This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015TA1209(04)
Report on the annual accounts of the Translation Centre for the Bodies of the European Union for the financial year 2014, together with the Centre’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru
ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/33 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru
(2015/C 409/04)
INTRODUZZJONI
1. |
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“CDT”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI OĦRA
11. |
Flus kontanti u depożiti għal terminu qasir miżmuma miċ-Ċentru komplew żdiedu minn EUR 40 miljun fi tmiem l-2013 għal EUR 44 miljun fi tmiem l-2014 (il-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi żdiedu minn EUR 37,5 miljun għal EUR 40,4 miljun). Dan jindika li hemm lok għal tnaqqis fil-prezzijiet, kif kien il-każ fis-snin preċedenti. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
12. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
Mill-2012 'l hawn (ingħaqdu flimkien) |
Mill-2012 'l hawn il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru, kif ukoll il-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi tiegħu kienu eċċessivi. Dan jindika li hemm lok għal tnaqqis fil-prezzijiet. |
Pendenti |
2012 |
Ir-Regolament Fundatur ta’ 20 aġenzija regolatorja awditjati mill-Qorti fl-2012 jeħtieġ li dawn jużaw iċ-Ċentru għall-ħtiġijiet tat-traduzzjoni kollha tagħhom (ir-Regolament Fundatur taċ-Ċentru jistipula l-istess ħaġa għal 4 aġenziji oħra). Aġenziji oħra mhumiex obbligati jużaw iċ-Ċentru. Għal dokumenti li mhumiex tekniċi l-aġenziji jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom billi jużaw servizzi lokali. Fl-opinjoni tal-Qorti l-leġiżlatur għandu jikkunsidra li jippermetti lill-aġenziji kollha jagħmlu dan. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Fl-2008 ċ-Ċentru kkonkluda 472 kuntratt qafas ma' fornituri tas-servizzi ta’ traduzzjoni għal perjodu massimu ta' 4 snin. Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet aħjar għall-kuntratti qafas il-ġodda li kellhom jiġu ffirmati fl-2012, iċ-Ċentru ried jipparteċipa fil-proċedura ta' akkwist tal-Kummissjoni għal servizzi ta' traduzzjoni, li kienet għadha għaddejja. Madankollu, ma setax jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni dwar it-termini tal-kuntratt. Minflok, iċ-Ċentru estenda l-kuntratti qafas eżistenti tiegħu għal sena oħra. Għalkemm ibbażata fuq deroga approvata kif dovut mid-Direttur taċ-Ċentru, tali estensjoni mhijiex konformi mar-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru, li jipprevedu perjodu massimu ta' erba' snin għal kuntratti qafas. |
Ikkompletata |
2013 |
Delegazzjonijiet (sottodelegazzjonijiet) formali minn uffiċjali awtorizzanti (uffiċjali awtorizzanti b'delega) mhux dejjem huma konsistenti mad-drittijiet ta' awtorizzazzjoni għal tranżazzjonijiet fis-sistema kontabilistika ABAC. |
Ikkompletata |
2013 |
Iċ-Ċentru sar operazzjonali fl-1994 u sal-lum ħadem fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma hemm ebda ftehim komprensiv tal-kwartieri ġenerali bejn iċ-Ċentru u l-Istat Membru. Tali ftehim ikun jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom iċ-Ċentru u l-persunal tiegħu joperaw. |
Ikkompletata |
ANNESS II
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Il-Lussemburgu)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat |
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri adottaw, bi ftehim reċiproku, dikjarazzjoni dwar il-ħolqien, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, ta’ Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni, li jkun jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-ħidma tal-korpi u tas-servizzi li s-sede tagħhom ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 1993. |
||||||||||||||||||
Kompetenzi taċ-Ċentru (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003) |
Objettivi Li jipprovdi s-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-operazzjoni tal-korpi li ġejjin:
Il-korpi stabbiliti mill-Kunsill, għajr dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea li diġà għandhom is-servizzi ta' traduzzjoni proprji tagħhom jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu s-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja. Iċ-Ċentru jieħu sehem b'mod sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni. Kompiti
|
||||||||||||||||||
Governanza |
Bord tal-Amministrazzjoni Kompożizzjoni
Kompiti Li jadotta l-baġit annwali u l-programm annwali ta' xogħol, it-tabella tal-persunal u r-rapporti annwali taċ-Ċentru. Direttur Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni fuq proposta mill-Kummissjoni. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta' kwittanza Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2014 (2013) |
Baġit Finali: EUR 56,268(52,194) miljun Persunal: 203 (206) postijiet previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom 191 (193) kienu okkupati. +28 (23) persunal kuntrattwali Total tal-persunal: 219 (216), li jwettqu l-kompiti li ġejjin: operazzjonali: 120 (118) amministrattivi: 99 (98) |
||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi 2014 (2013) |
Għadd ta’ paġni tradotti: 7 58 061 (8 04 986) Għadd ta’ paġni skont il-lingwa:
Għadd ta' paġni għal kull klijent:
Għadd ta’ paġni tradotti minn ħaddiema freelance: 5 03 153 (5 12 524) |
||||||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru. |
IT-TWEĠIBA TAĊ-ĊENTRU
11. |
Iċ-Ċentru huwa konxju tal-livell għoli ta' eċċessi ta' flus kontanti u baġitarji rikorrenti u ħa diversi passi biex ireġġa' lura din ix-xejra. Iċ-Ċentru naqqas il-prezzijiet għall-2014 u tnaqqis ieħor fil-prezzijiet ġie introdott fil-baġit għall-2015. Fl-2015 iċ-Ċentru rrimborża wkoll 2,3 miljun ewro lill-klijenti parti mir-riserva għall-istabblizzar tal-prezzijiet. Biex tkun evitata iktar żieda fl-eċċessi, iċ-Ċentru introduċa rimborż awtomatiku tal-eċċess tal-baġit lill-klijenti. Abbażi ta' dan il-mekkaniżmu ġdid ir-riżultat baġitarju tal-2014, li ammonta għal 2,6 miljun ewro, ser jitħallas lura lill-klijenti wara l-approvazzjoni tat-tieni baġit emendatorju għall-2015. |