EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0701

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

COM/2015/0701 final - 2015/0263 (COD)

Brussell, 26.11.2015

COM(2015) 701 final

2015/0263(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

{SWD(2015) 750 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-ħolqien ta’ ambjent regolatorju u istituzzjonali sod u ekonomija li topera mingħajr intoppi huma essenzjali biex isir gwadann fil-kompetittività, jitħeġġeġ l-investiment, jitkattar il-ħolqien tal-impjiegi, jiżdiedu l-istandards tal-għajxien u jiġi prodott tkabbir sostenibbli fost l-Istati Membri tal-Unjoni. Ħafna ekonomiji fl-Unjoni kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta’ aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta’ tkabbir potenzjali baxx. Din is-sitwazzjoni hija ta’ spiss riżultat ta’ dewmien jew nuqqas ta’ riformi strutturali fl-ekonomiji rispettivi. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta’ konverġenza.

Ir-riformi jridu jkunu mfassla tajjeb, leġiżlati u implimentati b’mod effettiv. Ir-riformi li jirnexxu jeħtieġu aktar milli sempliċiment jgħaddu l-leġiżlazzjoni meħtieġa – jeħtieġu implimentazzjoni effettiva li timplika l-indirizzar tal-problemi strutturali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi (pereżempju l-kompetenzi, il-mobilità, l-inċentivi, il-bidliet għal proċessi ta’ ħidma, eċċ.), u l-isfidi fl-oqsma ekonomiċi u soċjali. Il-benefiċċji tar-riformi jistgħu jieħdu xi żmien biex jimmaterjalizzaw. Għaldaqstant, implimentazzjoni bikrija u effiċjenti hija kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin.

Il-forniment ta’ assistenza teknika (AT) kien kruċjali fl-appoġġ tal-aġġustament ekonomiku ta’ Ċipru u tal-Greċja (permezz tal-Grupp ta’ Appoġġ għal Ċipru – SGCY (Support Group for Cyprus) u t-Task Force għall-Greċja – TFGR (Task Force for Greece)). L-esperjenza tal-passat għall-għoti ta’ assistenza teknika (AT) lil Ċipru u lill-Greċja, f’oqsma li jkopru kważi l-firxa sħiħa ta’ oqsma tal-ordni pubbliku, tipprovdi lezzjonijiet utli għall-futur b’rabta mal-introduzzjoni ta’ appoġġ tekniku għal potenzjalment l-Istati Membri kollha 1 .

F’dan l-isfond, l-intenzjoni hija li tiġi pprovduta estensjoni – taħt il-patroċinju tas-Servizz ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Service, SRSS) – għal appoġġ tekniku lill-Istati Membri kollha li jitolbu dan. Fil-fatt, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi istituzzjonali, strutturali u amministrattivi. Dan jista’ jkun marbut ma’ fatturi, bħall-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata, u applikazzjoni u implimentazzjoni mhux xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, it-titjib tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni 2 . F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni indikat li jeħtieġ li “(t)ikkoopera mal-Istati Membri biex teżamina l-aħjar modi biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-UE fil-livell nazzjonali”.

Il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri teżisti wkoll fir-rigward ta’ nuqqasijiet li ġew identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riforma kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (imsejħin ukoll CSRs (Country Specific Recommendations)) fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali bil-għan li jsaħħaħ il-kapaċità ġenerali tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi istituzzjonali, strutturali u amministrattivi li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni 3 , sal-punt li dawn l-Istati Membri jitolbu appoġġ mill-Unjoni għal dan l-għan.

L-appoġġ taħt dan il-Programm se jingħata mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru u jkun disponibbli b’appoġġ għal (i) l-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) maħruġin fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u/jew azzjonijiet oħrajn relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, (ii) ir-riformi assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament ekonomiku tal-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni u (iii) ir-riformi li l-Istati Membri jiggarantixxu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

L-appoġġ għar-riformi – anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni (jiġifieri l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fondi SIE, kif definit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 4 , il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn,FEAD 5 , kif ukoll il-fondi relatati mal-ażil, mal-migrazzjoni u mal-kontroll tal-fruntieri 6 ) - se jkunu jirrigwardaw l-oqsma speċifiċi ta’ politika, jirrigwardaw b’mod partikolari l-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul, ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizz tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-politiki tas-settur finanzjarju, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-assistenza soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-ażil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri, u l-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Programm ikun komplementari għar-riżorsi eżistenti għall-bini ta’ kapaċità u assistenza teknika disponibbli fi programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u ma’ assistenza teknika u azzjonijiet oħrajn iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni.

Fil-fatt, diversi programmi tal-Unjoni jipprevedu l-possibbiltà li jipprovdu assistenza teknika lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet ta’ ordni pubbliku f’oqsma speċifiċi. Skont l-objettiv u l-qasam speċifiku tagħhom, dawn huma mfasslin biex jippromwovu l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ekonomiku, għall-protezzjoni u għat-titjib soċjali u ambjentali. L-appoġġ ipprovdut taħt dawn il-programmi huwa kkaratterizzat minn konċentrazzjoni tematika speċifika u jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programmi relevanti.

Il-Programm propost għandu l-ħsieb li jżid il-valur u jikkumplimenta r-riżultati diġà pożittivi tal-miżuri ta’ appoġġ eżistenti, billi jiffoka fuq l-aspetti ta’ assistenza li huma aktar marbutin mal-għoti ta’ pariri u kompetenzi fuq il-post, jiġifieri li jakkumpanja (fejn possibbli permezz ta' esperti integrati) lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri rikjedenti matul il-proċess ta’ riforma jew skont stadji definiti jew fażijiet differenti ta’ dan il-proċess. Dan se jkun ibbażat fuq l-aktar ħtiġijiet urġenti tal-pajjiż, kif miftiehem reċiprokament bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

B’dan il-mod, l-effiċjenza tal-appoġġ tal-Unjoni tittejjeb jekk din tkun tista’ tibbenefika minn approċċ komprensiv li jinkludi firxa usa’ ta’ politiki tal-Unjoni kkoordinati fi pjattaforma unika u tipprovdi, fuq talba, appoġġ tekniku fuq il-post mill-Kummissjoni u mill-esperti nazzjonali. Dan l-appoġġ komplementari jkollu dawn il-karatteristiċi distinti: a) il-kapaċità li jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju lill-Istati Membri kollha fir-rigward ta’ riformi wesgħin ta’ ordni pubbliku fi pjattaforma unika, u b) il-possibilità li jimmobilizza preżenza fiżika fuq il-post fuq bażi stabbli, meta meħtieġ u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat.

Dan huwa konformi mal-prattika ta’ xi Organizzazzjonijiet Internazzjonali, bħall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, li għal ħafna snin ilhom jintegraw kapaċità li jappoġġjaw lill-pajjiżi tal-operat tagħhom b’assistenza teknika fil-kuntest tal-attivitajiet ta' self u mhux ta' self tagħhom.

Il-Programm propost se jintroduċi perspettiva aktar orizzontali għall-appoġġ tekniku. L-appoġġ mogħti taħt dan il-Programm ikun trażversali f’termini tal-oqsma speċifiċi koperti, filwaqt li jiffoka fuq l-aktar ħtiġijiet ta' riforma urġenti tal-pajjiż ikkonċernat kif identifikati fil-proċess ta’ sorveljanza makroekonomika, jew kif joħorġu mil-lakuni/ineffiċjenzi fl-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni. Il-Programm iżid il-valur lill-appoġġ ipprovdut mid-diversi programmi settorjali tal-Unjoni u l-azzjonijiet imwettqin taħt il-fondi tal-Unjoni, billi joffri makroperspettiva speċifika għall-pajjiż filwaqt li jappoġġja l-aktar riformi strutturali importanti fl-Istati Membri skont l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni. B’mod partikulari, il-valur miżjud tal-azzjonijiet taħt dan il-Programm fir-rigward ta’ strumenti oħrajn tal-Unjoni se jiġi żgurat filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li d-deċiżjoni li jingħata appoġġ lil Stat Membru rikjedenti tqis b'mod xieraq l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Huma jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw konsistenza u tiġi evitata d-duplikazzjoni fl-istadji ta’ programmazzjoni u ta' implimentazzjoni bejn l-azzjonijiet appoġġjati minn dan il-Programm u l-miżuri mwettqa taħt programmi oħrajn tal-Unjoni.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-koordinazzjoni fi ħdan l-arranġamenti ta’ ħidma interna, bil-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jinvolvi rappreżentanti tas-servizzi l-aktar ikkonċernati, sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ ipprovdut taħt il-programmi u l-fondi tal-Unjoni jkun konsistenti u jevita d-duplikazzjoni.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

L-istrateġija Ewropa 2020 7 għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri kollha. It-tkabbir ekonomiku huwa essenzjali biex jitnaqqas il-qgħad, tittejjeb il-koeżjoni soċjali u jogħlew l-istandards tal-għajxien. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta’ konverġenza.

Il-proċess ta’ riforma huwa kumpless, ħafna drabi jkun jiswa ħafna flus, jeħtieġ kompetenza dwar oqsma differenti fl-istess ħin u jista’ jkollu impatt transfruntier. L-appoġġ tal-Unjoni jikkontribwixxi biex ittejjeb il-kapaċità li jitwettqu riformi profondi li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri li jolqtu l-Unjoni kollha kemm hi.

Il-Programm, li għandu jiġi implimentat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, jikkontribwixxi b’mod attiv biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva f’dawn l-Istati Membri biex jirriforma l-istituzzjonijiet, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali bil-għan li jinkisbu strutturi simplifikati, moderni u effiċjenti għas-servizz taċ-ċittadini u tal-kumpaniji.

Fl-aħħar nett, il-Programm jippermetti l-forniment ta’ appoġġ tekniku li huwa vitali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ elementi ġodda importanti tas-Suq Uniku (fosthom il-parti diġitali tiegħu ). Pereżempju, il-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) 8 jipprevedi appoġġ tekniku għall-iżvilupp tas-suq kapitali. Il-Programm jipprovdi l-qafas u l-finanzjament meħtieġa għal dan l-appoġġ.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 175 (it-tielet paragrafu) u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) tat-TFUE jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra mill-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri li jiġu deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħrajn tal-Unjoni, dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Skont l-Artikolu 197(2) tat-TFUE l-Unjoni tista’ tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u jiġu appoġġjati l-iskemi ta’ taħriġ. L-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat jagħmel użu minn dan l-appoġġ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dan l-għan, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

Il-kombinament tal-Artikoli 175 (it-tielet paragrafu) u 197(2) jippermetti approċċ komprensiv fit-tfassil ta’ programm tal-Unjoni li jappoġġja l-kapaċità u l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex iwettqu u jimplimentaw riformi li jtejbu t-tkabbir (istituzzjonali – fosthom l-aspetti ta’ governanza – riformi strutturali u/jew amministrattivi) biex jitrawmu żvilupp u innovazzjoni sostenibbli u, f’dan il-kuntest, isir użu aktar effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Fl-istess ħin, l-Artikolu 121 jipprevedi li l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija kwistjoni ta’ tħassib komuni.

Fid-dawl tal-Artikoli 175 u 197, dan il-Programm jista’ jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għal: i) tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, u ii) tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni, lil hinn mill-azzjonijiet meħudin permezz tal-fondi SIE; din l-azzjoni koordinata fl-aħħar mill-aħħar tikkontribwixxi biex iii) tinkiseb koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-finanzjament tal-attivitajiet proposti permezz tal-Programm previst jirrispetta l-prinċipji tal-valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom ("it-test tan-neċessità"), u meta l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom.

L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aqwa kompetenzi disponibbli (kemm mis-servizzi fl-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, jew organizzazzjonijiet internazzjonali), trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki (kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni konsistenti tiegħu madwar l-Unjoni) b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi mmirati li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-mobilizzazzjoni tal-kompetenzi mill-Unjoni tkun aktar effettiva wkoll billi ġġib magħha ekonomiji ta’ skala u ta' firxa billi tibni pjattaforma madwar l-Unjoni kollha għall-għoti u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin.

F’dan ir-rigward, l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati għandhom jakkumpanjaw l-isforzi tal-Istati Membri, u jikkumplimentaw programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni; dan iseħħ l-aktar billi jiġu pprovduti azzjonijiet ta’ appoġġ li jakkumpanjaw fuq il-post (fejn possibbli permezz ta' esperti inkorporati) l-isforzi tar-riforma tal-awtoritajiet nazzjonali matul l-istadji jew il-fażijiet differenti tal-proċess ta’ riforma, speċjalment l-immirar ta' interventi li mhumiex diġà s-suġġett tal-miżuri ta’ appoġġ taħt programmi oħrajn tal-Unjoni ta’ fondi tal-Unjoni, jew ta’ inizjattivi nazzjonali.

B’mod partikulari, l-azzjonijiet taħt il-Programm għandhom jippermettu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi nazzjonali, għandhom impatti potenzjali fuq livelli transfruntiera u tal-Unjoni, u jikkontribwixxu biex ikun hemm kondiviżjoni ta' prattiki tajba u jgħinu biex jibnu netwerk ta’ esperti disponibbli. Fl-aħħar nett, l-azzjonijiet taħt il-Programm jikkontribwixxu billi jkomplu jippromwovu l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri benefiċjarji u l-Kummissjoni.

Il-Programm propost huwa l-iktar mezz xieraq biex jiġu appoġġjati fuq il-post dawk l-Istati Membri li jimplimentaw riformi li jtejbu t-tkabbir, billi l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aħjar kompetenzi disponibbli u biex tipprovdi approċċ ikkoordinat għall-appoġġ tekniku fl-Istati Membri li jitolbu għall-assistenza.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex tikseb l-għan iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop. L-assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-Istat Membru għandha tkun ibbażata fuq talba għal appoġġ mill-Istat Membru nnifsu. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ jiġi miftiehem reċiprokament bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI TAL-ATTIVITÀ TFGR, TAL-EVALWAZZJONI EX ANTE U TAL-PROGRAMM PROPOST

Evalwazzjoni tat-Task Force għall-Greċja (TFGR)

L-appoġġ tekniku li s-servizzi tal-Kummissjoni (ikkoordinati mit-"Task Force għall-Greċja”) ipprovdew lill-Greċja bil-ħsieb li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku kien soġġett għal evalwazzjoni mwettqa minn konsulent indipendenti f’Lulju 2014 9 . Din l-evalwazzjoni vvalutat l-assistenza teknika mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali f’żewġ oqsma ewlenin, jiġifieri l-amministrazzjoni fiskali u r-riforma tal-amministrazzjoni ċentrali, abbażi ta' aktar minn erbgħin intervista li saru ma' fornituri u riċevituri ewlenin ta' assistenza teknika, fosthom mexxejja politiċi, il-maniġers f'livell għoli, il-maniġers f'livell medju, u l-impjegati subalterni mill-Greċja, mill-Istati Membri u minn Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħrajn involuti.

B’mod ġenerali, din l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-assistenza teknika mogħtija u kkoordinata mit-TFGR kienet ikkontribwiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ riforma fil-Greċja fl-oqsma tal-amministrazzjoni fiskali u l-amministrazzjoni ċentrali matul il-perjodu 2011-2013. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-rilevanza u tas-sostenibbiltà tal-assistenza mogħtija u kienet ikkonfermata l-aktar mir-reazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati involuti, li indikaw li, mingħajr l-assistenza teknika li ngħatat mit-TFGR, ir-riformi li twettqu ma kinux iseħħu.

Rigward il-futur tal-appoġġ tekniku, ir-rapport sostna: "Ma għandiex tingħata Assistenza Teknika biss meta pajjiż tal-UE jkun fi kriżi. Għandha tkun attività normali fl-UE. Il-Kummissjoni Ewropea tista' taħdem mal-Istati Membri biex tistabbilixxi struttura permanenti b'baġit dedikat biex tippermetti kooperazzjoni u skambju ta' kompetenzi bejn l-Istati Membri u tikkorrdina l-forniment ta' Assistenza Teknika lill-Istati Membri kollha biex tippermetti l-kondiviżjoni u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki. Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, mhux biss l-ideat iżda anke l-implimentazzjoni ta' dawk l-ideat, ġiet enfasizzata bħala punt importanti fir-reazzjoni riċevuta."[traduzzjoni mhux uffiċjali]

F’dan l-isfond, il-Programm propost jippermetti li jittejjeb il-forniment tal-appoġġ tekniku u jimmira li jippermetti li l-Unjoni tikkoopera b'mod konkret mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tipprovdi appoġġ tekniku fuq il-post għall-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi strutturali li jtejbu t-tkabbir, lil hinn mill-pajjiżi li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni u taħt programm ta’ aġġustament ekonomiku.

Evalwazzjoni ex ante tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)

Twettqet evalwazzjoni ex ante tal-Programm propost mis-servizzi tal-Kummissjoni fit-tieni semestru tal-2015 10 .

L-evalwazzjoni ex ante tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu mill-2017 sal-2020 il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP). L-evalwazzjoni ex ante tindirizza l-ħtiġijiet tal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni).

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Intużat evalwazzjoni tal-assistenza teknika pprovduta mit-TFGR fl-oqsma ta' riforma għall-amministrazzjoni tat-taxxa u għall-amministrazzjoni ċentrali bħala kompetenza esterna li tappoġġja din il-proposta. Barra minn hekk, tqieset ir-reazzjoni mogħtija mill-Istati Membri involuti fl-għoti tal-assistenza teknika lill-Greċja u lil Ċipru fil-passat.

Valutazzjoni tal-għażliet ta' politika

Il-Kummissjoni eżaminat żewġ għażliet ta’ politika fl-evalwazzjoni ex ante li hija mehmuża ma’ din il-proposta: għażla tal-linja bażi li ma tipprevedi l-ebda bidla fl-istatus quo, u t-tieni għażla fejn jiġi introdott Programm ta’ finanzjament dedikat.

Taħt l-għażla tal-linja bażi, jibqa' jiġi pprovdut appoġġ tekniku: a) permezz ta’ għadd ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni (miftuħin għall-Istati Membri kollha) fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali dwar oqsma ta’ politika speċifiċi; u b) permezz ta’ appoġġ tekniku “estensiv” (jiġifieri appoġġ imfassal apposta għall-ħtiġijiet tal-pajjiż, li jinfirex fuq diversi oqsma ta’ politika pubblika u li jingħata b’mod komprensiv u b’viżjoni ġenerali tal-“pajjiż”) marbut mal-implimentazzjoni ta’ riformi fil-qafas ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni (dan huwa l-każ bħalissa għall-Greċja u għal Ċipru).

Dan l-appoġġ jista’ jiġi pprovdut skont l-objettivi tal-programm rilevanti tal-Unjoni u - fir-rigward tal-appoġġ tekniku “estensiv” - taħt l-objettivi ta’ dispożizzjoni speċifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-Istati Membri li jinsabu f’diffikultajiet finanzjarji 11 .

Taħt it-tieni għażla ta’ politika, programm ta’ finanzjament dedikat, il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, jiġi introdott u jingħata appoġġ tekniku, fuq talba mill-Istati Membri, biex l-Istati Membri kollha jiġu potenzjalment assistiti sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-riformi li jtejbu t-tkabbir fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari hekk kif jirriżultaw minn Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż, minn azzjonijiet assoċjati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll biex jgħinu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi li saru fuq inizjattiva tagħhom stess, b’mod partikolari biex jinkiseb investiment sostenibbli, tkabbir u ħolqien tal-impjiegi. Il-Programm jippermetti wkoll li tkompli tingħata assistenza lill-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni soġġetta għal programm ta’ aġġustament ekonomiku.

Abbażi tal-valutazzjoni ex ante, it-tieni xenarju huwa l-għażla politika ppreferuta billi jippermetti li jingħata appoġġ b’mod organizzat u sistematiku għall-Istati Membri kollha.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta mhijiex marbuta mal-eżerċizzju ta' Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni u ma għandha l-ebda kost ta’ konformità għall-SMEs jew xi parti kkonċernata oħra

Drittijiet fundamentali

Il-proposta jista’ jkollha effett pożittiv fil-preservazzjoni u l-iżvilupp ta’ drittijiet fundamentali tal-Unjoni, jekk wieħed jassumi li l-Istati Membri jitolbu u jirċievu assistenza teknika f’oqsma relatati. Pereżempju, l-assistenza teknika offruta f’oqsma bħall-migrazzjoni, is-suq tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-proprjetà, l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema ġudizzjarja tista' tappoġġja d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni bħad-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-SRSP għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020 jammonta għal EUR 142 800 000 (prezzijiet kurrenti) għal perjodu ta’ 4 snin. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tipprovdi spjegazzjonijiet xierqa.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Se jsir monitoraġġ u evalwazzjoni tal-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Programm skont għadd ta’ indikaturi marbutin mal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku 12 . Dan jinkludi: l-għadd u t-tip ta’ awtoritajiet nazzjonali li jkunu rċevew l-appoġġ, l-għadd u t-tip ta’ fornituri tal-appoġġ, l-għadd u t-tip ta’ azzjonijiet eliġibbli mwettqa (bħal forniment ta’ esperti, azzjonijiet ta’ taħriġ, seminars, eċċ.), l-għadd ta’ inizjattivi ta’ politika (bħal pjanijiet ta’ azzjoni, pjanijiet direzzjonali, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, leġiżlazzjoni rakkomandata/jew adottata). Din l-informazzjoni kwantitattiva se tinġabar fir-rigward tas-CSRs, tal-azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tal-programmi ta’ aġġustament ekonomiku, jew tar-riformi ta’ Stat Membru fuq inizjattiva tiegħu stess. L-indikaturi dwar ir-riżultati mistennija se jirriżultaw mill-miżuri rilevanti meħuda mill-Istati Membri benefiċjarji bħala riżultat ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti taħt il-Programm; din l-informazzjoni kwantitattiva se tinqasam ukoll skont l-azzjonijiet tas-CSRs relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tal-programmi ta’ aġġustament ekonomiku, jew tar-riformi mwettqa minn Stati Membri fuq inizjattiva tagħhom stess. Barra minn hekk, reazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali li jirċievu l-appoġġ kif ukoll reazzjoni minn fornituri ta’ appoġġ oħrajn dwar l-impatt u/jew ir-riżultati tal-appoġġ għal kull dominju ta’ politika u l-Istat Membru kkonċernat iservu ta' indikazzjoni kwalitattiva tar-riżultati mistennija. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tar-riformi se tkun ukoll indikatur ewlieni. Se tintuża wkoll dejta kwantitattivi jew empirika xierqa għal finijiet ta’ evalwazzjoni kif disponibbli.

L-indikaturi msemmija hawn fuq jistgħu jintużaw skont id-dejta u l-informazzjoni disponibbli u jistgħu jiġu aġġustati matul il-kors tal-programm mill-Kummissjoni, fejn rilevanti, abbażi ta’ setgħa delegata li għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni (l-Artikolu 4).

L-objettivi speċifiċi tal-Programm se jkunu li jingħata appoġġ lill-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jitfasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, li titjieb il-kapaċità tagħhom li jifformulaw, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jiġi segwit approċċ integrat li jiżgura konsistenza bejn l-objettivi u l-mezzi fis-setturi kollha, li jingħata appoġġ lill-isforzi tagħhom li jiddefinixxu u jimplimentaw proċessi u metodoloġiji xierqa, u li jingħataw assistenza biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani. L-appoġġ imsemmi hawn fuq se jkun relatat ma’ oqsma speċifiċi ta’ politika, bħall-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul, ir-riforma istituzzjonali u funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizz tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-politiki tas-settur finanzjarju, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-assistenza soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-ażil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri, u l-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali (l-Artikolu 5).

It-tip ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm se jinkludu, fost oħrajn, seminars, konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma, żjarat ta’ ħidma, studji, riċerki, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt, tħejjija ta' proġetti, implimentazzjoni u evalwazzjoni, bini ta’ kapaċitajiet fl-IT, kompetenzi relatati ma’ pariri dwar il-politiki, bidla ta’ politika, riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u/jew amministrattivi u l-forniment ta’ esperti (residenti), organizzazzjoni ta’ appoġġ operazzjonali fuq l-art f’oqsma bħall-ażil, il-migrazzjoni, il-kontrolli tal-fruntieri (l-Artikolu 6). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jirrigwardaw l-istadji differenti tal-proċess ta’ riforma.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati se jiżguraw il-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn l-azzjonijiet implimentati taħt dan il-Programm ma’ dawk implimentati taħt strumenti oħrajn tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni (l-Artikolu 13); se jiġi evitat finanzjament doppju tal-istess nefqa (l-Artikolu 11).

Stat Membru li jixtieq jirċievi dan l-appoġġ jagħmel talba taħt dan il-Programm. It-talba tista’ ssir fil-kuntest tad-djalogu tas-Semestru Ewropew, fi kwalunkwe każ sal-31 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja. It-talba għal appoġġ tista' tkun relatata ma' tliet ċirkustanzi: (a) l-implimentazzjoni ta' riformi fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari ta' Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet oħrajn relatati mad-dritt tal-Unjoni (b) l-implimentazzjoni ta' riformi assoċjati ma' programmi ekonomiċi ta' aġġustament għal Stati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt l-istrumenti eżistenti u (c) l-implimentazzjoni ta' riformi mwettqa minn Stati Membri fuq inizjattiva tagħhom stess, speċjalment biex jinkisbu investiment sostenibbli, tkabbir u ħolqien tal-impjiegi.

Filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-Kummissjoni se tanalizza t-talba għal appoġġ mill-Istat Membru, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ għal kull qasam ta’ politika, l-analiżi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Abbażi ta’ dan, u b’kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, se tidentifika l-oqsma ta’ prijorità u l-ambitu tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali.

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi programmi ta’ ħidma pluriennali li se jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija kif ukoll il-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-oqsma ta’ politika rilevanti. Il-programmi ta’ ħidma pluriennali se jingħataw f’aktar dettall fil-programmi ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 12).

Il-pakkett finanzjarju ddedikat għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR142 800 000 (l-Artikolu 9). Dan se jitnaqqas mir-riżorsi ta’ assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jiġi allokati b’mod xieraq għall-użu fi ħdan l-ambitu u l-għan tal-Programm. Għal dan l-għan, huwa propost li jiġi emendat l-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (l-Artikoli 17, 18).

Barra minn hekk, il-Programm jista’ jirċievi riżorsi finanzjarji addizzjonali anke permezz ta’ allokazzjonijiet volontarji mir-riżorsi finanzjarji tal-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri. Għal dan l-għan, huwa propost li jiġi emendat l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sabiex ikun jippermetti li l-Istati Membri kollha (u mhux biss l-Istati Membri f’diffikultajiet finanzjarji temporanji, kif inhu attwalment il-każ) jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm, billi jittrasferixxu parti mir-riżorsi għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru disponibbli skont l-Artikolu 59 tar- Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l-Artikolu 17). Dawn ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv esklużivament fi Stati Membri benefiċjarji (l-Artikolu 10).

2015/0263 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 197(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli.

(2)Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Istati Membri għandhom imexxu l-politika ekonomika tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji direttivi ġenerali li l-Kunsill għandu jifformula. Għaldaqstant, il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija kwistjoni ta’ tħassib komuni.

(3)Diversi Stati Membri kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta’ aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat, u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta’ tkabbir potenzjali baxx. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta’ konverġenza.

(4)Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta’ għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F’dan il-kuntest, il-forniment ta’ appoġġ mill-Unjoni f’forma ta’ assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f’dawn l-aħħar snin.

(5)L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(6)L-Unjoni għandha esperjenza twila fuq l-għoti ta’ appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f’ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f’dan ir-rigward.

(7)F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(8)L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f’oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

(9)L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta’ riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(10)Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(11)Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE" 13 u "Baġit għall-Ewropa 2020" 14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b’valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista’ jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F’dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma’ programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

(12)Jeħtieġ li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju għall-Programm biex ikopri perjodu ta’ erba’ snin sabiex id-durata tiegħu tiġi allinjata ma’ dik tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 15 .

(13)Il-pakkett finanzjarju tal-Programm għandu jikkonsisti f’riżorsi finanzjarji mnaqqsin mill-allokazzjonijiet għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 . Sabiex ikun permess tnaqqis bħal dan, jeħtieġ li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti.

(14)L-Istati Membri li jitolbu appoġġ għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b’fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-programm. Ir-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi fl-Istati Membri kkonċernati.

(15)Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta’ ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi politiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta’ ħidma annwali adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(16)Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta’ kofinanzjament ta’ 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

(17)Fil-każ ta’ raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta’ urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta’ ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

(18)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f’kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta’ finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b’rabtiet mill-qrib ma’ dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri.

(19)L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, pieni.

(20)Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma’ dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

(21)Sabiex tiġi adattata l-lista ta’ indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(23)Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

(24)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Stabbiliment u tul tal-Programm

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Pogramm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Programm”, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet japplikaw:

1.“Stat Membru benefiċjarju” tfisser Stat Membru li jirċievi appoġġ mill-Unjoni taħt dan il-Programm;

2.“Fondi tal-Unjoni” tfisser il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabilit, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, bir-Regolament (UE) 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 .

Artikolu 3
Valur miżjud Ewropew

1.Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b’valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

2.L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b’mod partikolari permezz ta’:

(a)l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(b)il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(c)il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(d)il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta’ prattiki tajbin u l-bini ta’ pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta' kompetenzi;

(e)il-promozzjoni ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

Artikolu 4
Objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 5
Objettivi speċifiċi u kamp ta' applikazzjoni tal-Programm

1.Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

(a)jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(b)jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(c)jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(d)jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u żieda ta’ għarfien u ħiliet professjonali.

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

2.    L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta’ politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b’mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

(a)il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(b)ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(c)l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(d)l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

(e)il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(f)il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

Artikolu 6
Azzjonijiet eliġibbli

Bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, il-Programm jista’ jiffinanzja b'mod partikolari dawn it-tipi ta’ azzjonijiet:

(a)il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, u r-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;

(b)il-forniment ta’ espert(i) (anke esperti residenti), għal perjodu qasir jew twil, għat-twettiq ta’ kompiti f’oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'appoġġ ta' interpretazzjoni, traduzzjoni u kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta’ infrastruttura u ta' tagħmir;

(c)il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u azzjonijiet ta’ appoġġ relatati, b’mod partikolari:

(i)seminars, konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma;

(ii)żjarat ta’ ħidma lil Istati Membri rilevanti jew pajjiż terz biex b'hekk l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet rilevanti;

(iii)azzjonijiet ta’ taħriġ u l-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ onlajn jew oħrajn għall-appoġġ tal-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa relatati mar-riformi rilevanti;

(d)ġbir ta’ dejta u statistika; żvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta’ riferiment;

(e)organizzazzjoni ta’ appoġġ operazzjonali lokali f'oqsma bħall-asil, il-migrazzjoni, il-kontrolli tal-fruntieri;

(f)bini tal-kapaċità fl-IT: żvilupp, manutenzjoni, operat u kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u applikazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi rilevanti;

(g)studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(h)proġetti ta’ komunikazzjoni: attivitajiet ta' tagħlim, ta' kooperazzjoni, ta’ sensibilizzazzjoni, ta' disseminazzjoni, u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin; organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja, fosthom komunikazzjoni korporattiva;

(i)kumpilazzjoni u pubblikazzjoni ta' materjal għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni kif ukoll ta' riżultati tal-Programm: żvilupp, operat u manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(j)kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbilti fl-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 7
Talba għal appoġġ

1.Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta’ politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena kalendarja.

2.Filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B’kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

3.It-talba għal appoġġ tista’ tiġi ppreżentata fir-rigward ta':

(a)l-implimentazzjoni ta’ riformi fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġin fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew ta’ azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

(b)l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b’mod partikolari skont ir- Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 24 għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro;

(c)l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b’mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

Artikolu 8
Organizzazzjoni tal-appoġġ

1.Il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.L-Istat Membru Benefiċjarju, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma’ Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta’ oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta’ strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta’ kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

Artikolu 9
Pakkett finanzjarju

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR142 800 000.

2.L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista’ tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

3.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

Artikolu 10
Kontribuzzjonijiet finanzjarji oħrajn għall-baġit tal-Programm

1.Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista’ jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri.

2.Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet minn riżorsi pprovduti għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u trasferiti skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament.

3.Dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Kontribuzzjoni magħmula minn Stat Membru Benefiċjarju skont il-paragrafu 2 tintuża esklużivament f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 11
Ebda finanzjament doppju

Azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi, strumenti jew fondi oħrajn tal-Unjoni taħt il-baġit tal-Unjoni sakemm l-appoġġ ma jkoprux l-istess elementi ta’ spejjeż.

Artikolu 12
Implimentazzjoni tal-Programm

1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

2.Il-miżuri tal-programm jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. B’mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament jieħu l-forma ta’:

(d)għotjiet (fosthom għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri);

(e)kuntratti ta’ akkwist pubbliku;

(f)rimborż ta’ spejjeż magħmula minn esperti esterni;

(g)kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

(h)azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta.

3.Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a) Stati Membri;

(b)pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ kofinanzjament u ta' ebda profitt.

4.L-appoġġ jista’ jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5.

5.Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma pluriennali, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Il-programmi ta’ ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta’ politika rilevanti. Il-programmi ta’ ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta’ ħidma annwali, adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

6.Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta’ ħidma annwali jista' jindika li f’każ ta’ raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta’ urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f’konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f’dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta’ ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

Artikolu 13
Koordinazzjoni u komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b’mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a)jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta’ ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(b)itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

(c)jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u simplifikati.

Il-programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali rilevanti jistgħu jservu bħala qafas ta’ koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 14
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu verifika, fuq il-bażi ta’ dokumenti u verifiki fuq il-post, tal-benefiċjarji ta’ għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni taħt il-Programm.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-atturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn dan il-finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 25 bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta' koperazzjoni ma' organizazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF is-setgħa li jwettqu dawn l-awditi, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 15
Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

2.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport ta’ evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

3.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post ikun jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin mill-1 ta’ Jannar 2017.

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat hekk:

1.    L-Artikolu 25 jiġi emendat hekk:

(a) it-titlu jinbidel hekk:

“Ġestjoni ta’ assistenza teknika għall-Istati Membri”;

(b) il-paragrafu 1 jinbidel hekk:

"1.   Fuq talba ta' Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), parti mir-riżorsi previsti mill-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta' dan ir-Regolament permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta."

(*) ĠU [...]”

(c) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel hekk:

“Stat Membru għandu jitlob it-trasferiment msemmi fil-paragrafu 1 għal sena kalendarja sal-31 ta’ Jannar tas-sena li fiha għandu jsir it-trasferiment. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Għandhom isiru emendi korrispondenti għall-Ftehim ta' Sħubija skont l-Artikolu 30(2), li jistabbilixxi l-ammont totali trasferit kull sena lill-Kummissjoni.";

(d) jiżdied il-paragrafu 4 b'dan:

"4. Ir-riżorsi trasferiti minn Stat Membru skont il-paragrafu 1 ikunu soġġetti għal regola ta' diżimpenn stabbilita fl-Artikolu 136”;

2.    fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1), il-punt (l) jinbidel hekk:

(l)    l-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) 2015/XXX sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.”;

3.    fl-Artikolu 91, il-paragrafu 3 jinbidel hekk:

"3. 0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fi ħdan l-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm.”.

Artikolu 18
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1305/2013

Fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel hekk:

"F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista’ juża sa mhux aktar minn 0,25% tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fl-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm.”

Artikolu 19
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu mill-2017 sal-2020 il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)

1.2.Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata fl-istruttura ABM/ABB 26

Qasam ta' politika: Koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u konsulenza legali

Attività tal-ABB: Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali

Għall-attivitajiet tal-ABB fid-detall, irreferi għat-Taqsima 3.2

Qasam ta' Politika: Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Qasam ta' Politika: Politika Reġjonali u Urbana

Qasam ta' Politika: Agrikoltura u Żvilupp Rurali

Qasam ta' Politika: Migrazzjoni u Asil

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 27 28

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni huma fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-objettiv ġenerali tal-Programm se jkun li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b’reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Objettiv(i) speċifiċi u attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Il-Programm għandu dawn l-objettivi speċifiċi:

Objettiv speċifiku Nru 1

Jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija. Objettiv speċifiku Nru 2

Jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha.

Objettiv speċifiku Nru 3

Jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxu u jimplimentaw proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqisu prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili.

Objettiv speċifiku Nru 4

Jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u żieda ta’ għarfien u ħiliet professjonali.

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji.

L-appoġġ għar-riformi – anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni (jiġifieri l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fondi SIE, kif definit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, FEAD, kif ukoll il-fondi relatati mal-ażil, mal-migrazzjoni u mal-kontroll tal-fruntieri) - se jkunu relatati ma’ oqsma speċifiċi ta’ politika, jirrigwardaw b’mod partikulari il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul, ir-riforma istituzzjonali u funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizz tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-politiki tas-settur finanzjarju, il-proċessi ta’ privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-assistenza soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri, u l-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali.

Attivita(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

REGIO, EMPL, MARE, AGRI, TAXUD, JUST, HOME, GROW, MARKT, RTD, CNECT, COMP.



1.4.2.Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li għandhu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Rinforz tal-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri biex tirriforma l-istituzzjonijiet, l-amministrazzjoni, setturi ekonomiċi u soċjali, inkluż permezz tal-użu effiċjenti u effettiv tal-Fondi tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġu pprovduti strutturi moderni, effiċjenti u simplifikati għas-servizz taċ-ċittadini u n-negozji:

   Kapaċità mtejba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jidentifikaw u jindirizzaw nuqqasijiet ekonomiċi u strutturali;

   Kompetenzi u kapaċità msaħħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fl-iżvilupp, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ riforma skont il-prijoritajiet;

   Kapaċità msaħħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex isegwu approċċ integrat għal riformi fl-oqsma ta’ politika filwaqt li jiżguraw konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi;

   Kapaċità msaħħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu proċessi u metodoloġiji fil-livell nazzjonali biex jappoġġjaw it-tfassil, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tar-riforma bħala konsegwenza ta’ kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin u lezzjonijiet meħudin mill-pari;

   Effiċjenza u effettività msaħħin tal-immaniġġjar tar-riżorsi umani tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri permezz ta’ aktar għarfien, ħiliet u adattabilità professjonali biex jinbidlu l-proċessi ta’ ġestjoni;

   Mezzi ta’ komunikazzjoni mtejba stabbiliti mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali sabiex titjieb il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ riforma; u

   Kapaċità mtejba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiżguraw il-progress tar-riformi rakkomandati fi ħdan iċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku, ir-riformi fuq inizjattiva proprja ta’ Stat Membru, u biex jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni.

Ir-riżultati mistennija huma, fil-parti l-kbira, dipendenti fuq il-pajjiż u fuq il-proġett, u l-kisba tagħhom tvarja skont l-oqsma ta’ politika u l-firxa u l-profondità tal-appoġġ ipprovdut. Barra minn hekk, dawn huma mistennija li jkunu bbażati fuq il-miżuri implimentati skont il-qasam ta’ politika u l-Istati Membri Benefiċjarji bħala riżultat ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti permezz tal-Programm.

1.4.3.Indikaturi tar-riżultat u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-ilħiq tal-objettivi speċifiċi se jitkejjel abbażi ta' dawn l-indikaturi; dawn se jintużaw skont id-dejta u l-informazzjoni disponibbli (inkluża dejta kwantitattiva jew empirika xierqa) u jistgħu jiġu aġġustati matul il-kors tal-Programm mill-Kummissjoni, fejn rilevanti, abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament:

(a)    l-għadd u t-tip tal-awtoritajiet nazzjonali, tas-servizzi tal-amministrazzjoni u ta' entitajiet pubbliċi oħrajn bħall-ministeri nazzjonali jew l-awtoritajiet regolatorji, għal kull Stat Membru Benefiċjarju li jingħata appoġġ taħt il-Programm;

(b)    l-għadd u t-tip tal-fornituri ta’ appoġġ bħall-korpi governattivi, il-korpi tal-liġi pubblika jew il-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, Organizzazzjonijiet Internazzjonali, għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju;

(c)    l-għadd u t-tip tal-azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 6 mwettqa bħall-forniment ta’ esperti, azzjonijiet ta’ taħriġ, seminars, eċċ., maqsumin skont:

i.    ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż jew azzjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku u r-riformi fuq inizjattiva proprja tal-Istat Membru;

ii.    l-għan speċifiku, il-qasam ta’ politika u l-Istat Membru benefiċjarju;

iii.    il-fornituri ta’ appoġġ bħall-korpi governattivi, korpi tal-liġi pubblika jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, Organizzazzjonijiet Internazzjonali;

iv.    il-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat Membru Benefiċjarju bħall-awtoritajiet nazzjonali.

(d)    l-għadd u t-tip ta’ politika u arranġamenti legali bħall-memoranda politiċi ta’ ftehim jew ittri ta’ intenzjoni, ftehimiet, kuntratti, konklużi bejn il-Kummissjoni, is-Sħab għar-Riforma (skont il-każ) u l-fornituri ta’ appoġġ għal attivitajiet taħt il-Programm għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju;

(e)    l-għadd ta’ inizjattivi ta’ politika (pereżempju pjanijiet ta’ azzjoni, pjanijiet direzzjonali, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, leġiżlazzjoni rakkomandata) adottati għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju wara attivitajiet rilevanti appoġġjati mill-Programm;

(f)    l-għadd ta’ miżuri implimentati skont il-qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju b'riżultat tal-azzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti taħt il-Programm maqsum skont ir-Rakkomandazzjoni Speċifiċi għall-Pajjiż jew azzjonijiet rilevanti li jirigwardaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku u riformi fuq inizjattiva proprja tal-Istat Membru;

(g)    ir-reazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali, is-servizzi amministrattivi u entitajiet pubbliċi oħrajn li jkunu rċevew appoġġ taħt il-Programm kif ukoll (jekk disponibbli) partijiet ikkonċernati/parteċipanti oħrajn dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-azzjonijiet taħt il-Programm għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli b'dejta kwantitattivi jew empirika;

(h)    ir-reazzjoni mingħand fornituri ta’ appoġġ dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-appoġġ li huma pprovdew taħt il-Programm fl-għan speċifiku u qasam ta’ politika li fihom huma kienu attivi, għal kull Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli minn dejta kwantitattiva jew empirika;

(i)    l-evoluzzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tar-riformi għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli b'dejta kwantitattiva jew empirika.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jinkisbu fit-terminu medju jew fit-tul

Il-ħolqien ta’ ambjent regolatorju u istituzzjonali sod u ekonomija li topera mingħajr intoppi huma essenzjali biex isir gwadann fil-kompetittività, jitħeġġeġ l-investiment, jitkattar il-ħolqien tal-impjiegi, jiżdiedu l-istandards tal-għajxien u jiġi prodott tkabbir sostenibbli madwar l-Unjoni. Ħafna ekonomiji fl-Unjoni kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta’ aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta’ tkabbir potenzjali baxx. Din is-sitwazzjoni hija ta’ spiss riżultat ta’ dewmien jew nuqqas ta’ riformi strutturali tal-ekonomiji rispettivi. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta’ konverġenza.

Ir-riformi jridu jkunu mfassla tajjeb, leġiżlati u implimentati b’mod effettiv. Ir-riformi li jirnexxu jeħtieġu aktar milli sempliċiment jgħaddu l-leġiżlazzjoni meħtieġa – jeħtieġu implimentazzjoni effettiva li timplika l-indirizzar tal-problemi strutturali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi (pereżempju l-kompetenzi, il-mobilità, l-inċentivi, il-bidliet għal proċessi ta’ ħidma, eċċ.), u l-isfidi fl-oqsma ekonomiċi u soċjali. Il-benefiċċji tar-riformi jistgħu jieħdu xi żmien biex jimmaterjalizzaw. Għaldaqstant, implimentazzjoni bikrija u effiċjenti hija kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin.

Barra minn hekk, it-titjib tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni huw wieħed mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni indikat li jeħtieġ li “(t)ikkoopera mal-Istati Membri biex teżamina l-aħjar modi biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-UE fil-livell nazzjonali”

Għaldaqstant, l-appoġġ ipprovdut taħt is-SRSP ikun disponibbli għat-28 Stat Membru tal-UE kollha.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aqwa kompetenzi disponibbli (kemm mis-servizzi fl-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, jew organizzazzjonijiet internazzjonali), trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki (kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni konsistenti tiegħu madwar l-Unjoni) b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi mmirati li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-mobilizzazzjoni tal-kompetenzi mill-Unjoni tkun aktar effettiva wkoll billi ġġib magħha ekonomiji ta’ skala u ta' firxa billi tibni pjattaforma madwar l-Unjoni kollha għall-għoti u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin.

F’dan ir-rigward, l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati għandhom jakkumpanjaw l-isforzi tal-Istati Membri, u jikkumplimentaw programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni; dan iseħħ l-aktar billi jiġu pprovduti azzjonijiet ta’ appoġġ li jakkumpanjaw fuq il-post (fejn possibbli permezz ta' esperti inkorporati) l-isforzi tar-riforma tal-awtoritajiet nazzjonali matul l-istadji jew il-fażijiet differenti tal-proċess ta’ riforma, speċjalment l-immirar ta' interventi li mhumiex diġà s-suġġett tal-miżuri ta’ appoġġ taħt programmi oħrajn tal-Unjoni ta’ fondi tal-Unjoni, jew ta’ inizjattivi nazzjonali.

B’mod partikulari, l-azzjonijiet taħt il-Programm għandhom jippermettu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi nazzjonali, għandhom impatti potenzjali fuq livelli transfruntiera u tal-Unjoni, u jikkontribwixxu biex jaqsmu prattiki tajba u jgħinu biex jibnu netwerk ta’ esperti disponibbli. Fl-aħħar nett, l-azzjonijiet taħt il-Programm jikkontribwixxu biex ikomplu jippromwovu l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni.

Il-Programm propost huwa l-iktar mezz xieraq biex jiġu appoġġjati fuq il-post dawk l-Istati Membri li jimplimentaw riformi li jtejbu t-tkabbir, billi l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aħjar kompetenzi disponibbli u biex tipprovdi approċċ ikkoordinat għall-appoġġ tekniku fl-Istati Membri li jitolbu għall-assistenza.

Il-valur miżjud Ewropew tal-introduzzjoni tas-SRSP huwa ppreżentat hawn taħt:

   L-azzjonijiet skont is-SRSP ikunu jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki oħra fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni, jikkontribwixxu biex tkompli tiġi promossa fiduċja reċiproka u jkomplu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u jiżguraw implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li filwaqt li jindirizzaw l-isfidi nazzjonali jkollhom impatt transfruntier pożittiv u/jew għall-Unjoni kollha kemm hi. Din l-inizjattiva tkun tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u settorjali tal-Istati Membri u implimentazzjoni aħjar tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm ikun jirfed aspett “kollaborattiv” fl-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni u l-politika mill-Istati Membri u l-Unjoni: dan huwa wkoll minħabba li l-implimentazzjoni ta’ politika partikolari/riforma f’pajjiż partikolari tista’ tibbenefika ħafna (u tarrikkixxi min-naħa tagħha) mill-esperjenza ta’ pajjiż wieħed jew pajjiżi simili oħrajn li jkunu implimentaw politiki/riformi simili.

   Jingħata appoġġ lill-Istati Membri b’mod koordinat fl-oqsma kollha ta’ politika. L-awtoritajiet nazzjonali jwettqu sforzi biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma f'approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha.

B’mod partikulari, il-valur miżjud tal-azzjonijiet taħt dan il-Programm fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Unjoni se jiġi żgurat filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li d-deċiżjoni li jingħata appoġġ lil Stat Membru rikjedenti jieħu kont dovut tal-azzjonijiet u tal-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Sabiex jippermetti l-aħjar ġestjoni tat-talbiet għal assistenza teknika u jikseb il-konsistenza u s-sinerġija fost azzjonijiet ta’ assistenza teknika, l-SRSP isegwi approċċ integrat simili għal dak segwit fil-każijiet tal-Greċja u ta' Ċipru, fejn l-assistenza teknika bejn is-setturi kienet ikkoordinata mill-Kummissjoni (permezz tat-TFGR u tal-SGCY) u fil-livell tal-Istati Membri il-ħidma kienet ikkoordinata minn entità speċifika (jiġifieri l-SGCO fil-Greċja u d-DGEPCD f’Ċipru) fl-amministrazzjonijiet nazzjonali.

   L-appoġġ mogħti lill-Istati Membri jittejjeb permezz tal-użu ta’ pjattaforma għall-iskambju u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali. L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar minn kwalunkwe Stat Membru individwali biex tidentifika l-aħjar prattika. Dan jiżgura wkoll titjib fl-effiċjenza f’termini ta’ mobbilizzazzjoni rapida tal-kompetenzi u l-kondiviżjoni tal-aqwa kompetenzi permezz ta’ grupp ta’ esperti, li jistgħu jiġu attivati faċilment u aktar u aktar malajr jiġi attivat sabiex jagħtu appoġġ fuq talba ta' Stat Membru.

   Il-Programm jippermetti l-kisba ta’ ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa. L-Istati Membri ta’ spiss iħabbtu wiċċhom ma' sfidi simili u jridu jindirizzaw problemi prattiċi simili li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-riformi. L-azzjoni tal-Unjoni tista’ tikkontribwixxi biex tevita d-duplikazzjoni tal-isforz, tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

L-esperjenza tal-passat ta' forniment ta’ assistenza teknika (AT) lil Ċipru u lill-Greċja, f’oqsma li jkopru kważi l-firxa sħiħa ta’ oqsma tal-ordni pubbliku, tipprovdi lezzjonijiet utli għall-futur b’rabta mal-introduzzjoni ta’ appoġġ tekniku għal potenzjalment l-Istati Membri kollha. Il-forniment ta’ assistenza teknika (AT) kien kruċjali fl-appoġġ tal-aġġustament ekonomiku ta’ Ċipru u tal-Greċja (permezz tal-Gruppi ta’ Appoġġ għal Ċipru – SGCY (Support Groups for Cyprus) u t-Task Force għall-Greċja – TFGR (Task Force for Greece)).

Hekk kif irrealizzaw il-valur miżjud tal-appoġġ għar-riformi, il-Greċja u Ċipru (jiġifieri ż-żewġ pajjiżi eliġibbli li jitolbu assistenza teknika permezz tat-TFGR u tal-SGCY) talbu u rċevew appoġġ tekniku għal firxa wiesgħa ta’ oqsma ta' politika li jmorru lil hinn mill-programmi ta’ aġġustament ekonomiku tagħhom. Taħt l-SRSP previst, dan it-tip ta’ appoġġ tekniku “estensiv” se jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom ta’ “pajjiż tal-Programm”.

L-assistenza teknika mogħtija lill-Greċja mit-TFGR kienet soġġetta għal evalwazzjoni esterna indipendenti, li kkonkludiet li l-AT ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riforma fil-Greċja fl-oqsma taħt evalwazzjoni, jiġifieri l-amministrazzjoni fiskali u r-riforma tal-amministrazzjoni ċentrali matul il-perjodu mill-2011 sal-2013.

F’dan l-isfond, l-intenzjoni hija li tiġi pprovduta estensjoni – taħt il-patroċinju tas-Servizz ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Service, SRSS) – għal appoġġ tekniku lill-Istati Membri kollha. Fil-fatt, l-isfidi jistgħu jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali u amministrattivi. Dan jista’ jkun marbut ma’ fatturi, bħall-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitati, u applikazzjoni u implimentazzjoni mhux xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Fid-dawl ta’ din l-esperjenza, il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Programme, SRSP) propost għandu l-għan li jipprevedi estensjoni ta’ appoġġ tekniku li jsir disponibbli lill-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni - fuq talba - tipprovdi appoġġ tekniku

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħrajn xierqa

Il-Programm ikun komplementari għar-riżorsi eżistenti għall-bini ta’ kapaċità u assistenza teknika disponibbli fi programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u ma’ assistenza teknika u azzjonijiet oħrajn iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni.

Il-Programm iżid il-valur lill-appoġġ ipprovdut mid-diversi programmi settorjali tal-Unjoni u l-azzjonijiet imwettqin taħt il-fondi tal-Unjoni, billi joffri makroperspettiva speċifika għall-pajjiż filwaqt li jappoġġja l-aktar riformi strutturali importanti fl-Istati Membri skont l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiżgura l-koordinazzjoni meħtieġa fl-arranġamenti ta' ħidma interni, b'mod partikulari matul il-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Programmi(i) ta' Ħidma. Is-servizzi kkonċernati jaħdmu flimkien biex jiżguraw li l-azzjonijiet proposti li jiġu implimentati fil-Programm(i) ta’ Ħidma tal-SRSP ikunu fil-fatt komplementari u ma jkunux jikkoinċidu ma’ dawk ta’ programmi u Fondi oħrajn tal-Unjoni (inklużi l-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej). F’dan ir-rigward, kif intqal qabel, id-deċiżjoni biex jingħata appoġġ lil Stat Membru, tqis fost l-oħrajn l-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

Fil-fatt, diversi programmi tal-Unjoni jipprevedu l-possibbiltà li jipprovdu assistenza teknika lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet ta’ ordni pubbliku f’oqsma speċifiċi. Skont l-objettiv u l-qasam speċifiku tagħhom, huma mfasslin biex jippromwovu l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ekonomiku, għall-protezzjoni u għat-titjib soċjali u ambjentali. L-appoġġ ipprovdut taħt dawn il-programmi huwa kkaratterizzat minn konċentrazzjoni tematika speċifika u jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programmi relevanti.

L-Istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri kollha. It-tkabbir ekonomiku huwa essenzjali biex jitnaqqas il-qgħad, tittejjeb il-koeżjoni soċjali u jogħlew l-istandards tal-għajxien. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta’ konverġenza.

Il-proċess ta’ riforma huwa kumpless, ħafna drabi jkun jiswa ħafna flus, jeħtieġ kompetenza dwar oqsma differenti fl-istess ħin u jista’ jkollu impatt transfruntier. L-appoġġ tal-Unjoni jikkontribwixxi biex ittejjeb il-kapaċità li jitwettqu riformi profondi li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri li jolqtu l-Unjoni kollha kemm hi.

Il-Programm, li għandu jiġi implimentat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, jikkontribwixxi b’mod attiv biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva f’dawn l-Istati Membri biex jirriforma l-istituzzjonijiet, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali bil-għan li jinkisbu strutturi simplifikati, moderni u effiċjenti għas-servizz taċ-ċittadini u tal-kumpaniji.

Fl-aħħar nett, il-Programm jippermetti l-forniment ta’ appoġġ tekniku li huwa vitali biex l-implimentazzjoni ta’ elementi ġodda importanti tas-Suq Uniku (fosthom il-parti diġitali tiegħu ) tirnexxi. Pereżempju, il-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) jipprevedi appoġġ tekniku għall-iżvilupp tas-suq kapitali. Il-Programm jipprovdi l-qafas u l-finanzjament meħtieġa għal dan l-appoġġ.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex tikseb l-għan iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li, minn naħa, l-assistenza li għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru (inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu) għandha tkun ibbażata fuq talba għal appoġġ mingħand l-Istat Membru nnifsu, u min-naħa l-oħra, mill-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ jiġi miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

⌧Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2020.

   Impatt finanzjarju mill-01/01/2017 sal-31/12/2020 u aktar tard.

◻Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i) 29

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta’ kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

◻pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

⌧organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

⌧il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

⌧korpi rregolati bil-liġi pubblika;

⌧korpi rregolati bil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

⌧korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

◻persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn metodu ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba tal-objettivi speċifiċi isirilha monitoraġġ abbażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport ta’ evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim se jeżamina l-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa se jivverifika wkoll jekk l-objettivi u l-azzjonijiet kollha jkunux għadhom rilevanti. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/Riskji identifikat(i)

Il-Programm jista' jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju. B’mod partikulari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-attivitajiet jieħu l-forma ta’:

i.    għotjiet (fosthom għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri)

ii.    kuntratti ta’ akkwist pubbliku

iii.    rimborż ta’ spejjeż magħmula minn esperti esterni

iv.    kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji

v.    azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Dawn huma r-riskji ewlenin identifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-awditjar ex post tal-Kummissjoni għall-Programm b'miżuri ta’ implimentazzjoni simili:

- Riskju ta’ kwalità baxxa tal-proġetti magħżulin u implimentazzjoni teknika fqira tal-proġetti, li jnaqqas l-impatt tal-programmi; minħabba proċeduri tal-għażla mhux xierqa, nuqqas ta’ kompetenzi jew monitoraġġ insuffiċjenti.

- Riskju ta’ użu mhux effiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija:

   * għall-għotjiet, l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà tista’ tirriżulta f’riskju ta’ spejjeż iddikjarati inkorrettament;

   * għall-akkwist pubbliku, l-iżbalji li ma jinqabdux jew l-impreċiżjonijiet mhux korretti f’offerti jew speċifikazzjonijiet ta' offerti jistgħu jwasslu għal eżekuzzjoni ħażina ta’ kuntratt;

   * Riskji li jirreferu għall-eliġibbiltà (tal-intermedjarji finanzjarji internazzjonali (IFIs) u l-benefiċjarji finali), il-konformità kuntrattwali (traspożizzjoni tar-rekwiżiti tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni kuntrattwali), il-konformità tal-proċess (nuqqas ta’ osservanza tal-proċessi preskritti mill-Kummissjoni) u l-prestazzjoni (nuqqas ta’ kisba ta’ miri/objettivi definiti minn qabel).

Madankollu, il-kuntratti qafas fis-seħħ mal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u mal-Aġenziji tal-Istati Membri vvalutati għas-Seba' Pilastri se jipprovdu qafas legali stabbli, li jinkludi monitoraġġ u sistema ta' valutazzjoni ex ante u ex post konformi mal-obbligi tar-RF u tar-regoli tal-applikazzjoni.

- Riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet kriminali jew ta' frodi.

2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Is-sistema ta’ kontroll prevista għall-programm futur se tkun magħmula minn elementi importanti differenti: superviżjoni tal-operazzjonijiet mis-servizz tal-ġestjoni operazzjonali, kontroll ex ante (verifika finanzjarja) minn servizz ċentrali tal-baġit u ta' servizz, kontrolli ex post u/jew awditi għal għotjiet.

It-tranżazzjonijiet kollha huma soġġetti għal verifika ex ante mis-servizz li jimmaniġġja l-programm u verifika finanzjarja mis-servizz tal-baġit u tal-kontroll (ħlief għal finanzjamenti minn qabel ta’ riskju żgħir).

Għall-għotjiet, ir-rapporti finanzjarji se jiġu vverifikati bir-reqqa flimkien mar-rapporti ta’ implimentazzjoni, u jiġu vvalutati kemm ir-riżultati finanzjarji kif ukoll ir-riżultati operazzjonali: se jintalbu informazzjoni komplementari u dokumenti ta’ prova meta dawn ikunu meqjusin meħtieġa, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-proċeduri ta’ akkwist miftuħin u ristretti kollha u l-proċeduri nnegozjati kollha ’l fuq minn EUR 60 000 ikunu sottomessi għal verifiki ta' akkwist qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ għotja.

Il-kontroll ex post japplika "strateġija ta’ identifikazzjoni" bil-għan li jiġu identifikati massimu ta’ anomaliji bil-ħsieb li jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti. Abbażi ta’ din l-istrateġija, il-verifiki se jitwettqu fuq kampjun ta’ proġetti magħżula kważi għal kollox fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-valutazzjoni tal-livell tar-riskju ta’ żball mistenni

Madwar 70% tal-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-programm se jwettaq funzjonijiet ta’ kontroll f’sens wiesa’ (mill-għażla tal-benefiċjarji/kuntratturi sal-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditi). Barra minn hekk, xi verifiki esterni jistgħu jiġu ffinanzjati minn approprjazzjonijiet għal appoġġ amministrattiv.

Jitnaqqas l-għadd ta’ proċeduri, u japplikaw regoli u proċeduri armonizzati, li jnaqqsu r-riskju ta' żball. Barra minn hekk, l-għodod ta’ simplifikazzjoni disponibbli taħt ir-RF l-ġdid se jipprovdu qafas aktar stabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet differenti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni attwali jew ippjanati.

Se jkun hemm miżuri differenti fis-seħħ għall-programm biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet; fl-Artikolu 14 tal-proposta, tiddaħħal dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

F’konformità mal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi li tkopri ċ-ċiklu kollu ta’ nfiq, is-servizz responsabbli għall-implimentazzjoni se jwettaq pjan ta’ azzjoni speċifiku kontra l-frodi, filwaqt li jqis il-proporzjonalità u l-paragun kostijiet-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

Din l-azzjoni se tkun ibbażata fuq il-prevenzjoni, il-kontrolli effikaċi u reazzjoni xierqa jekk jiġu identifikati frodi jew irregolaritajiet, li jikkonsistu fl-irkupru tal-ammonti mħallsin b'mod indebitu u, fejn ikun xieraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent.

Il-pjan ta' azzjoni kontra l-frodi jiddeskrivi s-sistema ta’ verifiki ex ante u ex post, abbażi ta' sistema ta’ twissijiet ta' allarm, u tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-persunal meta jinstabu frodi jew irregolaritajiet. Jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' ħidma mal-OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/linji baġitarja/baġitarji milquta

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux-diff 30 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 31

mill-pajjiżi kandidati 32

mill-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

XX.SS.SS.SS]

Diff./Mhux-diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

1b Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali/ 2 Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

Diff./Mhux-diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

mill-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1.b

13.01.04.04

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

1.b

13.08.01

Diff.

IVA

LE

LE

LE

2

13.08.02

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1b/2

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali/ Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

DG:SG / SRSS

Sena
2017 33

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Snin
2021 u 2022

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

13.08.01

Impenji

(1)

17,443

23,645

29,847

34,498

0,000

105,433

Pagamenti

(2)

8,721

17,055

25,505

30,932

23,218

105,433

13.08.02

Impenji

(1)

5,057

6,855

8,653

10,002

30,567

Pagamenti

(2)

2,529

4,945

7,395

8,968

6,732

30.567

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 34

13.01.04.04

(3)

1,125

1,525

1,925

2,225

6,800

Approprjazzjonijiet TOTALI
għal 13

Impenji

=1+1a +3

23,625

32,025

40,425

46,725

142,800

Pagamenti

=2+2a

+3

12,375

23,525

34,825

42,125

29,950

142,800



Approprjazzjonijiet operazzjonalii TOTALI

Impenji

(4)

22,500

30,500

38,500

44,500

0,000

136,000

Pagamenti

(5)

11,250

22,000

32,900

39,900

29,950

136,000

Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

1,125

1,525

1,925

2,225

6,800

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1b/2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

(4+6)

23,625

32,025

40,425

46,725

142,800

Pagamenti

(5+6)

12,375

23,525

34,825

42,125

29,950

142,800

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

DĠ: SG/SRSS

Riżorsi umani

1,336

1,600

2,004

2,004

6,944

Nefqa amministrattiva oħra

0,110

0,155

0,200

0,230

0,695

TOTAL DĠ SG/SRSS

Approprjazzjonijiet

1,446

1,755

2,204

2,234

7,639

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

1,446

1,755

2,204

2,234

7,639

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021/2

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1b/2 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

25,071

33,780

42,629

48,959

150,439

Pagamenti

13,821

25,280

37,029

44,359

29,950

150,439

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro

Indika l-objettivi u r-riżultati

 

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

 

2017

2018

2019

2020

 

RIŻULTATI

 

 Tip

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Kost totali

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1

Jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija

- Riżultat A

Għadd ta’ analiżijiet ta’ appoġġ tas-settur nazzjonali ta’ riforma

0,06

25-35

1,800

40-50

2,520

50-60

3,360

60-65

3,840

11,520

- Riżultat B

Għadd ta’ esperti

0,00115

80

0,092

80

0,092

80

0,092

80

0,092

0,368

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

 

1,892

 

2,612

 

3,452

 

3,932

11,888



OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

Jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha

- Riżultat C

Għadd ta’ esperti

0,00115

60-80

0,086

90-100

0,115

100-150

0,141

100-150

0,147

0,490

- Riżultat D

Għadd ta’ Pjanijiet Direzzjonali, Pjanijiet ta’ Azzjoni, imħejjija u implimentati skont is-settur u l-pajjiż

0,125

15-20

2,125

15-20

2,125

25-30

3,125

35-45

5,25

12,625

- Riżultat E

Għadd ta’ kompetenzi speċifiċi għas-servizz

0,015

15-20

0,225

20-25

0,300

25-30

0,390

30-40

0,450

1,365

- Riżultat F

Għadd ta’ azzjonijiet appoġġjati

0,900

4

3,600

5

4,500

6

5,400

6

5,400

18,900

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

 

6,036

 

7,040

 

9,056

 

11,247

33,380

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3

Jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxu u jimplimentaw proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqisu prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili

- Riżultat G

Għadd ta’ esperti

0,00115

180-200

0,230

200-220

0,246

220-240

0,276

220-240

0,276

1,028

- Riżultat H

Għadd ta’ azzjonijiet appoġġjati

0,900

5

4,500

8

7,200

8

7,200

9

8,100

27,000

- Riżultat

Għadd ta’ azzjonijiet appoġġjati

0,150

12

1,800

14

2,100

18

2,700

18

2,700

9,300

- Riżultat J

Għadd ta’ kompetenzi speċifiċi għas-servizz

0,015

70-80

1,065

80-90

1,320

90-95

1,380

95-100

1,500

5,265

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

7,595

 

10,866

 

11,556

 

12,576

42,593

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4

Jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u żieda ta’ għarfien u ħiliet professjonali

- Riżultat K

Għadd ta’ avvenimenti ta’ taħriġ/seminars

0,08

25-30

2,320

30-35

2,400

40-50

3,600

50-60

4,400

12,72

- Riżultat L

Għadd ta’ esperti

0,00115

60-80

0,082

90-100

0,107

100-150

0,161

100-150

0,170

0,519

- Riżultat M

Għadd ta’ azzjonijiet appoġġjati

0,900

5

4,500

8

7,200

10-12

9,900

12-14

11,700

33,300

- Riżultat N

Għadd ta’ azzjonijiet appoġġjati

0,150

8

1,200

12

1,800

18

2,700

18

2,700

8,400

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 4

 

 

8,102

 

11,507

 

16,361

 

18,970

54,939

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1,336

1,600

2,004

2,004

6,944

Infiq amministrattiv ieħor

0,110

0,155

0,200

0,230

0,695

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1,446

1,755

2,204

2,234

7,639

Barra INTESTATURA 5 35
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

1,125

1,525

1,925

2,225

6,800

Subtotal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1.125

1.525

1.925

2.225

6.800

TOTAL

2,571

3,280

4,129

4,459

14,439

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprijazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
2017

Sena 2018

Sena 2019

Sena 2020

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

8

10

12

12

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 36

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

4

4

6

6

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

10 01 04 yy 37

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

TOTAL

12

14

18

18

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-kompitu li jrid jitwettaq jinkludi l-kompiti kollha meħtieġa għall-ġestjoni finanzjarja u kuntrattwali tal-programm, jiġifieri:

Kontribut għall-proċedura tal-baġit u pjan ta’ ġestjoni

It-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali/deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-iffissar ta’ prijoritajiet annwali

L-immaniġġjar tas-sejħa għal offerti u tas-sejħa għal proposti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti f’koordinazzjoni ma’ servizzi operazzjonali.

Il-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar materji kuntrattwali u finanzjarji.

It-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Livell Għoli mad-DĠ ikkonċernat, mal-Istati Membri u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn.

L-immaniġġjar ta' proġetti (fil-livell finanzjarju u kuntrattwali): impenn, pagament, ordni ta’ rkupru, eċċ.

It-twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifika ex ante, ex post, tas-servizzi ta’ akkwist/kontroll intern)

L-immaniġġjar ta' għodod tal-IT

Il-kontribuzzjonijiet u segwitu ta’ proċedura annwali tad-DAS.

Il-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-kisba tal-objettivi, inkluż fil-proċedura baġitarja, fil-pjan ta’ ġestjoni, fl-eżami ta’ nofs it-terminu, fir-rapporti AAR u AOS

Persunal estern

Appoġġ għall-kompiti finanzjarji u amministrattivi.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/L-inizjattiva se teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Linja ġdida fl-intestatura 1b/2 b’dawn l-ammonti f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali):

2017: 23.625

2018: 32.025

2019: 40.425

2020: 46.725

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni.

Il-proposta/L-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament

Approprjazzjonijiet kofinanzjati TOTALI


Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 38

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.

xx.01.04.xx and xx.xx.xx

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Għandu jiġi determinat permezz ta’ ftehimiet qafas speċifiċi mal-kontributuri.

(1)

   Il-kliem “Stat Membru” jinkludi l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

(2)

   Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar - Aġenda tal-UE, Strasburgu, 19.5.2015, COM(2015) 215 finali.

   F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni indikat li jeħtieġ li “[t]ikkoopera mal-Istati Membri biex teżamina l-aħjar modi biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-UE fil-livell nazzjonali...], u (t)kompli timmonitorja bir-reqqa li d-Direttivi tal-UE jkunu trasposti b'mod ċar, tajjeb u fil-ħin u li r-regoli tal-UE jiġu implimentati u infurzati sew fl-Istati Membri kollha, iġibu ċertezza legali u jħallu liċ-ċittadini u lin-negozji jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-suq uniku.”

(3) Il-kliem “fondi tal-Unjoni” jirreferi għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (Fund for European Aid to the Most Deprived, FEAD), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, ĠU L 72/1 tat-12.3.2014.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, u r- Regolament (UE) Nru 513/2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi, u r-Regolament (UE) 515/2014 lli jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "EWROPA 2020, Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", 3.3.2010, COM(2010) 2020 finali.
(8) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, 30.9.2015, COM(2015) 468 finali.
(9) Rapport Finali, Lulju 2014: VC/2014/0002 Preliminary Evaluation of the Technical Assistance provided to Greece in 2011-2013 in the areas of Tax Administration and Central Administration Reform Prepared by Alvarez & Marsal Taxand and Adam Smith International for the European Commission.
http://ec.europa.eu/about/taskforce-greece/pdf/tfgr/evaluation_report_alvarez_july_2014_en.pdf
(10) Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Evalwazzjoni Ex Ante li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013, Brussell, XXX, COM(2015) XXX finali.
(11) Ara l-Artikolu 58(1)(l) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
(12) Ara l-Anness għall-proposta leġiżlattiva.
(13) COM(2010) 700 tad-19 ta' Ottubru 2010.
(14) COM(2011)500 finali tad-29 ta’ Ġunju 2011.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(18) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(22) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p, 143).
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(24) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(26) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività.
(27) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(28) Azzjoni preparatorja adottata fl-AB 2016 taħt il-linja baġitarja 01 02 77 01 li hija "maħsuba biex tiffinanzja l-forniment ta’ appoġġ lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ riformi ewlenin f’oqsma ta’ responsabbiltà fiskali, amministrazzjoni pubblika li tgħin lit-tkabbir u l-kompetittività. Dan l-appoġġ se jkollu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi u biex isaħħu l-istituzzjonijiet pubbliċi tagħhom. Din għandha tiffoka b’mod partikolari fuq riformi fiskali, strutturali u istituzzjonali li ġew identifikati bħala prijoritajiet matul iċ-ċiklu regolari tal-UE ta’ sorveljanza makroekonomika; matul il-programm ta’ aġġustament ekonomiku; matul is-sorveljanza msaħħa, jew matul is-sorveljanza ta’ wara l-programm. Din se tingħata mill-Kummissjoni fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat u hija miftuħa għall-Istati Membri kollha” [traduzzjoni mhux uffiċjali].
(29) Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit web BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(30) Diff.:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(31) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(32) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(33) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(34) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(35) L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(36) AC= Persunal b'Kuntratt; AL = Persunal Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti ta' Livell Baxx fid-Delegazzjonijiet.
(37) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (linji “BA” preċedenti).
(38) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% għall-kostijiet ta’ ġbir.
Top

Brussell, 26.11.2015

COM(2015) 701 final

ANNESS

għall-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

{SWD(2015) 750 final}


ANNESS

Indikaturi

L-ilħiq tal-objettivi speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 5(1) jitkejjel abbażi ta' dawn l-indikaturi:

(a)l-għadd u t-tip tal-awtoritajiet nazzjonali, is-servizzi ta' amministrazzjoni u entitajiet pubbliċi oħrajn bħal ministeri nazzjonali jew awtoritajiet regolatorji, eċċ., għal kull Stat Membru Benefiċjarju li jkun ingħata appoġġ taħt il-Programm;

(b)l-għadd u t-tip ta’ fornituri ta’ appoġġ bħal korpi governattivi, korpi tal-liġi pubblika jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, Organizzazzjonijiet Internazzjonali, għal kull objettiv speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju;

(c)l-għadd u t-tip ta’ azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 6 mwettqa bħall-forniment ta’ esperti, azzjonijiet ta’ taħriġ, seminars, eċċ., maqsumin skont:

(a)ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż jew azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku u r-riformi fuq inizjattiva proprja tal-Istat Membru;

(b)l-objettiv speċifiku, il-qasam ta’ politika u l-Istat Membru Benefiċjarju;

(c)il-fornituri ta’ appoġġ bħall-korpi governattivi, il-korpi tal-liġi pubblika u l-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, Organizzazzjonijiet Internazzjonali, eċċ.;

(d)il-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat Membru Benefiċjarju bħall-awtoritajiet nazzjonali.

(d)l-għadd u t-tip ta’ politika u arranġamenti legali bħall-memoranda ta’ ftehim politiku jew ittri ta’ intenzjoni, ftehimiet, kuntratti, konklużi bejn il-Kummissjoni, is-Sħab għar-Riforma (skont il-każ) u l-fornituri ta’ appoġġ għal attivitajiet taħt il-Programm għal kull objettiv speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju;

(e)l-għadd ta’ inizjattivi ta’ politika (pereżempju pjanijiet ta’ azzjoni, pjanijiet direzzjonali, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, leġiżlazzjoni rakkomandata) adottati skont l-objettiv speċifiku, il-qasam ta’ politika u l-Istat Membru Benefiċjarju li jirriżultaw minn attivitajiet relevanti appoġġjati mill-Programm;

(f)l-għadd ta’ miżuri implimentati skont il-qasam ta’ politika u l-Istat Membru Benefiċjarju bħala riżultat ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti taħt il-Programm maqsuma skont ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż jew azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku u r-riformi fuq inizjattiva proprja tal-Istat Membru;

(g)ir-reazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali, is-servizzi amministrattivi u entitajiet pubbliċi oħrajn li jkunu rċevew appoġġ taħt il-Programm kif ukoll (jekk disponibbli) partijiet ikkonċernati/parteċipanti oħrajn dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-azzjonijiet taħt il-Programm għal kull objettiv speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli minn dejta kwantitattiva jew empirika;

(h)ir-reazzjoni mingħand fornituri ta’ appoġġ dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-appoġġ li huma pprovdew taħt il-Programm fl-objettiv speċifiku u qasam ta’ politika li fihom huma kienu attivi, skont l-Istat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli minn dejta kwantitattiva jew empirika;

(i)l-evoluzzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tar-riformi skont l-objettiv speċifiku, il-qasam ta’ politika, u l-Istat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli minn dejta kwantitattiva jew empirika xierqa.

Dawn l-indikaturi jintużaw skont id-dejta u l-informazzjoni disponibbli (inkluża dejta kwantitattiva jew empirika xierqa).

Top