IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.11.2016
COM(2016) 717 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar id-dejta tal-impatt baġitarju tal-aġġornament annwali tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati lilhom
1.OBJETTIV TAR-RAPPORT
L-objettiv ta’ dan ir-rapport huwa li jissodisfa l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewroprea (RP) li tipprovdi dejta dwar l-impatt baġitarju tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni fid-dawl tal-aġġornament tal-2016 tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati lilhom.
L-aġġornament tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE huwa implimentat skont l-Anness XI tar-RP u għandu jseħħ qabel tmiem is-sena. Huwa bbażat fuq dejta statistika mħejjija mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri li tirrifletti l-qagħda fl-1 ta’ Lulju 2016 tal-Istati Membri.
2.INFORMAZZJONI TA' SFOND
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 emenda l-mekkaniżmu tal-aġġornament tal-ħlas, magħruf bħala “il-metodu”, billi jippermetti aġġornament awtomatiku tas-salarji, tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji kollha. Għal dak l-għan, l-ammonti rilevanti u l-ponderazzjonijiet li jinsabu fl-RP għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti u ponderazzjonijiet ta’ referenza li huma suġġetti għal aġġornament regolari u awtomatiku. Dawk l-ammonti u l-ponderazzjonijiet aġġornati jenħtiġilhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali (ĠU) tal-UE għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Skont l-Artikolu 65(4) tar-RP l-ebda aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-persunal tal-UE li jservi fil-Belġju u l-Lussemburgu ma għandu jsir fis-snin 2013 u 2014, jiġifieri fl-2013 u l-2014 ma sarx aġġornament tal-pagi tal-persunal tal-UE fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Dan sar b’żieda mal-aġġustament limitat tas-salarji u tal-pensjonijiet għall-2011 u l-2012 ta’ 0 % u 0.8 % rispettivament li rriżulta mill-approċċ kumplessiv biex tinstab soluzzjoni għal tilwim dwar l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet.
Il-persunal tal-UE ġarrab telf sinifikanti f’termini ta’ kapaċità tal-akkwist reali fil-perjodu 2004-2015 u aktar mill-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali fl-Istati Membri. Matul dan il-perjodu l-persunal tal-UE tilef 12.3 % tal-kapaċità tal-akkwist tiegħu, minħabba l-effett flimkien tar-riformi tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 u fl-2013 u tnaqqis fl-aġġustament tas-salarji. Matul l-istess perjodu l-ħaddiema taċ-ċivil tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri tilfu 3.7 %.
L-effett flimkien tan-nuqqas ta' applikazzjoni tal-metodu għall-aġġustament tas-salarju fl-2011 u l-2012 u l-iffriżar tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet fl-2013 u l-2014 irriżulta f’madwar EUR 3 biljun fi ffrankar matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2014 u l-2020 u f'madwar EUR 500 miljun kull sena fuq perjodu twil. Kumplessivament l-aħħar rieżami tar-Regolamenti tal-Persunal iġġenera madwar EUR 4.3 biljun fi ffrankar amministrattiv matul l-QFP. Barra minn hekk, miżuri speċifiċi mingħajr effett baġitarju dirett, bħaż-żieda fil-ħin tax-xogħol u t-tnaqqis fil-liv annwali mingħajr kumpens fis-salarju jiswew madwar EUR 1.5 biljun għall-istituzzjonijiet.
3.Dispożizzjonijiet legali dwar l-aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE u tal-koeffiċjenti korrettivi applikati lilhom
3.1.Aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE (l-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP)
Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP jipprevedi li ċerti ammonti msemmija fih li jiffissaw is-salarji bażiċi, il-benefiċċji u l-koeffiċjenti differenti, għandhom jiġu aġġornati kull sena f’konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti aġġornati, fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament, fis-serje C tal-ĠU tal-UE għal finijiet informattivi.
Barra minn hekk, l-Artikolu 65(3) tar-RP jistipula li dawn l-ammonti (imsemmija fl-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu) għandhom ikunu mifhuma bħala ammonti li l-valur attwali tagħhom f’punt speċifiku ta' żmien ikun suġġett għal aġġornament mingħajr intervent ta’ att ġuridiku ieħor.
L-Artikolu 65a tar-RP jipprovdi li r-regoli tal-implementazzjoni tal-Artikoli 64 u 65 tar-RP huma stipulati fl-Anness XI.
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-RP, l-aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet skont l-Artikolu 65 tar-RP jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tas-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali (indikatur speċifiku) u mill-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu (Indiċi Konġunt).
L-indikatur speċifiku jkejjel it-tibdil fir-remunerazzjoni netta, bl-inflazzjoni eskluża, tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri. Il-Eurostat tikkalkula dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ħdax-il stat membru msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI.
L-Indiċi Konġunt ikejjel il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu għall-uffiċjali tal-UE skont id-distribuzzjoni tal-persunal li jservi f’dawn iż-żewġ Stati Membri. L-Eurostat tikkalkula dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-prezzijiet ipprovduta mill-awtoritajiet Belġjani u Lussemburgiżi u fuq l-informazzjoni dwar l-għadd ta' persunal mill-bażijiet tad-dejta interni tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi klawżola ta’ moderazzjoni jiġifieri l-valur tal-indikatur speċifiku għandu jkun soġġett għal limitu massimu ta’ +2 % u għal limitu minimu ta’ -2 %. Jekk il-valur tal-indikatur speċifiku jaqbeż dan il-limitu, minfloku għandu jintuża l-valur tal-limitu biex jiġi stabbilit l-aġġornament annwali. Il-limitu mbagħad japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju u l-bqija tal-aġġornament annwali għandu jiġi applikat b’effett mill-1 ta’ April tas-sena ta’ wara.
L-Artikolu 11 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi klawżola ta’ eċċezzjoni applikabbli f’każ ta’ tnaqqis fil-prodott domestiku gross totali tal-UE. Il-klawżola ta' eċċezzjoni għandha tapplika jekk il-valur tal-indikatur speċifiku jkunu pożittiv, iżda jkun hemm tnaqqis fil-prodott domestiku gross totali tal-UE għas-sena attwali. F’każ bħal dan għandha tintuża parti biss mill-indikatur speċifiku biex jiġi kkalkulat l-aġġornament annwali u l-bqija għandu jiġi ttardjat jew ma jitħallasx.
3.2.Aġġornament tal-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE fl-UE (l-Artikolu 64, it-tieni paragrafu)
Skont l-Artikolu 64 tar-RP ir-remunerazzjoni ta’ uffiċjal espressa f’euro tiġi ponderata b’rata ogħla, anqas jew daqs 100 %, skont il-kondizzjonijiet tal-għajxien fil-postijiet varji tal-impjieg. L-ebda koeffiċjenti ta' korrezzjoni ma għandu jkun applikabbli fil-Belġju u fil-Lussemburgu minħabba ir-rwol speċjali referenzjali ta' dawn il-postijiet ta' impjieg bħala s-sedi prinċipali u oriġinali tal-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet.
Barra minn hekk, il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni għandhom jinħolqu jew jiġu rtirati kif ukoll jiġu aġġornati kull sena f'konformità mal-Anness XI. Fir-rigward tal-aġġornament, il-valuri kollha għandhom jiġu mifhuma bħala valuri ta' referenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valuri aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C tal-ĠU tal-UE għal finijiet informattivi.
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-RP, l-aġġornament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-proporzjonijiet bejn il-paritajiet ekonomiċi korrispondenti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Anness XI u r-rati tal-kambju speċifikati fl-Artikolu 63 tar-RP għall-pajjiżi relevanti.
Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjoni jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjonijiet imħallsa fi Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, ma' dawk imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-Eurostat tikkalkula dawk il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.
Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet imħallsa fil-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza ma' dawk imħallsa fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat tikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika. Skont l-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-ponderazzjonijiet japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti tal-pensjoni li tikkorrispondi mad-drittijiet tal-pensjoni akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. Il-koeffiċjent korrettiv minimu applikabbli għall-pensjonijiet għandu jkun ta' 100.
Skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, ponderazzjonijiet speċifiċi huma applikabbli għal ċerti trasferimenti mill-uffiċjali u mill-aġenti oħra.
3.3.L-aġġornament tal-ponderazzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (l-Artikolu 13(1) tal-Anness X tar-RP)
L-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness X tar-RP jistabbilixxu dispożizzjonijiet fuq ħlas ta’ remunerazzjoni lill-uffiċjali u lill-aġenti oħra li jaħdmu f’pajjiżi terzi. Ir-rimunerazzjoni titħallas f’euro fl-UE u għandha tkun soġġetta għall-ponderazzjoni applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali impjegati fil-Belġju, madankollu fuq talba ta’ uffiċjal, din tista’ titħallas kollha kemm hi, jew parti minnha, fil-munita tal-pajjiż tal-impjieg. F’dak il-każ, tkun suġġetta għall-ponderazzjoni għal dan il-post tax-xogħol u tkun ikkonvertita fuq il-bażi tar-rata tal-kambju korrispondenti.
Sabiex jiġi żgurat sa fejn hu possibbli li l-uffiċjali, il-persunal temporanju u kuntrattwali tal-Unjoni jibbenefikaw minn kapaċità tal-akkwist ekwivalenti jkun fejn ikun il-post tal-impjieg tagħhom, il-ponderazzjoni għandha tiġi aġġornata darba fis-sena skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness XI tar-RP. Fir-rigward tal-aġġornament il-valuri kollha għandhom jiġu mifhuma bħala valuri ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valuri aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C tal-ĠU tal-UE għal finijiet informattivi.
L-Eurostat tikkalkula l-paritajiet ekonomiċi biex jiġu stabbiliti l-ekwivalenzi tal-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjonijiet imħallsa fi Brussell ma' dawk imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-ponderazzjoni hija l-fattur li jirriżulta meta l-valur tal-parità ekonomika jiġi diviż bir-rata tal-kambju. Ir-rati tal-kambju użati huma stabbiliti f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE u jikkorrispondu mad-data tal-applikazzjoni tal-ponderazzjonijiet.
3.4.Aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE fl-UE (l-Artikolu 65(2) tar-RP)
L-Artikolu 65(2) jipprevedi li fil-każ ta’ tibdil sostanzjali fl-għoli tal-ħajja, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 65(1) u l-ponderazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 64 jiġu aġġornati f’konformità mal-Anness XI. Il-Kummissjoni tippubblika l-ammonti u l-ponderazzjonijiet aġġornati fi żmien ġimagħtejn wara l-aġġornament fis-serje C tal-ĠU tal-UE għall-finijiet informattivi.
Skont l-Artikolu 4(1) tal-Anness XI tar-RP, aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet, b'effett mill-1 ta' Jannar, isir fil-każ ta' bidla sotanzjali fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru (b'riferenza għal-limitu tas-sensittività definit fl-Artikolu 6 tal-Anness XI tar-RP) filwaqt li ssir konċessjoni dovuta għat-tbassir tal-bidla fil-kapaċità tal-akkwist matul il-perjodu ta' referenza annwali attwali. L-aġġoramenti intermedji għandhom jiġu kkunsidrati fl-aġġornament salarjali annwali.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6 tal-Anness XI għar-RP, għandu jsir aġġornament intermedju għall-postijiet kollha (inklużi Brussell u l-Lussemburgu) jekk il-livell massimu ta’ sensittività jintlaħaq jew jinqabeż fi Brussell u fil-Lussemburgu. Jekk dak il-livell massimu ta’ sensittività għal Brussell u għal-Lussemburgu ma jintlaħaqx, aġġornament intermedju għandu jsir biss għal dawk il-postijiet fejn il-livell massimu ta’ sensittività jkun intlaħaq jew inqabeż.
Skont l-Artikolu 7 tal-Anness XI tar-RP, l-ammont tal-aġġornament intermedju għandu jkun l-Indiċi Konġunt immultiplikat, fejn xieraq, bin-nofs tat-tbassir tal-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv.
Il-koeffiċjenti korrettivi huma l-proporzjon bejn il-parità ekonomika relevanti u r-rata tal-kambju pprovduta fl-Artikolu 63 tar-RP immultiplikat, jekk il-livell massimu tas-sensittività ma jkunx intlaħaq fil-Belġju u fil-Lussemburgu, bl-ammont tal-aġġornament.
3.5.L-aġġornamenti interim tal-ponderazzonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-RP)
Wara l-aġġornament annwali tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 13(1) tal-Anness X tar-RP (ara l-punt 3.3 iktar ’il fuq), meta fil-każ ta’ pajjiż partikolari, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi tal-ponderazzjoni u tar-rata tal-kambju korrispondenti tinstab li tkun qabżet il-5 % mill-aħħar aġġornament, għandu jsir aġġornament interim tal-ponderazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(1) tal-Anness X tar-RP.
L-Eurostat tikkalkula l-paritajiet ekonomiċi biex jiġu stabbiliti l-ekwivalenzi tal-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjonijiet imħallsa fi Brussell ma' dawk imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-ponderazzjoni hija l-fattur li jirriżulta meta l-valur tal-parità ekonomika jiġi diviż bir-rata tal-kambju. Ir-rati tal-kambju użati huma stabbiliti f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE u jikkorrispondu mad-data tal-applikazzjoni tal-ponderazzjonijiet.
4.L-aġġornamenti tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
Il-Kummissjoni tieħu nota tad-diversi aġġornamenti tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE, li qed jiġu implimentati skont l-Anness XI tar-RP matul il-perjodu ta' referenza ta' tnax-il xahar sa 1 ta' Lulju 2016 u li jseħħu qabel tmiem l-2016. Dawn l-aġġornamenti, kif elenkati f'punt 4 hawn taħt, huma bbażati fuq dejta statistika mħejjija mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri li tirrifletti l-qagħda tal-Istati Membri fl-1 ta’ Lulju 2016.
4.1.Aġġornament tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-UE (l-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP)
F'konformità mal-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-RP, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet tal-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu, il-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist fir-remunerazzjoni tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll dwar il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jirriżultaw id-diversi ponderazzjonijiet.
Il-bidla medja fil-kapaċità tal-akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza, imkejla permezz tal-indikatur speċifiku hija ta' +1.9 %.
Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu fil-perjodu ta’ referenza, kif imkejla permezz tal-Indiċi Konġunt ikkalkulat mill-Eurostat hija ta' +1.4 %.
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-RP, l-ammont tal-aġġustament jinkiseb permezz tal-multiplikazzjoni tal-indikatur speċifiku mal-Indiċi Konġunt ikkalkulat mill-Eurostat. L-aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet fil-Belġju u fil-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 3.3 %. Skont l-Artikolu 3(5) tal-Anness XI tar-RP, mhijiex applikabbli ponderazzjoni fil-Belġju jew fil-Lussemburgu.
L-indikatur speċifiku globali (+ 1.9 %) huwa anqas mil-limitu meħtieġ biex tiskatta l-klawżola ta' moderazzjoni (limitu massimu ta’ + 2 %), li għalhekk ma tapplikax.
Peress li l-previżjoni tal-evoluzzjoni tal-PDG f’termini reali hija pożittiva (1.8 %), il-klawżola ta’ eċċezzjoni ma tapplikax.
B’hekk, sal-aħħar tal-2016 il-Kummissjoni se tippubblika fis-serje C tal-ĠU l-ammonti aġġornati msemmija fl-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2015 għar-rimunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħrajn tal-Unjoni Ewropea, kif muri fl-Anness I ta’ dan ir-rapport.
4.2.Aġġornament tal-2016 tal-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE fl-UE (l-Artikolu 64, it-tieni paragrafu)
F'konformità mal-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-RP, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet tal-għoli tal-ħajja fil-Belġju u fil-Lussemburgu, il-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist fir-remunerazzjoni tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll dwar il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jirriżultaw id-diversi ponderazzjonijiet.
L-aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet barra mill-Belġju u mil-Lussemburgu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u fil-Lussemburgu bil-bidliet fil-ponderazzjonijiet u fir-rati tal-kambju.
Il-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-remunerazzjoni ġew ikkalkulati mill-Eurostat kif ġej:
4.1.1.Ponderazzjonijiet għall-persunal barra mill-Belġju u mil-Lussemburgu
Il-Eurostat ikkalkulat, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn il-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjoni mħallsa fi Brussell u dik imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol fl-1 ta' Lulju 2016
Il-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra impjegati fl-Istati Membri barra l-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont il-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2016.
B’hekk, sal-aħħar tal-2016 il-Kummissjoni se tippubblika fis-serje C tal-ĠU il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2016 għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħrajn tal-Unjoni Ewropea, kif muri fl-Anness I ta’ dan ir-rapport.
4.1.2.Ponderazzjonijiet għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-ponderazzjonijiet għat-TRASFERIMENTI:
Il-Eurostat ikkalkulat, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet imħallsa fil-Belġju ma' dawk imħallsa fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza fl-1 ta’ Lulju 2016.
Il-ponderazzjonijiet ikkalkulati għall-pensjonijiet ta’ individwi li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tal-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2016. Skont l-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-RP, il-ponderazzjonijiet japplikaw biss għall-parti tal-pensjoni li tikkorrispondi mad-drittijiet tal-pensjoni akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004.
Skont l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-RP, dawn il-ponderazzjonijiet huma direttament applikabbli għat-trasferimenti li jsiru mill-uffiċjali u mill-aġenti oħra.
B’hekk, sal-aħħar tal-2016 il-Kummissjoni se tippubblika fis-serje C tal-ĠU il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2016 għall-pensjonijiet imħallsa barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-ponderazzjonijiet għat-trasferimenti tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, kif muri fl-Anness I ta’ dan ir-rapport.
4.3.L-Aġġornament tal-2016 tal-ponderazzonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (Artikolu 13(1) tal-Anness X tar-RP)
L-istatistiki disponibbli għall-Kummissjoni inkludew lista ta’ 144 impjieg. Madankollu ma ġewx ippreżentati l-paritajiet ekonomiċi għal disa' postijiet fejn id-dejta ma kinitx disponibbli jew ma kinitx affidabbli minħabba instabbiltà lokali jew raġunijiet oħra.
Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni għal postijiet tax-xogħol barra l-UE kollha ġew ikkalkolati fil-1 ta’ Lulju 2016. L-aġġornament annwali stabbilixxa l-ponderazzjonijiet li jirriżultaw mill-paritajiet ikkomunikati mill-Eurostat għall-1 ta’ Lulju 2016.
B’hekk, sal-aħħar tal-2016 il-Kummissjoni se tippubblika fis-serje C tal-ĠU l-ponderazzjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2016 għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f'pajjiżi terzi, kif muri fl-Anness II ta’ dan ir-rapport.
4.4.L-Aġġornament intermedju tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE fl-UE (l-Artikolu 65(2) tar-RP)
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Anness XI għar-RP, li r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet f'dawk il-postijiet fejn kien hemm bidla sinifikanti fl-għoli tal-ħajja kellhom jiġu aġġornati.
L-Eurostat ikkalkulat, bi qbil mal-korpi tal-istatistika nazzjonali li l-bdil fl-għoli tal-ħajja għall-Belġju u għal-Lussemburgu, imkejjel bl-Indiċi Konġunt matul il-perjodu minn Ġunju 2015 sa Diċembru 2015 kien ta’ 0.7 %.
Il-bidliet fl-għoli tal-ħajja barra l-Belġju u l-Lussemburgu matul il-perjodu ta’ referenza tkejlu bl-indiċijiet impliċiti kkalkolati mill-Eurostat. Dawn l-indiċijiet ġew ikkalkulati billi l-Indiċi Konġunt jiġi mmultiplikat bl-ammont tal-bidla fil-parità ekonomika.
Il-limitu massimu tas-sensittività għal bidla sostanzjali fl-għoli tal-ħajja huwa l-perċentwali li jikkorrispondi għal 6 % għal perjodu ta’ 12-il xahar (3 % għal perjodu ta’ sitt xhur).
Billi l-Indiċi Konġunt fil-perjodu ta’ referenza (Ġunju 2015 — Diċembru 2015) kien ta’ 100.7 (jiġifieri + 0.7 %), din il-varjazzjoni baqgħet taħt il-limitu speċifikat (± 3.0 %). B’konsegwenza ta’ dan ma kien meħtieġ l-ebda aġġornament intermedju tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet nominali tal-uffiċjali Ewropej fil-Belġju u fil-Lussemburgu.
Il-koeffiċjenti korrettivi huma l-proporzjon bejn il-parità ekonomika rilevanti u r-rata tal-kambju mmultiplikat bl-ammont intermedju tal-aġġornament, jekk il-livell massimu tas-sensittività ma jintlaħaqx għal Brussell u għal-Lussemburgu.
L-Eurostat ikkalkulat, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika li ma hemm l-ebda post tax-xogħol fl-UE li għandu indiċi tal-prezzijiet impliċitu li jaqbeż il-limitu massimu speċifikat għall-perjodu. B’konsegwenza ma kien meħtieġ l-ebda aġġornament interim tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea.
Bl-istess mod l-Eurostat ikkalkulat, bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika li ma kien hemm l-ebda Stat Membru tal-UE li għandu indiċi tal-prezzijiet impliċitu li jaqbeż il-limitu massimu għall-perjodu. B’konsegwenza ma kien meħteiġ l-ebda aġġornament intermedju fil-koeffiċjenti korrettivi kkalkulati mill-Eurostat għall-pensjonijiet f’dawk il-pajjiżi.
Għalhekk ma kienx meħtieġ li l-Kummissjoni tippubbika fis-serje C tal-ĠU xi aġġornament intermedju tal-koeffiċjenti korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016 għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE li jaħdmu fl-UE.
4.5.L-Aġġornamenti interim tal-2016 tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-RP)
4.1.3.Għall-perjodu Awwissu 2015 – Jannar 2016
L-istatistiki disponibbli għall-Kummissjoni wrew li għal ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi ta’ ponderazzjoni u tar-rata tal-kambju korrispondenti qabżet il-5 % minn mindu l-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f'pajjiżi terzi u pagabbli fil-munita tal-pajjiż tal-impjieg tagħhom ġew stabbiliti l-aħħar, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2015.
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-RP f’każ bħal dan kellu jsir aġġornament interim tal-ponderazzjoni f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XI tar-RP.
L-aġġornament interim stabbilixxa l-ponderazzjonijiet li jirriżultaw mill-paritajiet ikkomunikati mill-Eurostat għall-1 ta’ Awwissu, għall-1 ta’ Settembru, għall-1 ta’ Ottubru, għall-1 ta’ Novembru, għall-1 ta’ Diċembru 2015 u għall-1 ta’ Jannar 2016, rispettivament.
Għalhekk, fit-18 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat fis-serje C tal-ĠU sitt tabelli mensili li juru liema pajjiżi huma milquta, il-ponderazzjonijiet rispettivi u d-dati applikabbli għal kull wieħed, kif muri fl-Anness V ta’ dan ir-rapport.
4.1.4.Għall-perjodu Frar 2016 – Ġunju 2016
L-istatistiki disponibbli għall-Kummissjoni juru li għal ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi tal-ponderazzjonijiet u tar-rata tal-kambju korrispondenti qabżet il-5 % minn mindu l-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f'pajjiżi terzi u pagabbli fil-munita tal-pajjiż tal-impjieg tagħhom ġew stabbiliti l-aħħar.
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-RP f’każ bħal dan kellu jsir aġġornament interim tal-ponderazzjoni f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XI tar-RP.
L-aġġornament interim stabbilixxa l-ponderazzjonijiet li jirriżultaw mill-paritajiet ikkomunikati mill-Eurostat għall-1 ta’ Frar, għall-1 ta’ Marzu, għall-1 ta’ April, għall-1 ta’ Mejju, għall-1 ta’ Ġunju 2016, rispettivament.
Għalhekk, sa tmiem l-2016, il-Kummissjoni se tippubblika fis-serje C tal-ĠU ħames tabelli mensili li juru liema pajjiżi huma milquta, il-ponderazzjonijiet rispettivi u d-dati applikabbli għal kull wieħed, kif muri fl-Anness III ta’ dan ir-rapport.
5.L-impatt baġitarju tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
Din it-taqsima tipprovdi stima dettaljata tal-impatt baġitarju tal-aġġornamenti li jaffettwaw ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-persunal tal-UE fl-2016.
5.1.Aġġornament tal-2016 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE (l-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP)
L-aġġornament tal-ammonti msemmi fl-Artikolu 65(1), it-tieni paragrafu tar-RP għandu impatt finanzjarju fuq il-linji baġitarji kollha marbuta man-nefqa fuq il-persunal fl-istituzzjonijiet u l-aġenżiji kollha.
F’miljuni ta’ EUR
|
|
Intestatura V
|
Intestaturi oħra (I sa IV)
|
|
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
|
Impatt stmat fuq in-nefqiet
|
+ 97.4
|
+ 194.9
|
+ 194.9
|
+ 25.2
|
+ 50.4
|
+ 50.4
|
|
Impatt stmat fuq id-dħul
|
+ 15.7
|
+ 31.4
|
+ 31.4
|
+ 3.5
|
+ 7.0
|
+ 7.0
|
5.2.Aġġornament tal-2016 tal-koeffiċjenti korrettivi applikati għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE fl-UE (l-Artikolu 64, it-tieni paragrafu u l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII)
L-aġġornament b’effett mill-1 ta’ Lulju 2016 tal-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-persunal tal-UE fl-Istati Membri iżda barra minn Brussell u mil-Lussemburgu għandu impatt finanzjarju fuq diversi linji baġitarji relatatati man-nefqa tal-persunal.
F’miljuni ta’ EUR
|
|
Intestatura V
|
Intestaturi oħra (I sa IV)
|
|
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
|
Impatt stmat fuq in-nefqiet
|
+ 0.59
|
+ 1.17
|
+ 1.17
|
- 11.29
|
- 22.56
|
- 22.56
|
5.3.L-Aġġornament tal-2016 tal-ponderazzonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (Artikolu 13(1) tal-Anness X tar-RP)
L-aġġornament annwali b’effett mill-1 ta’ Lulju 2016 tal-ponderazzjonijiet applikati għar-remunerazzjoni tal-persunal tal-UE affettwat f’pajjiżi terzi għandu impatt finanzjarju fuq diversi linji baġitarji relatati man-nefqa tal-persunal fl-Intestatura V.
F’miljuni ta’ EUR
|
|
Intestatura V
|
|
|
Sena
2015
|
Sena
2016
|
Snin sussegwenti
|
|
Impatt stmat fuq in-nefqiet
|
- 0.36
|
- 0.72
|
- 0.72
|
5.4.L-Aġġornamenti interim tal-2016 tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi (Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-RP)
5.1.1.Għall-perjodu Awwissu 2015 – Jannar 2016
L-aġġornament interim b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2015, l-1 ta' Settembru 2015, l-1 ta' Ottubru 2015, l-1 ta' Novembru 2015, l-1 ta' Diċembru 2015 u l-1 ta' Jannar 2016 ta' ċerti ponderazzjonijiet applikati għar-remunerazzjoni tal-persunal tal-UE affettwati f’pajjiżi terzi għandu impatt finanzjarju fuq diversi linji baġitarji relatati man-nefqa tal-persunal fl-Intestatura V.
F’miljuni ta’ EUR
|
|
Intestatura V
|
|
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
|
Impatt stmat fuq in-nefqiet
|
+ 0.002
|
+ 0.004
|
+ 0.004
|
5.1.2.Għall-perjodu Frar 2016 – Ġunju 2016
L-aġġornament interim b’effett mill-1 ta’ Frar 2016, l-1 ta' Marzu 2016, l-1 ta' April 2016, l-1 ta' Mejju 2016 u l-1 ta' Ġunju 2016 ta' ċerti ponderazzjonijiet applikati għar-remunerazzjoni tal-persunal tal-UE affettwati f’pajjiżi terzi għandu impatt finanzjarju fuq diversi linji baġitarji relatati man-nefqa tal-persunal fl-Intestatura V.
F’miljuni ta’ EUR
|
|
Intestatura V
|
|
|
Sena
2016
|
Sena
2017
|
Snin sussegwenti
|
|
Impatt stmat fuq in-nefqiet
|
- 0.17
|
- 0.34
|
- 0.34
|
Annessi:
(1)L-Abbozz tal-Pubblikazzjoni fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE – Aġġornament tal-2106 tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-UE u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
(2)L-Abbozz tal-Pubblikazzjoni fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE – Aġġornament tal-2016 tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi
(3)L-Abbozz tal-Pubblikazzjoni fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE – Aġġornament interim tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi terzi għall-perjodu bejn Frar 2016 u Ġunju 2016