This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016IP0105
European Parliament resolution of 12 April 2016 on Towards improved single market regulation (2015/2089(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku (2015/2089(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku (2015/2089(INI))
ĠU C 58, 15.2.2018, pp. 48–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/48 |
P8_TA(2016)0105
Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar Lejn regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku (2015/2089(INI))
(2018/C 058/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2014 bit-titolu “Stħarriġ Annwali ta' Tkabbir 2015” (COM(2014)0902), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku (1), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-8 ta' Mejju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Governanza Aqwa tas-Suq Uniku” (COM(2012)0259), |
|
— |
Wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-sitwazzjoni attwali u l-perspettivi” (COM(2014)0368), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2013 intitolata “Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji” (COM(2013)0122), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta’ Ġunju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetittività dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti tal-4 ta’ Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-suq uniku fis-Semestru Ewropew 2015 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ttiegħu tas-27 ta’ Frar 2014 dwar SOLVIT (3), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-28 ta’ Mejju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' riċerka kkummissjonat mill-Kumitat tiegħu għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur dwar “Regolamentazzjoni intelliġenti tas-Suq Uniku”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-edizzjoni ta' April 2015 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku onlajn, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0278/2015), |
|
A. |
billi s-suq uniku huwa strument ewlieni għat-tkebbis mill-ġdid tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni; |
|
B. |
billi, aktar minn 20 sena wara l-ħolqien uffiċjali tiegħu, il-qafas tas-suq uniku għadu frammentat, prinċipalment minħabba li l-Istati Membri ma ttrasponewx bis-sħiħ jew ma implimentawx korrettament il-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
C. |
billi hemm bżonn li tissaħħaħ il-governanza tas-suq uniku billi jiġi indirizzat iċ-ċiklu sħiħ ta' politika; |
|
D. |
billi l-istrateġija li jmiss tas-suq intern għandha tkun immirata lejn it-titjib tar-regolamentazzjoni tas-suq uniku permezz ta' sforz biex jinsilet tagħlim mill-esperjenzi tal-passat fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi, is-suq uniku diġitali, il-kwalifiki professjonali u l-akkwist pubbliku; |
|
E. |
billi huwa l-kunċett ta’ responsabbiltà kondiviża li għandu jsawwar kif l-Unjoni tfittex li ttejjeb ir-regolamentazzjoni tas-suq uniku; |
|
F. |
billi r-responsabbiltà għas-sussidjarjetà testendi lil hinn mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, u tinkludi rwol għall-parlamenti nazzjonali u – fejn xieraq – dawk reġjonali; billi l-prinċipju ta' sussidjarjetà jimplika li l-politiki għandhom ikunu deċiżi fil-livell istituzzjonali l-aktar xieraq, kemm jekk reġjonali, nazzjonali jew Ewropew; |
|
G. |
billi għandna suq uniku għall-merkanzija iżda ma għandniex suq uniku għas-servizzi; |
|
H. |
billi għodod speċifiċi għandhom jissaħħu, jiġu riveduti jew jiġu promossi aħjar sabiex jikkontribwixxu b'mod pożittiv lejn il-ħolqien ta' ambjent regolatorju kompetittiv għan-negozji tagħna, filwaqt li jkunu ta' appoġġ għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi fil-leġiżlazzjoni Ewropea; |
|
I. |
billi hemm livell baxx ta' għarfien u kuxjenza kemm fost iċ-ċittadini kif ukoll fost in-negozji fir-rigward ta' diversi servizzi ta' assistenza bħalma huma L-Ewropa Tiegħek u SOLVIT; |
|
J. |
billi hemm nuqqas ta' indikaturi u data suffiċjenti għall-kejl tal-implimentazzjoni b'suċċess tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma differenti tas-suq uniku; |
|
K. |
billi tali indikaturi u data jistgħu jiċċaraw l-għan u l-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni; |
|
L. |
billi l-innovazzjoni diġitali qed timxi b'pass aktar mgħaġġel mill-politika, u l-imprendituri qed ikunu l-mutur tal-aġenda diġitali; billi huwa ta' importanza fundamentali li jitfasslu regoli li jibqgħu validi fil-futur u li jkunu awtomatikament diġitali; |
|
M. |
billi t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tad-drittijiet u l-liġi tal-konsumatur huma essenzjali sabiex jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni; |
|
N. |
billi waħda mill-prijoritajiet prinċipali tas-Samit Ewropew dwar il-Konsumatur 2015, forum annwali li jlaqqa’ lil dawk li jfasslu l-politika u lill-partijiet ikkonċernati Ewropej u internazzjonali ewlenin, kienet l-implimentazzjoni u l-infurzar aħjar tal-liġi; |
I. Introduzzjoni u prinċipji ġenerali
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f'din ir-riżoluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija reċenti tagħha dwar is-suq intern; |
|
2. |
Iqis li t-titjib tar-regolamentazzjoni tas-suq uniku għandu jkun kemm prijorità kif ukoll responsabbiltà kondiviża tal-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen li leġiżlazzjoni tajba taħdem għall-benefiċċju taċ-ċittadini u għandha tikkontribwixxi biex tistimula l-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-iżvilupp tal-SMEs filwaqt li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, u li għandha tagħmel dan b’mod li jistimula, iktar milli jfixkel, l-ekonomija Ewropea; |
|
3. |
Iqis ir-“regolamentazzjoni aħjar” fil-kuntest taċ-ċiklu sħiħ ta' politika, fejn l-elementi kollha jikkontribwixxu għal regolamentazzjoni effiċjenti u effikaċi; iqis, għalhekk, li l-indikaturi speċifiċi għall-kejl tas-suċċess tal-leġiżlazzjoni relevanti għandhom ikunu inklużi immedjatament mill-valutazzjoni tal-impatt inizjali u għandhom jintużaw matul iċ-ċiklu kollu tal-politika, inkluża l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni meta tidħol fis-seħħ; |
|
4. |
Ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-importanza ta' informazzjoni trasparenti u aċċessibbi; iqis li huwa ta’ dispjaċir li filwaqt li d-dokumenti tal-Parlament huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, id-dokumenti tal-Kunsill mhumiex, u minflok, għadhom kunfidenzjali; |
|
5. |
Iqis li l-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandu jirrappreżenta l-punt ta’ tluq għat-tfassil tal-politika, sabiex jiġi enfasizzat il-“valur miżjud Ewropew” fil-governanza tas-suq uniku; |
|
6. |
Jinnota li l-iskadenzi assoċjati mal-mekkaniżmu tas-sussidjarjetà mhux dejjem jipprovdu żmien adegwat biex il-parlamenti jikkunsidraw fid-dettall l-aspetti tal-implimentazzjoni, il-koerenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti, u kwistjonijiet prattiċi oħrajn; iqis, għalhekk, li l-parlamenti nfushom jista’ jkollhom rwol aktar attiv, b’mod partikolari fil-proċessi ta’ konsultazzjoni; |
|
7. |
Jemmen li l-istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom b'mod konġunt biex jiżguraw li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jkun rifless fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni relevanti; jemmen, barra minn hekk, li l-proċess għandu jilħaq l-għanijiet ta' sempliċità, trasparenza, koerenza u rispett għad-drittijiet fundamentali; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirriflettu, flimkien mal-Parlament, dwar kif l-aħjar li jiżguraw li s-simplifikazzjoni tkun proċess kontinwu, peress li l-isforzi f'dawn l-oqsma huma ta' benefiċċju għall-konsumaturi u l-SMEs; |
|
9. |
Iqis li r-regolamentazzjoni tas-suq uniku għandha tqis l-opportunitajiet ġodda offruti mir-rivoluzzjoni diġitali u għandha tkun kompatibbli bis-sħiħ mad-dimensjoni tal-gvern elettroniku; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tas-suq uniku bħala pilastru separat tal-proċess tas-Semestru Ewropew, li għandu jiġi appoġġjat permezz ta' rapport annwali dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku bħala kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; |
II. Għodod biex tittejjeb ir-regolamentazzjoni tas-suq uniku
Valutazzjoni tal-impatt
|
11. |
Jemmen li l-leġiżlazzjoni tas-suq uniku għandu jkollha bħala l-objettiv tagħha l-funzjonament aħjar tas-suq uniku, għandha tiġi żviluppata b’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u għandha sservi biex jiġu promossi l-kompetittività, l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; iqis il-valutazzjonijiet tal-impatt effikaċi bħala għodda importanti biex dawk li jfasslu l-politika jiġu infurmati dwar kif l-aħjar li jitfassal ir-regolament sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-objettivi tas-suq uniku tagħhom, u dwar l-effetti potenzjali tal-interazzjoni tagħha mal-leġiżlazzjoni eżistenti; |
|
12. |
Jiddispjaċih li madwar 40 % tal-abbozzi ta' valutazzjonijiet tal-impatt eżaminati mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni mill-2010 sal-2014 tqiesu li huma ta' kwalità insuffiċjenti u ntbagħtu lura għal titjib; |
|
13. |
Iqis li, sabiex ikunu għodod effikaċi, il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jitħejjew abbażi ta’ informazzjoni u evidenza komprensivi, oġġettivi u kompluti, u għandhom jinkludu l-għażliet kollha li jkollhom impatt sinifikanti jew li jkunu politikament importanti; huwa tal-fehma li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jitwettqu b'tali mod li jieħdu kont ukoll tal-valutazzjonijiet ex-post tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-istess settur, u għandhom jikkunsidraw il-konsistenza bejn l-inizjattivi leġiżlattivi ġodda u l-politiki u l-objettivi ġenerali l-oħra tal-Unjoni Ewropea; |
|
14. |
Iqis li huwa ta’ dispjaċir li l-valutazzjonijiet tal-impatt ippreżentati lill-Parlament biex jakkumpanjaw l-abbozz ta’ proposti għadhom jirriżultaw b'xi nuqqasijiet, kif enfasizzat, pereżempju, mill-Unità għall-Valutazzjoni tal-Impatt Ex-Ante tal-Parlament fl-analiżi tagħha tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta dwar kif nagħmlu t-tagħmir tar-radju disponibbli fis-suq; |
|
15. |
Jemmen li l-kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-pariri xjentifiċi għandha tifforma parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt u, b'mod partikolari, għandha tissostanzja kif jew għaliex saru l-għażliet ta' politika fil-fażijiet ta' tħejjija, u dan se jgħin fil-proċess politiku; iqis, barra minn hekk, li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu l-pass tal-innovazzjoni u l-evoluzzjoni diġitali u l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni li tkun newtrali mil-lat teknoloġiku u li kemm jista' jkun tibqa' valida fil-futur; |
|
16. |
Jinnota li ma tingħata l-ebda gwida ċara dwar jekk l-impatti potenzjali minn proposti REFIT għandhomx jiġu kwantifikati jew le; jenfasizza l-ħtieġa li l-proposti REFIT ikunu aktar immirati, bil-benefiċċji potenzjali u l-iffrankar tal-ispejjeż ikkwantifikati f’kull proposta; |
|
17. |
Jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja proposta għandha tiġi supplementata b'valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-emendi sostanzjali adottati mill-koleġiżlaturi; jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari u trasparenti, li jistipulaw il-kundizzjonijiet li skonthom għandhom isiru l-valutazzjonijiet tal-impatt addizzjonali; ifakkar, pereżempju, li l-Parlament ivvaluta bir-reqqa l-impatt potenzjali fuq l-SMEs ta' wħud mill-emendi tiegħu għaż-żewġ Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill – li ma għamel l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq l-emendi tiegħu stess sa mill-2007 – sabiex ikun aktar involut; |
|
18. |
Ifakkar li r-responsabbiltà għas-sussidjarjetà testendi lil hinn mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, u tinkludi rwol għall-parlamenti nazzjonali; |
|
19. |
Jinnota li l-istudju “Regolamentazzjoni Intelliġenti tas-Suq Uniku”, li ġie kkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jissuġġerixxi li l-Parlament u l-Kunsill jista' jkollhom għarfien siewi x'jikkontribwixxu għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom il-Parlament u l-Kunsill jiġu inklużi fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt; |
Il-proċess ta' konsultazzjoni
|
20. |
Ifakkar li, skont l-Artikolu 11(2) TUE, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma meħtieġa jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali; |
|
21. |
Iqis li l-fażi ta' konsultazzjoni għandha dejjem tinkludi taqsima dwar dak li huwa “awtomatikament diġitali” li biha l-Kummissjoni tfittex li tifhem profondament il-ħtiġijiet tal-utenti u xi tfisser “awtomatikament diġitali” għat-tfassil tas-servizz; |
|
22. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-proċessi ta’ konsultazzjoni għandhom ikunu miftuħa, trasparenti u inklużivi, u għandhom jiġu estiżi sabiex jinkludu sottomissjonijiet ta' abbozzi tal-valutazzjonijiet tal-impatt minn varjetà wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati; jemmen li dan huwa ugwalment importanti għal-leġiżlazzjoni sekondarja, li hija ta' konsegwenza qawwija għall-implimentazzjoni tar-regolamentazzjoni dwar is-suq uniku u li għalhekk teħtieġ aktar trasparenza u skrutinju; jikkunsidra l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni bħala qasam fejn il-konsultazzjoni regolari bejn il-partijiet ikkonċernati tista' ttejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja; |
|
23. |
Jirrikonoxxi l-proposti għal fażi ta’ programmazzjoni strateġika estiża fil-pakkett “Regolamentazzjoni Aħjar”, bl-inklużjoni, pereżempju, ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu; iqis, madankollu, li għad jonqos ħarsa ġenerali tal-proċess ta’ ħidma tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel il-pjanijiet direzzjonali li jiddeskrivu l-inizjattivi ta' politika fis-setturi speċifiċi iktar viżibbli, u tiffaċilita l-użu tagħhom; |
|
24. |
Iqis li l-input miċ-ċittadini u n-negozji f'servizzi ta' assistenza differenti bħalma huma L-Ewropa Tiegħek u SOLVIT huwa ta' importanza kbira għall-proċess leġiżlattiv, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa d-data pprovduta minn dawn is-servizzi u tqisha meta tkun qed tirrieżamina l-leġiżlazzjoni relevanti; |
|
25. |
Jemmen li konsultazzjoni wiesgħa, xierqa u bbilanċjata hija essenzjali bħala parti mill-proċess leġiżlattiv; iqis li l-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u evidenza, u stedina lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jikkontribwixxu b’mod effikaċi għall-iżvilupp tal-politika f’dan il-qasam, huma xprun importanti għall-innovazzjoni u t-tisħiħ tas-suq uniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aġenda tas-suq uniku diġitali; |
|
26. |
Jenfasizza li n-negozji ż-żgħar spiss ma jkollhomx il-ħin jew ir-riżorsi biex jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet regolari; iqis li l-Kummissjoni għandha ssib modi innovattivi u faċli għall-utent biex tilħaq lill-SMEs u n-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu; |
|
27. |
Iqis li għandu jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, li għandha tkun proċess kontinwu matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu, aktar milli xi eżerċizzju okkażjonali; itenni, f’dan ir-rigward, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-twaqqif ta’ Forum Ewropew tal-Partijiet Ikkonċernati dwar regolamentazzjoni aħjar u anqas burokrazija; |
|
28. |
Jenfasizza li tali konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu inklużivi kemm jista’ jkun u, b’mod partikolari, għandhom jinvolvu lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
|
29. |
Jemmen li jekk il-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha u iktar aċċessibbli u intelliġibbli dan se jwassal għal żieda korrispondenti fil-parteċipazzjoni u aċċess iktar trasparenti fil-proċess ta’ konsultazzjoni; |
Implimentazzjoni
|
30. |
Jemmen li l-implimentazzjoni sħiħa u xierqa tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku hija fundamentali, u li l-indikaturi ċari, komprensivi u multidimensjonali huma kontribut utli biex il-benefiċċji tas-suq uniku jinħassu bis-sħiħ; jesprimi tħassib li l-miri tal-implimentazzjoni mhux dejjem jintlaħqu; jitlob, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva dwar is-Servizzi; ifakkar fil-livell għoli ta’ eteroġeneità li għad hemm fost l-Istati Membri u s-setturi; |
|
31. |
Iqis li peress li l-Kummissjoni qed tfittex li tnaqqas il-produzzjoni leġiżlattiva tagħha, dan se jippermetti konċentrazzjoni ikbar fuq inizjattivi ta’ politika, u se jħalli aktar ħin għal riflessjoni iktar profonda li tista' tintuża biex jittejjeb l-involviment tal-partijiet ikkonċernati; |
|
32. |
Jenfasizza l-importanza tat-tabelli ta' korrelazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta; jistieden lill-Istati Membri biex ifasslu u jippubblikaw it-tabelli ta’ korrelazzjoni tagħhom stess; |
|
33. |
Iqis li hu ta’ dispjaċir li, minkejja l-mira ta’ 0,5 % proposta mill-Kummissjoni fl-Att dwar is-Suq Uniku, xi Stati Membri għadhom lura; jenfasizza li mhumiex biss l-miri tal-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni formali li huma importanti, iżda anki l-kwalità tat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni prattika fuq il-post u l-problemi jew l-isfidi li dawn jistgħu jikkostitwixxu fil-ħajja reali għall-partijiet ikkonċernati relevanti; |
|
34. |
Iqis li, sabiex jiġu realizzati l-benefiċċji ta’ suq uniku li jiffunzjona b’mod sħiħ, il-Kummissjoni u l-parlamenti għandhom jaħdmu flimkien biex jinsiltu l-lezzjonijiet mill-aħjar prattiki u mill-esperjenzi miksuba fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet u l-objettivi ta' leġiżlazzjoni speċifika ma jintilfux minħabba implimentazzjoni dgħajfa jew inkonsistenti fost l-Istati Membri; |
|
35. |
Jemmen li għandu jkun hemm aktar ċarezza dwar ir-regolamentazzjoni żejda u li huma meħtieġa miżuri aktar b’saħħithom bl-għan li jiġu identifikati l-każijiet fejn din tokkorri, li jippreżentaw sfidi u spejjeż żejda għaċ-ċittadini u n-negozji li jipprovaw jifhmu u japplikaw liġi li toriġina fil-livell tal-UE; jistieden lill-Istati Membri biex, fid-dokumenti ta’ implimentazzjoni, jiċċaraw u jidentifikaw x’inhu r-riżultat tal-leġiżlazzjoni tal-UE u x'inhuma r-rekwiżiti nazzjonali; ifakkar fil-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw standards aktar stretti meta l-liġi tal-UE tipprevedi biss armonizzazzjoni minima; |
Monitoraġġ u soluzzjoni tal-problemi
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha u taġġorna regolarment il-gwida dwar ir-regolamenti; jitlob, b’mod partikolari, aġġornament rapidu, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament, tal-Gwida 2009 dwar l-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali sabiex jiġi żgurat li din tkun xierqa għall-era diġitali; iqis ta’ dispjaċir li l-kwalità tas-servizzi tvarja ħafna fost l-Istati Membri minħabba nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni u riżorsi; jitlob għalhekk, qafas ta’ governanza msaħħa fil-livell tal-UE bl-għan li jitjieb il-funzjonament ta’ dawn l-għodod u s-servizzi; |
|
37. |
Iqis li s-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) u s-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) huma għodod fundamentali għat-titjib tas-suq uniku għall-oġġetti u s-servizzi; jenfasizza li dawn se jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu t-tilwim tagħhom b’mod kosteffikaċi u sempliċi mingħajr ma jidħlu l-qorti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaraw li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar dawn l-għodod importanti; |
|
38. |
Jenfasizza li l-punti uniċi ta' kuntatt b’appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim, fuq l-istess linji bħas-SOLVIT, l-ECC-Net u l-FIN-NET, huma servizzi li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża riżorsi sabiex tirreklama dawn l-għodod u tiżviluppa l-komplementaritajiet ta' bejniethom; |
|
39. |
Ifaħħar il-proġetti SOLVIT u EU Pilot, li huma mfassla biex jevitaw il-ħtieġa li l-Kummissjoni tniedi proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istati Membri; iqis, madankollu, li s-servizzi offruti minn EU Pilot għandhom jittejbu fir-rigward tal-ħin tar-rispons ladarba t-twissijiet ikunu ġew riċevuti; |
|
40. |
Iqis li s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern għandha tkompli tiġi estiża għal għodod oħra tas-suq uniku sabiex tkun tista' ssir ċentru ewlieni ta' informazzjoni; jenfasizza li dan ikun konsistenti mal-prinċipju “ta’ darba biss”, b’konformità mal-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni; |
|
41. |
Iqis li l-pjattaformi diġitali bħalma huma l-Punti Uniċi ta’ Kuntatt, is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u s-Soluzzjonijiet ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet publiċi, negozji u ċittadini Ewropej (ISA2) huma importanti biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku billi jiffaċilitaw l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri; |
|
42. |
Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' għarfien u fehim fost l-Ewropej tas-servizzi disponibbli, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, Pariri tal-Ewropa Tiegħek, is-Servizz Ewropew tax-Xogħol, in-netwerk CPC, il-punti ta' kuntatt uniku, is-SOLVIT, l-ADR u l-ODR; |
|
43. |
Iqis li servizzi bħal L-Ewropa Tiegħek, Pariri tal-Ewropa Tiegħek, is-Servizz Ewropew tax-Xogħol, in-netwerk CPC, il-punti uniċi ta' kuntatt, SOLVIT, SOLVIT Plus, ADR u ODR huma alternattivi utli u bi prezz baxx għal azzjoni legali; jinnota li 4 % tal-konsumaturi u l-kumpaniji biss huma konxji minn dawn l-għodod u li l-livel ta' użu attwali ta' dawn is-servizzi huwa baxx ħafna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bl-għan li tissolva din il-problema, biex irawmu sensibilizzazzjoni ikbar fir-rigward ta’ dawn l-għodod, filwaqt li jeżaminaw jekk l-eżiti u r-reazzjonijiet li jiġġeneraw humiex adegwati għall-utenti; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex taħdem fuq kooperazzjoni aħjar bejn id-diversi servizzi ta’ assistenza, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek u SOLVIT, bl-għan li jiżdied il-livell ta' sodisfazzjon tal-utent; |
|
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq riflessjoni profonda dwar l-interazzjoni bejn dawn is-servizzi u tesplora l-possibbiltà li jiġu sostitwiti b'punt uniku ta' kuntatt għall-konsumaturi li mbagħad jidderieġi lill-konsumatur lejn għodod oħra skont kif ikun xieraq; |
|
45. |
Iqis li din ir-riflessjoni għandha tiżgura definizzjoni aħjar tas-servizzi kkonċernati sabiex tinkiseb separazzjoni aħjar tal-attivitajiet u b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ta' komunikazzjoni u taħriġ biex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni ikbar fir-rigward tas-servizzi ta' assistenza fost iċ-ċittadini u n-negozji ta' kull daqs; jirrakkomanda f'dan il-kuntest l-iżvilupp ta' portal uniku għall-aċċess għas-servizzi ta' assistenza kollha; |
|
47. |
Iqis li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur għandha tqis b'mod sħiħ il-ħtieġa li jittejjeb il-fluss ta' informazzjoni bejn l-għodod varji tas-suq uniku; |
|
48. |
Jenfasizza r-rwol importanti tal-għodda ta' monitoraġġ “EU Sweeps” tal-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward ta’ suq uniku diġitali li jiffunzjona tajjeb; |
|
49. |
Jirrikonoxxi r-rwol pożittiv tal-azzjonijiet ta' “EU Sweeps”, varati mill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-infurzar permezz ta' azzjonijiet ta’ kontroll ikkoordinati fl-ambjent online; jemmen li “UE Sweeps” tista’ tiġi estiża wkoll għas-settur offline; |
|
50. |
Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapporti ta’ L-Ewropa Tiegħek, hemm oqsma li b’mod konsistenti jkunu s-suġġett ta’ mistoqsijiet mingħand persuni li jkunu qed jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, bħalma huma l-oqsma tal-kummerċ elettroniku u r-rikonoxximent tal-kwalifiki; iqis li l-Kummissjoni, flimkien ma’ entitajiet nazzjonali u reġjonali, għandha tiireaġixxi għal dan sabiex trawwem il-fehim ta’ dawk id-drittijiet; |
|
51. |
Iqis li sabiex jinkiseb fehim sħiħ dwar kif il-leġiżlazzjoni tas-suq uniku qiegħda fil-fatt taħdem għall-konsumaturi u n-negozji, huwa xieraq li jkun hemm valutazzjoni kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattiva tal-implimentazzjoni – u mhux sempliċement iċ-ċifri waħedhom dwar jekk id-direttivi ġewx formalment trasposti jew le; |
|
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra jekk tistax tinħoloq “sistema ta’ twissija bikrija” li tindika fejn ikun hemm problemi fl-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; |
|
53. |
Jemmen li l-iskrinjar sistematiku tas-swieq tal-konsumatur fil-livell tal-UE jista’ jidentifika t-theddid u x-xejriet emerġenti u għall-konsumaturi u n-negozji b’mod aktar f’waqtu; jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol pożittiv tal-partijiet ikkonċernati involuti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-prestazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt ta' Prodotti previsti fir-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-2009 u r-Regolament dwar il-Prodotti ta' Kostruzzjoni tal-2011; |
Infurzar u sorveljanza tas-suq
|
55. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-għodod ta' governanza tas-suq uniku li jirċievu l-ilmenti tal-konsumaturi dwar il-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE minn kummerċjant u l-korpi nazzjonali tal-infurzar permezz ta' proċeduri formali u kondiviżjoni mtejba tad-data; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta b’mod serju l-koerenza u l-effikaċja tal-implimentazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-proċedimenti ta’ ksur, b’mod partikolari fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku; |
|
57. |
Jiddispjaċih li l-aċċess tal-Parlament għal informazzjoni relevanti relatata ma' proċedimenti ta' qabel il-ksur u ta' ksur huwa limitat, u jitlob trasparenza akbar f'dan il-qasam, bir-rispett dovut għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità; |
|
58. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi proċedimenti ta’ ksur f’waqthom u b'mod aktar mgħaġġla fejn teżisti evidenza li turi nuqqas fl-implimentazzjoni u fejn l-isforzi raġonevoli biex il-problemi jiġu solvuti permezz ta’ għodod bħal medjazzjoni, fil-forma ta’ ADR, ODR, EU Pilot, SOLVIT jew mekkaniżmi oħra ta’ qabel il-ksur, ma rnexxewx; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà ugwali fl-infurzar tad-dritt tal-UE, u għandhom jiżguraw infurzar effikaċi u effiċjenti sabiex iħarsu d-drittijiet tal-konsumatur u joħolqu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fl-Ewropa kollha; |
|
59. |
Jimpenja ruħu li jwettaq ir-rwol tiegħu fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE inter alia billi jirrevedi l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u permezz ta’ skrutinju tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz tal-involviment tal-Parlament b’rappurtar annwali, jew mill-inqas aktar dettaljat, mill-Kummissjoni dwar programmi ta’ ħidma relatati speċifikament mal-infurzar; |
|
60. |
Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE) (4), il-Parlament talab lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza data dwar il-penali applikati mill-Istati Membri kif ukoll dwar l-effiċjenza tas-sistemi ta’ infurzar, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumplessità u t-tul tal-proċeduri ta’ infurzar; talab ripetutament lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament bir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet; |
|
61. |
Iqis li l-għodod ta' sorveljanza tas-suq għandhom jintużaw flimkien mal-għodod tas-suq uniku biex jissaħħaħ l-infurzar tad-dritt tal-UE; |
|
62. |
Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-awtoritajiet nazzjonali mhux dejjem jagħmlu użu korrett mis-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), jew jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa f'waqthom; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tittejjeb l-attribuzzjoni ta' każijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi; |
|
63. |
Jinsab imħasseb minħabba li, skont analiżi ta' kampjun imwettqa mill-Kummissjoni fl-2014, 60 % tal-investigazzjonijiet tal-prodotti li tlestew ma rrappurtawx dwar il-pajjiż ta' oriġini, 32 % tal-investigazzjonijiet tal-prodotti ta' makkinarju ma kinux akkumpanjati bi klassifikazzjoni tar-riskju u 5 % tal-entrati m'għamlux referenza għar-regolament/direttiva tal-UE miksura; jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iqisu b'mod serju din il-kwistjoni u jinfurmaw lill-Parlament dwar l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda; |
Evalwazzjoni u eżami ex-post
|
64. |
Jilqa’ l-perjodu ta’ eżami regolari, u l-introduzzjoni tal-analiżi settorjali fil-qafas tal-programm REFIT, liema għan aħħari għandu jkun dak li titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tiġi ssimplifikata, biex b'hekk tiġi allinjata b'mod iktar effikaċi mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-impriżi, b'referenza partikolari għall-impriżi mikro, żgħar u medji; |
|
65. |
Iqis, madankollu, li l-analiżi għandha tittejjeb fir-rigward ta' jekk il-passi leġiżlattivi meħuda s’issa kkontribwewx b’mod effikaċi biex jintlaħaq l-għan tagħhom, u jekk dawn humiex konsistenti mal-għanijiet ta' politika attwali; jenfasizza wkoll l-importanza tat-trasparenza fil-proċess REFIT; jemmen, f’dan il-kuntest, li mira li tevolvi u tibqa' aġġornata ta’ tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u regolatorji tista' tagħti kontribut pożittiv biex jiġi żgurat li l-għanijiet jintlaħqu bl-aktar mod effiċjenti possibbli u bl-anqas kost possibbli għan-nies u n-negozji; |
|
66. |
Jinnota li l-kost kumulattiv tar-regolamentazzjoni ta’ spiss jirrappreżenta ostaklu għall-parteċipanti fis-suq uniku, b’mod partikolari għall-SMEs; jilqa’, għalhekk, l-impenn tal-Kummissjoni li teżamina din il-kwistjoni; jenfasizza li kwalunkwe analiżi bħal din għandu jkollha l-għan li jitneħħew l-ostakli għad-dħul fis-suq u li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta għall-atturi kollha; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-għarfien tagħha dwar il-fatturi li jinfluwenzaw l-ilħuq ta’ objettivi ta’ politika, bħalma huma l-impatt ta’ politiki konfliġġenti jew kumplementari adottati fil-livell tal-UE jew f'dak nazzjonali, iżda anke l-impatt u l-kostijiet tan-nuqqas ta' azzjoni, sabiex jittejjeb it-tfassil ta' politika u, fl-aħħar mill-aħħar, biex isir kontribut għat-titjib tar-regolamentazzjoni tas-suq uniku; |
|
68. |
Iqis li klawżoli ta’ estinzjoni jew reviżjoni msaħħa jistgħu jiġu kkunsidrati fuq bażi eċċezzjonali, b’mod partikolari għal fenomeni temporanji, ma' istituzzjonijiet li jimpenjaw ruħhom li jżommu l-leġiżlazzjoni aġġornata u fis-seħħ, fejn ikun meħtieġ biss; iqis is-salvagwardji bħala mezz neċessarju biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni essenzjali ma tiskadix; |
III. Konklużjoni
|
69. |
Jenfasizza li t-titjib tar-regolamentazzjoni tas-suq uniku ma jfissirx it-tneħħija tar-regolamentazzjoni kollha jew it-tnaqqis tal-livell ta’ ambizzjoni tar-regolament, pereżempju f’termini ta’ ħarsien ambjentali, sikurezza, sigurtà, protezzjoni tal-konsumatur u standards soċjali, iżda pjuttost ifisser it-tneħħija tar-regolamentazzjoni żejda, tal-burokrazija u tal-impatti negattivi filwaqt li jinkisbu l-objettivi ta' politika u jinħoloq ambjent regolatorju kompetittiv li jappoġġja l-impjieg u l-intrapriżi fl-Ewropa; |
|
70. |
Jenfasizza li suq uniku li ma jkunx ta’ piż żejjed jew ma jxxekkilx il-produzzjoni, l-innovazzjoni u l-kummerċ huwa għodda li se ġġib lura lejn l-Ewropa it-tkabbir u l-impjiegi li qabel kienu jinsabu x’imkien ieħor; |
|
71. |
Jenfasizza, għalhekk, li responsabbiltà kondiviża għal regolamentazzjoni mtejba tas-suq uniku se twassal għar-realizzazzjoni ta’ benefiċċji kondiviżi: suq uniku b’saħħtu u dinamiku li jikkontribwixxi għat-tkabbir fit-tul tal-Ewropa u, b’hekk, għall-prosperità taċ-ċittadini tagħha; |
o
o o
|
72. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 24, 22.1.2016, p. 75.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0069.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0164.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0063.