tal-analiżi tar-riskji tiegħu, il-partit politiku Ewropew ikun f’riskju imminenti li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 132(1) ta’ dan ir-Regolament, jew meta deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (“l-Awtorità”) tkun ġiet ikkomunikata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 10(4) ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 148 għandu japplika mutatis mutandis għal garanziji li jistgħu jkunu meħtieġa fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għal pagamenti ta’ prefinanzjament li jsiru lil partiti politiċi Ewropej.

Artikolu 221
Użu tal-kontribuzzjonijiet

1.Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu bi qbil mal-Artikolu 215.

2.Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta minn dik il-kontribuzzjoni (sena n) għandha tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+1. Kwalunkwe parti li jifdal tal-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet sa dak il-limitu ta’ żmien għandha tiġi irkuprata skont il-Kapitolu 6 tat-Titolu IV.

3.Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrispettaw ir-rata ta’ kofinanzjament massima stabbilita fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma jistgħux jintużaw għall-finanzjament tal-parti li l-partiti politiċi Ewropej iridu jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu li huma parti mir-riżorsi proprji ta’ partit politiku Ewropew.

4.Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jużaw il-parti tal-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja koperta mill-kontribuzzjoni, qabel ma jużaw il-kontribuzzjonijiet mogħtija wara dik is-sena.

5.Kull imgħax iġġenerat mill-pagamenti ta’ prefinanzjament, għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mill-kontribuzzjoni.

Artikolu 222
Rapport dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet

1.Il-partit politiku Ewropew għandu, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jippreżenta r-rapport annwali tiegħu dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu għall-approvazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

2.Ir-rapport ta’ attività annwali msemmi fl-Artikolu 73(9) ta’ dan ir-Regolament għandu jkun abbozzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli abbażi tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jistgħu jintużaw dokumenti ta’ sostenn oħrajn għall-finijiet tal-abbozzar ta’ dak ir-rapport.

Artikolu 223
Ammont tal-kontribuzzjoni

1.L-ammont tal-kontribuzzjoni ma għandux isir finali sakemm tingħata l-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali imsemmija fl-Artikolu 222(1) mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. L-approvazzjoni tar-rapport annwali u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom ikunu bla ħsara għall-verifiki sussegwenti mill-Awtorità.

2.Kwalunkwe ammont mill-prefinanzjament li ma jkunx intefaq ma għandux isir finali sakemm ma jkunx intuża mill-partit politiku Ewropew biex iħallas in-nefqa rimborżabbli li tissodisfa l-kriterji ddefiniti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

3.Meta l-partit politiku Ewropew jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu sospiżi, jitnaqqsu jew jiġu mitmuma wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jivverifika, qabel joħroġ pagament, li l-partit politiku Ewropew ikun għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u li ma kienx is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament bejn id-data tal-applikazzjoni tiegħu u tmiem is-sena finanzjarja koperta mill-kontribuzzjoni.

5.Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew kien is-suġġett ta’ waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti mħallsa indebitament skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 218(8), b’mod proporzjonat għall-gravità tal-iżbalji, tal-irregolaritajiet, tal-frodi jew ta’ ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku Ewropew ikun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 224
Kontroll u penali

1.Kull ftehim imsemmi fl-Artikolu 215(8) għandu jipprovdi b’mod espliċitu sabiex il-Parlament Ewropew jeżerċita s-setgħat tiegħu ta’ kontroll fuq id-dokumenti u fuq il-bini, kif ukoll għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi u s-setgħat rispettivi tagħhom, imsemmijin fl-Artikolu 124, fuq il-partiti politiċi Ewropej kollha li jkunu rċivew finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom.

2.Penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, b’konformità mal-Artikoli 132 u 133 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

3.Il-penali msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu imposti wkoll fuq il-partiti politiċi Ewropej li, fil-mument meta jippreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni jew wara li jkunu rċevew il-kontribuzzjoni, ikunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz meta taw l-informazzjoni mitluba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew naqsu milli jagħtu tali informazzjoni.

Artikolu 225
Żamma ta’ rekords

1.Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu r-rekords u d-dokumenti ta’ sostenn kollha relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara l-aħħar pagament relatat mal-kontribuzzjoni.

2.Rekords relatati ma’ awditi, ma’ appelli, ma’ litigazzjoni, mas-soluzzjoni ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-kontribuzzjoni jew ma’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jekk innotifikati lir-riċevitur għandhom jinżammu sakemm jitlestew it-tali awditi, appelli, litigazzjoni, soluzzjoni ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet.

Artikolu 226
Għażla tal-korpi tal-awditjar jew tal-esperti esterni

Il-korpi tal-awditjar jew l-esperti esterni indipendenti msemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku. It-tul tal-kuntratt tagħhom ma għandux ikun ta’ aktar minn ħames snin. Wara li l-kuntratt ikun iġġedded darbtejn wara xulxin, għandu jitqies li dawn għandhom interessi f’kunflitt li jistgħu jolqtu negattivament it-twettiq tal-awditu.



Titolu XII
Strumenti oħrajn għall-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 227
Fondi Fiduċjarji

1.Għall-azzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ wara l-emerġenzi jew tematiċi, il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tista' toħloq fondi fiduċjarji skont ftehim konkluż ma’ donaturi oħra. L-att kostituttiv ta’ kull fond fiduċjarju għandu jiddefinixxi l-għanijiet tal-fond fiduċjarju. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-fond fiduċjarju għandha tinkludi deskrizzjoni tal-objettivi tal-fond, il-ġustifikazzjoni għall-ħolqien tiegħu skont il-paragrafu 3, indikazzjoni tad-durata tiegħu u l-ftehimiet preliminari ma’ donaturi oħrajn.

2.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ deċiżjonijiet tagħha dwar l-istabbiliment, l-estensjoni u l-likwidazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-UE lill-kumitat kompetenti fejn stipulat fl-att bażiku li skont it-termini tiegħu tingħata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

3.Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)hemm valur miżjud għall-intervent tal-Unjoni: il-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu u jiġu implimentati biss fil-livell tal-Unjoni fejn l-objettivi tagħhom, partikolarment minħabba l-iskala jew l-effetti potenzjali tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli f'dak nazzjonali;

(b)il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom iġibu viżibilità politika ċara għall-Unjoni u vantaġġi manaġerjali kif ukoll kontroll aħjar mill-Unjoni tar-riskji u tal-iżborżi tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet tad-donaturi l-oħrajn. Ma għandhomx jinħolqu jekk ikunu sempliċi duplikati ta’ kanali oħrajn diġà eżistenti ta’ finanzjament jew strumenti simili mingħajr ma jipprovdu addizzjonalità.

4.Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni sabiex jiżgura r-rappreżentanza tad-donaturi, u tal-Istati Membri mhux kontributuri bħala osservaturi u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi. Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju adottat mill-Kummissjoni u d-donaturi jridu jirrispettawhom. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżit li jkollhom il-vot pożittiv tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-fondi.

5.Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jinħolqu għal durata limitata ddeterminata fl-att kostituttiv tagħhom. Din id-durata tista' jiġi mtawla b'deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat.

Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni ma tissoktax bl-approprijazzjonijiet għal dak il-fond fiduċjarju jew li tirrevedi l-att kostituttiv għall-fini ta’ likwidazzjoni tal-fond fiduċjarju, fejn dan ikun xieraq. F'tali każ, kull fond rimanenti jiġi ritornat fuq bażi pro rata lill-baġit bħala dħul ġenerali u lill-Istati Membri kontribwenti u donaturi oħrajn.

Artikolu 228
Implimentazzjoni tal-fondi fiduċjarji

1.Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu implementati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarju tajba, tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs u skont l-objettivi speċifiċi kif definiti f’kull att kostituttiv.

2.Azzjonijiet iffinanzjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati b’mod dirett mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1) u b’implimentazzjoni diretta mal-entitajiet skont il-punti (i), (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 61(1)(c).

3.Il-fondi għandhom jiġu impenjati u jitħallsu minn atturi finanzajrji tal-Kummissjoni, kif iddefiniti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV. L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. Dan għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-proċeduri kontabilistiċi u l-pjan tal-kontijiet komuni għall-fondi fiduċjarji kollha tal-Unjoni. L-awditur intern tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-QEA għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat fuq il-fond fiduċjarju kif jagħmlu fir-rigward tal-azzjonijiet l-oħrajn imwettqin mill-Kummissjoni.

4.Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u tad-donaturi ma għandhomx ikunu integrati fil-baġit u għandhom jiddaħħlu f'kont tal-bank speċifiku. Il-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju għandu jinfetaħ u jingħalaq mill-uffiċjal tal-kontabilità. It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru fil-kont tal-bank imsemmija fit-tielet paragrafu jiddaħħlu fil-kontijiet tal-fond fiduċjarju matul is-sena.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu ttrasferiti f’dan il-kont fuq il-bażi tat-talbiet għall-ħlas li jkunu debitament issostanzjati bi tbassir tal-iżborż, filwaqt li jitqiesu l-bilanċi disponibbli fil-kont u l-ħtieġa riżultanti għal pagamenti addizzjonali. It-tbassir tan-nefqa jrid jiġi pprovdut fuq bażi annwali jew, fejn ikun xieraq, semiannwali.

Il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn jiġu kkunsidrati meta jissarrfu f’kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju u għall-ammont f’euro li jirriżulta mill-konverżjoni fir-riċevuta tagħhom fil-kont bankarju speċifiku. L-imgħaxijiet akkumulati fil-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju għandhom jiġu investiti fil-fond fiduċjarju ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju.

5.Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tuża massimu ta’ 5 % tal-ammonti miġbura fil-fond fiduċjarju sabiex tkopri l-kostijiet tagħha rigward il-ġestjoni mis-snin li fihom bdew jintużaw il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4. Matul il-ħajja tal-fond fiduċjarju, tali miżati tal-ġestjoni għandhom ikunu assimilati għad-dħul assenjat skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 21(2).

Ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju jrid jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

Il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena.

Artikolu 229
Użu tal-Appoġġ Baġitarju

1.Meta dan jiġi stipulat fl-atti bażiċi relevanti, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali lil pajjiż terz meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż terz tkun trasparenti, kredibbli u effettiva biżżejjed;

(b)il-pajjiż terz ikun implimenta politiki settorjali u nazzjonali kredibbli u relevanti biżżejjed;

(c)fejn il-pajjiż terz ikun implimenta politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabbiltà;

(d)il-pajjiż terz ikun implimenta aċċess suffiċjenti u puntwali għal informazzjoni baġitarja komprensiva u solida.

2.Il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, inkluż it-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, ċerti pagamenti jistgħu jkunu kundizzjonali wkoll għall-kisba ta’ tragwardi, imkejlin b’indikaturi tal-prestazzjoni oġġettivi, li jirriflettu riżultati u progress fir-riformi tul iż-żmien fis-settur speċifiku.

3.Il-ftehimiet ta’ finanzjament korrispondenti konklużi mal-parti terza għandu jkun fihom:

(a)obbligu għall-pajjiż terz sabiex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni kredibbli u f’waqtha li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kemm ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2;

(b)dispożizzjonijiet xierqa li b'konfromità magħhom il-pajjiż terz irid jieħu l-impenn li jirrimborża immedjatament l-ammont totali jew parzjali tal-finanzjament rilevanti tal-operazzjoni, f’każ li jiġi stabbilit li l-pagament tal-fondi rilevanti tal-Unjoni ikun involva irregolaritajiet serji attribtwibbli lil dak il-pajjiż.

Sabiex jiġi pproċessat ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jista’ jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 99(1).

4.Il-Kummissjoni għandha tappoġġa f'pajjiżi terzi l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari u tal-kapaċitajiet tal-awditjar u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

Artikolu 230
Esperti esterni bi ħlas

1.Għal valuri anqas mil-limti stabbiliti fl-Artikolu 169(1), esperti esterni bi ħlas, talli jassistu lill-isituzzjonijiet fl-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet, ta’ proġetti u ta’ offerti, u talli jipprovdu opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi, jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

2.Tali esperti għandhom jiġu remunerati fuq il-bażi ta’ ammont fiss imħabbar minn qabel u għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità professjonali tagħhom. L-għażla għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament indaqs u tal-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.

3.Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-istituzzjoni kkonċernata.

Is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess trid tinkludi deskrizzjoni tal-kompiti, tad-durata tagħhom u tal-kundizzjonijiet fissi ta’ rimunerazzjoni.

Wara s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għandha titfassal lista ta’ esperti. Din ma għandhiex tkun valida għal aktar minn ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha jew għad-durata ta’ programm pluriennali relatat mal-kompiti.

4.Kwalunkwe persuna fiżika interessata tista' tissottometti applikazzjoni f'kull waqt matul il-perjodu ta' validità tas-sejħa għal espressjonijiet ta' interess, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

5.Esperti mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku għandhom jinaħtru b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill meta jadottaw programm qafas għar-riċerka jew b’konformità mar-regoli korrispondenti għall-parteċipazzjoni. Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V, dawn l-esperti għandhom jiġu ttrattati bħala riċevituri skont it-tifsira tal-Artikolu 2.

Artikolu 231
Esperti mhux bi ħlas

L-istituzzjonijiet jistgħu jirrimborżaw spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza mġarrbin minn persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mingħandhom, jew meta xieraq, l-istituzzjonijiet għandhom iħallsu kwalunkwe indennizz ieħor lit-tali persuni.

Artikolu 232
Miżati tas-sħubija u pagamenti oħrajn ta’ abbonamenti

L-Unjoni tista’ tħallas kontribuzzjonijiet bħala abbonamenti lil korpi li hija membru jew osservatur tagħhom.

Artikolu 233
Strumenti oħrajn

Jistgħu jintużaw strumenti oħrajn sabiex iħallsu għal:

(a)nefqa fuq il-membri u l-persunal tal-istituzzjonijiet, inklużi kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjonijiet ta’ membri attwali u preċedenti tal-Parlament Ewropew, u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej;

(b)nefqa relatata mas-swieq tas-sajd imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni;

(c)għajnuna bħala assistenza makrofinanzjarja.

TITOLU XIII
KONTIJIET ANNWALI U RAPPORTAR FINANZJARJU IEĦOR
 

KAPITOLU 1
Kontijiet annwali

Taqsima 1: Qafas kontabilistiku

Artikolu 234
Struttura tal-kontijiet

Il-kontijiet annwali għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom ikunu jinkludu:

(a)id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li jippreżentaw informazzjoni finanzjarja skont ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79;

(b)il-kontijiet baġitarji li jippreżentaw l-informazzjoni li hemm fil-kontijiet baġitarji tal-istituzzjonijiet;

(c)il-kontijiet annwali konsolidati li jippreżentaw, skont ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79 u b’mod partikolari skont il-prinċipju tal-materjalità, il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finaznjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u fil-kontijiet baġitarji tal-korpi msemmijin fl-Artikolu 69 u ta’ korpi oħrajn li jissodisfaw il-kriterji ta’ konsolidazzjoni kontabilistika.

Artikolu 235
Dikjarazzjonijiet finanzjarji

1.Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f’miljuni ta’ euro u, skont ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79, għandhom jinkludu:

(a)il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel;

(b)id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena ta’ qabel;

(c)ir-rapport tal-flussi tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena u l-pożizzjoni finali tal-likwidità;

(d)id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati.

2.In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha stipulata mir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79.

3.Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta’ dik is-sena, ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta ta’ dawk il-kontijiet. Tali aġġustamenti jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 79.

Taqsima 2
Kontijiet baġitarji

Artikolu 236
Kontijiet baġitarji

Il-kontijiet baġitarji għandhom ikunu ppreżentati f'miljuni ta’ euro. Għandhom jinkludu:

(a)rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f’termini ta’ dħul u ta’ nefqa;

(b)ir-riżultat tal-baġit, li huwa kkalkolat fuq il-bażi stabbilita mir-Regolament rilevanti fis-seħħ dwar ir-Riżorsi Proprji;

(c)noti ta’ spjegazzjoni, li jissupplimentaw u jikkummentaw fuq l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti.

Taqsima 3
Skeda ta’ żmien tal-kontijiet annwali

Artikolu 237
Kontijiet proviżorji

1.L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu l-kontijiet proviżorji tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

2.L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu wkoll sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

3.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawk il-kontijiet proviżorji mal-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat, b’mezzi elettroniċi, lill-Qorti tal-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u il-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.

Artikolu 238
Approvazzjoni tal-kontijiet finali

1.Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal- 1 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet li mhumiex il-Kummissjoni u ta’ kull korp imsemmi fl-Artikolu 234, u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni.

2.L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu, sal-15 ta’ Ġunju, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 234, għandhom jibagħtu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju.

3.L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmijin fl-Artikolu 234 għandu wkoll jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, b'kopja lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, fl-istess data tat-trażmissjoni tal-kontijiet finali tiegħu, ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri dawk il-kontijiet finali.

Il-kontijiet finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu mħejjin skont dan it-Titolu u skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi applikabbli stipulati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

4.L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jfassal il-kontijiet ikkonsolidati finali fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet ħlief il-Kummissjoni u mill-korpi msemmija fl-Artikolu 234. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota mfassla mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu ppreparati skont dan it-Titolu u skont il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi kontabilistiċi stipulati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

5.Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom, b’mezzi elettroniċi, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Lulju.

Sal-istess data, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat ittra ta’ rappreżentazzjoni li tkopri l-kontijiet konsolidati finali lill-Qorti tal-Awdituri.

6.Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom sal-15 ta’ Novembru.

KAPITOLU 2
Rapportar finanzjarju u akkontabilistiku integrat

Artikolu 239
Rapportar finanzjarju u akkontabilistiku integrat

1.Sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u akkontabilistiċi li jinkludi:

a)il-kontijiet annwali konoslidati kif imsemmijin fl-Artikolu 238;

b)ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni li jipprovdi għal:

i)sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena ta’ qabel flimkien mar-rapporti annwali tal-attività ta’ kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega kif imsemmi fl-Artikolu 73(9);

ii)evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksubin, kif imsemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE.

c)ir-rapport dwar l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE, li għandhom jippreżentaw l-impatt finanzjarju tal-azzjonijiet meħudin għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE kontra nefqa li tikser il-liġi;

d)ir-rapport dwar il-ħarsien tal-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea (ġlieda kontra l-frodi) kif imsemmi fl-Artikolu 325 tat-TFUE stabbilita f’kooperazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħudin bħala ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

e)ir-rapport dwar l-awditi interni kif imsemmijin fl-Artikolu 116(7);

f)ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza kif imsemmijin fl-Artikolu 253(3).

2.Is-sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u dwar l-akkontabilità msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

KAPITOLU 3
Rapportar baġitarju u finanzjarju ieħor
 

Artikolu 240
Rapportar ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni baġitarja

Minbarra d-dikjarazzjonijiet u r-rapporti annwali msemmijin fl-Artikoli 235 u 236, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat darba kull xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ċifri fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, kemm għad-dħul kif ukoll għan-nefqa, li jkopru l-approprjazzjonijiet kollha disponibbli.

Dawn iċ-ċifri għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol ta’ wara t-tmiem ta’ kull x-xahar fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Artikolu 241
Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.Kull istituzzjoni u korp imsemmi fl-Artikolu 234 għandhom iħejju rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja.

Huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu ta’ wara s-sena finanzjarja.

2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost id-diversi partiti tal-baġit.

Artikolu 242
Rapport annwali dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja, obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta’ proviżjonament komuni skont il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 39 u skont il-punt (d) tal-Artikolu 50(1). Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fl-istess ħin.

Artikolu 243
Rapport tal-istatus fuq kwistjonijiet kontabilistiċi

Sal-15 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-uffiċjal tal-kontabilità jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih tagħrif dwar ir-riskji kurrenti nnotati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet kontabilistiċi ġodda li jkunu feġġew, il-progress fi kwistjonijiet kontabilistiċi, inklużi dawk imqajmin mill-Qorti tal-Awdituri, u informazzjoni dwar irkupri.

Artikolu 244
Rapportar dwar Fondi Fiduċjarji

Skont l-Artikolu 39(5), il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena għand il-Parlament Ewropew u għand il-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġati minn Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom.

Il-Bord tal-fond fiduċjarju japprova r-rapport annwali tal-fond fiduċjarju mfassal mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni . Għandu japprova wkoll il-kontijiet finali mfasslin mill-uffiċjal tal-kontabilità. Il-kontijiet finali mfasslin mill-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun ippreżentat mill-Bord tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi ħdan il-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni.

Artikolu 245
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri

Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar ir-riċevituri skont l-Artikolu 36.

TITOLU XIV
AWDITJAR ESTERN U KWITTANZA

KAPITOLU 1
Awditu estern

Artikolu 246
Awditu estern mill-Qorti tal-Awdituri

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, malajr kemm jista' jkun, bid-deċiżjonijiet u bir-regoli kollha adottati permezz tal-Artikoli 12, 15, 20, 27, 28, 30 u 41.

Artikolu 247
Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar

1.L-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha ntefqitx b'manjiera legali u xierqa, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta’ dan ir-Regolament, tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u tal-atti kollha l-oħrajn adottati skont it-Trattati. Din l-eżaminazzjoni għandha tqis il-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll relatati.

2.Fit-twettiq tal-kompitu tagħha, il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata li tikkonsulta, fil-manjera msemmija fl-Artikolu 249, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipartimenti jew tal-korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew ikkofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tisma' lil kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta’ dħul jew ta’ nefqa u li tuża kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta’ awditjar xierqa għad-dipartimenti jew għall-korpi msemmija hawn fuq. L-awditu fl-Istati Membri għandu jsir flimkien mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja waqt li jżommu l-indipendenza tagħhom.

Sabiex tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu fdat lilha permezz tat-Trattati jew l-atti adottati permezz tagħhom, il-Qorti tal-Awdituri tista' tkun preżenti, fuq talba tagħha, waqt l-operazzjonijiet tal-awditjar imwettqa fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit minn, jew f'isem, kwalunkwe istituzzjoni.


Fuq talba tal-Qorti tal-Awdituri, kull istituzzjoni għandha tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom depożiti tal-Unjoni sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri li tiżgura li d-data esterna taqbel mal-kontijiet.

3.Sabiex tkun tista' twettaq dan il-kompitu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet li għalihom dan ir-Regolament huwa applikabbli, bl-ismijiet tal-membri tal-persunal tagħha li huma awtorizzati li jawditjawhom.

Artikolu 248
Kontrolli fuq it-titoli u l-flus

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li t-titoli u l-flus kontanti ddepożitati jew fl-idejn kollha jiġu kontrollati ma’ rċevuti ffirmati mid-depożitarji jew ma’ memoranda uffiċjali tal-flus kontanti u tat-titoli miżmuma. Il-Qorti tista' twettaq tali kontrolli hija stess.

Artikolu 249
Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri

1.Il-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw id-dħul u n-nefqa f'isem l-Unjoni u r-riċevituri finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri d-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet jew id-dokumenti ta’ sostenn, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u man-nefqa, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tal-eżitu baġitarju u finanzjarju fuq il-bażi tar-rekords jew tal-awditjar fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezzi elettroniċi.

Il-korpi tal-awditjar intern u servizzi oħrajn tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lil-Qorti tal-Awdituri l-faċilitjiet kollha li hi tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha.

2.L-uffiċjali li jiġu kkontrollati l-operazzjonijiet tagħhom mill-Qorti tal-Awdituri għandhom:

(a)juru r-rekords tagħhom tal-flus fl-idejn, kwalunkwe flus kontanti oħra, titoli u materjali oħra ta’ kull tip, kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn fir-rigward tal-amministrazzjoni tagħhom tal-fondi li ġew fdati lilhom u wkoll kwalunkwe ktieb, reġistru u dokument ieħor relatat magħhom;

(b)jippreżentaw il-korrespondenza u kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-awditu msemmi fl-Artikolu 247.

L-informazzjoni fornita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista' tkun mitluba biss mill-Qorti tal-Awdituri.

3.Il-Qorti tal-Awdituri għandha tingħata s-setgħa li tawditja d-dokumenti fir-rigward tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni li jkunu miżmuma mid-dipartimenti tal-istituzzjonijiet u, partikolarment, mid-dipartimenti responsabbli għad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ tali dħul u nefqa, mill-korpi li jamministraw id-dħul jew in-nefqa f'isem l-Unjoni u mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu pagamenti mill-baġit.

4.Il-kompitu li jkun stabbilit li d-dħul ikun riċevut u li n-nefqa tkun iġġarrbet f'manjiera legali u xierqa u li l-ġestjoni finanzjarja kienet tajba għandu jestendi għall-użu, mill-korpi esterni għall-istituzzjonijiet, tal-fondi tal-Unjoni riċevuti bħala kontributi.

5.Il-finanzjament tal-Unjoni mħallas lir-riċevituri esterni għall-istituzzjonijiet għandu jkun soġġett għal qbil bil-kitba minn dawk ir-riċevituri jew, fin-nuqqas ta’ qbil min-naħa tagħhom, mill-kuntratturi jew mis-sottokuntratturi, għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-użu magħmul mill-finanzjament mogħti.

6.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil-Qorti tal-Awdituri, fuq it-talba tal-Qorti, bi kwalunkwe informazzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self.

7.L-użu ta’ sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għad-dokumenti ta’ sostenn.

Artikolu 250
Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri

1.Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, hija tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta’ Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

2.Ir-rapport annwali għandu jkun fih valutazzjoni ta’ kemm hija tajba l-ġestjoni finanzjarja.

3.Ir-rapport annwali għandu jkun fih taqsima għal kull istituzzjoni. Il-Qorti tal-Awdituri tista' żżid kwalunkwe rapport sommarju jew kwalunkwe osservazzjoni ġenerali li jidrilha xieraq tagħmel.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta’ kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati ħdejn jew wara kull osservazzjoni li jirreferu għaliha.

4.Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti tal-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 251
Ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

1.Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, għandha tidher f'rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

L-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, b'mod ġenerali, fi żmien sitt ġimgħat mit-trażmissjoni ta' dawk l-osservazzjonijiet, dwar kwalunkwe tweġiba li huma jkunu jixtiequ jagħtu rigward dawk l-osservazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi sospiż, f'każijiet debitament iġġustifikati, b'mod partikolari meta, matul il-proċedura kontradittorja, ikun meħtieġ li l-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati jiksbu rispons mill-Istati Membri sabiex jiffinalizzaw it-tweġiba tagħhom.

It-tweġibiet tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri b'mod dirett u esklużiv.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jitfasslu u jiġu adottati f'perjodu ta' żmien adegwat, li ġeneralment ma għandux ikun itwal minn 13-il xahar.

Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi kkonċernati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati jiġu ppubblikati qrib jew wara kull osservazzjoni li huma relatati magħha, u tippubblika l-iskeda ta’ żmien għat-tfassil tar-rapport speċjali.

2.L-opinjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-TFUE li mhumiex marbutin ma’ proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura leġislattiva tal-konsultazzjoni jistgħu jiġu pubblikati mill-Qorti tal-Awdituri f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-pubblikazzjoni wara li tkun ikkonsultat lill-istituzzjoni li tkun talbet l-opinjoni jew li lilha tkun tirrigwarda. L-opinjonijiet ippubblikati għandhom ikunu akkumpanjati minn kwalunkwe kumment mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

KAPITOLU 2
Kwittanza

Artikolu 252
Skeda ta’ żmien għall-proċedura ta' kwittanza

1.Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

2.Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment.

3.Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 253
Il-proċedura ta' kwittanza

1.Id-deċiżjoni tar-rilaxx għandha tkopri l-kontijiet kollha tad-dħul u n-nefqa tal-Unjoni, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni kif murija fil-karta tal-bilanċ.

2.Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 318 tat-TFUE. Għandu wkoll jeżamina r-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mill-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu awditjati, u xi rapporti speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

3.Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

Artikolu 254
Miżuri ta’ segwitu

1.F'konformità mal-Artikolu 319 TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħrajn, u l-korpi msemmijin fl-Artikoli 69 u 70 ta' dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tar-rilaxx tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni għall-kwittanza kif adottata mill-Kunsill.

2.Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet u l-korpi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħudin fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti, u, b’mod partikolari, fuq l-istruzzjonijiet li taw lil kwalunkwe wieħed mid-dipartimenti tagħhom li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet sabiex b’hekk il-Kummissjoni tkun tista' teħodhom f’kunsiderazzjoni meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri wkoll.

Artikolu 255
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-SEAE

Is-SEAE għandu jkun soġġett għall-proċeduri previsti fl-Artikolu 319 tat-TFUE u fl-Artikoli 252, 253 u 254 ta’ dan ir-Regolament. Is-SEAE għandu jikkopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdi, kif jixraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza f’laqgħat tal-korpi rilevanti.

TITOLU XV
APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 256
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

2.L-appropjazzjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 45(3).

L-impenji baġitarji li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta’ tip komuni għal diversi titoli u li jkunu ġestiti b’mod globali jistgħu jiġu rreġistrati fil-kontabilità baġitarja wara l-klassifikazzjoni tas-sommarju skont it-tip kif stabbilit fl-Artikolu 45(3).

In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal fil-linji baġitarji ta’ kull titolu skont l-istess distribuzzjoni bħal fil-każ ta’ l-approprjazzjonijiet.

3.In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perjodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew konformi mal-prattika lokali jew li hija relatata mal-forniment ta’ tagħmir, għandha tiġi ddebitata lill-baġit tas-sena finanzjarja li ssir fiha.

4.Il-garanziji għall-kirja pprovduti mill-istituzzjonijiet jieħdu l-forma ta’ garanzija tal-bank jew depożitu fuq kont bankarju mblokkat f’isem l-istituzzjoni jew il-lokatur, denominati fl-euro, ħlief f’każijiet debitament issostanzjati.

Madankollu, fejn, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi terzi, ma jkunx possibbli li tintuża xi waħda minn dawk il-forom ta’ garanziji għall-kirja, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jaċċetta forom oħra jekk dawk il-forom jiżguraw protezzjoni ekwivalenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

5.Jistgħu jsiru ħlasijiet bil-quddiem lill-persunal u lill-membri tal-istituzzjonijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u fid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-membri tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 257
Pagamenti li jsiru bil-quddiem

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 11(2) li għandha titħallas bil-quddiem minħabba dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali, pereżempju kirjiet, tista' twassal sabiex pagamenti mill-1 ta’ Diċembru 'l quddiem jiġu ddebitati lill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara. F’dan il-każ, ma għandux japplika l-limitu msemmi fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 258
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proġetti ta’ bini

1.Kull istituzzjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena dokument ta’ ħidma fuq il-politika tagħha dwar il-bini li għandu jinkorpora l-informazzjoni li ġejja:

(a)għal kull binja, in-nefqa u l-erja tas-superfiċje koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti. In-nefqa għandha tinkludi l-kostijiet tal-mili tal-binjiet bl-għamara neċessarja. Ma tinkludix l-imposti;

(b)l-evoluzzjoni mistennija tal-programmazzjoni globali tal-erja tas-superfiċje u tal-postijiet għas-snin li ġejjin, b’deskriżżjoni tal-proġetti ta’ bini fil-fażi ta’ ppjanar li diġà ġew identifikati;

(c)il-patti u l-kostijiet finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ bini ġodda li kienu tressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 u mhux inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma tas-snin preċedenti.

2.Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li għandu mnejn ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun kmieni dwar is-superfiċje rikjesta għall-kostruzzjoni u l-pjanifikazzjoni proviżorja qabel ma tibda tgħarrex is-suq lokali fil-każ ta’ kuntratti ta’ bini, jew qabel ma joħroġu stediniet għall-ħruġ tal-offerti, fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ bini.

3.Għal kull proġett ta’ bini li għandu mnejn ikollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit, l-istituzzjoni għandha tippreżenta proġett ta’ bini, li jkun fih stima dettaljata tal-kostijiet u tal-finanzjament tiegħu inkluż kwalunkwe użu possibbli tad-dħul assenjat imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 20(3), kif ukoll elenku tal-abbozz tal-kuntratti li jkun hemm il-ħsieb li jintużaw, u għandha titlob l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti. Meta ssir talba mill-istituzzjoni, id-dokumenti ppreżentati marbutin mal-proġett ta’ kostruzzjoni jiġu trattati b'mod kunfidenzjali.

Ħlief fil-każijiet ta’ force majeure, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta dwar il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha.

Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dak it-terminu.

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqanqlu tħassib debitament iġġustifikat f’dak it-terminu ta’ erba’ ġimgħat, dak it-terminu jiġi estiż darba b’ġimagħtejn.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni kuntrarja għall-proġett ta’ bini, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tirtira l-proposta tagħha u tkun tista' tippreżenta waħda ġdida.

4.Fil-każijiet ta’ force majeure, l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 2 tista’ tkun ippreżentata b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewh. Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ ġimagħtejn, sakemm il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kuntrarja għall-proposta qabel ma jiskadi dan it-terminu.

5.Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala proġetti tal-bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi fuq il-baġit huma:

(a)kull xiri ta’ art;

(b)ix-xiri, il-bejgħ, it-tiġdid strutturali, il-kostruzzjoni ta’ binjiet jew kwalunkwe proġett li jgħaqqad dawn l-elementi li għandhom ikunu implementati fl-istess perjodu ta’ żmien, li jaqbżu t-EUR 3 000 000;

(c)kull kuntratt ta’ bini ġdid (inklużi l-użufrutt, il-lokazzjonijiet fit-tul, u t-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini b’kundizzjonijiet anqas favorevoli) li ma jkunx kopert mill-punt (b) b'miżata annwali ta’ tal-anqas EUR 750 000;

(d)l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ kuntratti eżistenti ta’ bini (inklużi l-użufrutt u l-lokazzjonijiet fit-tul) bl-istess kundizzjonijiet jew b’kundizzjonijiet aktar favorevoli, b’miżata annwali ta’ tal-anqas EUR 3 000 000.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal proġetti immobiljari li jkollhom natura interistituzzjonali, kif ukoll għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Il-limiti ta’ EUR 750 000 jew EUR 3 000 000 imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) għandhom jinkludu l-kostijiet għat-tagħmir tal-bini. Għall-kuntratti ta’ kiri u ta’ użufrutt, dawk il-limiti jieħdu f’kunsiderazzjoni l-kostijiet tat-tagħmir tal-bini iżda mhux imposti oħrajn.

6.Bla ħsara għall-Artikolu 16, proġett ta’ akkwist immobiljari jista’ jkun iffinanzjat permezz ta’ self diment li jkun hemm l-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Is-self għandu jkun ikkuntrattat u mħallas lura f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u b'kont dovut tal-aħjar interess finanzjarju tal-Unjoni.

Meta istituzzjoni tipproponi li tiffinanzja l-akkwist permezz ta’ self, il-pjan ta’ finanzjament jiġi ppreżentat, flimkien mat-talba għal approvazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni li tkun, bi speċifikazzjoni partikolari dwar il-livell massimu ta’ finanzjament, il-perjodu ta’ finanzjament, it-tip ta’ finanzjament, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-ispejjeż iffrankati meta mqabbel ma’ tipi oħrajn ta’ arranġamenti kontrattwali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq it-talba għal approvazzjoni minn qabel fi żmien erba’ ġimgħat, prorogabbli b’ġimagħtejn, mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevewha. L-akkwist permezz ta’ self għandu jitqies miċħud jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma japprovawhx espressament qabel ma jiskadi dan it-terminu.

Artikolu 259
Proċedura ta’ informazzjoni bikrija u proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel

1.Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija stabbilita fl-Artikolu 258(2) u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 258(3) ma għandhomx japplikaw għall-akkwist ta’ art b’xejn jew għal ammont simboliku.

2.Il-proċedura ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 258 ma għandhomx japplikaw għal binjiet residenzjali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-istituzzjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.

3.F’ċirkustanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni bikrija msemmija fl-Artikolu 258(2) dwar proġetti ta’ bini relatati mad-delegazzjonijiet jew l-uffiċċji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi tista’ tiġi sottomessa b’mod konġunt mal-proġett ta’ bini skont l-Artikolu 258(3). F’dawn il-każijiet, il-proċeduri ta’ informazzjoni bikrija u ta’ approvazzjoni minn qabel jiġu konklużi fl-ewwel opportunità possibbli.

4.Il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel stabbilita fil-paragrafu 3 u 4 tal-Artikolu 258 ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew studji preparatorji meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kost u l-finanzjament dettaljati tal-proġett ta’ bini.

TITOLU XVI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 260
Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu intitolati li jiksbu kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni rigward kwistjonijiet baġitarji fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.

Artikolu 261
Eżerċitar tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 155, 69 u 70 tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn sentejn qabel il-31 ta’ Diċembru 2020. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għad-durata tal-oqfsa finanzjarji pluriennali sussegwenti, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu ta’ validità tal-qafas finanzjarju pluriennali korrispondenti.

3.Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

6.Att delegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma dak il-perjodu jiskadi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

IT-TIENI PARTI
EMENDI GĦAL-LEĠIŻLAZZJONI SPEĊIFIKA GĦAS-SETTUR

Artikolu 262
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2012/2002

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 51 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti neċessarji għall-mobilizzazzjoni tal-Fond mingħajr dewmien. Dawk il-proposti għandhom jinkludu:

(a)    l-informazzjoni disponibbli kollha, kif imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)    l-informazzjoni rilevanti kollha l-oħra fil-pussess tal-Kummissjoni;

(c)    prova li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2; kif ukoll

(d)    ġustifikazzjoni tal-ammonti proposti”.

2.Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

"4. Mal-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u għandha tħallas dik il-kontribuzzjoni finanzjarja minnufih u fi ħlas parzjali wieħed lill-Istat benefiċjarju. Jekk ikun tħallas avvanz skont l-Artikolu 4a, il-bilanċ biss għandu jitħallas.”

Artikolu 263
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1296/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 huwa emendat kif ġej:

1.fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Il-perċentwali indikattivi li ġejjin għandhom japplikaw bħala medja tul il-perjodu sħiħ tal-Progrmam għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3(1):

(a)    tal-anqas 18 % għall-assi tal-Progress;

(b)    tal-anqas 18 % għall-assi tal-EURES;

(c)    tal-anqas 18 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u tal-Intraprenditorija Soċjali.”

2.L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. L-assi Progress għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c).

(a)    impjieg, partikolarment biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

(b)    il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-faqar;

(c)    il-kundizzjonijiet tax-xogħol.”

(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

"2. Mill-allokazzjoni kumplessiva għall-assi tal-Progress, sehem sinifikanti għandu jiġi allokat għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u għall-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-għan li jiġu skalati aktar.”

3.L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-EURES għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c):

(a)    it-trasparenza tal-postijiet tax-xogħol vakanti, tal-applikazzjonijiet u ta’ kull informazzjoni relatata oħra għall-applikanti u għal min iħaddem;

(b)    żvilupp ta’ servizzi għar-reklutaġġ u għall-kollokament ta’ ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol vakanti u ta’ applikazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, partikolarment skemi ta' mobilità mmirati;

(c)    sħubijiet transfruntiera.”

4.L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 25

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a) u (b):

(a)    mikrofinanzjament għall-gruppi vulnerabbli u għall-mikrointrapriżi;

(b)    intraprenditorija soċjali.”

5.Jitħassar l-Artikolu 33.

Artikolu 264
Emendi għar-Regolament (UE) 1301/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 3(1), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“investiment fl-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu permezz tal-investiment fiss f'tagħmir u f’infrastruttura; inklużi infrastruttura kulturali u tat-turiżmu sostenibbli, servizzi għall-impriżi, appoġġ lill-korpi tar-riċerka u tal-innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija u fir-riċerka applikata fl-impriżi;”

2.Fl-Artikolu 5(9), jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) appoġġ għall-akkoljenza u għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti u tar-rifuġjati”

3.Fit-tabella tal-Anness I, it-test li jibda b’“Infrastruttura soċjali” sa tmiem it-tabella jinbidel b’dan li ġej:

“Infrastruttura soċjali

Indukrar tat-tfal u edukazzjoni

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura appoġġjata tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

Saħħa

persuni

Popolazzjoni koperta minn servizzi mtejba tas-saħħa

Akkomodazzjoni

unitajiet ta’ abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati

unitajiet ta’ abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati, li minnhom huma għal migranti u rifuġjati (esklużi ċentri ta’ akkoljenza)

Migranti u rifuġjati

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura li tappoġġja lill-migranti u lir-rifuġjati (mhux akkomodazzjoni)

L-indikaturi speċifiċi ta' Żvilupp Urban

persuni

Popolazzjoni li tgħix f'żoni bi strateġiji integrati ta' żvilupp urban

metri kwadri

Spazju miftuħ maħluq jew riabilitat f'żoni urbani

metri kwadri

Bini pubbliku jew kummerċjali mibni jew rinnovat f'żoni urbani

Artikolu 265
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 10 jinbidel b’dan li ġej:

“ (10) “benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat jew persuna fiżika, responsabbli għat-tnedija jew inkella għat-tnedija kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet; u fil-kuntest ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, kif iddefiniti fil-punt 13 ta’ dan l-Artikolu, il-korp li jirċievi l-għajnuna; u fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji skont it-Titolu IV tat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament, tfisser il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jew il-fond tal-fondi kif xieraq;”

(b)il-punt 31 jinbidel b’dan li ġej:

“(31) “strateġija makroreġjonali” tfisser qafas integrat, li jista' jiġi appoġġat mill-Fondi SIE fost oħrajn, biex jiġu indirizzati sfidi komuni li qed tiffaċċja żona ġeografika definita relatata ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b'hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;”

2.Fl-Artikolu 4(7), ir-referenza għall-“Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel mal-“Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju”.

3.Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

"8. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba skont l-Artikoli 31, 34(1) u 59 tar-Regolament Finanzjarju.”

4.Fl-Artikolu 9, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-prijoritajiet stabbiliti għal kull wieħed mill-Fondi SIE fir-regoli speċifiċi għall-Fond għandhom b’mod partikolari jkopru l-użu xieraq ta’ kull Fond fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-ażil.”

5.Fl-Artikolu 16, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a. Fejn applikabbli, l-Istat Membru għandu jissottometti kull sena sal-31 ta’ Jannar Ftehim ta’ Sħubija emendat wara l-approvazzjoni tal-emenda ta’ programm wieħed jew aktar mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2).

Kull sena, sal-31 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tikkonferma li l-emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija jirriflettu programm wieħed jew aktar approvat mill-Kummissjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

Dik id-deċiżjoni tista’ tinkludi l-emenda ta’ elementi oħrajn tal-Ftehim ta’ Sħubija skont il-proposta msemmija fil-paragrafu 4 diment li l-proposta tkun sottomessa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti.”;

6.Jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

“Artikolu 30a

1. Parti minn allokazzjoni tal-Fondi SIE tal-Istat Membru tista’, fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru u bi qbil mal-Kummissjoni, tiġi ttrasferita lil strument wieħed jew diversi strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-settur jew sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FSIE skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju. It-talba għal trasferiment tal-allokazzjoni tal-Fondi SIE għandha tiġi sottomessa sat-30 ta’ Settembru.

2. Jistgħu jiġu ttrasferiti biss approprjazzjonijiet finanzjarji tas-snin futuri fil-pjan finanzjarju ta’ programm.

3. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Emendi korrispondenti għall-programm u għall-ftehim ta’ sħubija għandhom isiru skont l-Artikolu 30(2) li għandhom jistabbilixxu l-ammont totali ttrasferit għal kull sena rilevanti lill-Kummissjoni.”

7.Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Meta l-kumitat ta’ għażla għall-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità stabbilit permezz tal-Artikolu 33(3) jiddetermina li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità magħżula teħtieġ appoġġ minn aktar minn Fond wieħed, huwa jista' jinnomina f'konformità mar-regoli u mal-proċeduri nazzjonali, Fond ewlieni biex jappoġġa l-kostijiet preparatorji, operazzjonali u tal-animazzjoni kollha skont il-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 35(1) għall-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità.”

8.Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. Il-kompiti tal-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)    il-bini tal-kapaċità ta’ atturi lokali li jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet inkluż it-trawwim tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ ġestjoni tal-proġetti;

(b)    it-tfassil ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti li tevita kunflitt ta’ interess, tiżgura li tal-anqas 50 % mill-voti fid-deċiżjonijiet tal-għażla jinxteħtu minn sħab li mhumiex awtoritajiet pubbliċi, u tippermetti l-għażla bi proċedura bil-miktub;

(c)    it-tfassil u l-approvazzjoni ta’ kriterji oġġettivi nondiskriminatorji għall-għażla tal-operazzjonijiet li jiżguraw koerenza mal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet skont il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri ta’ dik l-istrateġija;

(d)    it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti jew proċedura ta’ sottomissjoni ta’ proġett li tkun għaddejja;

(e)    ir-riċevuta u l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għas-sostenn;

(f)    l-għażla tal-operazzjonijiet u l-iffissar tal-ammonti tas-sostenn u l-preżentazzjoni tal-proposti lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel l-approvazzjoni;

(g)    il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-operazzjonijiet appoġġjati u t-twettiq ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ valutazzjoni marbuta ma' dik l-istrateġija.

Meta l-gruppi ta’ azzjoni lokali jwettqu kompiti mhux koperti mill-punti (a) sa (g) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità maniġerjali jew, tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni jew tal-aġenzija tal-pagamenti, dawk il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom jintgħażlu bħala korpi intermedji skont ir-regoli speċifiċi għall-fond.”

9.Fl-Artikolu 36, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. L-Istat Membru jew l-awtorità maniġerjali jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond lil korp intermedju wieħed jew aktar, inkluż lil awtoritajiet lokali, lil korpi tal-iżvilupp reġjonali jew lil organizzazzjonijiet mhux governattivi, b’rabta mal-ġestjoni u mal-implimentazzjoni ta’ ITI.”

10.L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c) stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li potenzjalment għandhom jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta’ ingranaġġ mistenni), inkluża, jekk ikun il-każ, valutazzjoni tal-ħtieġa, u l-livell, ta’ trattament differenzjat biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri privati u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li se jintużaw biex tiġi stabbilita l-ħtieġa, u l-firxa, ta’ trattament differenzjat bħal dan, bħal proċess ta’ valutazzjoni kompetittiv jew indipendenti kif xieraq;

(b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-valutazzjoni ex ante msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tqis l-evalwazzjoni ex ante mwettqa skont il-punt (h) tal-Artikolu 202(1) tar-Regolament Finanzjarju u tista’ titqassam fi stadji. Fi kwalunkwe każ, għandha titlesta qabel l-awtorità maniġerjali tiddeċiedi li tagħmel kontribuzzjonijiet tal-programm għal strument finanzjarju.”

11.L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

“(c) strumenti finanzjarji li jippermettu t-taħlit tat-tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI skont il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.”

(b)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i) l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

-il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)    jinkarigaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni, permezz tal-għoti dirett ta’ kuntratt, lil:

(i)    il-BEI;

(ii)    istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li Stat Membru jkun azzjonist fiha;

(iii) bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

ma hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat, bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti mid-dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-bank jew l-istituzzjoni rilevanti;

joperaw b’mandat tal-politika pubblika mogħti mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru f’livell nazzjonali jew reġjonali, sabiex iwettqu attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi SIE;

iwettqu l-attivitajiet ta’ żvilupp tagħhom f’reġjuni, f’oqsma politiċi u f’setturi li għalihom l-aċċess għal finanzjament minn sorsi pubbliċi ġeneralment ma jkunx disponibbli jew biżżejjed;

joperaw mingħajr skop ta’ massimizzazzjoni tal-profitt sabiex jiżguraw sostenibbiltà finanzjarja fit-tul;

mhumiex riċevitur dirett ta’ depożiti mill-pubbliku; kif ukoll

huma soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità indipendenti skont il-liġi nazzjonali.

(c)    jinkarigaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni lil korp ieħor irregolat mid-dritt pubbliku jew privat; jew”;

- jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d): iwettqu kompiti ta’ implimentazzjoni direttament, fil-każ ta’ strumenti finanzjarji li jikkonsistu biss f’self jew garanziji. F'dak il-każ l-awtorità maniġerjali għandha tiġi kkunsidrata bħala l-benefiċjarju kif iddefinit fil-punt (10) tal-Artikolu 2.”;

(ii) it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, il-korpi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta’ ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ governanza tajba, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet f’ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f’dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.”

(c) Il-paragrafi 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

"5.    Il-korpi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-fondi jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw taħt ir-responsabilità tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 150(2) u 202(2) u (4) tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess.

6.    Il-korpi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 li jkunu ġew fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jiftħu kontijiet fiduċjarji f’isimhom u f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni, jew jistabbilixxu l-istrument finanzjarju bħala blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni finanzjarja. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u tali blokok ta' finanzjament separati għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u għandu jkollhom il-likwidità xierqa.”

(d) Il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

"8.    Għal strumenti finanzjarji implimentati skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-patti u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-programmi għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu stipulati f’dokument ta’ strateġija skont l-Anness IV li għandu jiġi eżaminat mill-kumitat tal-monitoraġġ.”

12.L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)Is-sentenza introduttorja tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jużaw il-FEŻR u l-FAEŻR matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà indikat fl-Artikolu 65(2) biex jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) ta' dan ir-Regolament, implimentati b’mod indirett mill-Kummissjoni mal-BEI skont il-punt (c)(iii) tal-Artikolu 61(1) u l-Artikolu 201(4) tar-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-attivitajiet li ġejjin:”

(b)fil-paragrafu 4:

(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a) permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(2), din għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ex ante fil-livell tal-Unjoni mwettqa mill-BEI u mill-Kummissjoni jew, fejn ikun hemm aktar dejta riċenti disponibbli, fuq valutazzjoni ex ante nazzjonali jew reġjonali mwettqa mill-Istat Membru parteċipanti.

Abbażi ta' sorsi ta' dejta disponibbli dwar il-finanzjament b’dejn bankarju u l-SMEs, il-valutazzjoni ex ante għandha tkopri, fost l-oħrajn, analiżi tal-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-SMEs kif ukoll indikazzjoni tad-distakk ta' finanzjament tal-SMEs, profil tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tas-settur tal-SMEs fil-livell rilevanti, il-massa kritika minima tal-kontribuzzjonijiet aggregati, firxa ta' volumi ta' dejn totali stmat iġġenerati minn tali kontribuzzjonijiet, u l-valur miżjud;”

(ii)il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b) għandha tiġi pprovduta minn kull Stat Membru parteċipanti bħala parti minn assi ta’ prijorità separat fi ħdan programm fil-każ tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR, jew programm nazzjonali ddedikat wieħed għal kull kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR u mill-FAEŻR b’appoġġ tal-objettiv tematiku stipulat fil-punt (3) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9;”

(c)il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

"7. B'deroga mill-Artikolu 41(1) u (2) fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-applikazzjoni għall-pagament tal-Istat Membri għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir abbażi ta' 100 % tal-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru lill-BEI skont l-iskeda ddefinita fil-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Tali applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mitluba mill-BEI li huma meqjusa meħtieġa biex ikopru l-impenji skont ftehimiet ta' garanzija jew tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għandhom jiġu finalizzati fi żmien it-tliet xhur sussegwenti. Il-pagamenti mill-Istati Membri lill-BEI għandhom isiru mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ qabel l-impenji li jkun daħal għalihom il-BE.";

(d) il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:

"8. Fl-għeluq tal-programm, in-nefqa eliġibbli kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 42(1) għandha tkun l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsin lill-istrument finanzjarju, li jikkorrispondu:

(a)    għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għar-riżorsi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1);

(b)    għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għall-ammont aggregat ta' finanzjament b’dejn ġdid li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, imħallsa lil, jew għall-benefiċċju ta', SMEs eliġibbli fi ħdan il-perjodu ta' eliġibbiltà indikat fl-Artikolu 65(2).”;

13.Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

“Artikolu 39a

Kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji li jippermettu t-taħlit tat-tali kontribuzzjoni ma’ prodotti finanzjarji tal-BEI skont il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

1. L-Istati Membri jistgħu jużaw Fondi SIE sabiex jipprovdu kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) sabiex jattiraw investiment addizzjonali mis-settur privat.

2. Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ taqbeż il-25 % fejn tkun iġġustifikata kif xieraq mill-valutazzjoni ex ante, iżda ma għandhiex taqbeż il-50 %. L-appoġġ totali msemmi f’dan il-paragrafu għandu jinvolvi l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self iggarantit imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss Sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi SIE jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta’ self ġdid.

3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(2), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 jistgħu jkunu bbażati fuq valutazzjoni preparatorja, inkluża d-diliġenza dovuta, imwettqa mill-BEI għall-finijiet tal-kontribuzzjoni tagħha għall-prodott finanzjarju skont il-FEIS.

4. Ir-rapportar mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 46 dwar operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miżmuma mill-BEI għall-finijiet tar-rapportar tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament dwar il-FEIS, supplimentat mill-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Artikolu 46(2).

5. Meta tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), l-awtorità maniġerjali tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)    tinvesti fil-kapital ta’ entità ġuridika eżistenti jew maħluqa ġdida ddedikata għall-implimentazzjoni ta’ investimenti f’riċevituri finali b’mod konsistenti mal-objettivi tal-Fondi SIE rispettivi li ser iwettqu kompiti ta’ implimentazzjoni;

(b)    tinkariga l-kompiti ta’ implimentazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja, li għandha tiftaħ kont fiduċjarju f’isimha jew f’isem l-awtorità ta’ ġestjoni jew twaqqaf blokka ta’ finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja għal kontribuzzjoni tal-programm. Fil-każ ta’ blokka ta’ finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta’ programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni finanzjarja. L-assi miżmuma f’kontijiet fiduċjarji u blokok ta' finanzjament separati bħal dawn għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u għandu jkollhom il-likwidità xierqa.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, strument finanzjarju jista’ wkoll jieħu l-forma jew ikun parti minn pjattaforma ta’ investiment konformi mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar il-FEIS, diment li l-pjattaforma ta’ investiment tieħu l-forma ta’ veikolu bi skop speċjali jew ta’ kont ġestit.

6. Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), il-korpi msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta’ ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ governanza tajba, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet f’ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f’dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

7. Il-korpi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta' fondi, jistgħu jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji diment li dawk il-korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 201(4) u 202(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess.

8. Meta l-awtoritajiet maniġerjali jikkontribwixxu riżorsi minn programm ta’ Fondi SIE għal strument eżistenti skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), li l-maniġer tal-fond tiegħu diġà jkun intgħażel mill-BEI, mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li fihom huwa azzjonist Stat Membru, jew minn bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38(4)(b)(iii), għandhom jinkarigaw il-kompiti ta’ implimentazzjoni lil dan il-maniġer tal-fond permezz tal-għoti ta’ kuntratt dirett.

9. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 41(1) u (2), għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-applikazzjonijiet għal pagament interim għandhom jitqassmu tul iż-żmien skont l-iskeda ta’ pagamenti stabbilita fil-ftehim ta’ finanzjament. L-iskeda ta’ pagamenti msemmija fl-ewwel sentenza għandha tikkorrispondi għall-iskeda ta’ pagament maqbula għal investituri oħrajn fl-istess strument finanzjarju.

10. Il-patti u l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1) għandhom ikunu stabbiliti fi ftehimiet ta’ finanzjament skont l-Anness IV fil-livelli li ġejjin:

a)    fejn japplika, bejn ir-rappreżentanti b’mandat xieraq tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi;

b)    bejn ir-rappreżentanti b’mandat xieraq tal-awtorità maniġerjali, jew fejn japplika, bejn il-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi, u l-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

11. Għal kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 għal pjattaformi ta’ investiment li jirċievu kontribuzzjonijiet minn strumenti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, il-konsistenza mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi żgurata skont l-Artikolu 202(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

12. Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) li jieħdu l-forma ta’ strument ta’ garanziji, il-Fondi SIE jistgħu jikkontribwixxu għal segmenti subordinati u/jew intermedji tal-portafolli ta’ self koperti wkoll mill-garanzija tal-Unjoni tal-FEIS.

13. Għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS, jistgħu jiġu stabbiliti prijorità separata u, għall-FAŻER, tip separat ta’ operazzjoni, b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100 %, fi ħdan programm sabiex jappoġġjaw l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

14. Minkejja l-Artikoli 70 u 93(1), il-kontribuzzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-fini ta’ kkaġunar ta’ dejn ġdid u finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fit-territorju sħiħ tal-Istat Membru mingħajr kunsiderazzjoni tal-kategoriji tar-reġjun, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-ftehim ta’ finanzjament.

15. Qabel tmiem l-2019, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

14.L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 124 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-FAEŻR ma għandhomx iwettqu verifiki fuq il-post fil-livell tal-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Madankollu, l-awtoritajiet innominati għandhom iwettqu verifiki skont l-Artikolu 125(5) fil-livell ta’ korpi oħrajn li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru rispettiv tagħhom u, fejn ikun hemm bżonn, fil-livell tar-riċevitur finali.

Il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet innominati rapporti ta’ kontroll ma’ kull applikazzjoni għal pagament. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet innominati wkoll b’rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni ta’ dawn il-korpi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni li jikkonċerna l-mudelli għar-rapporti ta’ kontroll u r-rapporti annwali tal-awditjar tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 150(2).

2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 127 u għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi ma għandhomx iwettqu awditi fil-livell tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Il-korpi responsabbli għall-awditu tal-programmi għandhom iwettqu awditi tal-operazzjonijiet u tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-livell ta’ korpi oħrajn li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u fil-livell tar-riċevituri finali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Art 40 (3).

Il-Kummissjoni tista’ twettaq awditi fil-livell tal-korpi msemmijin fil-paragrafu 1, meta tikkonkludi li dan huwa neċessarju sabiex tinkiseb garanzija raġonevoli minħabba r-riskji identifikati.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

“5a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4 tal-Artikolu 143 ta’ dan ir-Regolament u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, f’operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji, il-kontribuzzjoni mħassra skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 143 ta’ dan ir-Regolament jew skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, bħala riżultat ta’ irregolarità individwali, tista’ terġa’ tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)    meta l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tiġi identifikata fil-livell tar-riċevitur finali, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal riċevituri finali oħrajn fi ħdan l-istess strument finanzjarju

b)    meta l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tiġi identifikata fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju fi ħdan fond tal-fondi, il-kontribuzzjoni mħassra tista’ terġa’ tintuża biss għal intermedjarji finanzjarji oħrajn jew għal riċevituri finali oħrajn fi ħdan l-istess strument finanzjarju

Meta l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tiġi identifikata fil-livell tal-korp li jimplimenta l-fondi tal-fondi, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni.

F’każ li ssir korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa’ tintuża għal xi operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika.”

15.fl-Artikolu 41(1), is-sentenza introduttorja tal-ewwel subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:

"1. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (a) u (c) tal-Artikolu 38(1) u l-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38(4), għandhom isiru applikazzjonijiet għall-pagamenti interim f’fażijiet għall-kontribuzzjonijiet tal-programmi mħallsin lill-istrument finanzjarju matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 65(2) (il-“perjodu ta’ eliġibbiltà”) u skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:”

16.Fl-Artikolu 42(5), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta l-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u mal-punti (a) u (b) tal-Artikol 38(4), dawn ma għandhomx jaqbżu l-livelli limitu ddefiniti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Filwaqt li l-kostijiet tal-ġestjoni għandhom jinkludu partiti tan-nefqa diretti jew indiretti rimborżati fejn tingħata evidenza ta’ nefqa, it-tariffi tal-ġestjoni għandhom jirreferu għal prezz maqbul għas-servizzi pprovduti, stabbilit permezz ta’ proċess tas-suq kompetittiv, fejn applikabbli. Il-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija ta’ kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni.”;

17.Jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

“Artikolu 43a

Trattament differenzjat tal-investituri

1. L-appoġġ mill-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji investiti f’benefiċjarji finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta’ investituri privati, kif ukoll mill-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati.

2. Il-ħtieġa u l-livell ta’ trattament differenzjat kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fil-valutazzjoni ex ante.

3.    It-trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-inċentivi sabiex jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. Ma għandux jikkumpensa b’mod eċċessiv lil investituri privati u lill-BEI meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. L-allinjament tal-interess għandu jkun żgurat permezz ta’ qsim xieraq tar-riskju u tal-profitt.

4. It-trattament differenzjat ta’ investituri privati għandu jkun bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”

18.Fl-Artikolu 44, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1. Bla ħsara għall-Artikolu 43a, ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti jew mir-rilaxx ta' riżorsi ddedikati għal kuntratti ta' garanziji, inklużi pagamenti lura kapitali u dħul u qligħ jew redditi oħra, bħall-imgħax, it-tariffi ta' garanziji jew kwalunwke dħul ieħor iġġenerat mill-investimenti, li huma attribwibbli għas-sostenn mill-Fondi SIE, għandhom jerġgħu jintużaw għall-iskopijiet li ġejjin, sal-ammonti meħtieġa u fl-ordni maqbula fil-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti:

(a)    aktar investimenti permezz tal-istess strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra, skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti taħt prijorità;

(b)    fejn applikabbli, sabiex ikun kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għall-istrument finanzjarju li tirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk it-tali telf iseħħ minkejja l-immaniġġjar attiv ta’ flus mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji.

(c)    fejn applikabbli, ir-rimborż tal-kostijiet tal-ġestjoni mġarrbin u l-pagament ta’ tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju.”

19.fl-Artikolu 46(2), fl-ewwel subparagrafu, il-punti (g) u (h) jinbidlu b’dan li ġej:

“(g) l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerati mill-appoġġ mill-Fondi SIE għall-istrument finanzjarju u r-riżorsi tal-programm imħallsin lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44 u l-ammonti użati għat-trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;”(h) il-progress fl-ilħuq tal-effett ta’ ingranaġġ mistenni tal-investimenti magħmulin mill-istrument u mill-parteċipazzjonijiet finanzjarji;”;

20.fl-Artikolu 56, jitħassar il-paragrafu 5;

21.fl-Artikolu 57, jitħassar il-paragrafu 3;

22.fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)Ir-referenza għall-“Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 149 tar-Regolament Finanzjarju”.

(b)Fl-aħħar tal-ewwel paragrafu, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Skont l-iskop, il-miżuri msemmijin f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ffinanzjati jew bħala nefqa operazzjonali jew amministrattiva”.

23.L-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)Jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

“Kull Fond SIE jista' jappoġġja operazzjonijiet ta' assistenza teknika eliġibbli taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi SIE l-oħra.”

(b)Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“Bla ħsara għat-tieni paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw l-azzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu bl-għoti dirett ta’ kuntratt, lil:

(i)    il-BEI;

(ii)    istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li Stat Membru jkun azzjonist fiha;

(iii)    bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, kif iddefiniti fil-punt (b) (iii) tal-Artikolu 38(4).”;

24.L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 3, jiddaħħal punt ġdid (aa) wara l-punt (a):

“l-applikazzjoni ta’ perċentwal tad-dħul nett b’rata fissa stabbilit minn Stat Membru għal settur jew għal sottosettur mhux kopert mill-punt (a). Qabel l-applikazzjoni tar-rata fissa, l-awtorità tal-awditjar responsabbli għandha tkun issodisfata li r-rata fissa ġiet stabbilita b’metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq dejta storika jew kriterji oġġettivi.”;

(b)il-paragrafu 5 jinbdel b’dan li ġej:

Bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fil-paragrafu 3, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 60(1) tista’, fuq talba ta’ Stat Membru, titnaqqas għal prijorità jew għal miżura li taħtha l-operazzjonijiet kollha appoġġati minn dik il-prijorità jew dik il-miżura jistgħu japplikaw rata uniformi fissa skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3. It-tnaqqis ma għandux ikun anqas mill-ammont ikkalkolat billi tiġi mmoltiplikata r-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi bir-rata fissa rilevanti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3."

(c)il-punt (h) tal-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAŻER jew fir-Regolament tal-FEMS”;

25.L-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 8:

(i)il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:

“(h) l-operazzjonijiet li għalihom l-ammonti jew ir-rati ta’ appoġġ huma ddefiniti fl-Anness II għar-Regolament tal-FAEŻR jew fir-Regolament tal-FEMS bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-operazzjonijiet li ssir referenza għalihom f'dan il-pargrafu skont ir-Regolament tal-FEMS; jew”

(ii)il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i) operazzjonijiet li għalihom il-kost eliġibbli totali ma jaqbiżx il-EUR 100 000.”;

(b)il-paragrafu 11 jinbidel b’dan li ġej:

"11. Operazzjoni tista’ tirċievi l-appoġġ minn wieħed jew aktar mill-Fondi SIE jew minn wieħed jew aktar mill-programmi u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li n-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament għal wieħed mill-Fondi SIE ma tirċevix appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor, jew appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f’applikazzjoni għal pagament ta’ Fond SIE jista’ jiġi kkalkolat għal kull Fond SIE fuq bażi pro rata skont id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.”

26.L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“somom f ’daqqa;”

(ii) jiddaħħal il-punt (e):

“(e) finanzjament li mhuwiex marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda huwa bbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew fil-kisba tal-objettivi tal-programmi. Il-modalitajiet iddettaljati li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom għandhom ikunu stabbilit f’atti delegati adottati skont l-għoti tas-setgħa stipulat fil-paragrafu 5.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Għal operazzjoni jew għal proġetti li ma jaqgħux taħt l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 u li jirċievu appoġġ mill-FEŻR u mill-FSE, l-għotjiet u l-assistenza ripagabbli li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100 000 għandhom jieħdu l-forma ta’ skali standard ta’ kostijiet unitarji, ta’ somom f’daqqa jew ta’ rati fissi, ħlief għal operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat li ma tikkostitwixxix għajnuna de minimis.”

(c)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a) metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq:

(i)    dejta statistika jew informazzjoni oġġettiva oħra;

(ii)    id-dejta storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali;

(iii)    l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet ta’ benefiċjarji individwali; jew

(iv)    abbozzi ta’ baġits stabbiliti fuq bażi ta’ każ b’każ u maqbulin ex ante mill-awtorità maniġerjali, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 100 000;”;

(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 dwar id-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b'rata fissa msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-metodi relatati msemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-forma ta’ appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

27.L-Artikolu 68 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 68

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet indiretti li jikkonċernaw għotjiet u assistenza ripagabbli

Meta l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni toħloq kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)    rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, diment li r-rata tiġi kkalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat skont skemi għal għotjiet iffinanzjati għalkollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

(b)    rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli;

(c)    rata fissa applikata għal kostijiet diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta' operazzjoni u ta' benefiċjarju.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa u tal-metodi relatati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

28.jiddaħħlu l-Artikoli 68a u 68b li ġejjin:

“Artikolu 68a

Kostijiet tal-persunal li jikkonċernaw għotjiet u assistenza ripagabbli

1. Il-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-kostijiet diretti minbarra l-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni.

2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-persunal, ir-rata fis-siegħa tista’ tiġi kkalkolata bid-diviżjoni tal-aħħar kostijiet tal-impjiegi gross annwali ddokumentati b’1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew bi prorata korrispondenti ta’ 1720 siegħa, għal persuni li jaħdmu part time. In-numru totali ta’ sigħat iddikjarat għal kull persuna għal sena ma għandux jaqbeż is-sigħat użati għall-kalkoli tar-rata fis-siegħa.

3. Meta l-kostijiet tal-impjiegi gross annwali ma jkunux disponibbli, jistgħu jiġu dderivati mill-kostijiet tal-impjiegi gross iddokumentati disponibbli jew mill-kuntratt għall-impjieg, aġġustati kif xieraq għal perjodu ta’ 12-il xahar.

4. Il-kostijiet tal-persunal relatati ma’ individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni b’sigħat fissi fix-xahar, jistgħu jiġu kkalkolati bħala perċentwal fiss mill-kostijiet tal-impjieg gross, f’konformità ma’ perċentwal fiss ta’ ħin maħdum fuq l-operazzjoni, mingħajr ebda obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol separata. L-impjegatur għandu joħroġ dokument għal kull impjegat li jistabbilixxi l-perċentwal fiss tal-ħin għax-xogħol fuq l-operazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi li jaqgħu taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea.”

"Artikolu 68b

Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet għajr kostijiet tal-persunal

1. Tista’ tintuża rata fissa sa massimu ta’ 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli sabiex tkopri l-kostijiet eliġibbli li jifdal ta’ operazzjoni mingħajr obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel xi kalkolu biex jistabbilixxi r-rata applikabbli. Għal operazzjonijiet appoġġjati mill-FSE, is-salarji u l-allokazzjonijiet imħallsin lill-parteċipanti għandhom jitqiesu bħala kost eliġibbli addizzjonali mhux inkluż fir-rata fissa.

2. Ir-rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi applikata meta l-kostijiet tal-persunal ikunu ġew ikkalkolati fuq il-bażi ta’ rata fissa.”

29.L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a. L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi lil ċittadini jew negozji li jkopru t-territorju sħiħ ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu li jinsabu fiż-żoni tal-programm kollha fi ħdan Stat Membru. F’dawn il-każijiet, in-nefqa għandha tkun allokata liż-żoni tal-programm ikkonċernati fuq bażi prorata, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li mhumiex l-allokazzjoni tal-baġit għaż-żoni tal-programm.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u għall-programm speċifiku għall-istabbiliment u għall-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”;

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b) l-ammont totali allokat skont il-programm għall-operazzjonijiet li jinsabu barra ż-żona tal-programm ma jaqbiżx il-15 % tal-appoġġ mill-Fondi tal-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-FAEŻR u mill-FEMS f’livell prijoritarju fi żmien il-qbil tal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fil-punt (c);”;

(c)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Għall-Fondi u għall-FEMS, meta l-operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm skont il-paragrafu 2 ikollhom benefiċċji kemm barra kif ukoll fi ħdan iż-żona tal-programm, in-nefqa għandha tiġi allokata għal dawn iż-żoni fuq bażi prorata abbażi ta’ kriterji oġġettivi apparti l-allokazzjoni tal-baġit għaż-żoni tal-programm.”;

(d)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. Għal operazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika jew attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjonali, u għal operazzjonijiet taħt l-objettiv tematiku ta’ tisħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-innovazzjoni, in-nefqa tista’ tiġġarrab barra mill-Unjoni diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-obbligi marbutin mal-ġestjoni, mal-kontroll u mal-awditjar li jikkonċernaw l-operazzjoni.

Barra minn hekk, għal operazzjonijiet taħt l-objettiv tematiku ta’ tisħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-innovazzjoni, għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 2.”;

30.Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal kontribuzzjonijiet għal jew minn strumenti finanzjarji jew għal lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri skont l-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u lanqas għal xi operazzjoni li tkun twaqqfet l-attività produttiva tagħha minħabba falliment mhux frodulenti.”;

31.fl-Artikolu 75(1), ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

32.L-Artikolu 76 huwa emendat kif ġej:

(a)Fit-tieni subparagrafu, ir-referenza għall-“Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju”.

(b)Fir-raba’ subparagrafu, ir-referenza għall-“Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju”.

33.fl-Artikolu 79(2), ir-referenza għall-“Artikolu 68(3) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 80(2) tar-Regolament Finanzjarju”.

34.fl-Artikolu 83(1)(c), ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

35.fl-Artikolu 84, ir-referenza għall-“Artikolu 59(6) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 62(6) tar-Regolament Finanzjarju”.

36.Fl-Artikolu 98, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

Il-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġetti għal limitu ta’ 10 % tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull assi ta' prijorità ta’ programm operazzjonali, parti minn operazzjoni li għaliha l-kostijiet huma eliġibbli għal sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli applikati lil dak il-Fond, diment li t-tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u jkunu marbutin direttament magħha.”

37.L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

"6. In-nefqa relatat ma’ proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara s-sottomissjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Meta l-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità maniġerjali, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata kif xieraq.”;

(b)jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

“6a. Meta l-proġett maġġuri jiġi vvalutat minn esperti indipendenti skont il-paragrafu 1, in-nefqa relatata ma’ dak il-proġett maġġuri tista’ tkun inkluża f’applikazzjoni għal pagament wara li l-awtorità maniġerjali tkun informat lill-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 101 lill-esperti indipendenti.

Meta r-reviżjoni tal-kwalità indipendenti ma tkunx innotifikat lill-Kummissjoni fi żmien 6 xhur mis-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni lill-esperti indipendenti jew meta l-valutazzjoni rilevanti tkun negattiva, in-nefqa korrispondenti għandha tiġi rtirata u d-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi rettifikata kif xieraq.”;

38.fl-Artikolu 104, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

"2.    In-nefqa pubblika allokata għal pjan ta’ azzjoni konġunt għandha tkun tal-inqas ta’ EUR 5 000 000 jew 5 % tal-appoġġ pubbliku tal-programm operazzjonali jew wieħed mill-programmi ta’ kontribuzzjoni, skont liema minnhom ikun l-anqas.”;

"3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal operazzjonijiet appoġġjati mil-YEI u għall-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Konġunt sottomess minn Stat Membru skont l-Għan ta’ Investiment għall-Impjiegi u għat-Tkabbir u l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Konġunt sottomess minn program skont l-għan ta’ Kooperazzjoni territorjali Ewropea.”;

39.fl-Artikolu 105(2), titħassar it-tieni sentenza;

40.fl-Artikolu 106, l-ewwel subparagrafu jiġi emendat kif ġej:

(a)il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1) deskrizzjoni tal-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunt u kif jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm jew għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż u l-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE;”

(b)il-punt 2 jitħassar.

(c)il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“(3) deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta’ proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta’ prijorità, fejn rilevanti.”;

(d)il-punti 6 u 7 jitħassru.

(e)il-punt 8 jinbidel b’dan li ġej:

“(8) id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tiegħu, inklużi dawn li ġejjin:

(a)    informazzjoni dwar l-għażla tal-pjan ta’ azzjoni konġunt mill-awtorità maniġerjali skont l-Artikolu 125(3);

(b)    l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt, skont l-Artikolu 108;

(c)    l-arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunt inklużi l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tat-tragwardi, tal-eżiti u tar-riżultati;”

(e)fil-punt 9 titħassar l-ittra (b);

41.fl-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, it-tragwardi u, fejn rilevanti, il-miri għall-eżiti u għar-riżultati, il-kostijiet tal-kisba ta’ dawk it-tragwardi u l-miri għall-eżiti u għar-riżultat, u l-pjan ta’ finanzjament skont il-programmi operazzjonali, l-assi ta' prijorità, inkluż l-ammont eliġibbli totali u l-ammont tan-nefqa pubblika, il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta u, fejn rilevanti, il-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni konġunta.”;

42.fl-Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

L-Istat Membru jew l-awtorità maniġerjali għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ tmexxija għall-pjan ta’ azzjoni konġunt, li jista’ jkun distint mill-kumitat tal-monitoraġġ tal-programmi operazzjonali rilevanti. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jiltaqa’ għall-inqas darbtejn fis-sena u għandu jirrapporta lill-awtorità maniġerjali. Fejn rilevanti, l-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-kumitat tal-monitoraġġ rilevanti bir-riżultati tax-xogħol imwettaq mill-kumitat ta’ tmexxija u bil-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunt skont il-punt (e) tal-Artikolu 110(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 125(2).”

43.Fl-Artikolu 109, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunt għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ kostijiet unitarji.”

44.fl-Artikolu 110(2), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a) il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, bla ħsara għall-Artikolu 34(3)(c);”

45.L-Artikolu 114 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Għandu jitfassal pjan ta’ evalwazzjoni mill-awtorità maniġerjali jew minn Stat Membru għal programm operazzjonali wieħed jew aktar. Il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat ta' monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-programm operazzjonli. Fil-każijiet ta’ programmi ddedikati msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) adottati qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, il-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottomess lill-kumitat tal-monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.;”

(b)jitħassar il-paragrafu 4.

46.fl-Artikolu 115, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Regoli dettaljati li jikkonċernaw il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness XII.”;

47.L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-ammont tal-Fondi allokati għal għajnuna teknika għandu jiġi limitat għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati għal programmi operazzjonali fi żmien l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali fi Stat Membru tal-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u għat-tkabbir.

(b)fil-paragrafu 2, titħassar l-ewwel sentenza;

(c)Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn l-allokazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jintużaw sabiex jappoġġjaw operazzjonijiet ta’ assistenza teknika f'daqqa relatati ma’ aktar minn kategorija waħda ta’ reġjun, in-nefqa relatata mal-operazzjonijiet tista’ tkun implimentata taħt assi ta’ prijorità li jgħaqqad kategoriji differenti ta’ reġjun u tiġi attribwita fuq bażi prorata filwaqt li jitqiesu l-allokazzjonijiet rispettivi għall-kategoriji differenti ta’ reġjuni tal-programm operazzjonali jew inkella l-allokazzjoni taħt kull kategorija ta’ reġjun bħala sehem mill-allokazzjoni totali għall-Istat Membru.”;

48.Fl-Artikolu 122(2), ir-raba' subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u dan ikun riżultat ta’ tort jew ta’ negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont imħallas indebitament jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 250 f’kontribuzzjoni mill-Fondi għal operazzjoni f’sena kontabilistika.”;

49.Fl-Artikolu 123(5), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

Fil-każ tal-Fondi u fil-każ tal-FEMS, sakemm jiġi rispettat il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità maniġerjali, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u l-awtorità tal-awditjar jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità pubblika jew mill-istess korp pubbliku.”

50.L-Artikolu 125(4) huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a) tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati ġew ipprovduti, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm operazzjonali u mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u,

(i)    meta l-kostijiet iridu jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67, li tħallas l-ammont tan-nefqa ddikjarat mill-benefiċjarji b’rabta ma’ dawk il-kostijiet;

(ii)    Fil-każ ta’ kostijiet rimborżati skont il-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju;”

(b)fil-punt (e), ir-referenza għall-“punti (a) u (b) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punti (a) u (b) tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

51.Fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 126, ir-referenza għall-“punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (a) tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

52.L-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

(a)fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.(b)fil-punt (a) tal-paragrafu 5, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

53.fl-Artikolu 134, fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1a, ir-referenza għall-“punt (c) tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (c) tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Finanzjarju”.

54.fl-Artikolu 137(1), ir-referenza għall-“punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (a) tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

55.fl-Artikolu 138, ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

56.fl-Artikolu 139(7), ir-referenza għall-“Artikolu 177(3) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bil-“punt (c) tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Finanzjarju”.

57.fl-Artikolu 140(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Meta jinżammu dokumenti fuq mezzi tal-ħażna tad-dejta aċċettati b’mod komuni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal.”

58.fl-Artikolu 145(7)(a), ir-referenza għall-“Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

59.fl-Artikolu 147(1), ir-referenza għall-“Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bl-“Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju”.

60.fl-Artikolu 152, jiżdied paragrafu 4 ġdid:

“Meta sejħa għal proposta titnieda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS li jemenda dan ir-Regolament, l-awtorità maniġerjali (jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea) tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 67(2a) għal massimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS. Meta d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ jiġi pprovdut lill-benefiċjarju fi żmien perjodu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS, l-awtorità maniġerjali tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dawk id-dispożizzjonijiet emendati.”

61.L-Anness IV huwa emendat kif gej:

(a)Is-sentenza introduttorja tat-taqsima 1 tinbidel b’dan li ġej:

“Fejn strument finanzjarju huwa implimentat skont l-Artikolu 39a u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38(4), il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi l-patti u l-kundizzjonijiet biex isiru kontribuzzjonijiet mill-programm għall-istrument finanzjarju u għandu jinkludi mill-inqas wieħed minn dawn l-elementi:”;

(b)Il-punt (i) tat-taqsima 1 jinbidel b’dan li ġej:

“dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid tar-riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 44 u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a;”;

(c) il-punt (c) tat-taqsima 2 jinbidel b’dan li ġej:

“(c) l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-appoġġ tal-Fondi SIE skont l-Artikoli 43, 44 u 45, u, fejn applikabbli, dispożizzjonijiet dwar trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a.”;

62.L-Anness XII huwa emendat kif gej:

(a)fis-sottotaqsima 2.2, jiddaħħal il-punt li ġej:

"6. Ir-responsabbiltajiet stabbiliti f’din is-sottotaqsima għandhom japplikaw minn meta l-benefiċjarju jiġi pprovdut bid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(3)(c).”

(b)fis-sottotaqsima 3.1, fil-paragrafu 2, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)    ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-għan tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni skont is-sottotaqsima 2.2 minn meta l-benefiċjajru jiġi pprovdut bid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(3)(c). L-awtorità maniġerjali tista’ titlob lill-benefiċjarji potenzjali jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet.”

Artikolu 266
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 13, is-subparagrafu li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 2:

“Meta l-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jkollhom benefiċċju wkoll għaż-żona tal-programm fejn ikunu implimentati, in-nefqa għandha tiġi allokata għal dawn iż-żoni tal-programm fuq bażi prorata fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi għajr l-allokazzjoni tal-baġit għaż-żoni tal-programm.”

2.L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)Jitħassar il-paragrafu 2.

(b)Jitħassar il-paragrafu 4.

3.Fl-Anness I, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1) Indikaturi tal-eżitu komuni għall-parteċipanti

“Parteċipanti” 54 tirreferi għal persuni li jibbenefikaw direttament minn intervent tal-FSE li jistgħu jiġu identifikati u jintalbu l-karatteristiċi tagħhom, u li għalihom tiġi allokata nefqa speċifika. Persuni oħrajn ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala parteċipanti. Id-dejta kollha għandha titqassam skont is-sess.

L-indikaturi tal-produzzjoni komuni għall-parteċipanti huma:

— persuni qiegħda, inklużi dawk qiegħda fit-tul*,

— persuni qiegħda fit-tul*,

— persuni inattivi*,

— persuni inattivi, barra mill-edukazzjoni jew taħriġ*,

— impjegati, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom*,

— persuni taħt l-età ta' 25 sena*,

— persuni 'l fuq mill-età ta' 54 sena*,

— persuni li għandhom iktar minn 54 sena li huma qiegħda, inklużi dawk qiegħda fit-tul, jew inattivi, jew barra mill-edukazzjoni jew taħriġ*,

— b'edukazzjoni primarja (ISCED 1) jew edukazzjoni sekondarja baxxa (ISCED 2)*,

— b'edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4)*,

— b'edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8)*,

— migranti, parteċipanti bi sfond barrani, minoranzi (inklużi komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma)**,

— parteċipanti b’diżabilitajiet**,

— persuni żvantaġġati oћrajn**.

In-numru totali tal-parteċipanti ser jiġi kkalkolat awtomatikament abbażi tal-indikaturi tar-riżultati.

Din id-dejta dwar parteċipanti li jidħlu f'operazzjoni appoġġata mill-FSE għandha tiġi pprovduta fir-rapporti tal-implimentazzjoni annwali kif speċifikat fl-Artikolu 50(1) u (2) u fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

— persuni mingħajr dar jew milquta mill-esklużjoni tal-akkomodazzjoni*,

— persuni minn żoni rurali* 55

— parteċipanti li jgħixu f'familji mingħajr impjieg*,

— parteċipanti li jgħixu f'familji mingħajr impjieg bi tfal dipendenti*,

— parteċipanti li jgħixu f'unità domestika b’ġenitur wieħed bi tfal dipendenti*,

Id-dejta dwar parteċipanti taħt l-ewwel żewġ indikaturi ta' hawn fuq għandha tiġi pprovduta fir-rapporti tal-implimentazzjoni annwali kif speċifikat fl-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Id-dejta dwar parteċipanti taħt l-aħħar tliet indikaturi ta' hawn fuq għandha tiġi pprovduta fir-rapporti kif speċifikat fl-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Id-dejta tal-ewwel ħames indikaturi ta’ hawn fuq għandha tinġabar abbażi ta' kampjun rappreżentattiv tal-parteċipanti għal kull prijorità ta' investiment. Il-validità interna għandha tiġi żgurata b'tali mod li d-dejta tkun tista' tiġi ġġeneralizzata fil-livell tal-prijorità ta' investiment.”

Artikolu 267
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (n) jinbidel b'dan li ġej:

“(n) “bidwi żagħżugħ” tfisser persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap ta' dik l-azjenda; l-istabbiliment jista’ jsir b’mod individwali jew flimkien ma’ bdiewa oħrajn;”

(b) il-punt (r) jinbidel b’dan li ġej:

(r) “foresta” tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kopertura li tkopri aktar minn 10 fil-mija, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ; u ma tinkludix art li fuqha primarjament isir użu agrikolu jew urban tal-art, soġġetta għall-paragrafu 2;

(c)Jiżdied il-punt (s) li ġej:

“(s) “data ta’ stabbiliment” tfisser id-data li fiha jibda l-proċess ta’ stabbiliment permezz ta’ azzjoni(jiet) imwettqa mill-applikant.;”

2.fl-Artikolu 8(1)(h), il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

3.“(ii) tabella li, għal kull miżura, għal kull tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, għat-tip ta’ operazzjoni msemmi fl-Artikolu 39a u għall-assistenza teknika, tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ppjanata u r-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tinidka b’mod separat ir-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għar-reġjuni inqas żviluppati u għal reġjuni oħrajn; “Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“L-appoġġ minn din il-miżura jista' jkopri wkoll il-kostijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' għoti ta' informazzjoni u ta’ promozzjoni implimentati minn gruppi ta' produtturi, rigward prodotti koperti mill-iskema ta' kwalità li tirċievi appoġġ f'konformità mal-paragrafu 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu implimentati fis-suq intern biss.”

4.Fl-Artikolu 17(1), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b) jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-TFUE jew il-qoton, minbarra l-prodotti tas-sajd; ir-riżultat tal-proċess ta’ produzzjoni jista’ jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness; meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, l-input jista’ jkun ukoll prodott mhux kopert mill-Anness I għat-TFUE bil-kundizzjoni li l-investiment jikkontribwixxi għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;”

5.L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. L-applikazzjoni għal appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa fi żmien 24 xahar mid-data ta’ stabbiliment.

L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoin tan-negozju għandha tibda sa mhux aktar tard minn disa’ xhur mid-data tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta’ ħames snin.

Għall-bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jibda wara d-data ta’ stabbiliment. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jipprovdi li l-bidwi żagħżugħ jikkonforma mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rigward il-bdiewa attivi fi żmien 18-il xahar mid-data tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-azzjoni(jiet) imsemmija fl-Artikolu 2(1)(s) fil-programmi ta’ żvilupp rurali.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi għal kull benefiċjarju sabiex jagħtu aċċess għal appoġġ skont il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ skont il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-azjendi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ impriżi mikro u żgħar.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 jista’ jkun ipprovdut ukoll fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, jew taħlita ta’ għotjiet u ta’ strumenti finanzjarji.”;

(c)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

"5. L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitħallas f’tal-anqas żewġ ħlasijiet parzjali. Il-ħlasijiet parzjali jistgħu jkunu digressivi. Il-pagament tal-aħħar ħlas parzjali skont il-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi mill-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.”;

6.Fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ ikun ipprovdut fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.”;

7.L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

(c) għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa tas-setturi kollha għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”;

(ii)jiżdied il-punt (d) li ġej:

(d) għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta’ settur speċifiku għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”;

(b)Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3. Għall-fini tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, “fond mutwu” tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal bdiewaaffiljati sabiex jassiguraw lilhom infushom, li biha

il-pagamenti ta’ kumpens isiru lil bdiewa affiljati għal telf ekonomiku kkaġunat minn avvenimenti klimatiċi avversi jew mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta’ pesti jew inċident ambjentali, jew għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”

(c)fil-paragrafu 5, jitħassar it-tieni subparagrafu.

8.Fl-Artikolu 38(3), jitħassar it-tielet subparagrafu;

9.L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)L-intestatura tal-Artikolu 39 tinbidel b'li ġej:

“Artikolu 39
Għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa tas-setturi kollha”

(b) fil-punt (b) tal-paragrafu 4 titħassar l-aħħar sentenza.

10.Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

“Artikolu 39a
Għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa ta’ setturi speċifiku

"1. L-appoġġ skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss f’każijiet iġġustifikati kif xieraq u meta t-tnaqqis fid-dħul ikun jaqbeż l-20 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perjodu ta’ tliet snin preċedenti jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin minbarra l-ogħla entrata u l-anqas waħda. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluża kwalunkwe forma ta’ appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-input. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza.

2. Il-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 39 għandhom japplikaw għall-fini ta’ appoġġ skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1).”;

11.L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-kapital operatorju li huwa anċillari għal, u marbut ma’ investiment ġdid, li jirċievi appoġġ mill-FAEŻR permezz ta’ strument finanzjarju stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jista’ jkun nefqa eliġibbli. Tali nefqa eliġibbli ma għandhiex taqbeż it-30 % tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli għall-investiment. It-talba rilevanti għandha tkun sostanzjata kif xieraq.”

(b)jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7    Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ ikun ipprovdut fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.”;

12.L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-Paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta’ deroga, f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq fejn ma jkunx possibbli li jiġu stabbiliti kriterji tal-għażla minħabba n-natura tat-tip ta’ operazzjonijiet ikkonċernati, l-Awtorità Maniġerjali tista’ tiddefinixxi metodu tal-għażla ieħor li jrid jiġi deskritt fil-programm ta’ żvilupp rurali wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ monitoraġġ.”;

(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. L-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet għandha tiżgura li l-operazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 18(1)(b), 24(1)(d), 28 sa 31, 33 sa 34 u 36 sa 39a, jintgħażlu f'konformità mal-kriterji tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1 u skont proċedura trasparenti u dokumentata sew.”;

(c)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ ikun ipprovdut fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.”;

13.Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f) 100 % għal ammont ta’ EUR 100 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Irlanda, għal ammont ta’ EUR 500 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Portugall u għal ammont ta’ EUR 7 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lil Ċipru.”

(b) fil-punt (g), l-aħħar sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li tkun applikabbli mingħajr din id-deroga għandha tkun rispettata għan-nefqa pubblika totali magħmula matul il-perjodu ta' programmazzjoni;”;

(c)jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h) ir-rata ta’ kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 39a(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) tal-istess Regolament.”

14.L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, inklużi bidliet demografiċi sinifikanti u f’daqqa li jirriżultaw mill-migrazzjoni jew mill-akkoljenza ta’ rifuġjati, il-progrmami ta’ żvilupp rurali jistgħu jipprovdu li l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programm tista’ tibda mid-data meta jkun seħħ l-avveniment.”

(b)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Bl-eċċezzjoni ta’ kostijiet ġenerali kif iddefiniti fl-Artikolu 45(2)(c), fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta' investiment taħt miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, hija biss in-nefqa mġarrba wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li għandha titqies eliġibbli. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-programm tagħhom li n-nefqa li hija relatata ma’ miżuri ta’ emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, inklużi bidliet demografiċi sinifikanti u f’daqqa li jirriżultaw mill-migrazzjoni jew mill-akkoljenza ta’ rifuġjati, u li ġġarrbet mill-benefiċjajru wara li jkun seħħ l-avveniment, hija eliġibbli wkoll”

15.fl-Artikolu 62, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Meta l-għajnuna tingħata fuq il-bażi tal-kostijiet standard jew tal-kostijiet addizzjonali u tad-dħul mitluf skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament (rigward dħul mitluf u kostijiet ta’ manutenzjoni) u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti huma adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Fil-programm ta' żvilupp rurali għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.”:

16.fl-Artikolu 74, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)    jiġi kkonsultat u għandu joħroġ opinjoni, qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa rilevanti għal proposti, dwar il-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet iffinanzjati, li għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet ta’ programmazzjoni;”.

Artikolu 268
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)jitħassar il-paragrafu 2.

(b)il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"3. Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rata ta’ aġġustament. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

4. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha tapplika r-rata ta’ aġġustament, il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta’ aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 116(2).”

5. L-Istati Membri għandhom iroddu lura l-approprjazzjonijiet riportati skont l-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju lir-riċevituri finali li huma soġġetti, fis-sena finanzjarja li għaliha huma riportati l-approprjazzjonijiet, għar-rata ta’ aġġustament.

Ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika fis-sena finanzjarja preċedenti.”

2.fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Fil-każ ta’ kwalunkwe proċediment legali jew appell amministrattiv li jkollu effett ta’ sospensjoni, il-perjodu għal diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, fir-rigward tal-ammont relatat mal-operazzjonijiet ikkonċernati, għad-durata ta’ dak il-proċediment jew ta’ dak l-appell amministrattiv, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tirċievi notifikazzjoni motivata mill-Istat Membru sal-31 ta’ Jannar tas-sena N + 4.”

3.Fl-Artikolu 43(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a) somom li, skont l-Artikolu 40, l-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 51 fir-rigward tan-nefqa skont il-FAEG, u l-Artikoli 52 u 54 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħaxijiet fuqhom;”

4.fl-Artikolu 54, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Jekk ma jsirx irkupru fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin fejn l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru kkonċernat, bla ħsara għar-rekwiżit li l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwi proċeduri ta’ rkupru b’konformità mal-Artikolu 58.

Meta, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru, jiġi rreġistrat in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità permezz ta’ strument amministrattiv jew legali ta’ natura aħħarija, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddikjara bħala nefqa dovuta lill-Fondi l-piż finanzjarju mġarrab minnu skont l-ewwel subparagrafu.

Madankollu, jekk, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat Membru kkonċernat, ma jkunx possibbli li l-irkupru jseħħ sal-iskadenza speċifikata fl-ewwel subparagrafu, u jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat jaqbeż il-EUR 1 miljun, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru, testendi l-iskadenza b’perjodu li ma jkunx itwal min-nofs il-perjodu oriġinali.”

5.fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta n-nuqqas ta’ konformità jikkonċerna regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li jridu jsiru għan-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni bl-implimentazzjoni kondiviża għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni għandha tkun affettwata biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex issir jew li ġiet irtirata.”

Artikolu 269
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

1.fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkolat skont dak is-subparagrafu.”;

2.fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi 7 u 8 li ġejjin:

“7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu mill-2018 li wieħed jew tnejn biss mill-kriterji elenkati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 jistgħu jiġu invokati minn persuni jew minn gruppi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel u tat-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 sabiex juru li huma bdiewa attivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2017.

8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieqfu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu mill-2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2017.”

3.fl-Artikolu 36(4), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament ta’ żona waħda skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2017 bil-perċentwal annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kull sena kalendarja mill-2018.

L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fit-tieni subparagrafu fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.”;

4.fl-Artikolu 50, jitħassar il-paragrafu 9;

5.fl-Artikolu 51, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Meta l-ammont totali tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li ssir applikazzjoni għalih fi Stat Membru f’sena partikolari jaqbeż il-massimu ta’ 2 % stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu massimu applikabbli għan-numru ta’ intitolamenti ta’ pagament attivati mill-bidewi jew għan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarati mill-bidewi sabiex jikkonformaw mal-massimu ta’ 2 % stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw dak il-limitu meta japplikaw l-Artikolu 50(6), (7) u (8).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe limitu applikat skont l-ewwel subparagrafu mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara s-sena li fiha ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għal għajnuna li fir-rigward tagħha ġew applikati l-limiti.”

6.Fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:

“(10) Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 rigward miżuri sabiex tevita milli l-benefiċjarji ta’ appoġġ akkoppjat volontarju jżommu l-livell ta’ produzzjoni minkejja żbilanċi strutturali tas-suq f’settur billi jippermettu li t-tali appoġġ jista’ jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata appoġġ akkoppjat volontarju f’perjodu ta’ referenza fl-imgħoddi.”

Artikolu 270
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej: (f) prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, inkluż l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali;”

(b)Fil-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

“(i) l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali”

2.Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Il-limitu ta’ 50 % stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:

(a)    l-irtirar mis-suq ta’ frott u ta’ ħaxix li ma jaqbżux il-5 % tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni ta’ produtturi u li jitneħħew billi:

(i)    jitqassmu b’xejn lil organizzazzjonijiet u lil fondazzjonijiet tal-karità li huma approvati f’dan is-sens mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jgħinu lil persuni li għandhom dritt għall-għajnuna pubblika li huwa rrikonoxxut mil-liġi nazzjonali, b’mod partikulari minħabba li ma għandhomx il-mezzi ta’ sussistenza meħtieġa;

(ii)    jiqassmu b’xejn lil istituzzjonijiet penali, lil skejjel u lil istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi u lil kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u lil djar tal-anzjani nnominati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet imqassmin b’dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw mit-tali stabbilimenti.

(b)    azzjonijiet relatati mal-ikkowċjar ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, ta’ gruppi ta’ produtturi jew ta’ produtturi individwali oħrajn mill-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 35(1).”

3.L-Artikolu 35 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 35
Assistenza finanzjarja nazzjonali

1. Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja jistgħu jagħtu lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, fuq talba tagħhom, assistenza finanzjarja nazzjonali ta’ massimu ta’ 1 % mill-valur tal-produzzjoni tagħhom imqiegħda fis-suq. Dik l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali.

2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 li jemenda l-paragrafu 1 sabiex iżżid Stati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix ikun partikolarment baxx u sabiex tħassar Stati Membri fejn dan ma jibqax il-każ. 

4.L-Artikolu 188 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 188
Il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kwoti tariffarji

1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħad għad-dispożizzjoni pubblika, permezz ta’ pubblikazzjoni fuq il-web xierqa, ir-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-applikazzjonijiet notifikati filwaqt li tqis il-kwoti tariffarji disponibbli u l-applikazzjonijiet innotifikati.

2. Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza wkoll, fejn xieraq, għall-bżonn li jiġu miċħudin applikazzjonijiet pendenti, sospiża s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew allokati kwantitajiet mhux użati.

3. L-Istati Membri għandhom joħroġu liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom fi ħdan il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni, soġġetti għall-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni rispettivi u wara li jsiru pubbliċi mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.”

Artikolu 271
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1309/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“ 2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri applikanti jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil ċertu numru ta’ NEETs taħt l-età ta’ 25 sena jew, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, taħt l-età ta’ 30 sena, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li huwa daqs in-numru ta’ benefiċjarji fil-mira, bħala prijorità lill-persuni li ngħataw is-sensja jew li waqfet l-attività tagħhom, diment li tal-inqas uħud mis-sensji skont it-tifsira tal-Artikolu 3 iseħħu f’reġjuni tal-livell 2 tal-NUTS li kellhom rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ għal żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena ta’ aktar minn 25 % fl-2012 u, għall-Istati Membri fejn ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kienet żdiedet b’aktar minn 30 % fl-2012, reġjuni tal-livell 2 tal-NUTS li kellhom rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ aktar minn 20 % fl-2012. L-appoġġ jista’ jingħata lin-NEETs taħt l-età ta’ 25 sena jew, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, taħt l-età ta’ 30 sena, f’dawk ir-reġjuni tal-livell 2 tal-NUTS li kellhom rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena ta’ aktar minn 25 % fl-2012 u, għall-Istati Membri fejn ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kienet żdiedet b'aktar minn 30 % fl-2012, reġjuni tal-livell 2 tal-NUTS li kellhom rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ aktar minn 20 % fl-2012.”

2.Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont ir-Regolament Finanzjarju.”

3.Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ikunu ssodisfati, hija għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG għandha tittieħed mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien fi żmien xahar mir-riferiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

It-trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru skont l-Artikolu 30(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 272
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:

1.Għandu jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

" Kapitolu Va
Taħlit



Artikolu 16a
Faċilitajiet ta’ Taħlit tas-CEF

1. Faċilitajiet ta’ Taħlit skont l-Artikolu 153 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jkunu stabbiliti skont dan ir-Regolament għal settur tas-CEF wieħed jew aktar.

2. Il-Faċilitajiet ta’ Taħlit tas-CEF għandhom jiġu implimentati skont l-Artikolu 6(3).

3. Il-kontribuzzjoni ġenerali mill-baġit tal-Unjoni għall-Faċilitajiet ta’ Taħlit tas-CEF ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-pakketti finanzjarji ġenerali tas-CEF kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

4. L-appoġġ ipprovdut mill-Faċilità ta’ Taħlit tas-CEF fil-forma ta’ għotjiet għandu jikkonforma mal-eliġibbiltà u mal-kundizzjonijiet għall-assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 7. L-ammont ta’ assistenza finanzjarja li trid tingħata lill-operazzjonijiet ta’ Taħlit appoġġjati permezz ta’ Faċilità ta’ Taħlit tas-CEF għandu jiġi mmodulat fuq il-bażi ta’ analiżi kost-benefiċċji u l-ħtieġa li jiġi massimizzat l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-Unjoni.

5. L-Unjoni, kwalunkwe Stat Membru u investituri oħrajn jistgħu jikkontribwixxu għall-Faċilitajiet ta’ Taħlit tas-CEF, diment li l-Kummissjoni taqbel ma’ kwalunkwe speċifikazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ taħlit u/jew mal-istrateġija ta’ investiment tal-faċilità li tista’ tkun neċessarja minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali. Dawk ir-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

6. L-operazzjonijiet ta’ taħlit appoġġati permezz ta’ Faċilità ta’ Taħlit tas-CEF għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ maturità u għandhom ifittxu li jkollhom diversifikazzjoni settorjali skont l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri. Huma għandhom:

(a) jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;

(b) iwieġbu għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

7. L-operazzjonijiet ta’ taħlit fil-pajjiżi terzi jistgħu jkunu appoġġjati permezz ta’ Faċilità ta’ Taħlit għat-Trasport tas-CEF jekk dawk l-azzjonijiet ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni.”

2.Fl-Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jkun fil-medda ta' bejn 80 % sa 95 % tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1).”

3.Fl-Artikolu 22, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni subparagrafu:

“Iċ-ċertifikazzjoni msemmija hawn fuq tan-nefqa mhijiex obbligatorja għal għotjiet mogħtijin fuq il-bażi tar-Regolament 283/2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.”

Artikolu 273
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

"4.    Il-paragrafi 1 sa 3 ma japplikawx għall-finijiet ta’ elementi modifikanti ta’ programm operazzjonali li jaqgħu taħt is-sottotaqsimiet 3.5 u 3.6 u t-taqsima 4 rispettivi tal-mudelli tal-programmi operazzjonali stipulati fl-Anness I.

Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li taqa’ taħt l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar mid-data ta’ dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, li ma għandhiex tkun qabel id-data tal-adozzjoni tagħha.”

2.Fl-Artikolu 25(3), jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) regoli għall-applikazzjoni tal-kostijiet unitarji, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi korrispondenti applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju.”

3.L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punti (d) u (e) jinbidlu b'dan li ġej:

“(d) il-kostijiet ta’ organizzazzjonijiet sħab għall-ġbir, għat-trasport, għall-ħżin u għad-distribuzzjoni ta’ donazzjonijiet ta’ ikel u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni relatati direttament;”

“(e) il-kostijiet tal-miżuri ta' akkumpanjament imwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet sħab li jwasslu l-għajnuna materjali u/jew l-għajnuna materjali bażika direttament jew bi ftehimiet ta' kooperazzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-kostijiet imsemmijin fil-punt (a); jew ta’ 5 % tal-valur tal-prodotti tal-ikel imneħħijin skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”

(b)għandu jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a. Minkejja l-paragrafu 2, tnaqqis tal-kostijiet eliġibbli msemmijin fil-paragrafu (2)(a) minħabba nuqqas ta’ konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fil-kostijiet eliġibbli ta’ korpi oħrajn stabbiliti fil-paragrafu 26(2)(c) u (e).”

4.Fl-Artikolu 30 (2) ir-raba’ subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u dan ikun riżultat ta’ tort jew ta’ negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont imħallas indebitamnet jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 250 f’kontribuzzjoni mill-Fond għal operazzjoni f’sena kontabilistika.”

5.L-Artikolu 32(4) huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)    tivverifika li ġew ipprovduti l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm operazzjonali u mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u, fejn il-kostijiet iridu jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25, li tħallset dik in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji relatata ma’ dawk il-kostijiet;”

(b) il-punt (aa) li ġej jiddaħħal wara l-punt (a):

“(aa)    tivverifika li, fil-każ ta’ kostijiet rimborżati skont il-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25, ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju.”

6.Fl-Artikolu 42, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3    Id-data tal-iskadenza għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi sospiża mill-awtorità maniġerjali f'wieħed mill-każijiet ġustifikati kif xieraq li ġejjin:

(a)    l-ammont tal-pretensjoni għall-pagament ma jkunx dovut jew id-dokumenti ta' sostenn xierqa, inklużi d-dokumenti meħtieġa għall-verifiki tal-ġestjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(4), ma jkunux ġew ipprovduti;

(b)    tkun inbdiet investigazzjoni fir-rigward ta' irregolarità possibbli li taffettwa n-nefqa kkonċernata.

Il-benefiċjarju kkonċernat għandu jiġi infurmat bil-miktub dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għaliha.”

7.Fl-Artikolu 51, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. Id-dokumenti għandhom jinżammu jew fil-forma oriġinali tagħhom, jew bħala kopji awtentifikati tal-oriġinali, jew fuq mezzi tal-ħażna tad-dejta aċċettati b’mod komuni inkluż verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss. Meta jinżammu dokumenti fuq mezzi tal-ħażna tad-dejta aċċettati b’mod komuni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5, ma għandu jkun meħtieġ ebda oriġinal.”

Artikolu 274
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 283/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 2(1), il-punt (e) huwa emendat kif ġej:

“servizzi ġeneriċi” tfisser servizzi ta’ pont li jgħaqqdu infrastruttura/i nazzjonali waħda jew aktar ma’ pjattaforma/i tas-servizzi ċentrali kif ukoll servizzi li jżidu l-kapaċità ta’ Infrastruttura tas-Servizz Diġitali billi jipprovdu aċċess għal faċilitajiet komputazzjonali, ta’ ħżin u ta’ ġestjoni tad-dejta bi prestazzjoni għolja.”

2.Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom jiġu appoġġati permezz ta':

(a)    akkwist,

(b)    għotjiet, u/jew

(c)    strumenti finanzjarji kif previst fl-Artikolu 5(5).”

Artikolu 275
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:

1.Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ azzjonijiet pluriennali, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu fi ħlasijiet parzjali annwali. Meta l-impenji baġitarji jinqasmu b'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha timpenja l-ħlasijiet parzjali annwali filwaqt li jitqiesu l-progress tal-azzjonijiet, il-ħtiġijiet stmati u l-baġit disponibbli.”;

2.Fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 5;

3.Fl-Artikolu 22, jitħassar il-paragrafu 5;

4.Fl-Artikolu 27, jitħassar il-paragrafu 5.

Artikolu 276
Emendi għad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE

Fid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 , fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Programmi ta’ finanzjament stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 377/2014 u (UE) Nru 1285/2013 u mid-Deċiżjoni 2013/743/UE jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-programmi u f’konformità mal-għanijiet u l-objettivi tagħhom. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014.”

IT-TIELET PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI

Artikolu 277
Dispożizzjonijiet tranżitorji

Impenji legali għal għotjiet li jimplimentaw il-baġit tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jistgħu jkomplu jieħdu l-forma ta’ deċiżjonijiet ta’ għoti. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII applikabbli għal ftehimiet ta’ għoti għandhom japplikaw mutatis mutandis għal deċiżjonijiet ta’ għoti. Il-Kummissjoni ser tirrevedi l-użu ta’ deċiżjonijiet ta’ għoti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020, b’mod partikolari fid-dawl tal-progress li jkun sar fil-firma elettronika u fil-ġestjoni elettronika tal-għotjiet sa dak iż-żmien.

Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jawtorizzaw l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ kostijiet unitarji jew ta’ rati fissi adottati skont l-Artikolu 124 tar-Regolament 966/2012 għandhom jiġu emendati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli skont l-Artikolu 175 ta’ dan ir-Regolament.

Il-ftehimiet qafas eżistenti jistgħu jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 126.

Fejn hemm bżonn, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni talba għall-emendar tal-programm ta’ żvilupp rurali sabiex jikkonformaw mal-punt (s) tal-Artikolu 2(1) u mal-Artikolu 19(4) u (4a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 278
Rieżami

Dan ir-Regolament ikun rieżaminat kull meta jkun neċessarju li dan isir u f’kull każ mill-anqas sentejn qabel ma jintemm kull qafas finanzjarzju plurienali.

It-tali rieżami għandu jkopri, fost l-oħrajn, l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet fit-Titolu VIII tal-Ewwel Parti u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 251.

Artikolu 279
Tħassir

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 huma mħassrin b’effett mill-1 ta’ Jannar 20XX.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness 2.

Artikolu 280
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 20XX.

Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 265(11)(b) u (c), l-Artikolu 265(12)(a), (b)(i), (c) u (d), l-Artikolu 265(14)(b), l-Artikolu 265(17), (18), (20) u (21), l-Artikolu 265(24)(c), l-Artikolu 265(25)(a)(i), l-Artikolu 265(46), l-Artikolu 265(48), l-Artikolu 265(49), l-Artikolu 50(a), l-Artikolu 265(62), l-Artikolu 266(3) u l-Artikolu 273(3)(b) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 201 sa 207 għandhom japplikaw għal garanziji baġitarji u għall-assistenza finazjarja, u l-Artikoli 205 u 206 għandhom japplikaw għal strumenti finanzjarji, mid-data ta’ dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020.

Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punt 9 tal-Artikolu 2 u l-Artikoli 39(5), 211, 212 u 213 għandhom japplikaw mid-data ta’ dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. 

(1)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru    2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p.1)
(2)    Minn 71 paġna fl-1977 għal 319-il paġna fl-2006 u 345 paġna fl-2012
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' "Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006.
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna
(6)    Grupp ta’ esperti kopresedut mill-eks Viċi President Siim Kallas imwaqqaf mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Lulju 2015 sabiex jagħtiha pariri rigward is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
(7)    Ara sinteżi fuq http://ec.europa.eu/budget/consultations/index_en.cfm
(8)     http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/2015/2015_eu_budget_focused_on_ results_conference_summary_en.pdf
(9)    COM… (2016)
(10)    F’diversi opinjonijiet, il-Kumitat tar-Reġjuni talab ukoll li jkun hemm regoli tal-UE aktar sempliċi u flessibbli (eż. opinjonijiet dwar is-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni, CDR 2798/2015, u tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej mill-perspettiva tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali, CDR 8/2016).
(11)    ĠU C , , p. .
(12)    ĠU C , , p. .
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(15)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2102, p. 111).
(16)    ĠU L 123, 12 ta’ Mejju 2016, p.1. – Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
(17)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(18)    Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1)
(19)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.)
(20)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.)
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608)
(23)    Titolu sħiħ, ĠU.
(24)    Titolu sħiħ, ĠU.
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(26)    ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65.
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(28)    ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(29)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39).
(30)    Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
(31)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1)
(32)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas- 26 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
(33)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L Nru 209, 2.8.1997, p.6)
(34)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(35)    ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(36)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(37)    ĠU C 316, 2711.1995, p. 48.
(38)    ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.
(39)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat ( ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54 ).
(40)    Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal- 24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata ( ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42 ).
(41)    Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ( ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15 ).
(42)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu ( ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3 ).
(43)    Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI ( ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1 ).
(44)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea ( ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1 ).
(45)    ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(46)    Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).
(47)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1)
(48)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13–18.
(49)    Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)
(50)    Ir-Regolament (UE) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.
(51)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
(52)    Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
(53)    Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
(54)    L-awtoritajiet maniġerjali għandhom jistabbilixxu sistema li żżomm rekord u taħżen id-dejta dwar il-parteċipanti individwali f’forma kompjuterizzata kif stipulat fl-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-arranġamenti ta’ pproċessar tad-dejta implimentati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31), b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha.Dejta rrapportata bl-indikaturi mmarkati b’* hija dejta personali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE. L-ipproċessar tagħha jkun meħtieġ għall-konformità mal-obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur (l-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE). Għad-definizzjoni ta' kontrollur, ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.Dejta rrapportata bl-indikaturi mmarkati b’** taqa’ f’kategorija speċjali ta’ dejta skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE. Soġġetti għall-implimentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, jistabbilixxu eżenzjonijiet b’żieda ma dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE, jew permezz tal-liġi nazzjonali jew inkella b’deċiżjoni tal-awtorità superviżorja (l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE).
(55)    Id-dejta għandha tinġabar fil-livell ta' unitajiet amministrattivi iżgħar (unitajiet amministrattivi lokali 2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(56)    Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU 2013 L 347, 20.12.2013, p. 347).
(57)    Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
(58)    Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227).
Augša

Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 605 final

ANNESS

għall-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1299/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014,(UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


ANNESS

għall-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1299/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014,(UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Kapitolu 1 Dispożizzjonijiet komuni

Taqsima 1

Kuntratti qafas u pubbliċità

1.Kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi

1.1.Kuntratt qafas ma jistax ikun għal aktar minn erba' snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati b'mod partikolari mis-suġġett tal-kuntratt qafas.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jingħataw skont il-kondizzjonijiet tal-kuntratt qafas.

Meta jingħataw kuntratti speċifiċi, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu tibdil sostanzjali għall-kuntratt qafas.

1.2.Meta kuntratt qafas jiġi konkluż ma' operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi jingħataw fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt qafas.

F'ċirkustanzi debitament iġġustifikati, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-kuntrattur, u jitolbuh jissupplimenta l-offerta tiegħu jekk meħtieġ.

1.3.Meta kuntratt qafas ikun irid jiġi konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi (“kuntratt qafas multiplu”), jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati ffirmati b’patti u kundizzjonijiet identiċi ma’ kull kuntrattur.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas konklużi ma' diversi operaturi ekonomiċi għandhom ikunu implimentati b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)skont it-termini tal-kuntratt qafas: mingħajr ma terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi l-patti kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kundizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta' liema kuntratturi għandhom iwettquhom;

(b)meta mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati jiġu stabbiliti fil-kuntratt qafas: billi terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, skont il-paragrafu 1.4 u abbażi ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)l-istess u, fejn neċessarju, b'termini fformulati bi preċiżjoni akbar,

(ii)fejn ikun xieraq, fuq il-bażi ta' termini oħra msemmija fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

(c)parzjalment mingħajr ma tinfetaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni skont il-punt (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost il-kuntratturi skont il-punt (b), fejn din il-possibilità ġiet stipulata mill-awtorità kontraenti fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-kuntratt qafas.

Id-dokumenti tal-akkwist imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jiġu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

1.4.Kuntratt qafas multiplu bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandu jiġi konkluż ma' tal-anqas tliet operaturi ekonomiċi, bil-kundizzjoni li jkun hemm għadd suffiċjenti ta' offerti ammissibbli kif imsemmi fil-punt 29.3 tal-Anness.

Wara l-għoti ta' kuntratt speċifiku billi terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsultahom bil-miktub u tiffissa limitu ta' żmien li jkun twil biżżejjed li jippermetti li jiġu ppreżentati offerti speċifiċi. Offerti speċifiċi għandhom jiġu sottomessi bil-miktub. L-awtorità kontraenti għandha tagħti kull kuntratt speċifiku lill-offerent li jkun tefa' l-aktar offerta speċifika ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt qafas.

1.5.F'setturi soġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u tat-teknoloġija, il-kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni jinkludu klawsola dwar reviżjoni ta' nofs it-terminu jew dwar sistema ta' valutazzjoni komparattiva. Wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tuża l-kuntratt qafas ikkonċernat u tieħu l-miżuri xierqa sabiex ittemmu.

2.Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn tal-baġit.

2.1.Reklamar ta' proċeduri ugwali jew ogħla mil-limitu minimu skont l-Artikolu 169(1) jew għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

2.2.L-avviżi għal pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha stabbilita fil-formoli standard rilevanti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura.

2.3.L-awtorità kontraenti tista' tħabbar l-intenzjonijiet tagħha ta' akkwisti ppjanati għas-sena finanzjarja permezz ta' pubblikazzjoni ta' avviż ta' informazzjoni minn qabel. Huwa għandu jkopri perjodu li jkun daqs jew inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

L-awtorità kontraenti tista' tippubblika avviż ta' informazzjoni minn qabel jew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq il-profil tax-xerrej tagħha. F'dan il-każ, avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil tax-xerrej għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.4.L-awtorità kontraenti għandha tibgħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet avviż ta' għoti fuq ir-riżultati tal-proċedura sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-iffirmar ta' kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1).

Madankollu, l-avviżi li jirrigwardaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta' xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta' kull tliet xhur. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur.

2.5.L-awtorità kontraenti għandha tippubblika avviż ta' għoti ta' kuntratt:

(a)qabel ma tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1) u mogħti skont il-proċedura taħt il-punt 11.1(b);

(b)wara li tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b'valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1) inkluż dawk mogħtija skont il-proċeduri fil-punti (a) u (c) sa (f) tal-punt 11.1.

2.6.L-awtorità kontraenti għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta' modifika ta' kuntratt matul it-tul tiegħu fil-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 166(3) fejn il-valur tal-modifika jkun daqs jew akbar mil-limiti definiti fl-Artikolu 169(1) jew daqs jew akbar mil-limiti definiti fl-Artikolu 172(1) għal proċeduri fil-qasam tal-azzjonijiet esterni.

2.7.F'każ ta' proċedura interistituzzjonali, l-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura għandha tkun inkarigata li tapplika miżuri ta' pubbliċità.

3.Reklamar ta' proċeduri li jaqgħu taħt il-limitu minimu skont l-Artikolu 169(1) jew li jaqgħu lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE

3.1.Proċeduri b'valur stmat tal-kuntratt taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1) għandhom jiġu rreklamati b'mezzi xierqa. Tali reklamar jinvolvi pubbliċità ex ante xierqa fuq l-Internet jew avviż ta' kuntratt jew, għal kuntratti mogħtija skont il-proċedura stabbilita fil-punt 13, il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu ma għandux japplika għall-proċedura stipulata fil-punt 11 u l-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta' valur baxx ħafna taħt il-punt 14.4.

3.2.Għal kuntratti mogħtija skont il-punti (g) u (i) tal-punt 11, l-awtorità kontraenti għandha tibgħat lista tal-kuntratti mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' wara s-sena finanzjarja segwenti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-każ tal-Kummissjoni, dik il-lista tiġi annessa mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 73(9).

3.3.L-informazzjoni dwar l-għoti ta' kuntratt għandha tinkludi l-isem tal-kuntrattur, l-ammont impenjat legalment u s-suġġett tal-kuntratt u, f'każ ta' kuntratti diretti u speċifiċi, din għandha tikkonforma mal-Artikolu 36(3).

L-awtorità kontraenti għandha tippubblika lista ta' kuntratti fuq is-sit tal-Internet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja segwenti:

(a)kuntratti taħt il-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 169(1);

(b)kuntratti mogħtija skont il-punti (h) u (j) sa (m) tal-punt 11;

(c)modifikazzjonijiet ta' kuntratti kif stabbilit fil-punt (c) tal- Artikolu 166(3);

(d)il-modifiki tal-kuntratti kif stipulat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 166(3), fejn il-valur tal-modifika ikun anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1);

(e)kuntratti speċifiċi f'kuntratt ta' qafas.

Għall-finijiet tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu, l-informazzjoni ppubblikata tista' tiġi aggregata għal kull kuntrattur għall-istess suġġett.

3.4.Fil-każ ta' kuntratti qafas interistituzzjonali, kull awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli għar-reklamar tal-kuntratti speċifiċi tagħha u l-emendi tagħhom skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.3.

4.Pubblikazzjoni ta' avviżi

4.1.L-awtorità kontraenti għandha tfassal u tibgħat l-avviżi msemmija fil-punti 2 u 3 b'mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

4.2.L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jippubblika l-avviżi msemmija fl-Artikoli 2 u 3 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn:

(a)sebat ijiem wara d-dispaċċ tagħhom jekk l-awtorità kontraenti tuża sistema elettronika biex jimtlew il-formoli standard imsemmija fil-punt 2.1 tal-Anness u tillimita t-test liberu għal 500 kelma;

(b)12-il jum wara d-dispaċċ tagħhom fil-każijiet l-oħra kollha.

4.3.L-awtorità kontraenti trid tkun kapaċi tipprovdi evidenza tad-data tal-ħruġ.

5.Forom oħra ta' reklamar

Barra mir-reklamar ipprovdut għalih fil-punti 2 u 3, il-proċeduri ta' akkwist jistgħu jiġu rreklamati f'kwalunkwe mod ieħor, b'mod notevoli fil-forma elettronika. Kwalunkwe reklamar bħal dan għandu jirreferi għall-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat, u ma jistax jippreċedi l-pubblikazzjoni ta' dak l-avviż, li hu biss hu awtentiku.

Tali reklamar ma jista' jintroduċi l-ebda diskriminazzjoni bejn il-kandidati jew l-offerenti u lanqas ma jista' jkun fih dettalji ħlief dawk inklużi fl-avviż tal-kuntratt, jekk l-avviż ikun ġie ppubblikat.

Taqsima 2

Proċeduri ta' akkwist

6.Għadd minimu ta' kandidati u arranġamenti għan-negozjar

6.1.Fi proċedura ristretta, u fil-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-punt 13.1 u fil-punt 14.2, l-għadd minimu ta' kandidati għandu jkun ħamsa.

6.2.Fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv, is-sħubija għall-innovazzjoni, ir-riċerka tas-suq lokali taħt il-punt 11.1(g) u l-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta' valur baxx skont il-punt 14.3 l-għadd minimu ta' kandidati għandu jkun tlieta.

6.3.Il-paragrafi 6.1 u 6.2 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a)proċeduri nnegozjati għal kuntratti ta' valur baxx ħafna skont il-punt 14.4;

(b)proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel skont il-punt 11 ħlief għal kompetizzjonijiet ta' disinn skont il-punt 11.1(d) u prospetti tas-suq lokali skont il-punt 11.1(g).

6.4.Meta l-għadd ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jkun anqas mill-għadd minimu speċifikat fil-punti 6.1 u 6.2, l-awtorità kontraenti tista' tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidati li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa. L-awtorità kontraenti ma tistax tinkludi operaturi ekonomiċi li ma jkunux inizjalment talbu li jipparteċipaw jew li ma jkunux inizjalment mistiedna.

6.5.Matul in-negozjar, l-awtorità kontraenti għandha tiżgura trattament ugwali lill-offerenti kollha.

6.6.Negozjar jista' jsir fi stadji suċċessivi sabiex jonqos l-għadd ta' offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist. L-awtorità kontraenti għandha tindika jekk mhux se tuża din l-għażla fid-dokumenti tal-akkwist.

6.7.Għall-proċeduri stabbiliti fil-punti (d) u (g) tal-punt 11.1 u l-punti 14.2 u 14.3, l-awtorità kontraenti għandha tistieden mill-inqas lill-operaturi ekonomiċi kollha li esprimew interess wara pubbliċità ex ante kif stabbilit fil-punt 3.1 jew prospezzjoni tas-suq lokali jew kompetizzjoni dwar id-disinn.

7.Sħubija għall-innovazzjoni

7.1.L-għan tas-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta' prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tax-xogħlijiet, il-fornimenti jew is-servizzi li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu mal-livelli ta' prestazzjoni maqbula u l-kostijiet massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u s-sħab.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f'fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta' passi fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni, li tista' tinkludi t-tlestija tax-xogħlijiet, il-manifattura tal-prodotti jew il-forniment tas-servizzi. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab.

Abbażi ta' dawk il-miri immedjati, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f'każ ta' sħubija għall-innovazzjoni b'diversi sħab, li tnaqqas l-għadd ta' sħab billi ttemm il-kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti ta' akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

7.2.Qabel ma tniedi sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha tikkonsulta s-suq kif provdut fil-punt 15 sabiex jiġi żgurat li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz ma jkunx jeżisti fis-suq jew bħala attività ta' żvilupp qrib is-suq.

L-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 158(4) u fil-punt 6.5 għandhom jiġu segwiti.

Fid-dokumenti ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodotti, servizzi jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu ssodisfatti billi jinxtraw prodotti, servizzi jew xogħlijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta' din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi. L-informazzjoni prevista għandha tkunu preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

L-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta' innovazzjoni ma' sieħeb wieħed jew aktar li jwettqu attivitajiet separati ta' riċerka u żvilupp.

Il-kuntratti għandhom jingħataw biss fuq il-bażi tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità kif stabbilit fl-Artikolu 161(4).

7.3.Fid-dokumenti ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Fil-qafas ta' sħubija għall-innovazzjoni, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb mingħajr il-qbil tiegħu.

L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b'mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirriflettu l-grad ta' innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta' soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

8.Kompetizzjonijiet dwar id-disinn

8.1.Kompetizzjonijiet dwar id-disinn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar il-pubbliċità stabbiliti fil-punt 2 u jistgħu jinkludu l-għoti ta' premjijiet.

Fejn il-kompetizzjonijiet ta' disinn huma limitati għal għadd limitat ta' kandidati, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji.

L-għadd ta' kandidati mistiedna sabiex jipparteċipaw irid jkun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

8.2.Il-ġurija għandha tinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli. Hija tkun iffurmata biss minn persuni fiżiċi li ma jkollhomx x'jaqsmu mal-kandidati fil-kompetizzjoni. Meta tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari minn kandidati f'kompetizzjoni, mill-anqas terz tal-membri tal-ġurija jrid ikollhom l-istess kwalifika jew waħda ekwivalenti.

Il-ġurija għandha tkun awtonoma fl-opinjonijiet tagħha. L-opinjonijiet tagħha jiġu adottati fuq il-bażi tal-proġetti ppreżentati lilha b'mod anonimu mill-kandidati u fid-dawl biss tal-kriterji stipulati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.

8.3.Il-proposti tal-ġurija, abbażi tal-merti ta' kull proġett individwali, u l-klassifikazzjoni u r-rimarki tagħha, għandhom jiġu rreġistrati f'rapport iffirmat mill-membri tagħha.

Il-kandidati jridu jibqgħu anonimi sakemm il-ġurija tkun tat l-opinjoni tagħha.

Il-kandidati jistgħu jintalbu mill-ġurija sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet irreġistrati fir-rapport biex jiċċaraw proġett. Irid isir rapport sħiħ tad-djalogu li jirriżulta.

8.4.L-awtorità kontraenti mbagħad tieħu deċiżjoni ta' għotja li fiha tagħti l-isem u l-indirizz tal-kandidat magħżul u r-raġunijiet għalfejn intgħażel, b'referenza għall-kriterji mħabbra fl-avviż dwar il-kompetizzjoni, speċjalment jekk tiddevja mill-proposti magħmula fl-opinjoni tal-ġurija.

9.Sistema dinamika ta' xiri

9.1.Is-sistema dinamika ta' xiri hija proċess kompletament elettroniku għal xiri użat b'mod frekwenti, miftuħa matul il-perjodu sħiħ tagħha għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Hija tista' tiġi diviża f'kategoriji ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta' karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu taħt il-kategorija kkonċernata. F'dan il-każ, il-kriterji tal-għażla għandhom jiġu definiti għal kull kategorija.

9.2.L-awtorità kontraenti għandha tindika fid-dokumenti ta' akkwist tagħha n-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst u l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-sistema ta' xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kollegament tekniku.

9.3.Matul il-perjodu kollu ta' validità tas-sistema dinamika ta' xiri, l-awtorità kontraenti għandha tagħti, lil kull operatur ekonomiku, il-possibilità li jitlob biex jipparteċipa fis-sistema. Hija għandha tlesti l-evalwazzjoni ta' talbiet bħal dawn fi żmien 10 ijiem ta' xogħol minn meta tasal dik it-talba. Dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż għal 15-il jum ta' xogħol fejn ikun iġġustifikat. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista' testendi l-perjodu ta' evalwazzjoni bil-kundizzjoni li sadanittant ma tinħareġ l-ebda sejħa għall-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tgħarraf lill-kandidat malajr kemm jista' jkun dwar jekk ġiex ammess jew le fis-sistema dinamika ta' xiri.

9.4.L-awtorità kontraenti għandha tistieden lill-offerenti kollha ammessi fis-sistema fil-kategorija relevanti biex jitfgħu offerta fi żmien raġonevoli. L-awtorità kontraenti għandha tagħti l-kuntratt lill-offerent li jkun tefa' l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż tal-kuntratt. Jekk ikun xieraq dawk il-kriterji jistgħu jiġu fformulati b'mod aktar preċiż fl-istedina għal offerti.

9.5.L-awtorità kontraenti għandha tindika l-perjodu ta' validità tas-sistema dinamika ta' xiri fl-avviż tal-kuntratt.

Sistema dinamika ta' xiri ma tistax iddum għal aktar minn erba' snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati sewwa.

L-awtorità kontraenti ma tistax tuża din is-sistema biex twaqqaf, tillimita, jew twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

10.Djalogu kompetittiv

10.1.L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha, il-kriterji tal-għoti u skeda ta' żmien indikattiva fl-avviż tal-kuntratt jew f'dokument deskrittiv.

Hija għandha tagħti l-kuntratt lill-offerta li toffri l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità.

10.2.L-awtorità kontraenti għandha tiftaħ djalogu mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi l-aktar adatti sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha. Hija tista' tiddiskuti l-aspetti kollha tal-akkwist mal-kandidati magħżula matul dan id-djalogu iżda ma tistax tbiddel il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħha u l-kriterji tal-għoti kif previst fil-punt 10.1.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost l-offerenti kollha u ma għandhomx jikxfu s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn offerent mingħajr il-qbil tiegħu li jirrinunzja għall-kunfidenzjalità.

Id-djalogu kompetittiv jista' jsir fi stadji suċċessivi bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi billi japplikaw il-kriterji tal-għoti mħabbra jekk din il-possibbiltà tiġi prevista fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

10.3.L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

Wara li jinfurmaw lill-offerenti li jifdal dwar il-konklużjoni tad-djalogu, l-awtorità kontraenti għandha titlob lil kull wieħed minnhom biex jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawn l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawn l-offerti finali jistgħu jiġu ċċarati, speċifikati u mtejba bil-kundizzjoni li dan ma jinvolvix bidliet sostanzjali fl-offerta jew fid-dokumenti tal-akkwist.

L-awtorità kontraenti tista' tinnegozja mal-offerent li jkun tefa' l-offerta bl-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità biex jikkonferma l-impenji kontenuti fiha, bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx għal bidla f'aspetti importanti tal-offerta u ma jirriskjax li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

10.4.L-awtorità kontraenti tista' tispeċifika pagamenti lill-kandidati magħżula li jieħdu sehem fid-djalogu.

11.Użu ta' proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt

11.1.Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 158(4) u fil-punt 6.5.

L-awtorità kontraenti tista' tuża l-proċedura nnegozjata jkun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn l-ebda offerta, jew l-ebda offerta xierqa, jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba adatta għall-parteċipazzjoni kif previst fil-punt 11.2 ma tkun ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew għal proċedura ristretta wara li din il-proċedura tkun tlestiet, sakemm id-dokumenti tal-akkwist oriġinali ma jkunux mibdula sostanzjalment;

(b)fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn operatur ekonomiku wieħed skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 11.3 u għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta' xogħol artistiku uniku jew ta' rappreżentazzjoni artistika unika;

(ii)hemm nuqqas ta' kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)il-protezzjoni ta' drittijiet esklużivi, inklużi drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu żgurati;

(c)sa fejn hu strettament meħtieġ meta, għal raġunijiet ta' urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevedibbli, ma jkunx possibbli li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien stabbiliti fil-punti 24, 26 u 41 u meta l-ġustifikazzjoni ta' tali urġenza estrema mhix attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

(d)fejn kuntratt ta' servizz isegwi kompetizzjoni dwar id-disinn u huwa għandu jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa; fil-każ ta' diversi rebbieħa, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati;

(e)għal servizzi jew xogħlijiet ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta' servizzi jew xogħlijiet simili fdati lill-operatur ekonomiku li lilu l-istess awtorità kontraenti tkun tat kuntratt oriġinali, sakemm dawn is-servizzi jew xogħlijiet jikkonformaw ma' proġett bażiku li għalih il-kuntratt oriġinali ingħata wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 11.4;

(f)għal kuntratti ta’ provvista:

(i)għal konsenji addizzjonali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni ta' provvisti jew installazzjonijiet jew bħala l-estensjoni ta' provvisti jew installazzjonijiet li diġà jeżistu, fejn bdil tal-fornitur jobbliga lill-awtorità kontraenti biex takkwista provvisti li jkollhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f'inkompatibbilità jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manteniment; meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom, it-tul ta' tali kuntratti ma jistax jaqbeż it-tliet snin;

(ii)fejn il-prodotti involuti jkunu manifatturati purament għall-finijiet ta' riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; madankollu, tali kuntratti ma għandhomx jinkludu l-produzzjoni ta' kwantità sabiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew sabiex jiġu rkuprati l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp;

(iii)għal provvisti kkwotati u mixtrija f'suq tal-prodotti bażiċi;

(iv)għax-xiri ta' provvisti b'termini partikolarment vantaġġużi, jew mingħand operatur ekonomiku li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta' negozju tiegħu, jew mil-likwidatur fi proċedura ta' insolvenza, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġi nazzjonali.

(g)għal kuntratti ta’ bini, wara stħarriġ tas-suq lokali;

(h)għal kuntratti għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)rappreżentazzjoni legali minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE 1 f'arbitraġġ jew konċiljazzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji;

(ii)parir legali mogħti bi tħejjija għall-proċedimenti msemmija hawn fuq jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta' tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)għas-servizzi ta' arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni;

(iv)servizzi ta' ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta' dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(i)għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat b'miżuri speċjali ta' sigurtà, skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ jew meta l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni titlob dan, dment li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta' miżuri oħrajn; dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'rekwiżiti għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni li l-awtorità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta' akkwist;

(j)għal servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;

(k)self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-kwistjoni, bejgħ, xiri jew trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħra;

(l)għax-xiri ta' netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 ;

(m)servizzi pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali fejn din ma tistax tipparteċipa fi proċeduri kompetittivi skont l-istatut jew att ta' stabbiliment tagħha.

11.2.Offerta għandha titqies bħala mhux adatta meta ma jkollhiex x'taqsam mas-suġġett tal-kuntratt u talba għall-parteċipazzjoni għandha titqies mhux adegwata meta l-operatur ekonomiku ikun f'sitwazzjoni ta' esklużjoni skont l-Artikolu 132(1) jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla.

11.3.L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) tal-punt (b) tal-punt 11.1 għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta' kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta' limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri meta jiġi definit l-akkwist.

11.4.Fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tal-punt 11.1, il-proġett bażiku għandu jindika l-limitu ta' xogħlijiet jew servizzi ġodda possibbli u l-kundizzjonijiet li taħthom se jingħataw. Hekk kif il-proġett bażiku jkun tqiegħed għall-offerta, l-użu possibbli ta' proċedura nnegozjata għandu jiġi żvelat, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu applikati l-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) jew fl-Artikoli 172(1) fil-qasam ta' azzjonijiet esterni. Meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom stess, dik il-proċedura tista' tintuża biss matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt oriġinali u mhux aktar tard mit-tliet snin ta' wara l-firma tiegħu.

12.Użu ta' proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv

12.1.Meta l-awtorità kontraenti tuża l-proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv, hija għandha ssegwi l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbilit fl-Artikolu 158(4) u fil-punt 6.5. L-awtorità kontraenti tista' tuża dawn il-proċeduri jkun xi jkun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn bi tweġiba għal proċedura miftuħa jew ristretta, offerti irregolari jew inaċċettabbli biss, kif speċifikat fil-punti 12.2 u 12.3, tressqu wara li din il-proċedura tkun tlestiet, sakemm id-dokumenti tal-akkwist oriġinali ma jinbidlux sostanzjalment; il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt tista' tiġi eżentata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 12.4;

(b)fir-rigward ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i)fejn il-ħtigijiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta' soluzzjoni faċilment disponibbli;

(ii)ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;

(iii)il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, mal-kumplessità jew mal-forma legali jew finanzjarja tal-kuntratt jew ir-riskji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt;

(iv)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b'referenza għal xi standard, kif stipulat fil-punt 17.3;

(c)għal kuntratti ta' konċessjoni;

(d)għall-kuntratti ta' servizzi msemmija fl-Anness XIV mad-Direttiva 2014/24/UE;

(e)għal servizzi ta' riċerka u żvilupp ħlief dawk koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 sakemm il-benefiċċji jakkumulaw esklużivament lill-awtorità kontraenti sabiex tużahom fit-twettiq tal-affarijiet tagħha, jew sakemm is-servizz ipprovdut ma jitħallasx b'mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

(f)għal kuntratti ta' servizz għall-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta' materjal għall-programm maħsub għas-servizzi tal-mezzi tal-informazzjoni awdjoviżivi jew tar-radju kif definit fid- Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 , jew kuntratti għal ħin ta' xandir jew il-forniment ta' programmi.

12.2.Offerta għandha titqies bħala irregolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-offerta ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist;

(b)meta ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 162(3);

(c)meta l-offerent huwa miċħud skont il-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 137(1);

(d)meta l-awtorità kontraenti ddikjarat li l-offerta li hija baxxa b'mod abnormali.

12.3.Offerta għandha titqies inaċċettabbli fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-prezz tal-offerta jeċċedi l-baġit massimu tal-awtorità kontraenti kif iddeterminat u ddokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist;

(b)meta l-offerta tonqos milli tissodisfa l-livelli minimi ta' kwalità għal kriterji ta' għoti.

12.4.Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-punt 12.1, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż ta' kuntratt jekk fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar tinkludi lil dawk l-offerenti kolha li ssodisfaw il-kriterji ta' esklużjoni u għażla ħlief dawk li jkunu ppreżentaw offerta ddikjarata bħala abnormalment baxxa.

13.Proċedura li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta' interess

13.1.Għal kuntratti b'valur taħt il-limitu minimu msemmi fl-Artikolu 169(1) jew l-Artikolu 172(1) u bla ħsara għall-punti 11 u 12, l-awtorità kontraenti tista' tuża sejħa għall-espressjonijiet ta' interess biex tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) preselezzjoni tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jissottomettu offerti bi tweġiba għal sejħiet għall-offerti futuri ristretti;

(b)ġbir ta' lista ta' bejjiegħa li għandhom jiġu mistiedna jissottomettu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti.

13.2.Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ma tkunx tgħodd għal aktar minn erba' snin minn meta l-avviż imsemmi fil-punt 3.1 ikun ippubblikat.

Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tinkludi listi sekondarji.

Kwalunkwe operatur ekonomiku jista' jesprimi l-interess tiegħu fi kwalunkwe waqt matul il-perjodu ta' validità tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

13.3.Meta jkun irid jingħata kuntratt, l-awtorità kontraenti tistieden lill-kandidati jew lill-bejjiegħa kollha mdaħħla fil-lista jew fil-lista sekondarja rilevanti biex jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)jissottomettu offerta fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-punt 13.1;

(b)jissottomettu, fil-każ tal-lista msemmija fil-punt (b) tal-punt 13.1, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)offerti li jinkludu dokumenti relatati mal-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla;

(ii)dokumenti relatati mal-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla u, fit-tieni pass, offerti, għal dawk li jissodisfaw dawn il-kriterji.

14.Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna

14.1.Kuntratti ta’ valur medju, baxx jew baxx ħafna jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata skont l-arranġamenti dwar in-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 158(4) u fil-punt 6.5. Huma biss il-kandidati li jiġu mistiedna simultanjament u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta inizjali.

14.2.Kuntratt ta’ valur ogħla minn EUR 60 000 u taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 169(1) għandhom jitqiesu bħala ta’ valur medju. Il-punt 3.1 u l-punti 6.1 u 6.4 għandhom japplikaw għal dawn il-proċeduri.

14.3.Kuntratt ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 60 000 għandu jitqies bħala ta’ valur baxx. Il-punt 3.1 u l-punti 6.2 u 6.4 għandhom japplikaw għal dawn il-proċeduri.

14.4.Kuntratt ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 15 000 għandu jitqies bħala ta’ valur baxx ħafna. L-Artikolu 6.3 għandu japplika għal dawn il-proċeduri.

14.5.Ħlasijiet ta’ ammonti li ma jaqbżux EUR 1 000 fir-rigward ta’ elementi ta’ nfiq jistgħu jikkonsistu sempliċement fi ħlasijiet kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel.

15.Konsultazzjoni preliminari tas-suq

15.1.Għal konsultazzjoni preliminari tas-suq, l-awtorità kontraenti tista' tfittex jew taċċetta parir minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn operaturi ekonomiċi. Dak il-parir jista' jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' trasparenza.

15.2.Meta operatur ekonomiku jkun ta parir lill-awtorità kontraenti jew kien involut b'xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta' akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 137 sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta mill-parteċipazzjoni ta' dak l-operatur ekonomiku.

16.Dokumenti tal-akkwist

16.1.Id-dokumenti ta' akkwist għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)jekk applikabbli, avviż ta' kuntratt jew miżura oħra ta' reklamar kif previst fil-punti 2 sa 5;

(b)l-istedina għall-preżentazzjoni ta' offerta;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jew id-dokumenti deskrittivi, fil-każ ta' proċedura ta' djalogu kompetittiv; huma għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji rilevanti;

(d)l-abbozz ta' kuntratt ibbażat fuq il-kuntratt mudell.

Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax għal każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u ġġustifikati sew, ma jkunx jista' jintuża l-kuntratt mudell.

16.2.L-istedina għall-offerti għandu jkun fiha mill-anqas dan li ġej:

(a)tispeċifika r-regoli dwar is-sottomissjoni tal-offerti, inkluż b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li jinżammu kunfidenzjali sakemm jinfetħu, id-data ta' għeluq u ż-żmien għar-riċevuta u l-indirizz fejn iridu jintbagħtu jew jiġu kkonsenjati jew l-indirizz tal-Internet f'każ ta' sottomissjoni elettronika;

(b)tiddikjara li s-sottomissjoni ta' offerta timplika l-aċċettazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet stipulati fid-dokumenti ta' akkwist u li din is-sottomissjoni torbot lill-kuntrattur li lilu jingħata l-kuntratt, waqt it-twettiq tal-kuntratt;

(c)tispeċifika l-perjodu li matulu tibqa' valida l-offerta u ma tista' tkun immodifikata fl-ebda rigward;

(d)tipprojbixxi kwalunkwe kuntatt bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti matul il-proċedura, ħlief, b'mod eċċezzjonali, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 163, u, fejn isir provvediment għal żjara fuq il-post, tispeċifika l-arranġamenti għal tali żjara;

(e)tispeċifika l-mezz ta' prova għall-konformità mad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(f)tiddikjara li l-preżentazzjoni ta' offerta timplika l-aċċettazzjoni minn meta tkun irċevuta n-notifika tar-riżultat tal-proċedura permezz ta' mezzi elettroniċi.

16.3.L-ispeċifikazzjonijiet ta' sejħa għall-offerti għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)il-kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla;

(b)il-kriterji tal-għoti u l-importanza relattiva tagħhom jew, fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ponderazzjoni mhix possibbli, l-ordni li dejjem tonqos ta' importanza, li għandha tapplika wkoll għal varjanti jekk jiġu awtorizzati fl-avviż tal-kuntratt;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt 17;

(d)jekk il-varjanti huma awtorizzati, ir-rekwiżiti minimi li huma għandhom jissodisfaw;

(e)informazzjoni dwar jekk japplikax il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jew, fejn ikun xieraq, il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari;

(f) l-evidenza tal-aċċess għall-akkwist;

(g)fil-każ ta' sistema dinamika ta' xiri jew ta' katalgi elettroniċi, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' konnessjoni tekniċi meħtieġa.

16.4.L-abbozz ta' kuntratt għandu jkun fih dan li ġej:

(a)jispeċifika d-danni likwidati għan-nuqqas ta' konformità mal-klawsoli tiegħu;

(b)jispeċifika d-dettalji li jridu jiġu inklużi fil-fatturi u fid-dokumenti ta' sostenn relevanti skont l-Artikolu 109;

(c)jiddikjara li, meta l-istituzzjonijiet jagħtu kuntratti f'isimhom stess, il-liġi li tapplika għall-kuntratt hija d-dritt tal-Unjoni u fejn ikun hemm bżonn, ikkumplimentata mil-liġi nazzjonali jew, jekk ikun meħtieġ għal kuntratti ta’ kostruzzjoni, il-liġi nazzjonali esklużivament;

(d)jispeċifika l-qorti kompetenti għas-smigħ ta' disputi;

(e)jispeċifika li l-kuntrattur għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew minn dispożizzjonijiet internazzjonali ambjentali, soċjali u tal-liġi tax-xogħol elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE;

(f)jispeċifika jekk it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali hux se jkun meħtieġ;

(g)jiddikjara li l-prezz ikkwotat fl-offerta huwa fiss u mhux revedibbili jew jistabbilixxi l-kundizzjonijiet jew il-formuli għar-reviżjoni tal-prezzijiet matul il-ħajja tal-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, jekk reviżjoni tal-prezzijiet hija stabbilita fil-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tqis b'mod partikolari:

(i)is-suġġett tal-akkwist u s-sitwazzjoni ekonomika li fiha jkun qiegħed isir;

(ii)it-tip ta' kompiti u kuntratt u d-durata tagħhom;

(iii)l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu rinunzjati għal kuntratti ffirmati skont il-punt (m) tal-punt 11.1.

17.Speċifikazzjonijiet tekniċi

17.1.L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali tal-atturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist għall-kompetizzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jinkludu l-karatteristiċi meħtieġa ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi, inklużi rekwiżiti minimi, b'tali mod li jissodisfaw l-użu li għalih ikunu maħsuba mill-awtorità kontraenti.

17.2.Il-karatteristiċi msemmija fil-punt 17.1 jistgħu jinkludu kif xieraq:

(a)il-livelli ta’ kwalità;

(b)il-prestazzjoni ambjentali u klimatika;

(c)għal xiri maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, il-kriterji dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq;

(d)il-livelli u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità;

(e)l-eżekuzzjoni jew l-użu ta' provvista;

(f)is-sigurtà jew il-qisien, inkluż, għall-provvisti, l-isem tal-bejgħ u l-istruzzjonijiet għall-utenti, u, għall-kuntratti kollha, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar, il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni;

(g)għall-kuntratti ta' xogħlijiet, il-proċeduri relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità u r-regoli relatati mad-disinn u l-ipprezzar, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, l-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u l-metodi jew it-tekniki tal-kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi l-oħra kollha li l-awtorità kontraenti hija f'pożizzjoni li tippreskrivi f'regolamenti ġenerali jew speċifiċi fir-rigward tax-xogħlijiet lesti u għall-materjali jew il-partijiet li jinvolvu.

17.3.L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu fformulati b'xi wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)f'ordni ta' preferenza, b'referenza għal standards Ewropej, il-valutazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta' referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej jew, f'nuqqas ta' dan, l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’;

(b)f'termini tar-rekwiżiti ta' rendiment jew ta' funzjoni, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri huma preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu li l-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u biex jippermettu li l-awtorità kontraenti tagħti l-kuntratt;

(c)b'taħlita taż-żewġ metodi msemmija fil-punti (a) u (b).

17.4.Meta l-awtorità kontraenti tuża l-possibbiltà li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fil-punt (a) tal-punt 17.3, hija ma tistax tirrifjuta offerta fuq l-argument li din ma tkunx tikkonforma ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet ladarba l-offerent jew il-kandidat juri, b'mezz xieraq, li l-offerta tissodisfa b'mod ekwivalenti r-rekwiżiti definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

17.5.Fejn l-awtorità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt (b) tal-punt 17.3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f'termini ta' rekwiżiti ta' twettiq jew funzjonali, ma għandhiex tirrifjuta offerta li tikkonforma ma' standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjonjiet tekniċi komuni, standard internazzjonali jew sistemi ta' referenza teknika stabbiliti minn korp ta' standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni jew funzjonali li hi tkun stabbiliet.

L-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz xieraq, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħaq ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni jew dawk funzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

17.6.Fejn awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi b'karatteristiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn speċifiċi, hija tista' teħtieġ tikketta speċifika jew rekwiżiti speċifiċi minn tikketta, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a)ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta' xiri;

(b)ir-rekwiżiti tat-tikketta jiġu bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c)it-tikketti jiġu stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha;

(d)it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)ir-rekwiżiti tat-tikketta jiġu stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

L-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test jew ċertifikat bħala mezz ta' prova ta' konformità mad-dokumenti ta' akkwist minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 jew korp ekwivalenti ta' valutazzjoni tal-konformità.

17.7.L-awtorità kontraenti għandha taċċetta mezzi xierqa oħra ta' prova differenti minn dawk imsemmija fil-punt 17.6, bħal dossier tekniku tal-manifattur, meta l-operatur ekonomiku ma kellu l-ebda aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma kellu l-ebda possibbiltà li jiksibhom jew li jikseb tikketta speċifika fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku u dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti.

17.8.Sakemm dan ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta' ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti prodotti u ċerti operaturi ekonomiċi.

Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni ddettaljata u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

18.Kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla

18.1.Għall-fini tal-Artikolu 133, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew (DAUE) imsemmi fid-Direttiva 2014/24/UE, jew, jekk dan mhux possibbli, dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata u datata.

Operatur ekonomiku jista' jerġa' juża d-Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew li jkun diġà ntuża fi proċedura preċedenti, dment li l-operatur ekonomiku jikkonferma li l-informazzjoni li fih għadha korretta.

18.2.L-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji ta' selezzjoni fid-dokumenti tal-akkwist, il-livelli minimi ta' kapaċità u l-evidenza meħtieġa biex tiġi pprovata din il-kapaċità. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.

Fid-dokumenti tal-akkwist l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika kif gruppi ta' operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-għażla b'kont meħud tal-punt 18.6.

Fejn kuntratt huwa maqsum f'lottijiet, l-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi livelli minimi ta' kapaċità għal kull lott. Hija tista' tistipula livelli minimi addizzjonali ta' kapaċità f'każijiet fejn bosta lottijiet jingħataw lill-istess kuntrattur.

18.3.Fir-rigward tal-kapaċità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operatur ekonomiku jissodisfa mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)jiġi rreġistrat f'reġistru professjonali jew kummerċjali rilevanti, ħlief għal organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b)għal kuntratti ta' servizz, ikollu awtorizzazzjoni partikolari li turi li huwa awtorizzat li jwettaq il-kuntratt fil-pajjiż tal-istabbiliment tiegħu jew li jkun membru ta' organizzazzjoni professjonali speċifika.

18.4.Meta tirċievi talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta d-DAUE jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li l-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla. It-talba għad-DAUE jew id-dikjarazzjoni fuq l-unur tista’ ma ssirx għal kuntratt ta’ valur baxx ħafna.

L-awtorità kontraenti tista', fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu dikjarazzjoni aġġornata jew id-dokumenti ta' sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.

L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kandidati jew lill-offerent li jirbaħ il-kuntratt biex jippreżentaw dokumenti ta' sostenn aġġornati ħlief fejn din tkun diġà rċeviethom għall-finijiet ta' proċedura oħra u sakemm id-dokumenti għadhom aġġornati jew hija tista' taċċessahom fuq bażi tad-data nazzjonali mingħajr ħlas.

18.5.L-awtorità kontraenti tista', skont il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx evidenza tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi fil-każijiet li ġejjin:

(a)proċeduri għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f’isimhom stess, b’valur li ma jaqbiżx il-valur imsemmi fl-Artikolu 169(1);

(b)proċeduri għal kuntratti mogħtija fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, b'valur li ma jaqbiżx il-limiti minimi msemmija fl-Artikolu 172(1).

(c)proċeduri taħt il-punti (b), (e), il-punti (i) u (iv) tal-punt (f), (h) u (m) tal-punt 11.1.

Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità legali, regolatorja, finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-operaturi ekonomiċi, ma għandu jsir l-ebda prefinanzjament ħlief f’każijiet iġġustifikati kif xieraq

18.6.Meta huwa xieraq li jagħmel dan u għal kuntratt partikolari, operatur ekonomiku jista' jistrieħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra, hi x'inhi n-natura legali tar-rabtiet li huwa jkollu magħhom. Huwa għandu, f'dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-mezzi meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet għal dan l-effett.

Fir-rigward ta' kriterji tekniċi u professjonali, operatur ekonomiku jista' biss jistrieħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra meta dawn tal-aħħar se jwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet.

Fejn operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn fir-rigward ta' kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

L-awtorità kontraenti tista' titlob informazzjoni mingħand l-offerent dwar kwalunkwe parti tal-kuntratt li l-offerent għandu f'moħħu li jissottokuntratta u dwar l-identità ta' kwalunkwe sottokuntrattur.

Għal xogħlijiet jew servizzi pprovduti f'faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, l-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-kuntrattur jindika l-ismijiet, il-kuntatti u r-rappreżentanti awtorizzati ta' sottokuntratturi involuti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inkluż kull tibdil ta' sottokuntratturi.

18.7.Meta s-sottokuntrattar jirrappreżenta parti sinifikanti tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku għandu l-intenzjoni li jiddependi u s-sottokuntratturi previsti jissodisfawx il-kriterji rilevanti tal-għażla.

L-awtorità kontraenti għandha teżiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità jew sottokuntrattur li ma jissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti.

18.8.Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, kuntratti ta' servizzi u operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post jew ta' installazzjoni fil-kuntest ta' kuntratt ta' provvista, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew minn parteċipant fil-grupp, fejn l-offerta tkun sottomessa minn grupp ta' operaturi ekonomiċi.

18.9.L-awtorità kontraenti ma tistax teżiġi li grupp ta' operaturi ekonomiċi jkollu forma legali partikolari sabiex jitfa' offerta jew jitlob li jieħu sehem, iżda l-grupp magħżul jista' jintalab jadotta forma legali partikolari wara li jkun ingħatalu l-kuntratt jekk tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kuntratt.

19.Kapaċità ekonomika u finanzjarja

19.1.Biex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja biex jeżegwixxu l-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi b'mod partikolari li:

(a)l-operaturi ekonomiċi jkollhom ċertu fatturat annwali minimu, inkluż ċertu fatturat minimu fil-qasam kopert mill-kuntratt;

(b)l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom li turi l-proporzjonijiet bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;

(c)l-operaturi ekonomiċi jipprovdu livell adegwat ta' assigurazzjoni ta' indennizz għar-riskju professjonali.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fatturat annwali minimu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-valur annwali stmat tal-kuntratt, għajr f'każijiet debitament iġġustifikati marbuta man-natura tax-xiri, li l-awtorità kontraenti għandha tispjega fid-dokumenti tal-akkwist.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kontraenti għandha tispjega l-metodi u l-kriterji għal tali proporzjonijiet fid-dokumenti tal-akkwist.

19.2.Fil-każ ta' sistemi dinamiċi ta' xiri, il-fatturat annwali massimu għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta' kuntratti speċifiċi li se jingħataw skont dik is-sistema.

19.3.L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħha. Hija tista' titlob b'mod partikolari dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a)dikjarazzjonijiet xierqa minn banek, jew, fejn xieraq, prova tal-assigurazzjoni ta' indennizz għar-riskju professjonali rilevanti;

(b)rapporti finanzjarji jew is-siltiet minnhom għal perjodu ugwali għall-aħħar tliet snin li għalihom ikunu ngħalqu l-kontijiet, jew inqas;

(c)dikjarazzjoni tal-fatturat kumplessiv tal-operatur ekonomiku u, fejn xieraq, tal-fatturat fil-qasam kopert mill-kuntratt għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli.

Jekk, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista' jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista' jagħti prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja permezz ta' kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.

20.Kapaċità teknika u professjonali

20.1.L-awtorità kontraenti għandha tivverifika li l-kandidati jew l-offerenti jissodisfaw il-kriterji minimi tal-għażla li jikkonċernaw il-kapaċità teknika u professjonali f'konformità mal-punti 20.2 sa 20.5.

20.2.L-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi fid-dokumenti tal-akkwist l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn operatur ekonomiku biex turi l-kapaċità teknika u professjonali tagħha. Hija tista' titlob dokument wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġejjin:

(a)għal xogħlijiet, għal provvisti li jeħtieġu operazzjonijiet jew servizzi ta' tqegħid jew installazzjoni, il-kwalifiki edukattivi u professjonali, il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien espert tal-persuni responsabbli għall-eżekuzzjoni;

(b)lista ta' dawn li ġejjin:

(i)tas-servizzi prinċipali mogħtija u l-provvisti kkonsenjati matul l-aħħar tliet snin, bit-totali, id-dati u l-klijenti, pubbliċi jew privati akkumpanjati, jekk mitluba, minn dikjarazzjonijiet maħruġa mill-klijenti;

(ii)tax-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, li magħha jiġu ppreżentati ċertifikati ta' eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti;

(c)dikjarazzjoni tat-tagħmir tekniku, l-għodod jew l-impjanti disponibbli għall-operatur ekonomiku għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' servizzi jew ta' xogħlijiet;

(d)deskrizzjoni tal-faċilitajiet tekniċi u l-mezzi disponibbli għall-operatur ekonomiku għall-iżgurar tal-kwalità, u deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta' studju u riċerka disponibbli;

(e)referenza għat-tekniċi jew il-korpi tekniċi disponibbli għall-operatur ekonomiku, ikunu jew ma jkunux direttament tiegħu, speċjalment dawk responsabbli għall-kontroll tal-kwalità;

(f)fir-rigward tal-provvisti: kampjuni, deskrizzjonijiet jew ritratti awtentiċi jew ċertifikati maħruġa minn istituti jew aġenziji uffiċjali ta' kontroll tal-kwalità ta' kompetenza magħrufa li jaffermaw il-konformità tal-prodotti identifikati b'mod ċar minn referenzi għall-speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi;

(g)għal xogħlijiet jew servizzi, dikjarazzjoni tal-medja annwali ta' manodopera u l-għadd ta' persunal maniġerjali tal-operatur ekonomiku tul l-aħħar tliet snin;

(h)indikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' traċċar tal-katina tal-provvista li l-operatur ekonomiku ser ikun jista' japplika meta jwettaq il-kuntratt;

(i)indikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku ser ikun jista' japplika meta jonora l-kuntratt;

Għall-finijiet tal-punt (i) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista' tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta' provvisti jew servizzi rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn tliet snin qabel.

Għall-finijiet tal-punt (ii) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti tista' tindika li tiġi kkunsidrata evidenza ta' xogħlijiet rilevanti fornuti jew imwettqa aktar minn ħames snin qabel.

20.3.Meta l-provvisti jew is-servizzi huma kumplessi jew, b'mod eċċezzjonali, huma meħtieġa għal skop partikolari, l-evidenza tal-kapaċità teknika u professjonali tista' tinkiseb permezz ta' kontroll imwettaq mill-awtorità kontraenti jew f'isimha minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih ikun stabbilit l-operatur ekonomiku, soġġett għall-qbil ta' dak il-korp. Dawn il-kontrolli jirrigwardaw il-kapaċità teknika u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-fornitur u, jekk ikun meħtieġ, il-faċilitajiet ta' studju u riċerka u l-miżuri tiegħu għall-kontroll tal-kwalità.

20.4.Meta l-awtorità kontraenti titlob il-preżentazzjoni ta' ċertifikati mħejjija minn korp indipendenti li jiċċertifikaw il-konformità tal-operatur ekonomiku ma' ċerti standards ta' garanzija tal-kwalità, inkluż dak dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità, hija tirreferi għal sistemi ta' garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela rilevanti ta' standards Ewropej iċċertifikati minn korpi akkreditati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta' miżuri ekwivalenti ta' garanzija tal-kwalità minn operatur ekonomiku li b'mod ċar ma għandux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ma jkollu ebda possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta' garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta' garanziji tal-kwalità meħtieġa.

20.5.Meta l-awtorità kontraenti titlob il-forniment ta' ċertifikati mħejjija minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku huwa konformi ma' ċerti sistemi jew standards ta' ġestjoni ambjentali, hija tirreferi għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali jew għal kwalunkwe sistema oħra ta' ġestjoni ambjentali kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jew standards oħra ta' ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Fejn operatur ekonomiku seta' juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta' żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta' miżuri ta' ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta' ġestjoni ambjentali applikabbli.

20.6.Awtorità kontraenti tista' tikkonkludi li operatur ekonomiku ma għandux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa sabiex jeżegwixxi l-kuntratt bi standard xieraq ta' kwalità fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-eżekuzzjoni tiegħu.

21.Kriterji tal-għoti

21.1.Il-kriterji ta' kwalità jistgħu jinkludu elementi bħall-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u dawk funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi, il-produzzjoni, il-forniment u l-proċess tan-negozjar u kwalunkwe proċess speċifiku fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-organizzazzjoni tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt, is-servizz ta' wara l-bejgħ, l-assistenza teknika u l-kundizzjonijiet tal-forniment bħad-data ta' forniment, il-proċess ta' forniment u l-perjodu ta' forniment jew il-perjodu ta' tlestija.

21.2.L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għajr meta jintuża l-metodu tal-irħas prezz. Dawk il-ponderazzjonijiet jistgħu jiġu espressi bħala medda f'firxa massima xierqa.

Il-ponderazzjoni applikata għall-prezz jew għall-kost f'relazzjoni mal-kriterji l-oħrajn ma għandhiex ixxejjen l-importanza tal-prezz jew tal-kost.

Jekk il-ponderazzjoni mhix possibbli għal raġunijiet oġġettivi, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f'ordni li tonqos skont l-importanza.

21.3.L-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi livelli minimi ta' kwalità. L-offerti li juru livelli ta' kwalità aktar baxxi mil-livelli minimi stabbiliti jiġu rrifjutati.

21.4.Il-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru partijiet mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha li ġejjin, sa fejn ikun rilevanti, matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi:

(a)kostijiet imġarrba mill-awtorità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)kostijiet relatati mal-akkwiżizzjoni;

(ii)kostijiet tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra;

(iii)spejjeż tal-manutenzjoni;

(iv)kostijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-kostijiet ta' ġbir u tar-riċiklaġġ;

(b)kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, dment li l-valur monetarju tagħhom ikun jista' jiġi ddeterminat u vverifikat.

21.5.Meta l-awtorità kontraenti tivvaluta l-kostijiet permezz ta' approċċ tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, hija għandha tindika fid-dokumenti tal-akkwist id-dejta li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li hija se tuża biex tiddetermina l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta' dik id-dejta.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-kostijiet attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun ibbażat fuq kriterji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

(b)ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu d-dejta meħtieġa bi sforz raġonevoli.

Fejn applikabbli, l-awtorità kontraenti għandha tuża l-metodi komuni mandatorji għall-kalkolu tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja stipulati fl-Anness XIII tad-Direttiva 2014/24/UE.

22.Użu ta' rkanti elettroniċi

22.1.L-awtorità kontraenti tista' tuża rkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti 'l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

L-awtorità kontraenti għandha tistruttura l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta' metodi ta' evalwazzjoni awtomatiċi.

22.2.Fi proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li qabel l-għoti ta' kuntratt pubbliku l-ewwel ikun hemm irkant elettroniku meta d-dokumenti tal-akkwist jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Irkant elettroniku jista' jintuża fil-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni bejn il-partijiet għal kuntratt qafas kif imsemmi fil-punt 1.3(b) u fil-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-kuntratti li jridu jingħataw bis-sistema dinamika ta' xiri msemmija fil-punt 9.

L-irkant elettroniku għandu jiġi bbażat fuq waħda mill-metodi ta' għoti stipulati fl-Artikolu 161(4).

22.3.L-awtorità kontraenti li tiddeċiedi li tuża rkant elettroniku għandha tiddikjara dan il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.

Id-dokumenti ta' akkwist għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin:

(a)il-valuri tal-elementi li se jkunu s-suġġett ta' rkant elettroniku, bil-kundizzjoni li dawk l-elementi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jiġu espressi f'ċifri jew f'perċentwali;

(b)kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c)l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun xieraq, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d)l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess ta' rkant elettroniku inkluż jekk dan jinkludix fażijiet u kif se jingħalqu, kif stabbilit fil-punt 22.7;

(e)il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti se jkunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b'mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, se jkunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f)l-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.

22.4.L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b'mod simultanju b'mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku bl-użu tal-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet. L-istedina għandha tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku.

L-irkant elettroniku jista' jseħħ f'għadd ta' fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn ta' xogħol mid-data li fiha jkunu ħarġu l-istediniet.

22.5.L-istedina għandha tkun akkumpanjata bl-eżitu ta' evalwazzjoni sħiħa tal-offerta relevanti.

L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku għad-determinazzjoni tar-rikklassifikar awtomatiku fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri ġodda mibgħuta. Dik il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi ddeterminata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fid-dokumenti tal-akkwist. Għal dak l-iskop, kwalunkwe medda għandha, madankollu, tiġi mnaqqsa minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

22.6.Matul kull fażi ta' rkant elettroniku l-awtorità kontraenti għandha tikkomunika minnufih lill-offerenti kollha tal-inqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f'kull mument. Hija tista' wkoll, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, tikkomunika informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra sottomessi kif ukoll tħabbar l-għadd ta' offerenti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, hija ma tistax tiddivulga l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.

22.7.L-awtorità kontraenti għandha tagħlaq irkant elettroniku b'wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)fid-data u l-ħin indikati preċedentement;

(b)fejn ma tirċevix aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, sakemm preċedentament ma tkunx iddikjarat iż-żmien li hija se tħalli jgħaddi wara li tirċievi l-aħħar sottomissjoni qabel ma tagħlaq l-irkant elettroniku;

(c)meta jkun tlesta n-numru ta' fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.

22.8.Wara li tagħlaq irkant elettroniku, l-awtorità kontraenti taġġudika l-kuntratt fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

23.Offerti abnormalment baxxi

23.1.Jekk, għal kuntratt partikolari, il-prezz jew il-kost propost fl-offerta jidhru li huma baxxi b'mod abnormali, l-awtorità kontraenti għandha titlob bil-miktub dettalji tal-elementi kostitwenti tal-prezz jew il-kost li hija tqis rilevanti u għandha tagħti lill-offerent l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

L-awtorità kontraenti tista', b'mod partikolari, tikkunsidra l-osservazzjonijiet dwar:

(a)l-ekonomija tal-proċess ta' manifattura, tal-forniment ta' servizzi jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;

(b)is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għall-offerent;

(c)l-oriġinalità tal-offerta;

il-konformità tal-offerent ma' kwalunkwe obbligu applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;

(e)il-konformità tas-sottokuntratturi ma' kwalunkwe obbligu applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol;

(f)il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat f'konformità mar-regoli applikabbli.

23.2.L-awtorità kontraenti tista' tirrifjuta l-offerta biss fejn l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-kostijiet proposti.

L-awtorità kontraenti għandha tirrifjuta l-offerta, fejn ġie stabbilit li l-offerta hija abnormalment baxxa minħabba li ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol.

23.3.Fejn l-awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija abnormalment baxxa għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista' tirrifjuta l-offerta fuq dik ir-raġuni waħedha biss jekk l-offerent, f'limitu ta' żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

24.Limiti ta' żmien sabiex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni

24.1.L-iskadenzi għandhom ikunu itwal mil-limiti ta' żmien minimi stabbiliti f'dan l-Artikolu meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara lis-sit jew wara konsultazzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta' prova għad-dokumenti tal-akkwist.

Il-limiti ta' żmien għandhom jittawlu b'ħamest ijiem fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)l-awtorità kontraenti ma toffrix aċċess dirett mingħajr ħlas b'mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist;

(b)l-avviż tal-kuntratt huwa ppubblikat skont il-punt (b) tal-punt 4.2.

24.2.Fi proċeduri miftuħa, il-limitu ta' żmien biex jaslu l-offerti għandu jkun mhux inqas minn 37 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż tal-kuntratt.

24.3.Fi proċeduri ristretti, fi djalogi kompetittivi, fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, f'sistemi dinamiċi ta' xiri u fi sħubiji għall-innovazzjoni, il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni ma jkunux inqas minn 32 jum mill-jum li fih jintbagħat l-avviż tal-kuntratt.

24.4.Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, il-limitu ta' żmien biex jaslu l-offerti għandu jkun mhux inqas minn 30 jum mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

24.5.F'sistema dinamika ta' xiri, il-limitu ta' żmien biex jaslu l-offerti ma għandux ikun inqas minn 10 ijiem mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

24.6.Fil-proċeduri wara sejħa għall-espressjonijiet ta' interess kif imsemmija fil-punt 13.1 il-limitu ta' żmien irid ikun:

(a)mhux anqas minn 10 ijiem mill-jum li fih tintbagħat l-istedina għall-offerti sabiex jiġu riċevuti l-offerti fil-każ tal-proċedura msemmija fil-punt 13.1(a) u l-punt 13.3(b)(i);

(b)mhux anqas minn 10 ijiem sabiex jiġu riċevuti talbiet għall-parteċipazzjoni u mhux anqas minn 10 jum sabiex jiġu riċevuti offerti fil-każ tal-proċedura f'żewġ passi msemmija fil-punt 13.3(b)(ii).

24.7.L-awtorità kontraenti tista' tnaqqas id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti b'ħamest ijiem għal proċeduri miftuħa jew ristretti jekk din taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b'mezzi elettroniċi.

25.Aċċess għal dokumenti tal-akkwist u limitu ta' żmien sabiex tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali

25.1.L-awtorità kontraenti għandha toffri aċċess dirett mingħajr ħlas b'mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta' pubblikazzjoni tal-avviż ta' kuntratt jew, għal dawk il-proċeduri mingħajr avviż ta' kuntratt jew skont il-punt 13, mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

F'każijiet iġġustifikati, l-awtorità kontraenti tista' tibgħat id-dokumenti tal-akkwist permezz ta' mezzi oħra speċifikati minnha jekk l-aċċess dirett b'mezzi elettroniċi għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli jew jekk id-dokumenti tal-akkwist ikun fihom informazzjoni ta' natura kunfidenzjali. F’dawn il-każijiet għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-punt 24.1 ħlief f’każijiet urġenti kif previst fil-punt 26.1.

L-awtorità kontraenti tista' timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tal-akkwist. Hija għandha tħabbar dawn ir-rekwiżiti kif ukoll kif jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist kkonċernati.

25.2.L-awtorità kontraenti għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali marbuta mad-dokumenti tal-akkwist simultanjament u bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi kollha interessati malajr kemm jista' jkun.

L-awtorità kontraenti ma għandhiex tkun marbuta li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali ppreżentati anqas minn sitt ijiem qabel l-iskadenza għall-wasla tal-offerti.

25.3.L-awtorità kontraenti għandha testendi d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti fejn:

(a)ma pprovdietx informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza għall-wasla tal-offerti għalkemm l-operatur ekonomiku talabha fi żmien adegwat;

(b)hija tagħmel bidliet sinifikanti fid-dokumenti tal-akkwist.

26.Limiti ta' żmien f'każijiet urġenti

26.1.Meta urġenza debitament issostanzjata tirrendi imprattikabbli l-limiti minimi ta' żmien stipulati fil-punti 24.2 u 24.3 għall-proċeduri miftuħa jew ristretti, l-awtorità kontraenti tista' tistabbilixxi:

(a)limitu biex jintlaqgħu talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti fi proċeduri miftuħa li ma għandhomx ikunu inqas minn 15-il jum minn meta joħroġ l-avviż tal-kuntratt;

(b)id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-proċeduri ristretti li ma għandiex tkun qabel 10 ijiem mid-data li fiha toħroġ l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

26.2.F'każijiet urġenti, il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-punt 25.2 u fil-punt 25.3(a) għandu jkun ta' erbat ijiem.

27.Katalgi elettroniċi

27.1.Fejn ikun rikjest l-użu ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, l-awtorità kontraenti tista' teżiġi li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta' katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku.

27.2.Fejn il-preżentazzjoni ta' offerti fil-forma ta' katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtorità kontraenti għandha:

(a)tiddikjara dan fl-avviż dwar kuntratt;

(b)tindika l-informazzjoni kollha meħtieġa fid-dokumenti tal-akkwist rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta' konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

27.3.Fejn kuntratt qafas multiplu ġie konkluż wara l-preżentazzjoni ta' offerti fil-forma ta' katalogi elettroniċi, l-awtorità kontraenti tista' tipprovdi li l-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta' katalogi aġġornati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)l-awtorità kontraenti tistieden lill-kuntratturi jissottomettu mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni;

(b)l-awtorità kontraenti tinnotifika lill-kuntratturi li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew sottomessi dik l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta' dan il-metodu jkun tħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

27.4.Meta jintuża l-metodu skont il-punt (b) tal-punt 27.3, l-awtorità kontraenti għandha tinnotifika kuntratturi bid-data u l-ħin li fiha għandha l-ħsieb li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandha tagħti lill-kuntratturi l-possibilità li jirrifjutaw tali ġbir ta' informazzjoni.

L-awtorità kontraenti għandha tagħti perjodu ta' żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt speċifiku, l-awtorità kontraenti għandha tippreżenta l-informazzjoni miġbura lill-kuntrattur ikkonċernat, sabiex b'hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

28.Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

28.1.Fi proċeduri miftuħa, rappreżentanti awtorizzati minn offerenti jistgħu jattendu s-sessjoni ta' ftuħ.

28.2.Meta l-valur ta' kuntratt ikun ugwali jew jaqbeż il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 169(1), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jneħħi dan l-obbligu abbażi ta' analiżi tar-riskju meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas u għall-każijiet stabbiliti fil-punt 11.1 għajr il-punti (d) u (g) ta' dak il-punt.

Il-kumitat ta' ftuħ ikun magħmul mill-inqas minn żewġ persuni li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, bl-ebda konnessjoni ġerarkika bejniethom. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' imgħax, dawn il-persuni huma soġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 59.

Fir-rappreżentazzjonijiet jew l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 145 jew iżolati fi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ir-rekwiżit ta’ entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax.

28.3.Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' akkwist.

28.4.L-awtorità kontraenti għandha tivverifika u tiżgura l-integrità tal-offerta oriġinali inkluża l-offerta finanzjarja u prova tad-data u l-ħin tal-wasla tagħha kif stipulat fil-punti 2 u 4 tal-Artikolu 144 permezz ta' kwalunkwe metodu xieraq.

28.5.Fi proċeduri miftuħa, meta l-kuntratt jingħata skont il-metodi tal-orħos prezz jew l-inqas kost skont l-Artikolu 161(4), il-prezzijiet ikkwotati f'offerti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għandhom jinqraw b'vuċi għolja.

28.6.Ir-reġistru miktub tal-ftuħ tal-offerti milqugħa għandu jiġi ffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ftuħ jew minn membri tal-kumitat tal-ftuħ. Huwa għandu jidentifika dawk l-offerti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 144 dawk li ma jissodisfawhomx, u jagħti r-raġunijiet li abbażi tagħhom ikunu ġew irrifjutati offerti kif stipulat fl-Artikolu 162(4). Il-firma tista' ssir b'sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

29.Evalwazzjoni tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

29.1.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jiddeċiedi li l-kumitat ta' evalwazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika l-offerti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti biss u li l-kriterji ta' esklużjoni u tal-għażla għandhom jiġu evalwati b'mezzi xierqa oħra li jiggarantixxu n-nuqqas ta' kunflitti ta' interessi.

29.2.Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat ta' evalwazzjoni jinħatar mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta' akkwist.

29.3.It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti li huma adattati skont il-punt 11.2, mhux irregolari jew mhux aċċettabbli skont il-punti 12.2 u 12.3 għandhom jiġu kkunsidrati ammissibbli.

30.Riżultati tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja

30.1.L-eżitu tal-evalwazzjoni għandu jkun rapport ta' evalwazzjoni li fih il-proposta biex jingħata l-kuntratt. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun datat u ffirmat mill-persuna jew persuni li wettqu l-evalwazzjoni jew mill-membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni. Ir-rapport jista' jkun iffirmat b'sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju.

Jekk il-kumitat ta' evalwazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà li jivverifika l-offerti skont il-kriterji ta' esklużjoni u għażla, ir-rapport ta' evalwazzjoni jiġi ffirmat ukoll mill-persuni li kienu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

30.2.Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, u s-suġġett u l-valur tal-kuntratt jew is-suġġett u l-valur massimu tal-kuntratt qafas;

(b)l-ismijiet tal-kandidati jew l-offerenti li ġew irrifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għal sitwazzjoni stabbilita fl-Artikolu 137 jew għall-kriterji ta' għażla;

(c)ir-referenzi għall-offerti irrifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom b'referenza għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)nonkonformità mar-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 161(1);

(ii)ma jissodisfawx il-livelli minimi ta’ kwalità stipulati fil-punt 21;

(iii)offerti misjuba li kienu abnormalment baxxi kif imsemmi fil-punt 23;

(d)l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(e)l-ismijiet tal-offerenti li għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati miksuba u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom;

(f)l-ismijiet tal-kandidati proposti jew l-offerenti rebbieħa u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(g)jekk ikun magħruf, il-proporzjon tal-kuntratt jew tal-kuntratt qafas li l-kuntrattur propost beħsiebu jissottokuntratta lil partijiet terzi.

30.3.L-awtorità kontraenti għandha mbagħad tieħu d-deċiżjoni tagħha billi tipprovdi kwalunkwe punt minn dawn li ġejjin:

(a)approvazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni, li jkun fih l-informazzjoni kollha elenkata fil-punt 30.2 ikkomplementat b'li ġej:

(i)l-isem tal-offerent magħżul u r-raġunijiet għal dik l-għażla b'referenza għall-kriterji tal-għażla u tal-għoti mħabbra minn qabel, inklużi, meta jkun xieraq, ir-raġunijiet għalfejn ma tkunx ġiet segwita r-rakkomandazzjoni pprovduta fir-rapport ta' evalwazzjoni;

(ii)fil-każ ta' proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti 11, 12 u 39 li jiġġustifikaw l-użu tagħhom;

(b)fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li ma tagħtix kuntratt.

30.4.L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jistà jgħaqqad il-kontenut tar-rapport tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja f'dokument wieħed u jiffirmah fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)għal proċeduri taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1), fejn offerta waħda biss kienet riċevuta;

(b)meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni fi ħdan kuntratt qafas fejn l-ebda kumitat ta' evalwazzjoni ma ġie nnominat;

(c)għal każijiet taħt il-punti (c), (e), (f) (i), (f)(iii) u (h) tal-punt 11.1 meta l-ebda kumitat ta' evalwazzjoni ma ġie nnominat.

30.5.Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fil-punt 30.3 għandha tittieħed mill-awtorità kontraenti responsabbli għall-proċedura ta' akkwist.

31.Informazzjoni għall-kandidati u għall-offerenti

31.1.L-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-kandidati jew lill-offerenti kollha, fl-istess ħin u b'mod individwali, b'mezz elettroniku bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-eżitu tal-proċedura fl-iqsar żmien possibbli wara kwalunkwe minn dawn l-istadji li ġejjin:

(a)il-fażi ta' ftuħ għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 162(3);

(b)ittieħdet deċiżjoni fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni u għażla, fi proċeduri ta' akkwist organizzati f'żewġ stadji separati;

(c)id-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni.

F'kull każ, l-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet għaliex it-talba għall-parteċipazzjoni jew l-offerta ma tkunx ġiet aċċettata u r-rimedji legali disponibbli.

Meta tinforma lill-offerent rebbieħ, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika li d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tagħha.

31.2.L-awtorità kontraenti għandha tikkomunika l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 164(3) malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta' talba bil-miktub. Meta l-awtorità kontraenti tagħti kuntratti f'isimha stess, hija għandha tuża mezzi elettroniċi. Bl-istess mod, l-offerent jista' jibgħat talba b'mezzi elettroniċi.

31.3.Meta l-awtorità kontraenti tikkomunika permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta minn kandidati jew offerenti jekk l-awtorità kontraenti tista' tagħti prova li bagħtitha fl-indirizz elettroniku msemmi fl-offerta jew fit-talba għall-parteċipazzjoni.

F'dan il-każ, l-informazzjoni għandha titqies li ġiet riċevuta mill-kandidat jew l-offerent fid-data tad-dispaċċ mill-awtorità kontraenti.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom

32.Korp ċentrali għall-akkwisti

32.1.Korp ċentrali għall-akkwisti jista' jaġixxi bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)bħala bejjiegħ bl-ingrossa billi jixtri, ibigħ, jaħżen, ibigħ mill-ġdid provvisti u servizzi lill-awtoritajiet kontraenti oħra;

(b)bħala intermedjarju billi jagħti kuntratti qafas jew jopera sistemi dinamiċi ta' xiri li jistgħu jintużaw minn awtoritajiet kontraenti oħrajn kif imħabbar fl-ewwel avviż.

32.2.Il-korp ċentrali għall-akkwisti għandu jwettaq il-proċeduri tal-akkwisti kollha permezz ta' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni.

33.Lottijiet

33.1.Kull meta jkun xieraq, teknikament fattibbli u kosteffiċjenti, il-kuntratti għandhom jingħataw fil-forma ta' lottijiet separati fl-istess proċedura.

33.2.Fejn is-suġġett ta' kuntratt jinfirex fuq diversi lottijiet, li kull wieħed ikun is-suġġett ta' kuntratt individwali, għall-evalwazzjoni globali tal-limitu applikabbli jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha.

Meta l-valur totali tal-lottijiet kollha jkun daqs jew jaqbeż il-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 169(1), l-Artikoli 157(1), 158 u 159 għandhom japplikaw għal kull wieħed mil-lottijiet.

33.3.Meta kuntratt ikun irid jingħata fil-forma ta' lottijiet separati, l-offerti jiġu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista' jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet.

34.Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta' kuntratt

34.1.L-awtorità kontraenti għandha tagħmel stima tal-valur ta' kuntratt abbażi tal-ammont totali pagabbli, inkluż kwalunkwe forma ta' għażliet u kull tiġdid.

Din l-istima għandha ssir mhux aktar tard minn meta l-awtorità kontraenti tniedi l-proċedura ta' akkwist.

34.2.Għall-kuntratti qafas u s-sistemi dinamiċi ta' xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat ikun il-valur massimu tal-kuntratti kollha previsti matul id-durata kollha tal-kuntratt qafas jew tas-sistema dinamika ta' xiri.

Għal sħubijiet għall-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat tal-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

Meta l-awtorità kontraenti tipprovdi għal pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqis dan meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.

34.3.Għall-kuntratti ta' servizzi, is-segwenti għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)fil-każ tas-servizzi tal-assigurazzjoni, il-primjum li jrid jitħallas u forom oħra ta' remunerazzjoni;

(b)fil-każ tas-servizzi bankarji jew finanzjarji, it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u tipi oħra ta' remunerazzjoni;

(c)fil-każ tal-kuntratti ta' disinn, it-tariffi, il-kummissjonijiet li jridu jitħallsu u forom oħra ta' remunerazzjoni.

34.4.Fil-każ ta' kuntratti ta' servizzi li ma jispeċifikawx prezz totali jew fil-każ ta' kuntratti ta' provvista għal lokazzjoni, kiri jew lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' prodotti, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun:

(a)fil-każ ta' kuntratti għal terminu fiss:

(i)fejn id-durata tagħhom tkun ta' 48 xahar jew anqas fil-każ tas-servizzi jew 12-il xahar jew anqas fil-każ tal-provvisti, il-valur totali tal-kuntratt għal kemm idumu;

(ii)fejn id-durata tagħhom tkun ta' aktar minn 12-il xahar fil-każ tal-provvisti, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)fil-każ ta' kuntratti mingħajr terminu definit jew, fil-każ tas-servizzi, għal durata ta' aktar minn 48 xahar, il-valur ta' kull xahar immultiplikat għal 48 darba.

34.5.Fil-każ ta' kuntratti ta' servizzi jew provvisti li jingħataw b'mod regolari jew li jridu jiġġeddu f'perjodu speċifikat, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun fost dawn li ġejjin:

(a)il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta' wara l-kuntratt inizjali;

(b)il-valur totali stmat ta' kuntratti suċċessivi tal-istess tip li għandhom jingħataw matul is-sena finanzjarja.

34.6.Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda wkoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi meħtieġa sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u magħmula disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti.

34.7.Fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, il-valur għandu jkun il-fatturat totali stmat tal-konċessjonarju ġġenerat matul id-durata tal-kuntratt.

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari:

(a)id-dħul minn ħlasijiet ta' tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f'isem l-awtorità kontraenti;

(b)il-valur ta' għotjiet jew ta' kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor minn partijiet terzi għat-twettiq tal-konċessjoni;

(c)id-dħul mill-bejgħ ta' kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;

(d)il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli għall-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew tas-servizzi;

(e)il-ħlasijiet lil kandidati jew offerenti.

35.Perjodu ta' waqfien totali qabel l-iffirmar tal-kuntratt

35.1.Il-perjodu ta' waqfien għandu jibda jgħodd minn waħda mid-dati li ġejjin:

(a)mill-jum wara li jkunu ntbagħtu flimkien in-notifiki lill-offerenti magħżula u lill-offerenti li ma jkunux intgħażlu b'mezzi elettroniċi;

(b)fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas jingħata skont il-punt 11.1(b), mill-jum ta' wara li l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imsemmi fil-punt 2.4 jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kontraenti tista' tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan jiġi ġġustifikat mit-talbiet jew il-kummenti magħmula mill-kandidati jew l-offerenti li ma jkunux intgħażlu jew li jkollhom xi ilment jew minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun waslet matul il-perjodu stipulati fl-Artikolu 169(3). Fil-każ ta' sospensjoni, il-kandidati jew l-offerenti kollha jridu jiġu infurmati fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma jkunx jista' jiġi ffirmat mal-offerent previst magħżul, l-awtorità kontraenti tista' tagħtih lit-tieni l-aħjar offerent.

35.2.Il-perjodu stipulat fil-punt 35.1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a)kwalunkwe proċedura fejn tkun ġiet ippreżentata offerta waħda biss;

(b)fil-każ ta' kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas;

(c)sistemi dinamiċi ta' xiri;

(d)proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt 11 ħlief il-proċedura taħt il-punt 11.1(b).

KAPITOLU 3

Akkwist fil-qasam ta’ azzjonijiet esterni

36.Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-limiti u l-arranġamenti għall-għoti ta' kuntratti esterni

Il-punt 2 minbarra l-punt 2.5, il-punti 3, 4 u 6, il-punti (a) u (c) sa (f) tal-punt 12.1, il-punt 12.4, il-punt 13.3, il-punti 14 u 15, il-punti 17.3 sa 17.7, il-punti 20.4, 23.3, 24, il-punti 25.2 u 25.3, il-punti 26, 28, u 29 minbarra l-punt 29.3 ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti ta’ akkwisti konklużi mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 172(2) jew f’isimhom.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwisti f'dan il-Kapitolu tiġi deċiża mill-Kummissjoni, inklużi l-kontrolli xierqa li jridu jiġu applikati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta l-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti.

37.Reklamar

37.1.Jekk japplika, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għas-sejħiet għall-offerti wara l-proċedura ristretta jew il-proċedura miftuħa, kif imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tal-punt 38.1, għandu jintbagħat malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi.

37.2.L-avviż ta’ għoti jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief meta, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntratt ikun ġie ddikjarat sigriet jew fejn it-twettiq tal-kuntratt ikun irid isir b’miżuri ta’ sigurtà speċjali, jew fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea, jew il-pajjiż benefiċjarju jitolbu dan, u fejn il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ għoti ma tkunx ikkunsidrata bħala xierqa.

38.Limiti massimi u proċeduri

38.1.Il-proċeduri tal-akkwist fil-qasam tal-azzjonijiet esterni għandhom ikunu kif ġej:

(a)il-proċedura ristretta pprovduta fl-Artikolu 158(1)(b);

(b)il-proċedura miftuħa pprovduta fl-Artikolu 158(1)(a);

(c)il-proċedura miftuħa lokali.

(d)il-proċedura ssemplifikata;

38.2.L-użu ta’ proċeduri tal-akkwist skont il-limiti massimi għandu jkun kif ġej:

(a)il-proċedura miftuħa jew ristretta jistgħu jintużaw għal dawn:

(i)il-kuntratti ta’ servizzi u provvista u l-kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi b’valur ta’ mill-inqas EUR 300 000;

(ii)għal kuntratti ta’ xogħlijiet b’valur ta’ mill-inqas EUR 5 000 000.

(b)il-proċedura miftuħa lokali tista’ tintuża għal dawn:

(i)għal kuntratti ta’ provvista b’valur ta’ mill-inqas EUR 100 000 u mhux aktar minn EUR 300 000;

(ii)għal kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet b’valur ta’ mill-inqas EUR 300 000 u mhux aktar minn EUR 5 000 000;

(c)il-proċedura ssemplifikata tista’ tintuża għal dawn:

(i)kuntratti ta servizzi, kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi, kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet b’valur ta’ inqas minn EUR 300 000

(ii)kuntratti ta’ provvista b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000:

(d)kuntratti b’valur ugwali għal EUR 20 000 jew inqas minnu jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta’ offerta unika;

(e)ħlasijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 500 fir-rigward ta’ element ta’ nefqa jistgħu jikkonsistu f’sempliċi ħlas kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta’ offerta minn qabel.

38.3.Fil-proċedura ristretta msemmija fil-punt (a) tal-punt 38.1, l-avviż dwar il-kuntratt għandu jiddikjara l-għadd ta' kandidati li se jiġu mistiedna jitfgħu offerti. Għall-kuntratti ta' servizzi, jiġu mistiedna minimu ta' erba' kandidati. L-għadd ta' kandidati li jitħallew jissottomettu offerti jrid ikun biżżejjed biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Il-lista tal-kandidati magħżulin tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Jekk l-għadd ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jew il-livelli minimi ta' kapaċità jkun inqas mill-għadd minimu, l-awtorità kontraenti tista' tistieden sabiex jissottomettu offerti biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji għas-sottomissjoni ta' offerta.

38.4.Taħt il-proċedura miftuħa lokali msemmija fil-punt (c) tal-punt 38.1, l-avviż dwar il-kuntratt għandu jiġi ppubblikat mill-inqas fil-ġurnal uffiċjali tal-Istat destinatarju jew fi kwalunkwe pubblikazzjoni simili għas-sejħiet għall-offerti lokali.

38.5.Fil-proċedura ssemplifikata msemmija fil-punt (d) tal-punt 38.1, l-awtorità kontraenti tipprepara lista ta' mill-anqas tliet offerenti tal-għażla tagħha, mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż.

L-offerenti għall-proċedura ssemplifikata jistgħu jintgħażlu minn lista ta' bejjiegħa kif imsemmija fil-punt 13.1(b) irreklamat permezz ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess.

Jekk wara l-konsultazzjoni tal-offerenti l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista' jingħata bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji tal-għoti.

38.6.Għas-servizzi legali mhux koperti skont il-punt (h) tal-punt 11.1, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata kompetittiva, hu x'inhu l-valur stmat tal-kuntratt.

39.Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta' servizzi, ta' provvista u ta' xogħlijiet

39.1.L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b'offerta waħda fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn is-servizzi jkunu fdati lil korpi mis-settur pubbliku jew istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u jkunu relatati ma' attivitajiet ta' natura istituzzjonali u mfassla biex jipprovdu assistenza lil nies fil-qasam soċjali;

(b)meta l-proċedura ta' ħruġ tal-offerti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, f'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità kontraenti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew aktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm id-dokumenti tax-xiri ma jinbidlux sostanzjalment;

(c)meta jkun irid jiġi konkluż kuntratt ġdid wara terminazzjoni bikrija ta' kuntratt eżistenti.

39.2.Għall-iskopijiet ta' punt (c) tal-punt 11.1, il-ħidmiet li jsiru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 172(2) għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, fejn ikun xieraq flimkien mal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega l-oħra kkonċernati, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' emerġenza estrema u għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu b'mod regolari fir-rigward tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

39.3.L-attivitajiet ta' natura istituzzjonali msemmija fil-punt (a) tal-punt 39.1 jinkludu servizzi marbutin direttament mal-missjoni statutorja tal-korpi tas-settur pubbliku.

40.Speċifikazzjonijiet tal-offerti

B'deroga għall-punt 16.3, għall-proċeduri kollha li jinvolvu talba għal parteċipazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jistgħu jinqasmu skont iż-żewġ stadji tal-proċedura u l-ewwel pass jista' jkun fih biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (f) tal-punt 16.3.

41.Limiti ta’ żmien għall-proċeduri

41.1.Għall-kuntratti ta' servizzi, iż-żmien minimu bejn il-jum ta’ wara d-data ta' meta tintbagħat l-ittra tas-sejħa għall-offerti u d-data finali għar-riċeviment tal-offerti ikun ta' 50 jum. Madankollu, f’każijiet urġenti, jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta’ żmien oħrajn.

41.2.L-offerenti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub qabel id-data tal-għeluq għar-riċeviment tal-offerti. L-awtorità kontraenti trid tipprovdi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet qabel id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti.

41.3.Fi proċeduri internazzjonali ristretti, il-limitu ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti ma jkunx inqas minn 30 jum mid-data ta’ wara dik li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar kuntratt. Il-perjodu bejn id-data ta’ wara dik li fiha tintbagħat l-ittra ta' stedina u d-data finali għar-riċeviment tal-offerti ma tkunx inqas minn 50 jum. Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

41.4.Fi proċeduri miftuħa, il-limiti ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti, li jibdew mid-data ta’ wara dik li fiha jintbagħat l-avviż dwar il-kuntratt, ikunu ta’ mill-inqas:

(a)90 jum għal kuntratti ta' xogħlijiet;

(b)60 jum għall-kuntratti ta' provvista.

Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

41.5.Fi proċeduri miftuħa lokali, il-limiti ta' żmien għar-riċeviment tal-offerti, li jibdew mid-data li fiha jiġi ppubblikat l-avviż dwar il-kuntratt, ikunu tal-inqas:

(a)60 jum għal kuntratti ta' xogħlijiet;

(b)30 jum għall-kuntratti ta' provvista.

Madankollu, f'ċerti każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

41.6.Għall-proċeduri ssemplifikati msemmija fil-punt 38.1(d), il-kandidati jingħataw minimu ta' 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-ittra ta' sejħa għall-offerti li fihom iridu jissottomettu l-offerti tagħhom.

(1)    Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).
(2)    Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(3)    Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33);
(4)    Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(5)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(6)    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
Augša

Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 605 final

Limité cabinets Embargo jusqu'à l'adoption

ANNESS

tal-

proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1299/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014,(UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


ANNESS

tal-

proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1299/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014,(UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tabella ta' korrelazzjoni

Partijiet/Titoli/Kapitoli/Taqsimiet/Artikoli tar-Regolament Nru 966/2012

Artikoli tar-regoli tal-applikazzjoni

Regolament Delegat Nru 966/2012

Titoli ta’ Partijiet/Titoli/Kapitoli/Taqsimiet/Artikoli tar-Regolament Nru 966/2012 u

Regolament Delegat Nru 966/2012

Proposta Regolament Finanzjarju ġdid

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONJIET

TITOLU I

Artikolu 1(1)

   Artikolu 1

Suġġett

   

Artikolu 1

   imħassar

Artikolu 1(2)

Applikabbiltà għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Artikolu 67

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 2

Artikolu 3

   

Konformità tal-leġislazzjoni sekondarja ma’ dan ir-Regolament

Artikolu 3

   

Artikolu 4

Perjodi, dati u termini preskrittivi

Artikolu 4

Artikolu 5

Protezzjoni tad-dejta personali

Artikolu 5

TITOLU II

PRINĊIPJI BAĠITARJI

TITOLU II

Artikolu 6

Rispett tal-prinċipji tal-baġit

Artikolu 6

KAPITOLU 1

Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni tal-baġit

KAPITOLU 1

Artikolu 7

Kamp ta’ applikazzjoni tal-baġit

Artikolu 7

Artikolu 8

   Artikolu 2

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni tal-baġit

Artikolu 8

   imħassar

KAPITOLU 2

Prinċipju tal-annwalità

KAPITOLU 2

Artikolu 9

Sena kontabilistika

Artikolu 9

Artikolu 10

Tip ta' approprjazzjoni

imħassar

Artikolu 11

   Artikolu 3

Kontabilità baġitarja għad-dħul u għall-approprjazzjonijiet

   

Artikolu 10

   imħassar    

Artikolu 12

Impenn ta’ approprjazzjonijiet

Artikolu 11

Artikolu 13

   Artikolu 4

Tħassir u riport tal-approprjazzjonijiet

   

Artikolu 12

   imħassar

Artikolu 14

Regoli dwar ir-riport tad-dħul assenjat

Artikolu 12(3)

Artikolu 15

Diżimpenn ta’ approprjazzjonijiet

Artikolu 13

Artikolu 16

Regoli applikabbli fil-każ ta' adozzjoni tard tal-baġit

Artikolu 15

KAPITOLU 3

Prinċipju tal-ekwilibriju

KAPITOLU 3

Artikolu 17

Definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 16

Artikolu 18

Bilanċ mis-sena finanzjarja

Artikolu 17

KAPITOLU 4

Prinċipju tal-unità tal-kont

KAPITOLU 4

Artikolu 19

   Artikolu 5

   Artikolu 6

Użu tal-euro

   

   

Artikolu 18

Artikolu 18

   Imħassar

KAPITOLU 5

Prinċipju tal-universalità

KAPITOLU 5

Artikolu 20

Definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 19

Artikolu 21

Dħul assenjat

Artikolu 20

   Artikolu 7

Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta’ approprjazzjonijiet korrispondenti

Artikolu 21

   Artikolu 8

Artikolu 20(2)

   Artikolu 9

Dħul assenjat li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’ċerti programmi tal-Unjoni

Artikolu 22

   Artikolu 10

Artikolu 21(2)(c)

Artikolu 22

   Artikolu 11

Donazzjonijiet

   

Artikolu 23

Artikolu 23(2)

Sponsorizzar korporattiv

Artikolu 24

Artikolu 23

   Artikolu 12

Regoli dwar tnaqqis u aġġustamenti minħabba r-rata tal-kambju

   

Artikolu 25

   imħassar

KAPITOLU 6

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

KAPITOLU 6

Artikolu 24

   Artikolu 13

   Artikolu 14 

   Artikolu 16

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 25

Trasferimenti minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni    

Artikolu 27

Artikolu 26

   Artikolu 15

Trasferimenti mill-Kummissjoni

Artikolu 28

Artikolu 28(1)

Artikolu 27

Trasferiment ta' proposti ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-istituzzjonijiet

Artikolu 29

Artikolu 28

Regoli speċifiċi dwar it-trasferimenti

Artikolu 26(2), parzjalment

Artikolu 29

   Artikolu 17

Trasferimenti suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali

Artikolu 30

Artikolu 30(5)

KAPITOLU 7

Prinċipju ta’ ġestjoni u prestazzjoni finanzjarja tajba

KAPITOLU 7

Artikolu 30

   

Prestazzjoni u prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja

Artikolu 31

   

   Artikolu 18

Evalwazzjonijiet

Artikolu 32

Artikolu 31

   Artikolu 19

Dikjarazzjoni finanzjarja obbligatorja

Artikolu 33

Artikolu 33

Artikolu 32

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 34

Artikolu 33

Sistemi ta’ kontroll kosteffikaċi

Artikolu 33(4)

KAPITOLU 8

Prinċipju ta’ trasparenza

KAPITOLU 8

Artikolu 34

   Artikolu 20

Pubblikazzjoni ta’ kontijiet, baġits u rapporti

Artikolu 35

Artikolu 35(2)

Artikolu 35

   Artikolu 21

   Artikolu 22

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra

Artikolu 36

   Artikolu 36

   imħassar

TITOLU III

TĦEJJIJA U STRUTTURA TAL-BAĠIT

TITOLU III

KAPITOLU 1

Tħejjija tal-baġit

KAPITOLU 1

Artikolu 36

Estimi ta' dħul u nfiq

Artikolu 37

Artikolu 37

Estimi tal-baġit tal-korpi msemmija fl-Artikolu 69

Artikolu 38

Artikolu 38

   Artikolu 23

Abbozz tal-baġit

Artikolu 39

Artikolu 39(2)

Artikolu 39

Ittra ta' emenda għall-abbozz tal-baġit

Artikolu 40

Artikolu 40

Obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-baġit

Artikolu 41

Artikolu 41

   Artikolu 24

Abbozzi ta' baġits emendatorji

Artikolu 42

   Artikolu 42(4)

Artikolu 42

Trażmissjoni bikrija tal-estimi u l-abbozzi tal-baġit

Artikolu 43

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

KAPITOLU 2

Artikolu 43

Struttura tal-baġit

Artikolu 44

Artikolu 44

   Artikolu 25

Nomenklatura tal-baġit

Artikolu 45

Artikolu 45(2)    

Artikolu 45

Dħul negattiv

Artikolu 46

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet

Artikolu 47

Artikolu 47

Riżerva negattiva

Artikolu 48

Artikolu 48

Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u Riżerva ta’ Kriżi tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 49

Artikolu 49

   Artikolu 26    Artikolu 27

   Artikolu 28

Preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 50

   imħassar

   imħassar

   imħassar

Artikolu 50

Regoli dwar il-pjan ta' stabbiliment għall-persunal

Artikolu 51

KAPITOLU 3

Dixxiplina baġitarja

KAPITOLU 3

Artikolu 51

Konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali

Artikolu 52

Artikolu 52

Konformità tal-atti tal-Unjoni mal-baġit

Artikolu 53

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

TITOLU IV

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

KAPITOLU 1

Artikolu 53

   

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u l-opinjoni taċ-ċittadini

Artikolu 54

   Artikolu 29

Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta’ dejta personali għal skopijiet ta’ awditjar

Artikolu 55

Artikolu 54

   Artikolu 30

   Artikolu 31

Att bażiku u eċċezzjonijiet

Artikolu 56

Artikolu 56(2)(c)

imħassar

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-baġit mill-istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni

Artikolu 57

Artikolu 56

Delegazzjoni tal-poteri tal-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 58

Artikolu 57

   Artikolu 32

Kunflitt ta' interessi

   

Artikolu 59

   imħassar    

Kunflitt ta’ interess ta’ membri tal-persunal

Artikolu 60

KAPITOLU 2

Metodi ta' implimentazzjoni

KAPITOLU 2

Artikolu 58

   

   Artikolu 33

   Artikolu 34

   Artikolu 35

   Artikolu 43

   

Artikolu 44

Metodi ta' implimentazzjoni tal-baġit

Implimentazzjoni indiretta ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali

Artikolu 61

   

imħassar

imħassar

Artikolu 151

Artikolu 149.1

Implimentazzjoni indiretta ma’ pajjiżi sħab

Artikolu ġdid 152

Operazzjonijiet ta’ taħlit

Artikolu ġdid 153

[Art. 58(1)]

   [Art. 34 għal Art. 58]

Artikolu 59

   Artikolu 37

Implimentazzjoni kondiviża mal-Istati Membri

Artikolu 62

   Artikolu 62(8)

Artikolu 60

   

   Artikolu 38

   

   Artikolu 41

   Artikolu 42
   

   

Implimentazzjoni indiretta

Implimentazzjoni

Artikolu 149

Imħassar

Artikolu 150

Artikolu 150

[Art. 60(2)]

   [Art. 61(1), 40, 38(1), 43(2), 60(2)]

   [Art. 39, 61(2), 40, 38(1), (2)]

Artikolu 149

Artikolu 150

Artikolu 61

   Artikolu 39

   Artikolu 40
   [ara fuq]

   [Art. 35]

   [Art. 58(1), 60(1)]

   Artikolu 44, [Art. 58(2), 61(2)]

   

Valutazzjonijiet ex-ante u ftehimiet ta’ delega

Artikolu 149

Artikolu 149

Artikolu 150

Artikolu 62

   Artikolu 35

Aġenziji eżekuttivi

Artikolu 68

KAPITOLU 3

Atturi finanzjarji

KAPITOLU 4

Taqsima 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Taqsima 1

Artikolu 64

   Artikolu 45(1)

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 71

Artikolu 71(2)

Taqsima 2

Uffiċjal awtorizzanti

Taqsima 2

Artikolu 65

   Artikolu 46(2)

   Artikolu 47, it-2 subpar.

Uffiċjal awtorizzanti

Uffiċjal awtorizzanti

Uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 72

Artikolu 72(6)

Artikolu 72(6)

Artikolu 66

   Artikolu 48

   Artikolu 49(2)

   Artikolu 50(4)

   Artikolu 51

   Artikolu 52

   Artikolu 53

   Artikolu 74

   Artikolu 75

   Artikolu 76

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn mill-uffiċjali awtorizzanti

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Żamma tal-kontijiet

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Trattament ta’ irregolaritajiet min-naħa ta’ membru tal-persunal

Trattament ta’ irregolaritajiet min-naħa ta’ membru tal-persunal

Artikolu 73

Artikolu 74

Artikolu 73(5)

Artikolu 73(7)

Artikolu 73(8)

Artikolu 80(4)

Artikolu 73(10)

Artikolu 73(8)

Artikolu 90(1)

Sostitut mill-Artikolu 90

Artikolu 67

Poteri u dmirijiet tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni

Artikolu 75

Taqsima 3

Uffiċjal tal-kontabilità

Taqsima 3

Artikolu 68

   Artikolu 54

   Artikolu 55(1) u (2)

   Artikolu 55(3)

   Artikolu 56

   Artikolu 57(1)

   Artikolu 58(1), (2)

   Artikolu 59(1)

   Artikolu 60(1)

   Artikolu 61

   Artikolu 62

   Artikolu 631), it-2 subparagrafu ta’ (2)

   Artikolu 64

Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Ħatra u tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Ħatra u tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Uffiċjal awtorizzanti

Żamma tal-kontijiet

Immaniġġar ta’ flus

Kontijiet bankarji

Kontijiet bankarji

Immaniġġar ta’ flus

Immaniġġar ta’ flus

Immaniġġar ta’ flus

Iż-żamma tal-kontijiet

Artikolu 76

Artikolu 77

Artikolu 77

Artikolu 72(7)

Artikolu 80(5)

Artikolu 83(2)

Artikolu 82(1)

Artikolu 82(2)

Artikolu 83(2)

imħassar

Artikolu 83(3)

Artikolu 83(4)

Artikolu 80(10)

   Artikolu 64

Żamma tal-kontijiet

Artikolu 80(10)

Artikolu 69

   Artikolu 65

Poteri li jistgħu jiġu delegati mill-uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 78

   

imħassar

Taqsima 4

Amministratur tal-imprest

Taqsima 4

Artikolu 70

   Artikolu 66(3)

   Artikolu 66(4)

   Artikolu 67(5)

   Artikolu 68

   Artikolu 69

   Artikolu 70(2)

   Artikolu 71

   Artikolu 72

   Artikolu 73

Kontijiet imprest

Ħolqien u amministrazzjoni ta’ kontijiet imprest

Kontijiet imprest

Ħolqien u amministrazzjoni ta’ kontijiet imprest

Ħolqien u amministrazzjoni ta’ kontijiet imprest

Ħolqien u amministrazzjoni ta’ kontijiet imprest

Artikolu 85

Artikolu 86(1)

Artikolu 85(2)

Artikolu 86(5)

Artikolu 86(1)

imħassar

Artikolu 86(6)

imħassar

imħassar

imħassar

KAPITOLU 4

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

KAPITOLU 5

It-Taqsima 1

Regoli ġenerali

Taqsima 1

Artikolu 71

Irtirar ta' delegi u sospensjoni tal-kompiti mogħtija lill-atturi finanzjarji

Artikolu 87

Artikolu 72

   Artikolu 74

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Artikolu 88

Artikolu 73(8)

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti

Taqsima 2

Artikolu 73

   Artikolu 50(4)

   Artikolu 77

   Artikolu 75

   Artikolu 76

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti

Konferma tal-istruzzjonijiet

Trattament ta’ irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta’ membru tal-persunal

Trattament ta’ irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta’ membru tal-persunal

Artikolu 89

Artikolu 73(7)

Artikolu 91

Artikolu 90(1)

Sostitut mill-Artikolu 90

Taqsima 3

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità u amministraturi tal-imprest

Taqsima 3

Artikolu 74

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità

Artikolu 92

Artikolu 75

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-imprest

Artikolu 93

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta' dħul

KAPITOLU 6

Taqsima 1

Tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji

Taqsima 1

Artikolu 76

   Artikolu 78

Riżorsi proprji

Riżorsi proprji

Artikolu 94

Artikolu 94(2)    

Taqsima 2

Stima tal-ammonti riċevibbli

Taqsima 2

Artikolu 77

   Artikolu 79

Stima tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 95

   

Taqsima 3

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Taqsima 3

Artikolu 78

   Artikolu 80

   Artikolu 81

   Artikolu 82

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

Artikolu 96

Artikolu 96(2)

Artikolu 96(3)

   Artikolu 83

Imgħax ta' inadempjenza

Artikolu 97

Taqsima 4

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Taqsima 4

Artikolu 79

   Artikolu 84

   Artikolu 85

   Artikolu 88

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

Il-proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

Artikolu 98

Artikolu 98(2)

Artikolu 101

Taqsima 5

Irkupru

Taqsima 5

Artikolu 80

   Artikolu 86

   Artikolu 87

   Artikolu 88

   Artikolu 89

   Artikolu 90

   Artikolu 91(1) u (5)

   Artikolu 92

Regoli dwar l-irkupru

Irkupru bi tpaċija

Proċedura ta’ rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

Żmien addizzjonali għal pagament

L-irkupru ta’ multi u ta’ penali oħrajn imposti mill-istituzzjonijiet

Regoli dwar l-irkupru

Regoli dwar l-irkupru

Artikolu 99

   

Artikolu 100

Artikolu 101

Artikolu 102

Artikolu 106

Artikolu 99(2)

Artikolu 99(3)

Artikolu 81

   Artikolu 93

Perjodu ta' limitazzjoni

Perjodu ta' limitazzjoni

Artikolu 103

Artikolu 103(2) sa (7)

Artikolu 82

Trattament nazzjonali għal intitolamenti tal-Unjoni

Artikolu 104

Artikolu 83

Multi, penali, sanzjonijiet u mgħax dovut impost mill-Istituzzjonijiet

Artikolu 105

   Artikolu 90

Irkupru ta’ multi, penali oħra jew sanzjonijiet imposti mill-istituzzjonijiet

Artikolu 106

KAPITOLU 6

Operazzjonijiet tan-nefqa

KAPITOLU 7

Imgħax kumpensatorju

L-Artikolul-ġdid 107

Artikolu 84

   Artikolu 94(2) u (4)

Deċiżjonijiet ta’ finanzjament

Deċiżjonijiet ta’ finanzjament

Artikolu 108

Artikolu 108(2) u (3)

It-Taqsima 1

Artikolu 85

   Artikolu 95

   Artikolu 96

   Artikolu 97

   Artikolu 98

Operazzjonijiet tan-nefqa

Tipi ta’ impenji baġitarji.

Tipi ta’ impenji baġitarji.

Tipi ta’ impenji baġitarji.

Artikolu 109(2) sa (4)

Artikolu 110(1) u (2)

Artikolu 110(4) u (6)

Artikolu 110(3) u (4)

Artikolu 86

   Artikolu 99

Tipi ta’ impenji baġitarji.

Operazzjonijiet tan-nefqa

Limitu ta' żmien għall-impenji

Artikolu 110

Artikolu 109(4)

Artikolu 112

Artikolu 87

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 109(1)

Taqsima 2

Artikolu 88

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 109(5)

   Artikolu 100

imħassar

   Artikolu 101

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 109(5)

   Artikolu 102

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 109(5)

   Artikolu 103

imħassar

   Artikolu 104

imħassar

   Artikolu 105

imħassar

   Artikolu 106

imħassar

Taqsima 3

Artikolu 89

   Artikolu 107

   Artikolu 108

Operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 109(6)

   imħassar

   imħassar

Taqsima 4

Artikolu 90

   Artikolu 109

   Artikolu 110

Tipi ta' pagamenti

Artikolu 113

   Artikolu 113

   Artikolu 113

Artikolu 91

Tipi ta’ pagamenti

Artikolu 113(1)

Taqsima 5

Artikolu 92

   Artikolu 111(2), (3),(4),(5)

Limiti ta' żmien għall-pagament

Limiti ta' żmien għall-pagament

Artikolu 114

Artikolu 114 (2), (3),(4),(5)

KAPITOLU 7

Sistemi tal-IT u l-Gvern elettroniku

KAPITOLU 7

Artikolu 93

   Artikolu 112

   Artikolu 113

Ġestjoni elettronika ta’ operazzjonijiet

Servizzi tal-IT

Arkivjar perjodiku

Artikolu 141

Artikolu 142

Artikolu 94

Trażmissjoni ta’ dokumenti

Artikolu 141

Artikolu 95

Gvern-e

Artikolu 142

KAPITOLU 8

Prinċipji amministrattivi

Artikolu 96

Amministrazzjoni tajba

Artikolu 146

Artikolu 97

Indikazzjoni tal-mezzi ta' rimedju

Artikolu 129

KAPITOLU 9

Awditur intern

KAPITOLU 8

Artikolu 98

   Artikolu 114

Ħatra tal-awditur intern

   

Artikolu 115

   Artikolu 115

Artikolu 99

   Artikolu 115

   

Poteri u dmirijiet tal-awditur intern

   

Artikolu 116

   

   Artikolu 116

Programm ta’ ħidma tal-awditur intern

Artikolu 117

   Artikolu 117

Rapporti tal-awditur intern

Artikolu 116

Artikolu 100

   Artikolu 118

   Artikolu 119

   Artikolu 120

Indipendenza tal-awditur intern

   

Artikolu 118

Artikolu 100

Artikolu 119

Artikolu 120

TITOLU V

AKKWIST PUBBLIKU U KONĊESSJONIJIET

TITOLU VII

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet komuni

KAPITOLU 1

Taqsima 1

Ambitu u prinċipju tal-aġġudikazzjoni

Artikolu 102

Prinċipji applikabbli għall-kuntratti pubbliċi u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 154

Anness dwar l-akkwist u l-eżerċizzju tad-delegazzjoni

Artikolu 155

Artikolu 101

   Artikolu 121

   Artikolu 122    

Kuntratti mħallta u vokabularju komuni tal-akkwist

AKKWIST PUBBLIKU U KONĊESSJONIJIET

Artikolu 156

   imħassar

   punt 1 tal-Anness

Taqsima 2

Pubblikazzjoni

Artikolu 103

   Artikolu 123

   Artikolu 124

   Artikolu 125

   Artikolu 126

Miżuri ta’ pubbliċità

   Reklamar ta’ proċeduri ugwali jew ogħla mil-livelli limitu skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jew għal kuntratti li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE
   Reklamar ta’ proċeduri li jaqgħu taħt il-livelli limitu skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament Finanzjarju jew li jaqgħu lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE
   Pubblikazzjoni ta' avviżi
   Forom oħra ta' reklamar

Artikolu 157

   punt 2 tal-Anness

   punt 3 tal-Anness

   punt 4 tal-Anness

   punt 5 tal-Anness

Taqsima 3

Artikolu 104

   Artikolu 128

   Artikolu 129

   Artikolu 130

   Artikolu 131

   Artikolu 132

   Artikolu 134

   Artikolu 135

   Artikolu 136

   Artikolu 136a

   Artikolu 137

   

   

Proċeduri ta' akkwist

   Għadd minimu ta' kandidati u arranġamenti għan-negozjar
   Sħubija għall-innovazzjoni
   Kompetizzjonijiet dwar id-disinn
   Sistema dinamika ta' xiri
   Djalogu kompetittiv

   Użu ta' proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt
   Użu ta' proċedura kompetittiva tan-negozjar jew djalogu kompetittiv
   Proċedura li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta' interess
   Kuntratti b'valur medju
   Kuntratti b'valur baxx
   

Artikolu 158

   punt 6 tal-Anness

   punt 7 tal-Anness

   Punt 8 tal-Anness

   punt 9 tal-Anness

   punt 10 tal-Anness

   punt 11 tal-Annex

   punt 12 tal-Anness

   punt 13 tal-Anness

   punt 14 tal-Anness

   

   

   

Artikolu 104a

   Artikolu 133

Akkwist interistituzzjonali u akkwist konġunt

   Proċeduri interistituzzjonali

Artikolu 159

   

Artikolu 105

   Artikolu 137 a

   Artikolu 138

   Artikolu 139

It-tħejjija ta' proċedura ta' akkwist

   Konsultazzjoni preliminari tas-suq
   Dokumenti tal-akkwist
   Speċifikazzjonijiet tekniċi
   

Artikolu 160

   punt 15 tal-Anness

   punt 16 tal-Anness

   punt 17 tal-Anness

   

Artikolu 105 a

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-identifikazzjoni tar-riskji u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi

Artikolu 131

Artikolu 106

   

   

   Artikolu 141

Kriterji ta' esklużjoni u sanzjonijiet amministrattivi

   
   
   Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni

Artikoli 132 – 136

Artikolu 133

Artikolu 107

   

   Artikolu 141

   Artikolu 142

Rifjut minn proċedura ta' akkwist partikolari

   
   Dikjarazzjoni u evidenza tan-nuqqas ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni

   Miżuri biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

Artikolu 137

Artikolu 133

Artikolu 137

   

Artikolu 108

   Artikolu 143

   Artikolu 144

   

   

Is-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni

L-Artikoli 138-139:

Artikolu 110

   Artikolu 146

   Artikolu 147

   Artikolu 148

   Artikolu 149

   Artikolu 150

   Artikolu 151

Għoti ta' kuntratti

   Kriterji tal-għażla

   Kapaċità ekonomika u finanzjarja
   Kapaċità teknika u professjonali
   Kriterji tal-għoti
   Użu ta' rkanti elettroniċi
   Offerti abnormalment baxxi

Artikolu 161

   punt 18 tal-Anness

   punt 19 tal-Anness

   punt 20 tal-Anness

   punt 21 tal-Anness

   punt 22 tal-Anness

   punt 23 tal-Anness

Artikolu 111

   Artikolu 152

   Artikolu 153

   Artikolu 154

   Artikolu 155

   Artikolu 155a

   Artikolu 156

   Artikolu 157

   Artikolu 158

Preżentazzjoni, komunikazzjoni elettronika u evalwazzjoni

   Termini preskrittivi għall-preżentazzjoni tal-offerti u

talbiet għall-parteċipazzjoni
   Aċċess għal dokumenti tal-akkwist u limitu ta' żmien sabiex tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali
   Termini preskrittivi f'każijiet urġenti
   Arranġamenti għall-preżentazzjoni tal-offerti
   Katalgi elettroniċi

   Garanziji għall-offerti
   Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni
   Evalwazzjoni tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

Artikolu 162

   punt24 tal-Anness

   punt 25 tal-Anness

   Punt 26 tal-Anness

Artikolu 144

   Punt 27 tal-Anness

Artikolu 162(2)

   punt 28 tal-Anness

   Punt 29 tal-Anness

Artikolu 112

   Artikolu 160

Kuntatti matul il-proċedura ta' akkwist

   Kuntatti bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti

Artikolu 163

Artikolu 146

Artikolu 113

   Artikolu 159

   Artikolu 161

    

Deċiżjoni tal-għoti u informazzjoni lill-kandidati jew lill-offerenti

Riżultati tal-evalwazzjoni u d-deċiżjoni tal-għotja

   Informazzjoni għall-kandidati u għall-offerenti
   

Artikolu 164

   punt 30 tal-Anness    

   punt 31 tal-Anness 

Artikolu 114

   [Artikolu 161 għall-Artikolu 113]

Tħassir tal-proċedura tal-akkwist

Artikolu 165

Artikolu 114 a

Eżekuzzjoni u modifiki tal-kuntratt

Artikolu 166

Taqsima 4

Artikolu 115

   Artikolu 163

   Artikolu 164

   Artikolu 165

   Artikolu 165a

Garanziji tal-eżekuzzjoni u biż-żamma ta’ somma flus

Artikolu 167

Artikolu 147

Artikolu 148

Artikolu 148

Artikolu 167

Artikolu 167

Artikolu 116

   Artikolu 166

Titolu V – Regoli komuni

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f'isimhom stess

KAPITOLU 2

Artikolu 117

   Artikolu 166a

   Artikolu 167

Awtorità kontraenti

   Korp ċentrali għall-akkwisti

Artikolu 168

   punt 32 Annex

Artikolu 168(2)

Artikolu 118

   Artikolu 168

   Artikolu 169

   Artikolu 171

   

   

   

Livelli limitu applikabbli u perjodu sospensiv

Lottijiet

   Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta' kuntratt
   Perjodu ta' waqfien totali qabel l-iffirmar tal-kuntratt

Artikolu 169

   punt 33 tal-Anness

   punt 34 tal-Anness

   punt 35 tal-Anness

   

   

   

Artikolu 119

   Artikolu 172

Regoli dwar l-aċċess għall-akkwist

Artikolu 170

   imħassar

Artikolu 120

   [Artikolu 172 għal Artikolu 119]

Regoli tal-akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Artikolu 171

   

TITOLU VI

GĦOTJIET

TITOLU VIII

KAPITOLU 1

Ambitu u forma tal-għotjiet

Artikolu 121

   Artikolu 173

   Artikolu 174(1)

   L-Artikolu 174(2)

   Artikolu 175

   Artikolu 176

   Artikolu 177

   Artikolu 178

   Artikolu 179

Kamp ta’ applikazzjoniu formatal-għotjiet

Sottoskrizzjonijiet

Ftehim dwar l-għotja

Ftehim u deċiżjoni għal għotjiet

Nefqa fuq il-membri tal-istituzzjonijiet

Azzjonijiet li jistgħu jirċievu għotjiet

Korpi b’għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni

Sħubiji

Sistemi ta’ skambju elettroniku

Artikolu 174

Artikolu 2, punt 44

trasferit għal Artikolu 194

imħassar

Artikolu 230(a)

imħassar

   

imħassar

Artikolu 126

Artikolu 143

Artikolu 122

   Artikolu 180

Benefiċjarji

Kontenut tal-ftehimiet u d-deċiżjonijiet ta’ għoti

Artikolu 181

Artikolu 194

Artikolu 123

   Artikolu 181

Forom ta' għotjiet

   Forom ta' għotjiet

Artikolu 121

Artikolu 121

Artikolu 124

   Artikolu 182(1)

   Artikolu 182(2)

   Artikolu 182(3)

   Artikolu 182(4)

Somom f’daqqa, kostijiet ta' unità u finanzjament b'rata fissa

   Somom f’daqqa, kostijiet ta' unità u finanzjament b'rata fissa

Artikolu 175

Artikoli 175(5) u 178

Imħassar

Artikolu 177(3)    

Artikolu 127

Somom f’daqqa

Artikolu 176

Verifiki u kontrolli ta’ benefiċjarji relatati ma’ somom f’daqqa, spejjeż għal kull unità u rati fissi

Artikolu 177

Valutazzjoni perjodika ta’ somom f’daqqa, spejjeż għal kull unità jew rati fissi

Artikolu 178

Prattiki kontabilistiċi tal-ispejjeż tas-soltu tal-benefiċjarju

Artikolu 179

KAPITOLU 2

Prinċipji

Artikolu 125

   Artikolu 183

   Artikolu 184

   Artikolu 185

   Artikolu 186

Prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet

Il-prinċipju ta’ kofinanzjament

Il-prinċipju li ma jsirx qligħ

Għotjiet ta’ valur baxx

Għajnuna teknika

Artikoli 184, 185 u 186

Fl-Artikolu 184

Imħassar

Artikolu 2 punt 28

Artikolu 2, punt 46

Artikolu 126

   Artikolu 187

Kostijiet eliġibbli

Kostijiet eliġibbli

Artikolu 180

Artikolu 180

Artikolu 127

Kofinanzjament in natura 

Artikolu 184

Artikolu 128

   Artikolu 188

   Artikolu 189

   Artikolu 190

   Artikolu 191

   Artikolu 192

Trasparenza

Programmar

Kontenut tas-sejħiet għall-proposti

Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti

Pubblikazzjoni ex post

Informazzjoni għall-applikanti

Artikolu 183

Artikolu 183

Artikolu 187

Artikolu 188

Artikolu 183

imħassar

Artikolu 129

Artikolu 193

Prinċipju ta’ għotja mhux kumulattiva

Finanzjament minn linji baġitarji separati

Artikolu 185

Artikolu 185(1)

Artikolu 130

Artikolu 194

Prinċipju tan-non-retroattività

Effett retroattiv tal-finanzjament f’każijiet ta’ urġenza estrema u prevenzjoni ta’ kunflitti

Artikolu 186

Artikolu 186

Kapitolu 3

Proċedura għall-għoti

Artikolu 131

   Artikolu 195

   Artikolu 196

   Artikolu 197

   Artikolu 198

   Artikolu 199

   Artikolu 200

   Artikolu 201(1)

   L-Artikolu 201(2)

Applikazzjonijiet għall-għotjiet

Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet

Kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotjiet

Evidenza ta' nonesklużjoni

Applikanti mingħajr personalità ġuridika

Entitajiet legali li jifformaw applikant wieħed

Pieni finanzjarji u amministrattivi

Kriterji ta' eliġibbiltà

Artikolu 189

Artikolu 144

Artikolu 189

Artikolu 133

Artikolu 190(2)

Imħassar

Imħassar

Imħassar

Artikolu 190(1)

Artikolu 132

   Artikolu 202

   Artikolu 203

Kriterji tal-għażla u tal-għoti

Kriterji tal-għażla

Kriterji tal-għoti

Artikolu 191

Artikolu 191

Artikolu 192

Artikolu 133

   Artikolu 204

   Artikolu 205

Proċedura ta' valutazzjoni

Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-għoti

Informazzjoni għall-applikanti

Artikolu 193

Artikolu 193

Artikolu 193(7)

Kapitolu 4

Il-pagament u l-kontroll

Artikolu 134

   Artikolu 206

Garanzija ta' prefinanzjament

Garanzija ta' prefinanzjament

Artikoli 147 u 148

Artikoli 147 u 148

Artikolu 135(1), (5) - (7)

Artikolu 135(2) – (4)

Artikolu 135(8)-(9)

   Artikolu 207

   Artikolu 208

Pagament tal-għotjiet u kontrolli

Dokumenti ta’ prova għat-talbiet għall-ħlas

Sospensjoni u tnaqqis ta’ għotjiet

Artikolu 195

Artikolu 127

Imħassar

Artikolu 196

Artikolu 127

Artikolu 136

Perjodi ta’ żamma ta’ rekords

Artikolu 128

Kapitolu 5

Implimentazzjoni

Artikolu 137

   Artikolu 209

   Artikolu 210

Kuntratti ta’ implementazzjoni u appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi

Kuntratti ta’ implimentazzjoni

Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

Artikoli 197 u 198

Artikolu 198

Artikolu 197

TITOLU VII

PREMJIJIET

TITOLU IX

Artikolu 138

   Artikolu 211

   Artikolu 212

   Artikolu 213

   Artikolu 214

   Artikolu 215

Regoli ġenerali

Programmar

Regoli tal-kompetizzjonijiet

Pubblikazzjoni ex post

Evalwazzjoni

Informazzjoni u notifika

Artikolu 199

Artikolu 108

Artikolu 200

Artikolu 200

Artikolu 145

Artikolu 200

TITOLU VIII

STRUMENTI FINANZJARJI

TITOLU X

Artikolu 139

   Artikolu 216

   

   Artikolu 217

Kamp ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni

Artikolu 201

   Artikolu 218

Prinċipji u kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

Artikolu 202

   Artikolu 219

Regoli u implimentazzjoni

Artikolu 208

   Artikolu 220

Strumenti finanzjarji implimentati direttament mill-Kummissjoni

Artikolu 209

   Artikolu 221

Strumenti finanzjarji implimentati direttament mill-Kummissjoni

Artikolu 209

Artikolu 140

Prinċipji u kundizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

Artikolu 202

   Artikolu 222

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

Artikolu 202

   Artikolu 223

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

Artikolu 202

   Artikolu 224

Prinċipji u kondizzjonijiet applikabbli għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji

Artikolu 202

   Artikolu 225

   Artikolu 226

Trattament ta’ kontribuzzjonijiet taħt implimentazzjoni komuni

Artikolu 210

TITOLU IX

Preżentazzjoni tal-kontijiet u kontabbiltà

TITOLU VIII

KAPITOLU 1

Kontijiet annwali

KAPITOLU 1

Qafas ta' kontabilità

Taqsima 1

Artikolu 141

Struttura tal-kontabilità

Artikolu 234

Artikolu 142

   Artikolu 227

Artikolu 241

imħassar

Artikolu 143

Regoli dwar il-kontijiet

Artikolu 79

Artikolu 144

   Artikolu 228

   Artikolu 229

Prinċipji tal-kontabbiltà

Artikolu 79

Artikolu 79(2)

imħassar

Artikolu 145

   Artikolu 230

   Artikolu 231

   Artikolu 232

   

Dikjarazzjonijiet finanzjarji

Artikolu 235

   imħassar

   imħassar

Kontijiet Baġitarji

Taqsima 2

Artikolu 146

   Artikolu 233

   

Kontijiet baġitarji

Artikolu 236

imħassar

Skeda ta’ kontijiet annwali

Taqsima 3

Artikolu 147

Kontijiet provviżorji

Artikolu 237

Artikolu 148

   Artikolu 234

Approvazzjoni tal-kontijiet finali

Artikolu 238

Art. 237 & 238

KAPITOLU 2

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit

KAPITOLU 2

Artikolu 149

Rapport dwar il-garanziji u r-riskji finanzjarji

Artikolu 242

Artikolu 150

Rapportar ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

Artikolu 240

KAPITOLU 3

Kontabbiltà

Kapitolu 4

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Taqsima 1

Artikolu 151

   Artikolu 235

   Artikolu 236

Is-sistema tal-kontabilità

Artikolu 80(7), (8) u (9)

Artikolu 152

Rekwiżiti komuni għas-sistema tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet

imħassar

Taqsima 2

Kontijiet ġenerali

Taqsima 2

Artikolu 153

Kontijiet ġenerali

Artikolu 81

Artikolu 154

   Artikolu 237

   Artikolu 238

   Artikolu 239

   Artikolu 240

   Artikolu 241

   Artikolu 242

   Artikolu 243

   Artikolu 244

   [Artikolu 229 għal Artikolu 144]

Entrati fil-kontijiet ġenerali

Artikolu 81

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

Artikolu 155

Aġġustamenti tal-kontijiet

Taqsima 3

Artikolu 156

   Artikolu 245

Kontabilità baġitarja

imħassar

KAPITOLU 4

Inventarju tal-proprjetà

Artikolu 157

   Artikolu 246

   Artikolu 247

   Artikolu 248

   Artikolu 249

   Artikolu 250

   Artikolu 251

   Artikolu 252

   Artikolu 253

   Artikolu 254

L-inventarju tal-assi

Artikolu 84

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

imħassar

TITOLU X

AWDITJAR ESTERN U KWITTANZA

TITOLU XIV

KAPITOLU 1

Awditjar estern

KAPITOLU 1

Artikolu 158

Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 246

Artikolu 159

Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar

Artikolu 247

Artikolu 160

Verifiki fuq titoli u flus kontanti

Artikolu 248

Artikolu 161

Dritt ta’ aċċess tal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 249

Artikolu 162

Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 250

Artikolu 163

Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 251

KAPITOLU 2

Kwittanza

KAPITOLU 2

Artikolu 164

Skeda għall-proċedura tal-kwittanza

Artikolu 252

Artikolu 165

Il-proċedura tal-kwittanza

Artikolu 253

Artikolu 166

Miżuri ta' segwitu

Artikolu 254

Artikolu 167

Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-SEAE

Artikolu 255

IT-TIENI TAQSIMA

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

TITOLU I

FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA

Artikolu 168

Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija

imħassar

Artikolu 169(1)

Artikolu 169(2)

Artikolu 169(3)

Impenji tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

imħassar

Imħassar (inkluż fl-Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 170(1)

Artikolu 170(2)

Artikolu 170(3)

Impenji provviżorji globali tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

Imħassar

Artikolu 114(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 171(1)

Artikolu 171(2)

Artikolu 171(3)

Skeda u għażla taż-żmien għal impenji baġitarji tal-FAEG

Artikolu 114(3)

Artikolu 114(2)

Artikolu 114(4)

Artikolu 172

Kontabilità tal-infiq tal-FAEG

Artikolu 10(5)(a)

Artikolu 173(1)

Artikolu 173(2)

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

L-Artikolu 30(1), ir-4 subparagrafu

Artikolu 31(5)

Artikolu 174

Dħul assenjat tal-FAEG

imħassar

TITOLU II

FONDI STRUTTURALI, FOND TA' KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI, U FONDI FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA ĠESTITI PERMEZZ TAL-ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 175

Dispożizzjonijiet speċjali

imħassar

Artikolu 176

Rispett tal-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

imħassar

Artikolu 177(1)

Artikolu 177(2)

Artikolu 177(3)

Artikolu 177(4)

Artikolu 177(5)

Pagamenti ta' kontribuzzjonijiet, pagamenti interim u ħlasijiet lura

Imħassar

Imħassar

Imħassar

Artikolu 12(3)(b)

Artikolu

Artikolu 178(1)

Artikolu 178(2)

   

Diżimpenn ta’ approprjazzjonijiet

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(1)
Artikolu 14(1)

Artikolu 178 a

Riporti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa

imħassar

Artikolu 179(1)

Artikolu 179(2)

Artikolu 179(3)

Trasferiment tal-approprjazzjonijiet

Artikolu 28(1)(f)

Artikolu 28(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 180

Ġestjoni, għażla u awditjar

TITOLU IIII

RIĊERKA

Artikolu 181(1)

   Artikolu 255

   

Artikolu 181(2)

Fondi għar-riċerka
   Tipi ta’ operazzjonijiet

Imħassar

Artikolu 20(2(b), Artikolu 21(2(b)

Artikolu 182

Impenji tal-Fond tar-Riċerka

Artikolu 14

Artikolu 183(1)

   Artikolu 256

Artikolu 183(2)

Artikolu 183(3)

Artikolu 183(4)

Ċentru Konġunt tar-Riċerka
   Regoli addizzjonali applikabbli għall-JRC

Artikolu 154(4)

Artikolu 20(2)(g), 21(2)(b) u 12(3)(c)

TITOLU IV

AZZJONIJIET ESTERNI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 184

   Artikolu 257

Azzjonijiet esterni
   Azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati

imħassar

KAPITOLU 2

Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

imħassar

Artikolu 185

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni

imħassar

Taqsima 2

Appoġġ għall-baġit u fondi fiduċjarji b’bosta donaturi

Artikolu 186

   Artikolu 258

Użu tal-appoġġ tal-baġit

   Użu tal-appoġġ tal-baġit

Artikolu 229

Artikolu 187

   Artikolu 259

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni
   Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

Artikolu 228

Taqsima 3

Modi ta' ġestjoni oħrajn

Artikolu 188

   Artikolu 43

Implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni permezz ta' ġestjoni indiretta

   Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ġestjoni indiretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

imħassar

Artikolu 189

   

   

   

   

Ftehimiet ta' finanzjament dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni

imħassar

KAPITOLU 3

Akkwist pubbliku

Artikolu 190

   Artikolu 260

   Artikolu 261

   Artikolu 262

   Artikolu 263

   Artikolu 264

   Artikolu 265

   Artikolu 266

   Artikolu 267

   Artikolu 269

   Artikolu 273

   Artikolu 274

   Artikolu 275

   Artikolu 276

   

   

   

   

   

   

Akkwist pubbliku fl-azzjonijiet esterni

   Kiri ta’ bini
   Kuntratti tas-servizzi
   Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-livelli limitu u l-arranġamenti għall-għoti ta' kuntratti esterni
   Evidenza tal-aċċess għall-akkwist
   Reklamar
   Livelli limitu u proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti ta' servizz u kuntratti ta’ konċessjoni tas-servizzi
   Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta' servizzi, ta' forniment u ta' xogħlijiet

   Livelli limitu u proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista

   Livelli limitu u proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet u konċessjonijiet
   Speċifikazzjonijiet tal-offerti
   Garanziji
   Livelli limitu għal proċeduri 
   Kumitat ta' evalwazzjoni

Artikolu 172

imħassar

imħassar

punt 36 tal-Anness

imħassar

punt 37 tal-Anness

punt 38 tal-Anness

punt 39 tal-Anness

punt 38 tal-Anness

punt 38 tal-Anness

punt 40 tal-Anness

punt 147, parzjalment imħassar

punt 41 tal-Anness

Artikolu 145

Artikolu 191

   

   Artikolu 263

Regoli dwar l-aċċess għal akkwisti

   Evidenza tal-aċċess għall-akkwist

Artikolu 173

imħassar

KAPITOLU 4

Għotjiet

Artikolu 192

   Artikolu 277

Finanzjament sħiħ ta' azzjoni esterna

   Finanzjament sħiħ

Artikolu 184 (3)

Artikolu 193

Regoli applikabbli għal għotjiet tal-azzjonijiet esterni

KAPITOLU 5

Awditjar tal-kontijiet

Artikolu 194

Awditjar tal-Unjoni f'azzjoni esterna

TITOLU V

UFFIĊĊJI EWROPEJ

Titolu IV Kapitolu 3 Taqsima 1 Uffiċċji Ewropej

Artikolu 195

   Artikolu 278

   Artikolu 279

   Artikolu 280

Definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 63

imħassar

imħassar

imħassar

Artikolu 196

   Artikolu 281

   Artikolu 282

Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw l-Uffiċċji Ewropej

Kontabilità tal-uffiċċji Ewropej

Kontabilità tal-uffiċċji Ewropej

Artikolu 64

Artikolu 66(5)

Artikolu 66(6)

Artikolu 197

Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw l-uffiċċji Ewropej

Artikolu 64(2)

Artikolu 198

Kontabilità tal-uffiċċji Ewropej

Artikolu 66

Artikolu 199

   Artikolu 279

   Artikolu 280

Kompiti mhux obbligatorji

Artikolu 65(a)

imħassar

imħassar

Artikolu 200

Kompiti mhux obbligatorji

Artikolu 65(b)

TITOLU VI

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Titolu XV

Artikolu 201

   Artikolu 283

   Artikolu 284

   Artikolu 285

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 256

Artikolu 256(2)

Artikolu 256(4)

Artikolu 256(5)

Artikolu 202

Impenn ta’ approprjazzjonijiet

Pagamenti minn approprjazzjonijiet antiċipati

Artikolu 11(2)

Artikolu 257

Artikolu 203

   Artikolu 286

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward proġetti tal-bini

Proċedura ta’ informazzjoni bikrija u proċedura ta’ approvazzjoni preċedenti

Artikolu 256(10) u (2)

Artikolu 258

Artikolu 259

TITOLU VII

ESPERTI

Artikolu 204

   Artikolu 287

Esperti esterni b’remunerazzjoni
   Esperti esterni b'remunerazzjoni

Artikolu 230

TITOLU VIII

KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ

TITOLU II

Artikolu 204 a

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 214

Artikolu 204b

Prinċipji

Artikolu 215

Artikolu 204c

Aspetti baġitarji

Artikolu 216

Artikolu 204d

Sejħa għal kontribuzzjonijiet

Artikolu 217

Artikolu 204e

Proċedura għall-għoti

Artikolu 218

Artikolu 204f

Proċedura ta' valutazzjoni

Artikolu 218

Artikolu 204g

Forom ta’ kontribuzzjoni

Artikolu 219

Artikolu 204h

Regoli dwar il-kontribuzzjonijiet

Artikolu 219

Artikolu 204i

Prefinanzjament

Artikolu 219

Artikolu 204j

Garanziji

Artikolu 220

Artikolu 204k

Użu tal-kontribuzzjonijiet

Artikolu 221

Artikolu 204l

Rapport dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet

Artikolu 222

Artikolu 204m

Pagament tal-bilanċ

Artikolu 204n

Kontroll u penalitajiet

Artikolu 224

Artikolu 204o

Żamma tar-rekords

Artikolu 225

Artikolu 204p

Għażla tal-korpi ta’ awditjar jew l-esperti esterni

Artikolu 226

IT-TIELET TAQSIMA

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 205

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 277

   Artikolu 288

   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 206

Talbiet għal informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Artikolu 260

Artikolu 207

Valuri limitu u ammonti

imħassar

Artikolu 210

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 261

Artikolu 208

   

Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom

Artikolu 69

Artikolu 209

Korpi ta’ sħubija pubbliċi–privati

Artikolu 70

Artikolu 211

Rieżami

Artikolu 278

Artikolu 212

Revoka

Artikolu 279

Artikolu 213

Rieżami rigward l-SEAE

imħassar

Artikolu 214

Dħul fis-seħħu applikazzjoni

Artikolu 280

Augša