IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.11.2015
COM(2015) 572 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2015
{SWD(2015) 208}
{SWD(2015) 209}
{SWD(2015) 217 à 243}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0572
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE, THE COMMITTEE OF THE REGIONS AND THE EUROPEAN INVESTMENT BANK State of the Energy Union 2015
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2015
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2015
COM/2015/0572 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.11.2015
COM(2015) 572 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2015
{SWD(2015) 208}
{SWD(2015) 209}
{SWD(2015) 217 à 243}
1. Introduzzjoni
Il-"Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li Tħares 'il Quddiem" 1 tal-Kummissjoni Ewropea ħolqot momentum ġdid li jista' jġib it-tranżizzjoni għal ekonomija sigura, kompetittiva u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju. Sabiex jinżamm dan il-momentum, dan l-ewwel Stat tal-Unjoni tal-Enerġija 2 jħares lejn il-progress tal-aħħar disa' xhur u jidentifika l-kwistjonijiet ewlenin li jeħtieġu attenzjoni politika speċifika fl-2016, sena importanti għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija 3 .
Fi ftit jiem, il-mexxejja dinjin se jiltaqgħu f’Pariġi sabiex jiftiehmu dwar kif għandha tiġi ttrattata waħda mill-akbar sfidi tal-umanità: it-tibdil fil-klima. L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jagħmel enfasi fuq il-kontribut tal-Ewropa fin-negozjati ta’ Pariġi u jiffoka fuq is-segwitu. It-tmexxija Ewropea fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju teħtieġ li tkompli wara Pariġi, kemm permezz tal-implimentazzjoni tal-miri tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija kif ukoll permezz ta' diplomazija koerenti għall-enerġija u għall-klima, filwaqt li jiġi żgurat li l-pajjiżi kollha jwettqu l-impenji tagħhom.
Għal din it-tranżizzjoni hemm każ kummerċjali qawwi. Kumpaniji Ewropej prinċipali qed ibiddlu l-mudelli kummerċjali tagħhom. L-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika qed joħolqu impjiegi fl-Ewropa li jeħtieġu ħiliet ġodda u investimenti. Ħafna mill-bidliet marbutin ma’ din it-tranżizzjoni se jseħħu fil-bliet u fil-muniċipalitajiet; meta l-bliet tagħna jsiru aktar intelliġenti, dawn isiru l-istrumenti ewlenin tal-politiki tal-UE dwar l-enerġija sostenibbli.
Is-swieq tal-gass u tal-elettriku għadhom mhux qed irendu kif suppost. Sabiex it-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju tkun ta’ suċċess u soċjalment ġusta, iċ-ċittadini għandhom ikunu aktar involuti u jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda u minn aktar kompetizzjoni sabiex il-kontijiet tagħhom jonqsu, u jieħdu sehem b’mod aktar attiv fis-suq.
Fl-2015, l-avvenimenti ġeopolitiċi fil-viċinat immedjat tagħna żammew l-enerġija bħala prijorità għolja fuq l-aġenda. Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, is-sigurtà tal-enerġija, l-effiċjenza, l-iżvilupp tal-infrastruttura, it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u s-sostenibbiltà huma intrinsikament marbutin ma’ xulxin. It-tieni lista ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni tistabbilixxi l-proġetti ta’ infrastruttura li huma meħtieġa b’urġenza sabiex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tagħna.
L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija jippreżenta elementi importanti għall-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni li jwassal għal aktar politiki prevedibbli, trasparenti u stabbli. Il-gwida dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima jipprovdu l-bażi sabiex l-Istati Membri jibdew jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030. Il-metodoloġija proposta dwar l-indikaturi ewlenin hija l-ewwel pass sabiex jitkejjel u jiġi mmonitorjat it-twassil tal-Unjoni tal-Enerġija.
Fl-aħħar xhur, il-Kummissjoni żaret diversi Stati Membri sabiex tiddiskuti l-Unjoni tal-Enerġija ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, saru diskussjonijiet tekniċi mal-Istati Membri kollha. Dawn il-kuntatti ppermettew li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija għal kull Stat Membru, u li tasal għal konklużjonijiet ta’ politika għall-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija.
2. Id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija
Il-progress li sar
L-ekonomija tal-UE bħalissa hija l-iktar ekonomija prinċipali fid-dinja effiċjenti fl-emissjonijiet tal-karbonju. Irnexxielha b'mod partikolari tifred it-tkabbir ekonomiku u l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Bejn l-1990 u l-2014, il-prodott domestiku gross globali tal-UE żdied b’46 %, filwaqt li l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra naqsu bi 23 %. L-UE hija waħda minn tliet ekonomiji prinċipali biss 4 li jiġġeneraw aktar minn nofs l-elettriku tagħhom mingħajr ma jipproduċu gassijiet b’effett ta’ serra 5 .
Għan tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija huwa li ma tibqax aktar ekonomija li sserraħ fuq il-fjuwils fossili. Fl-2015 sar progress fi tliet oqsma li jinsabu fil-qalba ta’ din it-tranżizzjoni: l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u aktar investimenti f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u fl-effiċjenza enerġetika.
Il-Ftehim dwar l-introduzzjoni ta' Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq, imwaqqfa sa mill-2019, se jsaħħaħ l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (ETS). F’Lulju 2015 il-Kummissjoni ppreżentat proposta sabiex tiġi riveduta l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet. Dan huwa l-aħħar pass sabiex l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet tkun tista' titħaddem b'mod adegwat bħala l-istrument Ewropew ewlieni sabiex tintlaħaq il-mira tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra fl-2030. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex din il-proposta tingħata prijorità u jmexxuha 'l quddiem.
Sabiex tappoġġja l-ambizzjoni li tkun l-aqwa waħda fil-qasam tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni ressqet Komunikazzjoni konsultattiva dwar it-tifsila ta' suq tal-elettriku ġdid f’Lulju 2015 li l-objettiv ċentrali tagħha huwa li tagħmel is-suq tajjeb għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li sehemhom dejjem qed jikber. Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli qed isiru s-sors prinċipali tal-enerġija. Dawn diġà qed jaqdu l-ħtiġijiet ta’ 78 miljun Ewropew, u l-UE fil-fatt tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha ta’ 20 % tal-konsum finali tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli sal-2020.
It-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta' karbonju teħtieġ investimenti sinifikanti, b’mod partikolari fil-grilji tal-enerġija, fil-ġenerazzjoni, fl-effiċjenza enerġetika u fl-innovazzjoni 6 . Il-baġit tal-UE jikkontribwixxi sabiex isseħħ din il-bidla permezz tal-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi fl-inizjattivi politiċi rilevanti kollha, filwaqt li jiżgura li mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għall-2014-2020 ikun rilevanti għall-klima. Dan jirrappreżenta madwar EUR 180 biljun mill-2014 sal-2020. Aktar minn EUR 110 biljun huma disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Barra minn hekk, il-proġetti tal-enerġija sostenibbli kienu fost l-ewwel proġetti approvati għall-garanzija tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), b’mod partikolari fid-Danimarka, fil-Finlandja, fi Franza, fi Spanja u fir-Renju Unit.
F'Marzu 2015, l-UE ippreżentat mira vinkolanti u li tapplika għall-ekonomiji kollha domestiċi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 40 % sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-1990, abbażi tal-Qafas tal-Kummissjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030. F’Settembru 2015, l-UE qablet dwar il-pożizzjoni tagħha għall-konferenza ta’ Pariġi dwar il-klima (COP21) 7 . Din ikkonfermat ir-rieda tal-UE li tinnegozja ftehim ambizzjuż, trasparenti u vinkolanti dwar il-klima globali, u li jipprovdi direzzjoni definita b’mod ċar sabiex jiġu limitati ż-żidiet fit-temperatura medja globali li jkunu inqas minn 2 C. Fi żmien l-adozzjoni ta’ dan l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, aktar minn 160 pajjiż li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-emissjonijiet globali attwali ppreżentaw il-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali (Intended Nationally Determined Contribution, INDC). L-iskala ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet hija mingħajr preċedent u se twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet madwar id-dinja, li bdew bħala "azzjoni minn wħud" taħt il-Protokoll ta' Kjoto u spiċċaw bħala "azzjoni minn kulħadd".
Sabiex dawn il-miri jintlaħqu hemm bżonn ta' aktar azzjoni konkreta fil-livell lokali. Il-Kummissjoni, b’dan l-objettiv f’moħħha, laqqgħet fil-15 ta’ Ottubru 2015 ir-rappreżentanti minn bliet kbar u żgħar sabiex tniedi Patt tas-Sindki ġdid, li jkopri kemm l-inizjattivi ta' mitigazzjoni u ta' adattament tat-tibdil fil-klima. Bit-tnedija tal-Patt Dinji tas-Sindki, se tinkoraġġixxi azzjoni mill-awtoritajiet lokali madwar id-dinja, inkluż f’reġjuni li mhumiex involuti s’issa.
Aktar minn 4000 negozju se jimpenjaw ruħhom biex jieħdu azzjoni sa żmien is-COP 21. It-twettiq ta’ dawn l-impenji fil-prattika joffri opportunitajiet sinifikanti ta’ kummerċ għall-intrapriżi innovattivi tal-UE u se joħloq impjiegi u tkabbir fl-UE.
It-triq 'il quddiem
Immedjatament wara l-Konferenza ta’ Pariġi dwar il-klima, jeħtieġ li l-pajjiżi kollha jibdlu l-impenji li ħadu f’azzjonijiet politiċi konkreti. Għaldaqstant, fl-ewwel nofs tal-2016, il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel proposti dwar l-implimentazzjoni ta’ mira għal tnaqqis fl-emissjonijiet li mhumiex fl-ETS ta’ 30 % meta mqabbel mal-2005, billi jiġu stabbiliti miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u billi jiġi indirizzat is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (Land-Use, Land-Use Change And Forestry, LULUCF).
Peress li madwar terz tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tas-setturi li mhumiex fl-ETS jiġu mit-trasport, il-Kummissjoni tipprevedi Komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi kollha tat-trasport. Din għandha tiġi segwita minn proposti li jinkludu standards dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi u vannijiet, dwar il-monitoraġġ ta' vetturi heavy duty, dwar prezzijiet ġusti u effiċjenti u dwar ir-regoli ta’ aċċess għas-suq għat-trasport bit-triq.
L-infurzar effettiv ta’ standards regolatorji huwa element kritiku sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq. Is-sistemi tal-ittestjar issottovalutaw serjament l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qiegħda tipprepara proposta sabiex tiġi applikata fl-UE l-Proċedura għal Ittestjar ta' Vetturi tax-Xogħol Ħafif armonizzata mad-dinja kollha (World-harmonised Light-duty vehicle Test Procedure, WLTP) 8 . Mad-dħul tagħha fis-seħħ fl-2017, din se tagħti aktar informazzjoni preċiża dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil. Barra minn hekk, it-testijiet għall-emissjonijiet reali tas-sewqan, sabiex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja tal-karozzi diżil, mill-2017 'il quddiem se jsiru obbligatorji sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) tagħhom 9 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tħejji proposti sabiex issaħħaħ l-approvazzjoni tat-tip u s-sistema ta’ sorveljanza tas-suq kif ukoll issaħħaħ l-awtonomija tal-ittestjar tal-vetturi.
Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli l-ġdida u l-politika dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija għall-2030, li għandhom jiġu ppreżentati fl-2016, għandhom jipprovdu l-qafas it-tajjeb sabiex tintlaħaq il-mira vinkolanti fil-livell tal-UE ta’ mill-anqas 27 % ta’ enerġija rinnovabbli sal-2030. Dawn se jistabbilixxu politiki u miżuri tal-UE li, flimkien mal-kontribut tal-Istati Membri deskritt fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom tal-enerġija u tal-klima, għandhom jiżguraw li din il-mira tintlaħaq. Sabiex jiġu stabbiliti inċentivi ta' dekarbonizzazzjoni, aħna se nisħqu wkoll fuq it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili.
Il-konklużjonijiet politiċi f'livell reġjonali, ta' Stat Membru u tal-UE:
L-UE qiegħda fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-miri tagħha tal-UE 2020 rigward l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (jiġifieri -20 % sal-2020 meta mqabbel mal-1990). L-emissjonijiet tal-UE fl-2014 kienu 23 % taħt il-livell tal-1990 u, skont l-aħħar previżjonijiet sottomessi mill-Istati Membri, l-emissjonijiet huma mistennija li jkunu 24 % inqas fl-2020 apparagun tal-1990.
Erbgħa u għoxrin Stat Membru, permezz tal-politiki u tal-miżuri eżistenti, huma mistennija li jilħqu l-mira nazzjonali tagħhom tal-UE 2020 għas-setturi li mhumiex fl-ETS. Erba’ Stati Membri (l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Belġju u l-Awstrija) jeħtieġu aktar sforzi sabiex jilħqu l-miri domestiċi tagħhom għall-2020 għas-setturi li mhumiex fl-ETS, jew biex jagħmlu użu mill-flessibilitajiet eżistenti previsti fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 10 .
Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, l-UE fil-fatt qiegħda fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tal-2020. L-Istati Membri kollha, ħlief għal tlieta (il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Renju Unit), laħqu l-mira interim tagħhom tal-2013/14 abbażi tad-dejta tal-2013 11 . Xi Stati Membri, jiġifieri Franza, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands u r-Renju Unit, u sa ċertu punt, il-Belġju u Spanja, iridu jevalwaw jekk il-politiki u l-għodod tagħhom humiex biżżejjed u effettivi sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom marbutin mal-enerġija rinnovabbli. Anki fil-każ tal-Ungerija u tal-Polonja, mhux ċert jekk dawn jilħqux il-miri dwar l-enerġija rinnovabbli għall-2020. Id-dsatax-il Stat Membru l-ieħor jistgħu jaqbżu – xi wħud saħansitra b’mod konsiderevoli – il-miri tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli għall-2020. Is-sehem dejjem jikber tal-enerġija rinnovabbli jgħin sabiex titjieb is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa.
Barra minn hekk, huma meħtieġa aktar sforzi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-enerġija rinnovabbli tkun integrata aħjar fis-suq u sabiex tiġi żgurata konsistenza b'mod partikolari bejn l-iskemi ta’ appoġġ u l-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-Linji Gwida l-ġodda dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija jkunu rrispettati, inkluż ir-rekwiżit bażiku li tingħata għajnuna fi proċess ta' offerti kompetittiv abbażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, u sabiex l-enerġija rinnovabbli tkun aktar qrib is-suq.
L-Iżvezja hija l-uniku Stat Membru li sa issa impenjat ruħha f’mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiż ieħor (in-Norveġja) marbut mal-enerġija rinnovabbli. It-titjib tal-ambitu ta’ forums reġjonali bħall-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP) sabiex jinkludu l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar l-enerġija rinnovabbli huwa inkoraġġanti. Jenħtieġu aktar inizjattivi bħal dawn, pereżempju fir-rigward tal-Ibħra tat-Tramuntana u tar-reġjun tal-Mediterran.
3. L-effiċjenza enerġetika bħala kontribut għall-moderazzjoni fid-domanda għall-enerġija
Il-progress li sar
Sabiex jintlaħaq livell ambizzjuż ta’ effiċjenza enerġetika sal-2030, il-Kummissjoni bdiet tistabbilixxi għodod u strumenti li jittrattaw l-effiċjenza enerġetika bħala sors ta’enerġija minnu nnifsu. Bħala l-ewwel pass, f’Lulju 2015, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ittikkettar tal-Enerġija 12 . Din il-proposta tagħmel l-acquis eżistenti dwar l-ittikkettar tal-enerġija aktar effiċjenti kif ukoll issaħħaħ l-infurzar. Fl-2015 daħlu wkoll fis-seħħ għadd ta’ miżuri dwar l-ekodisinn u l-ittikkettar tal-enerġija, li għandhom il-potenzjal li jkomplu jnaqqsu l-konsum tal-elettriku tal-unitajiet domestiċi u għaldaqstant il-kontijiet. Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq pjan ta’ ħidma ġdid dwar l-Ekodisinn li - barra milli se jtejjeb l-effiċjenza enerġetika - se jappoġġja fil-futur l-ekonomija ċirkolari.
L-effiċjenza enerġetika għandha rwol importanti fil-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Il-fond diġà jappoġġa proġetti strateġiċi dwar l-effiċjenza enerġetika, per eżempju fi Franza u fl-Italja. Ħafna aktar proġetti għad iridu jiġu approvati. Dan se jkun kumplimentari għall-investimenti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Ir-rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-mira għall-2020 ta' 20 % ta' effiċjenza enerġetika sal-2020 13 , li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni, juri li minkejja l-progress sinifikanti li sar, l-isforzi kollettivi tal-Istati Membri jikkorrispondu biss għal iffrankar ta' 17,6 % ta' enerġija primarja apparagun tal-projezzjonijiet għall-2020 14 . Madankollu, il-Kummissjoni tibqa’ ottimista li l-mira ta’ 20 % tista’ tintlaħaq jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE tiġi implimentata kompletament u b’mod korrett. L-Istati Membri għandhom iżidu l-ambizzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ investiment sabiex l-effiċjenza enerġetika tkompli titjieb fl-Ewropa.
It-triq 'il quddiem
Għad hemm għadd kbir ta’ ostakli sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-effiċjenza enerġetika, bħan-nuqqasijiet fir-rigward tal-informazzjoni u n-nuqqas ta’ għodod finanzjarji apposta. Dan iwassal sabiex jintużaw b'mod limitat l-opportunitajiet għall-effiċjenza enerġetika, il-prodotti u t-teknoloġiji.
Fl-2016, il-Kummissjoni tipprevedi proposti leġiżlattivi sabiex tallinja d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika mal-mira indikattiva fil-livell tal-UE ta’ mill-inqas 27 % għall-2030 (li għandha tiġi rieżaminata sal-2020, filwaqt li jiġi kkunsidrat livell tal-UE ta' 30 %). Huwa daqstant importanti li jkun hemm attenzjoni partikolari fuq il-bini, li l-konsum tiegħu ta' enerġija jirrappreżenta madwar 40 % tal-konsum totali tal-elettriku tal-UE, u madwar kwart tal-emissjonijiet ta' gass b’effett ta' serra diretti li mhumiex fl-ETS. Qed titħejja evalwazzjoni bir-reqqa tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija għar-reviżjoni tagħha.
Il-finanzjament bil-quddiem tal-investimenti meħtieġa għall-effiċjenza enerġetika għadu sfida sostanzjali. L-investimenti għall-effiċjenza enerġetika jeħtieġ li jiżdiedu b'ħames darbiet sal-2030 15 . Bħala kwistjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni se taħdem mas-sħab tagħha sabiex fl-2016 tistabbilixxi skemi li jgħaqqdu proġetti iżgħar għall-effiċjenza enerġetika. Dawn l-iskemi għandhom jipprovdu lill-investituri b’aktar opportunitajiet ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika u jagħmlu l-kapital aktar aċċessibbli għal pjattaformi u programmi nazzjonali, reġjonali jew lokali marbutin mal-effiċjenza enerġetika, speċjalment f’dawk l-Istati Membri li l-iktar għandhom bżonnhom. Dawn se jinkludu t-tisħiħ tal-assistenza teknika u dik għall-iżvilupp tal-proġetti fil-kuntest ta’ Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (European Investment Advisory Hub, EIAH) imwaqqaf mill-Kummissjoni u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, sabiex il-promoturi pubbliċi jiġu megħjuna jistrutturaw il-proġetti tagħhom, u sabiex skemi ta' finanzjament jiġu promossi b’termini u kundizzjonijiet standard, b’mod partikolari fil-qasam tal-bini. Il-Kummissjoni se tniedi l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (PEPI) kmieni fl-2016. L-għan tiegħu huwa li jattira investituri lejn proġetti ta’ investiment tajbin fl-Ewropa. Il-partijiet ikkonċernati fis-settur tal-enerġija huma mħeġġa biex jibagħtu l-proġetti tagħhom biex tinbena massa kritika ta’ proġetti ta’ qabel it-tnedija.
It-tisħin u t-tkessiħ jirrappreżentaw l-akbar użu ta’ enerġija fl-UE. Strateġija apposta għat-tisħin u t-tkessiħ hija ppjanata għall-bidu tal-2016, bil-għan li sseħħ trasformazzjoni intelliġenti f'dan is-settur. L-istrateġija għandha, fost l-oħrajn, tidentifika soluzzjonijiet u miżuri sabiex titnaqqas id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ fis-setturi residenzjali, terzjarji u industrijali, filwaqt li għallinqas jiġu mmonitorjati l-kwalità tas-servizzi u tal-kumditajiet, u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili.
Il-konklużjonijiet politiċi f'livell reġjonali, ta' Stat Membru u tal-UE:
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri addizzjonali biex iħaffu l-livelli ta’ ambizzjoni u l-isforzi tagħhom, sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-effiċjenza enerġetika għall-2020.
Diversi Stati Membri (l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta, Spanja, u l-Iżvezja) innotifikaw miri nazzjonali aktar ambizzjużi għall-2020, murija jew f’konsum tal-enerġija primarju jew finali, u dan huwa inkorraġġanti. Fl-istess ħin ħames Stati Membri baxxew il-livell ta’ ambizzjoni tagħhom għal waħda minn dawn iż-żewġ miri. B’mod ġenerali, il-livelli tal-miri nazzjonali indikattivi għall-2020 stabbiliti, pereżempju mill-Kroazja, mill-Finlandja, mill-Greċja u mir-Rumanija – kif ukoll minn Ċipru, mill-Italja u mill-Portugall, meta murija bħala konsum finali tal-enerġija – mhumiex ambizzjużi biżżejjed fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku mistenni.
Il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Iżvezja kollha se jkollhom inaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija primarja b’rata ogħla fl-2014-2020 milli fil-perjodu 2005-2013 sabiex jilħqu l-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija primarja sal-2020. L-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Litwanja, Malta u s-Slovakkja stabilixxew għalihom infushom miri ta’ konsum finali tal-enerġija għall-2020, li jirrikjedu rati ta’ tnaqqis tal-konsum finali tal-enerġija mill-2014 sal-2020 li jkunu ogħla mir-rati ta’ tnaqqis ta' bejn l-2005 u l-2013.
Fir-rigward tal-intensità tal-enerġija, hemm differenza kbira bejn l-Istat Membru li għandu l-ogħla intensità ta' enerġija fl-industrija (il-Bulgarija), u dak li għandu l-aktar intensità ta' enerġija baxxa (id-Danimarka u l-Irlanda). Fil-biċċa l-kbira, dan huwa marbut ma’ differenzi strutturali bejn l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri kollha ħlief għall-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda u l-Latvja naqqsu l-intensità tal-enerġija fl-industrija u fis-settur tal-kostruzzjoni mill-2005 sal-2013.
Għas-settur tal-ġenerazzjoni, l-indikaturi tal-prestazzjoni analizzati wrew xejra dejjem sejra għall-agħar f’bosta pajjiżi. B’mod partikolari, sehem is-sħana prodott mill-koġenerazzjoni (combined heat and power, CHP) ta' effiċjenza għolja kif ukoll it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’effiċjenza għolja, għandhom jiġu promossi aktar mill-Istati Membri.
4. Is-suq intern tal-enerġija kompletament integrat
Il-progress li sar
Il-kejbils tal-elettriku u l-pipelines tal-gass huma s-sinsla ta’ suq tal-enerġija integrat. Minn mindu saret il-preżentazzjoni ta’ Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija, ġraw ħafna affarijiet. L-inawgurazzjoni tal-kejbil tal-elettriku bejn l-Italja u Malta f’April 2015 temmet l-iżolament enerġetiku tal-grilja elettrika ta’ Malta. It-tlestija tal-Eastlink bejn il-Finlandja u l-Estonja, u n-NordBalt bejn il-Litwanja u l-Iżvezja ppermettiet lill-Istati Baltiċi sabiex din is-sena jipparteċipaw fis-suq tal-elettriku NordPool. Eżempju ieħor ta’ kooperazzjoni tajba hija l-inizjattiva marbuta mal-interkonnessjoni LitPolLink bejn il-Litwanja u l-Polonja, li se tiġi inawgurata f’Diċembru 2015. L-2015 rat ukoll l-inawgurazzjoni ta’ interkonnettur tal-elettriku bejn Franza u Spanja, li rdoppja l-kapaċità tat-trażmissjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Fil-gass, it-terminal il-ġdid tal-Gass Naturali Likwifikat (Liquefied Natural Gas, LNG) fi Klaipeda (il-Litwanja) ġab għall-ewwel darba d-diversifikazzjoni tal-provvista fis-suq tal-gass Baltiku, filwaqt li l-ftehim reċenti dwar l-interkonnettur tal-gass bejn il-Polonja u l-Litwanja se jtemm l-iżolament tal-Istati Baltiċi mis-suq tal-gass intern. L-interkonnettur bejn l-Ungerija u s-Slovakkja huwa wkoll pass importanti, filwaqt li t-tagħmir għall-fluss fid-direzzjoni opposta ġie installat fl-UE kif ukoll fil-fruntieri tagħha mal-Ukrajna sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bidirezzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Baltiċi qablu dwar mira strateġika komuni sabiex jissinkronizzaw is-sistemi tal-enerġija tagħhom man-Netwerk Kontinentali Ewropew.
Fl-2015, il-Kummissjoni ħadmet b’mod intensiv mal-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti Gruppi ta’ Livell Għoli dwar l-interkonnettività tal-gass u tal-elettrilku fil-Peniżola Iberika, u l-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (Central and South Eastern Europe Gas Connectivity, CESEC), kif ukoll issir riforma tal-Grupp ta’ Livell Għoli għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (Baltic Energy Market Interconnection Plan, BEMIP). L-Istati Membri żiedu l-kooperazzjoni fir-raggruppamenti reġjonali, li bdew jagħtu l-frott. Il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk, pereżempju, qabel dwar lista ta’ proġetti prijoritarji 16 , li l-implimentazzjoni tagħhom se tippermetti lill-pajjiżi fir-reġjun sabiex ikollhom aċċess għal mill-inqas tliet sorsi ta’ gass.
Il-Forum dwar l-Infrastruttura tal-Enerġija stabbilit mill-Kummissjoni, li kellu l-laqgħa inawgurali tiegħu f’Copenhagen fid-9 u fl-10 ta’ Novembru, se jaħdem għall-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet bħalma huma l-ostakli regolatorji, l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-aċċettazzjoni pubblika, kif ukoll il-finanzjament.
Il-Kummissjoni ħadmet b’mod intensiv mal-Istati Membri sabiex jitneħħew l-ostakli regolatorji għall-kummerċ transfruntier tal-elettriku u tal-gass. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, hija solviet problemi fi Stati Membri differenti bl-implimentazzjoni sħiħa tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija. L-intenzjoni tal-inizjattiva 17 tal-Kummissjoni dwar it-tifsila tas-suq hija sabiex titwitta t-triq għal aktar allinjament tal-qafas regolatorju Ewropew mar-realtà tas-swieq tal-enerġija Ewropej li kull ma jmur aktar huma integrati. Il-Kummissjoni kompliet tinforza b’mod strett ir-regoli tal-kompetizzjoni fit-Trattat.
Suq intern tal-enerġija li jkun kompletament integrat għandu l-ewwel u qabel kollox iġib benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi. Dan il-prinċipju huwa rifless għal kollox fil-Komunikazzjoni Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija, ta' Lulju 2015 18 . Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi li l-konsumaturi qed jiġu impeduti milli jwettqu r-rwol sħiħ tagħhom fit-transizzjoni tas-sistema tal-enerġija. Mill-perspettiva tal-konsumatur, is-swieq tal-elettriku u tal-gass għadhom mhux qed irendu kif suppost, kif juri d-dokument dwar it-tendenzi tal-konsumaturi tal-enerġija ppreżentat flimkien ma’ dan l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 19 .
It-triq 'il quddiem
Fl-2016, l-atturi kollha għandhom bżonn jintensifikaw il-ħidma tagħhom fuq il-proġetti ta’ infrastruttura. B’mod partikolari, il-Proġetti ta’ Interess Komuni (Projects of Common Interest, PCIs) għandhom bżonn ta’ spinta politika urġenti. Għalkemm 13-il proġett mill-ewwel lista ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni se jitlestew sal-aħħar tal-2015, u ftit aktar minn 100 Proġett ta’ Interess Komuni qegħdin fil-fażi tal-għoti tal-permessi, aktar minn kwart 20 qed jiffaċċjaw dewmien prinċipalment minħabba l-għoti tal-permessi u/jew kwistjonijiet ta’ finanzjament. Il-proċeduri sempliċiment qed idumu wisq biex ikunu effettivi. Sabiex jiġu indirizzati b’suċċess jeħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-linji gwida għall-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija (TEN-E), b’mod partikolari dawk relatati mal-ħruġ tal-permessi.
It-tieni lista ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni, 21 li ġiet adottata flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, tistabbilixxi dawk il-proġetti li huma urġentement meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri tagħna tal-politika tal-enerġija. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal 22 li jakkumpanjaha jelenka t-titjib meħtieġ sabiex jiġi pprovdut is-sies infrastrutturali għal suq tal-enerġija Ewropew integrat. L-ewwel benefiċċji għall-investimenti infrastrutturali tal-istrumenti żviluppati taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi huma mistennija li jseħħu fl-2016. Speċifikament dwar l-elettriku, il-Kummissjoni tipprevedi Komunikazzjoni dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 15 % ta’ interkonnessjoni elettrika għall-2030. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra kif tista’ tiffinanzja proġetti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-UE u tal-Komunità tal-Enerġija.
L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati wrew interess kbir li jikkooperaw fir-Reġjun tal-Ibħra tat-Tramuntana Kważi nofs in-nefqa kapitali għall-proġetti tal-elettriku ta’ interess komuni kollha se tiġi investita fir-reġjun tal-Ibħra tat-Tramuntana. Il-Kummissjoni għalhekk biħsiebha toħloq Grupp ta' Livell Għoli għall-koperazzjoni reġjonali fil-Baħar tat-Tramuntana sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji, finanzjarji u ta’ ppjanar spazjali li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti.
Investiment kontinwu fl-infrastruttura tan-netwerks nazzjonali se jkun meħtieġ ukoll sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet reġjonali. Ta’ tħassib partikolari huma d-distorsjonijiet li infrastruttura nazzjonali insuffiċjenti toħloq meta jkun hemm żoni tal-offerti kbar waħidhom. Il-proċess ta' rieżami taż-żona tal-offerti, imwettaq min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (European Network of Transmission System Operators for Electricity, ENTSO-E), għandu jidentifika restrizzjonijiet kritiċi f'netwerk, u fejn ikun adegwat jissepara ż-żoni tal-offerti għaż-żoni ristretti. Dawn iż-żoni tal-offerti jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi enfasizzata l-ħtieġa għal aktar investiment fin-netwerk.
Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku eżistenti tintuża kompletament għall-benefiċċju tal-integrazzjoni tas-suq. L-infurzar strett kontinwu tar-regoli tal-kompetizzjoni se jiffoka b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li s-swieq mhumiex maqsumin billi artifiċjalment jiġi ristrett l-użu tal-kapaċità eżistenti.
Għall-2016 hemm ippjanati proposti leġiżlattivi sabiex tiġi implimentata t-tifsila ġdida tas-suq. L-għanijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni huma li jkun hemm rabta aħjar bejn is-swieq tal-operaturi u tal-konsumaturi; kooperazzjoni reġjonali msaħħa u aktar kummerċ transfruntier; u l-iżvilupp ta’ swieq għal żmien qasir u għal żmien twil sabiex jintbagħtu l-aħjar sinjali ta’ investiment dwar it-teknoloġiji moderni, kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi tal-elettriku. L-impatt ta’ skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet għandha wkoll tipprovdi sinjali ta’ investiment fit-tul aħjar għall-investimenti b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Il-Kummissjoni qed tiżgura li meta Stati Membri jappoġġaw aktar investiment fis-swieq tal-enerġija tagħhom permezz tal-għajnuna mill-Istat, il-politiki ta' appoġġ jitfasslu f’konformità mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ambjent u għall-enerġija 23 sabiex jiġu evitati distorsjonijiet potenzjali tas-suq. Barra minn hekk, l-Inkjesta li għaddejja bħalissa fis-Settur tal-għajnuna mill-Istat dwar il-Mekkaniżmi ta' Kapaċità Elettrika 24 qed teżamina sa liema punt il-mekkaniżmi ta' kapaċità eżistenti kif ukoll ippjanati jistgħu jfixklu l-effiċjenza tas-suq intern.
Il-Kummissjoni, meta tħejji dawn il-proposti leġiżlattivi, se tagħmel enfasi speċjali sabiex tingħata spinta għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda, bħala mezz sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-flessibbiltà fin-netwerks tal-enerġija. In-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-konsum, id-diffikultajiet sabiex jibdlu l-fornituri u n-nuqqas ta’ kumpens għall-parteċipazzjoni attiva għandhom isiru xi ħaġa tal-imgħoddi.
Il-konsumaturi – kemm ta' unitajiet domestiċi kif ukoll tal-industrija – iridu aktar trasparenza fil-prezzijiet u fl-ispejjeż tal-enerġija. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tħejji, għall-pubblikazzjoni fl-2016, rapport ġdid dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija sabiex tagħti idea ġenerali tal-ispejjeż, tat-taxxi, tal-imposti, iżda wkoll tas-sussidji. Dan se jikkontribwixxi għal aktar diskussjoni infurmata dwar livelli ta’ prezzijiet differenti fl-Istati Membri, il-komponenti differenti tal-prezzijiet tal-enerġija, l-influwenza tagħhom fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea u tal-investiment fl-Ewropa u l-abbiltà tagħhom li jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumatur. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni llum ippreżentat proposta sabiex jittejbu l-istatistiki Ewropej dwar il-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku 25 .
Il-Kummissjoni meta fl-2016 tkun qed tirrieżamina l-leġiżlazzjoni ewlenija, se toqgħod attenta b'mod partikolari biex tipproteġi l-konsumaturi vulnerabbli, bħal fir-rieżami tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jew fil-proposta ta' tfassil ta' suq ġdid, fejn l-obbligi tal-Istati Membri u l-operaturi tas-suq fir-rigward tal-konsumaturi vulnerabbli jista’ jiġu mfissra aħjar. Il-Kummissjoni biħsiebha tiżgura li l-programmi ta’ finanzjament għall-effiċjenza enerġetika huma aċċessibbli għal konsumaturi tal-enerġija foqra u vulnerabbli, u se tara li ttejjeb il-ġbir tad-dejta dwar il-faqar enerġetiku.
Il-konklużjonijiet politiċi f'livell reġjonali, ta' Stat Membru u tal-UE:
Bosta Stati Membri għamlu progress tajjeb fil-ftuħ tas-swieq tal-operaturi tagħhom għall-kompetizzjoni, u dan ħalla benefiċċji sinifikanti. Madankollu, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri, u ħafna Stati Membri għadhom ma implimentawx bis-sħiħ ir-regoli neċessarji li jippermettu swieq kompetittivi u likwidi.
Fir-rigward tal-infrastruttura tal-elettriku, 22 Stat Membru mexjin fit-triq it-tajba sabiex għall-2020 jilħqu l-mira ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 10 %, jew diġà laħquha. Tmien Stati Membri li bħalissa għadhom taħt il-mira ta' interkonnessjoni għall-2020 huma Ċipru, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u r-Renju Unit.
Għad hemm bżonn ta' interkonnessjonijiet sabiex is-suq intern tal-elettriku jiġi approfondit (pereż. fl-Ewropa tal-Lbiċ) anki bejn diversi Stati Membri fit-Tramuntana u fil-Lvant tal-Ewropa (pereżempju l-Ġermanja, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka), jew inkella sabiex tkompli tiżdied il-konnessjoni ta' xi Stati Membri (l-Irlanda u r-Renju Unit) mal-bqija tal-Ewropa tal-Majjistral.
Ir-regolament dwar il-prezzijiet għall-konsumatur irid ikun limitat fiż-żmien u japplika biss għal każijiet eċċezzjonali wara sentenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja 26 . Filwaqt li diversi Stati Membri reċentement abbandunaw b'suċċess ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet għall-utenti aħħarin (l-Irlanda, il-Latvja), il-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi għadhom irregolati b'diversi gradi f’madwar nofs l-Istati Membri, u dan jista' jikkostitwixxi ostaklu għal parteċipazzjoni min-naħa tad-domanda u għall-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi.
L-Istati Membri kollha jeħtieġ li jinfurmaw aħjar lill-konsumaturi dwar l-għażliet tal-effiċjenza enerġetika u jkomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tal-investiment għall-konsumaturi privati. Barra minn hekk, huma meħtieġa aktar miżuri iffukati għall-konsumaturi vulnerabbli, sabiex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u tal-fjuwil b’mod effettiv.
It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-konsumatur permezz tal-introduzzjoni ta' kejl intelliġenti li ġie implimentat b’mod effettiv biss f’xi Stati Membri (b'mod partikolari fil-Finlandja u fl-Iżvezja), kif ukoll sa ċertu punt f’diversi Stati Membri oħra (fosthom id-Danimarka, l-Estonja u n-Netherlands). F’diversi Stati Membri, il-piżijiet amministrattivi jaġixxu bħala ostakoli għall-konsumaturi li għandhom fil-mira li jaqilbu għal fornituri ġodda u għal kundizzjonijiet kuntrattwali aħjar.
Fil-livell reġjonali, sa nofs l-2015, il-biċċa l-kbira tas-swieq tal-operaturi tal-elettriku tal-UE huma konnessi ma’ ġar jew diversi ġirien tagħhom, li juri li hemm sinjali ta’ konverġenza fil-prezzijiet. Fir-rigward tal-gass, is-sitwazzjoni hija aktar kuntrastanti. Minkejja xi konverġenza tal-prezzijiet f'hubs tal-gass ewlenin Ewropej, għad qed jippersistu fl-UE differenzi ċari fil-prezzijiet u inadegwatezza fl-integrazzjoni tas-swieq, parzjalment minħabba l-effetti tal-kuntratti fuq terminu twil u minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet. Is-swieq tal-konsumaturi, kemm tal-elettriku kif ukoll tal-gass, għadhom nazzjonali (jew subnazzjonali). Għandna bżonn ta' aktar sforzi mill-Istati Membri kollha sabiex navvanzaw fl-integrazzjoni reġjonali tas-swieq.
5. Sigurtà tal-enerġija, solidarjetà u fiduċja
Il-progress li sar
L-UE u l-Istati Membri tagħha ddeċidew li jappoġġaw azzjoni aktar koerenti tal-UE dwar il-politika barranija u tal-enerġija li tieħu inkonsiderazzjoni l-iżviluppi ġeopolitiċi. F’Lulju 2015, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar id-diplomazija fl-enerġija flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni 27 . Dawn juru li hemm bżonn li d-djalogi bilaterali u multilaterali jissaħħu, li l-użu ta’ strumenti ta’ politika barranija jittejbu sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni, kif ukoll li s-swieq tal-enerġija trasparenti, sostenibbli u bbażati fuq ir-regoli jiġu promossi.
It-tranżizzjoni lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju se tnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili importati billi timmodera d-domanda għall-enerġija u billi tisfrutta sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u indiġeni oħra. L-investiment f'infrastruttura reżiljeni għandu jieħu inkonsiderazzjoni dan l-ambjent li qed jinbidel, sabiex jiġi evitat li jintilfu elementi essenzjali.
L-2015 kienet ikkaratterizzata minn tensjonijiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna li għadhom għaddejjin sal-lum; mill-prezzijiet taż-żejt persistentement baxxi li ħallew impatt fuq is-swieq tal-enerġija madwar id-dinja kollha; minn inizjattivi ġodda għal infrastrutturi addizzjonali għall-provvista tal-gass naturali mir-Russja; minn perspettivi ġodda li nfetħu permezz tal-ftehim nukleari mal-Iran, kif ukoll minħabba tnaqqis kontinwu fil-produzzjoni domestika tal-fjuwils fossili.
Minkejja s-sitwazzjoni politika diffiċli, l-Ukrajna uriet matul ix-xitwa tal-2014/15 li hija msieħba tat-tranżitu affidabbli għall-gass Russu. L-UE temmen li huwa fl-interess tal-partijiet kollha li l-Ukrajna tibqa’ pajjiż ta’ tranżitu importanti. L-UE tappoġġa b’mod attiv l-isforzi tal-Gvern tal-Ukrajna u ta' Naftogaz sabiex tiżgura li kollox jibqa' kif inhu, b’mod partikolari permezz ta’ riformi strutturali profondi fis-settur tal-gass li l-Ukrajna bħalissa qed twettaq. Huwa essenzjali li dan il-proċess ta’ riforma jibqa' għadddej. Matul l-2015, il-Kummissjoni ffaċilitat b’mod attiv in-negozjati bejn l-Ukrajna u r-Russja sabiex matul ix-xitwa tiżgura il-provvista tal-gass lejn l-Ukrajna. Għalhekk, protokoll vinkolanti ġie inizjalat fil-25 ta’ Settembru 2015 u implimentat mid-9 ta’ Ottubru 2015. Il-kapaċità ta’ flussi fid-direzzjoni opposta mill-UE, b’mod partikolari mis-Slovakkja, lejn l-Ukrajna wkoll żdiedu b’mod sinifikanti matul l-2015, li ppermettew lill-Ukrajna sabiex timporta l-gass minn ġo l-UE u b’hekk tnaqqas id-dipendenza diretta tagħha fuq ir-Russja.
Il-Kummissjoni Ewropea tosserva li hemm pjanijiet ta’ kumpaniji kummerċjali biex jibnu aktar pipelines li jgħaqqdu r-Russja u l-Ġermanja permezz tal-Baħar Baltiku. Jekk jinbnew, Nord Stream 3 u 4 ma jagħtux aċċess għal sors ġdid ta’ provvista u jkomplu jżidu l-kapaċità tat-trażmissjoni mir-Russja lejn l-UE, filwaqt li anke issa, din hija użata biss b’rata ta’ 50 %. Dawn il-pipelines iridu jikkonformaw bis-sħiħ mal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni se tivvaluta kull proġett bħal dan billi tqabblu mal-qafas regolatorju Ewropew fuq il-merti tiegħu stess.
L-UE se tappoġġa biss proġetti ta’ infrastruttura li huma konformi mal-prinċipji ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluża l-Istrateġija tas-Sigurtà tal-Enerġija tal-UE 28 . Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, il-fornituri u r-rotot huma kruċjali sabiex jiġu żgurati provvisti siguri u reżiljenti għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji Ewropej. Is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni hija marbuta mill-qrib mas-sigurtà tal-enerġija tal-viċinat tagħha 29 . Il-Komunità tal-Enerġija għandha rwol ċentrali f’dan ir-rigward, kemm fil-promozzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interkonnessjoni kif ukoll biex jiġi żgurat li r-reġjun jopera skont regoli kompatibbli ma’ dawk tal-UE. F’dan ir-rigward, fis-Summit ta' Vjenna għall-Balkani tal-Punent, il-pajjiżi tar-reġjun iddeċidew li jistabbilixxu suq tal-elettriku reġjonali. Fi ħdan il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk, sitt pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija ssieħbu fil-Memorandum ta' Qbil u qablu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni flimkien ma’ disa’ pajjiżi tal-UE – eżempju mill-aqwa tal-fatt li l-Unjoni tal-Enerġija testendi u ġġib magħha benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Matul l-2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tappoġġa l-proċess tar-riforma fil-Komunità tal-Enerġija. Il-Karta Internazzjonali dwar l-Enerġija ġiet ffirmata b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea fil-Konferenza nhar l-20-21 ta’ Mejju 2015 f'The Hague.
L-iskoperti reċenti tal-gass fil-Mediterran tal-Lvant iżidu l-potenzjal ta' kontribut tar-reġjun tal-Mediterran għas-sigurtà enerġetika tal-Ewropa. Għalhekk, il-kooperazzjoni ssaħħet billi twaqqfu tliet pjattaformi Euro-Med dwar il-gass, is-suq tal-elettriku reġjonali u bil-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Taħdidiet dwar il-Pipeline Trans-Kaspjan, ġew imnedija mill-ġdid u l-ħidma dwar il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar kompliet fl-2015.
L-attenzjoni matul dawn l-aħħar xhur reġgħet inxteħtet bil-qawwa fuq l-elettriku. F’xi Stati Membri l-provvista żejda tal-elettriku naqset matul l-aħħar għaxar snin, u issa qed jissemma r-riskju ta’ tnaqqis fl-elettriku. Sabiex jiġi evalwat fejn qegħdin il-problemi reali fis-sistema tal-elettriku u kif dawn jistgħu jiġu indirizzati, ittieħdu bosta inizjattivi sabiex jiġi żgurat li l-analiżi dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tal-elettriku titwettaq fuq bażi reġjonali u tkun ibbażata fuq metodoloġija komuni 30 .
It-triq 'il quddiem
L-isfidi ġeopolitiċi mhux se jispiċċaw fl-2016. L-UE se jkollha bżonn tkompli bid-diplomazija l-ġdida tagħha dwar l-enerġija b’mod effettiv u titkellem b’vuċi waħda vis-à-vis pajjiżi terzi. Se jeħtiġilha wkoll tiżviluppa l-pjanijiet ta’ azzjoni relevanti marbutin mad-diplomazija dwar l-enerġija sabiex issaħħaħ id-diversifikazzjoni anki permezz ta’ strumenti ta’ politika barranija.
Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass prevista għall-2016 għandha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza tal-UE kontra l-interruzzjonijiet fil-provvista. Se jkun partikolarment importanti t-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri, kemm sabiex jiġu evitati u mtaffija x-xokkijiet fil-provvista kif ukoll sabiex tiġi żgurata s-solidarjetà f’każ ta’ emerġenza. Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta fl-istess ħin strateġija għal Gass Naturali Likwifikat (LNG) u għall-ħżin tal-gass, sabiex tiżgura li l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tieħu l-vantaġġ kollu tal-potenzjal ta’ diversifikazzjoni offrut mill-Gass Naturali Likwifikat. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli tenfasizza l-importanza tal-enerġija b’mod ġenerali u tal-Gass Naturali Likwifikat, b’mod partikolari fin-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (Transatlantic Trade and Investment Partnership, TTIP).
Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jiġi żgurat li l-ftehimiet intergovernattivi (intergovernmental agreements, IGAs) fil-qasam tal-enerġija jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki applikabbli tal-UE, il-Kummissjoni qed tħejji proposta li tirrevedi d-Deċiżjoni attwali dwar il-ftehimiet intergovernattivi.
Sal-aħħar tal-2016, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta strument legali ġdid dwar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku maħsuba sabiex tiżdied it-trasparenza, jiġi żgurat approċċ komuni u jiġu indirizzati aħjar is-soluzzjonijiet transfuntieri għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Dan l-istrument huwa mistenni li jkun integrat bis-sħiħ mat-tfassil mill-ġdid tas-suq tal-elettriku.
Fil-qasam nukleari, il-pubblikazzjoni fl-2016 ta’ Programm Nukleari Illustrattiv (PINC) ġdid se tipprovdi idea ġenerali tal-investimenti previsti mill-Istati Membri sal-2050 għall-istadji kollha taċ-ċiklu nukleari. B’nofs l-Istati Membri tal-UE li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu jiddependu fuq dan is-sors ta’ enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom, din l-inizjattiva għandha ġġib aktar ċarezza dwar il-ħtiġijiet tal-investiment nukleari fuq terminu twil, u dwar il-Ġestjoni tar-responsabbiltajiet nukleari.
Il-konklużjonijiet politiċi f'livell reġjonali, ta' Stat Membru u tal-UE:
L-UE qed tagħmel progress sabiex jiġu ddiversifikati s-sorsi, ir-rotot u l-fornituri tal-enerġija. Madankollu, madwar 40 % tal-importazzjonijiet tal-gass tal-UE fl-2013 ġew mir-Russja, u għadd ta’ Stati Membri għadhom totalment jew fil-biċċa l-kbira dipendenti fuq il-provvista mir-Russja, b’mod partikolari l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja.
Tliet Stati Membri (il-Bulgarija, il-Litwanja u l-Portugall) għad iridu jilħqu l-istandard tal-infrastruttura tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass.
Hemm il-ħtieġa li, b’mod partikolari, ikomplu jiġu konnessi l-Istati Baltiċi u l-Finlandja mas-suq tal-gass Ċentrali Ewropew, sabiex jitjiebu l-konnessjonijiet bejn l-Istati Membri (pereżempju l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Greċja, il-Portugall u Spanja ma’ Franza) u sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal hubs tal-gass likwidu u jistgħu jibbenefikaw mill-kapaċità tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) li l-pajjiżi kienu qed jiżviluppaw jew għandhom il-potenzjal li jiżviluppawha.
F'livell reġjonali, it-testijiet tal-istress imwettqa fl-2014 juru biċ-ċar il-benefiċċji tal-kooperazzjoni reġjonali, sabiex tiġi evitata jew imtaffija kriżi tal-gass. Il-Kummissjoni diġà qed tippromwovi b’mod attiv din il-kooperazzjoni, pereż. permezz tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC). Din il-ħidma għandha titkompla.
L-Istati Membri jridu wkoll isaħħu l-kooperazzjoni (reġjonali) għas-sigurtà tal-provvista elettrika u għall-adegwatezza tal-provvista ġġenerata.
6. Unjoni tal-Enerġija għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività
Il-progress li sar
Ir-riċerka, l-innovazzjoni (R&I) u l-kompetittività huma ta’ importanza kbira sabiex it-tranżizzjoni enerġetika tal-UE titħaffef u jitgawdew il-benefiċċji tagħha f’termini ta’ impjiegi u ta' tkabbir li unjoni tal-Enerġija tista’ ġġib. F’Settembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni "Lejn Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Strategic Energy Technology Plan, SET Plan)" 31 . Dan jagħti impetu ġdid għall-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, billi r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu kkoordinati u prijorizzati aħjar madwar l-Ewropa.
Il-finanzjament huwa fundamentali sabiex fis-suq ikun hemm l-innovazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment qed jiżviluppaw l-isforzi tagħhom skont il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS). F'dan is-sens, il-Proġetti ta’ Dimostrazzjoni tal-Enerġija InnovFin jipprovdu finanzjament għar-riskju fil-forma ta’ self, ekwità u garanziji, li jmorru lil hinn mill-appoġġ tradizzjonali bbażat fuq l-għotjiet. Dan għandu jżid il-kompetittività tal-kumpaniji b'teknoloġija tal-enerġija innovattiva.
L-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet tipprovdi wkoll opportunitajiet ta’ finanzjament għall-investimenti fl-innovazzjoni. Bħala medja, fl-2014, l-Istati Membri użaw jew ippjanaw li jużaw għal skopijiet relatati mal-klima u mal-enerġija madwar 87 % tal-fatturat mill-irkant ta’ kwoti skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, li jammonta għal EUR 3,2 biljun. Fi ħdan il-programm NER 300, finanzjament kumulattiv ta’ EUR 2,1 biljun, li huwa mistenni jiġġenera EUR 2,7 biljun ta’ investimenti privati, huwa maħsub li jiffinanzja proġetti innovattivi f'20 Stat Membru.
Fil-proposti għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, ippreżentata f’Lulju 2015, il-Kummissjoni pproponiet Fond għall-Innovazzjoni ġdid u Fond għall-Immodernizzar ġdid. Il-Fond għall-Innovazzjoni jibni fuq il-programm NER 300, filwaqt li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-innovazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi industrijali. Permezz tal-appoġġ għall-innovazzjoni u għad-dimostrazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, il-Fond għall-Innovazzjoni se jikkontribwixxi wkoll sabiex jitwettqu l-azzjonijiet ewlenin tal-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġiji tal-Enerġija. Il-Fond ta’ Modernizzazzjoni l-ġdid huwa mfassal għal Stati Membri bi Prodott Domestiku Gross (PDG) li per capita huwa taħt is-60 % tal-medja tal-UE, u se jkun immirat sabiex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-enerġija u sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika. Id-Direttiva riveduta dwar l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet tipproponi wkoll regoli aktar immirati dwar rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività internazzjonali tas-setturi l-aktar f’riskju li jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom barra mill-UE.
Barra minn hekk, il-Programm Qafas Orizzont 2020 huwa kruċjali sabiex jiġu appoġġati l-objettivi tar-riċerka u tal-innovazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. Matul il-perjodu 2014-2015 il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha ammontat għal aktar minn EUR 9 biljun sabiex jiġu appoġġati r-riċerka fl-enerġija (inkluża dik nukleari), it-trasport nadif, l-azzjoni klimatika u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-bijoekonomija u t-teknoloġiji abilitanti essenzjali. Barra minn hekk, ir-riċerka u l-enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u l-innovazzjoni huma fost l-aktar oqsma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġent ta' spiss magħżula – għal aktar minn 100 reġjun tal-UE – li jfisser li se jiġi allokat finanzjament konsiderevoli mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għal dan. Il-Pjattaforma ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti dwar l-Enerġija, imnedija mill-Kummissjoni fl-2015 32 , għandha tappoġġja din il-ħidma.
It-triq 'il quddiem
Bħala parti mill-pakkett għall-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-2016, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta strateġija integrata tal-Unjoni tal-Enerġija għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Din l-istrateġija integrata għandha tirrifletti r-riżultati tal-konsultazzjoni li l-Kummissjoni se tniedi mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati dwar tliet aspetti interkonnessi: it-teknoloġiji tal-enerġija, it-trasport u l-kompetittività globali. Dan jinvolvi żieda fl-investiment pubbliku u privat għar-riċerka u l-innovazzjoni, it-tneħħija ta' diżinċentivi għall-innovazzjoni, u li l-ostakli għall-investiment privat jingħelbu. Ir-riċerka minn isfel għal fuq għandha tiġi promossa aħjar bħala l-karatteristika ewlenija ta' ekosistema tal-innovazzjoni ħajja.
Fl-2016 se tingħata attenzjoni għall-koordinazzjoni aktar effettiva bejn l-Unjoni tal-Enerġija, is-Suq Uniku Diġitali u l-Ekonomija Ċirkolari. Dan jikkonċerna, fost l-oħrajn, id-diġitalizzazzjoni progressiva tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport.
It-tranżizzjoni tal-enerġija se twassal għal bidliet f’bosta setturi u għalhekk teħtieġ li s-sħab soċjali jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib. Dan jista’ jinkludi li jiġi żgurat li ħiliet u skemi ta’ taħriġ ikunu jaqblu mal-ħtiġijiet tal-profili tax-xogħol ġodda, li jiġu eżaminati kundizzjonijiet tax-xogħol f’setturi ġodda jew li tiġi ffaċilitata tranżizzjoni soċjalment ġusta f’setturi jew f'reġjuni fejn se jintilfu l-impjiegi. Il-Kummissjoni bdiet ħidma mas-Sħab Soċjali fil-livell Ewropew u se tkompli dan id-djalogu fl-2016. Hija tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jiddiskutu wkoll mas-sħab soċjali l-konsegwenzi tat-tranżizzjoni tal-enerġija u kif dawn l-aħjar jistgħu jiġu antiċipati u ġestiti 33 .
Il-konklużjonijiet politiċi f'livell reġjonali, ta' Stat Membru u tal-UE:
L-industrija Ewropea, l-istituti tar-riċerka u l-atturi innovattivi akkademiċi jinsabu ġeneralment f’pożizzjoni tajba fix-xenarju globali tal-enerġija. Hemm ħafna Stati Membri (fosthom l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit) li għamlu sforzi sinifikanti biex jiġu promossi l-innovazzjoni u l-opportunitajiet kummerċjali fl-effiċjenza enerġetika u fit-teknoloġija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-impjiegi żdiedu fis-settur tal-enerġija rinnovabbli, bi kważi nofs miljun impjieg addizzjonali maħluqin fl-UE f'dawn l-aħħar ħames snin.
Inizjattivi pożittivi reċenti ta’ xi Stati Membri (inklużi Franza, in-Netherlands u l-Portugall) wasslu għal aktar sistemi fiskali favorevoli għall-ambjent u għat-tkabbir. Madankollu, għad hemm opportunitajiet sabiex is-sistema fiskali titbiddel b'tali mod li tistimola l-impjiegi u l-kompetittività filwaqt li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija f’għadd ta’ Stati Membri) 34 . L-Istati Membri li jagħmlu din il-bidla fit-taxxa għandhom fl-istess ħin jiżguraw li jiġu evitati impatti sproporzjonati fuq l-affordabilità tal-enerġija. Huma meħtieġa kundizzjonijiet ewlenin li jippermettu l-innovazzjoni fis-suq. Ir-riformi tat-taxxa, meta jkunu jirriflettu aħjar l-ispejjeż ambjentali u ekonomiċi, pereżempju fil-qasam tat-trasport u l-mobilità, għandhom il-potenzjal li jappoġġaw din it-tranżizzjoni.
7. L-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija
Il-progress li sar
L-Unjoni tal-Enerġija teħtieġ proċess ta' governanza affidabbli u trasparenti, marbut bil-leġiżlazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet marbutin mal-enerġija fil-livell Ewropew, reġjonali, nazzjonali u dak lokali kollha jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
Fuq livell politiku, matul dawn l-aħħar xhur, il-Viċi President Šefčovič kien impenjat biż-Żjarat tal-Unjoni tal-Enerġija. Huwa kien involut fi djalogu ma’ gvernijiet u ma' parlamenti nazzjonali kif ukoll mal-Parlament Ewropew, ma' partijiet ikkonċernati u ma' ċittadini. Dawn iż-żjarat, kif ukoll il-ħafna attivitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ bosta Kummissarji oħra, b’mod partikolari tal-Kummissarju Arias Cañete, huma strumentali sabiex huwa jisma' u jiddiskutu l-Unjoni tal-Enerġija u l-opportunitajiet tagħha għall-UE u għall-Istati Membri tagħha.
Dan il-proċess, appoġġat minn djalogu tekniku mal-Istati Membri, wassal għal stampa ferm aktar ċara tal-opportunitajiet, tal-punti b'saħħithom, tat-theddidiet u tad-dgħufijiet tal-Unjoni tal-Enerġija f'livell ta' Stati Membri, kif jista' jidher fl-Iskeda Informattiva mehmuża li ġiet ivvalidata wara diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri 35 . Dan irriżulta wkoll fil-metodoloġija proposta dwar l-indikaturi ewlenin mehmużin ma’ dan l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 36 . Dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal juri s-sitwazzjoni komparattiva mal-UE kollha għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija bl-użu ta' dawn l-ewwel indikaturi ewlenin. L-indikaturi ewlenin se jintużaw fil-futur sabiex jitkejjel u jinżamm taħt monitoraġġ it-twettiq tal-Unjoni tal-Enerġija.
It-tranżizzjoni tal-enerġija teħtieġ ippjanar strateġiku. Bħalissa madwar terz tal-Istati Membri biss għandhom fis-seħħ stratreġiji komprensivi dwar l-enerġija u l-klima għal wara l-2020, inklużi miri indikattivi nazzjonali għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika. Din hija kwistjoni ta’ tħassib serju fid-dawl tal-ħtieġa li jinħoloq qafas prevedibbli għall-investimenti f’oqsma li ħafna drabi jeħtieġu ppjanar fit-tul.
It-triq 'il quddiem
Pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u l-klima, li jindirizzaw il-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, huma għodod meħtieġa sabiex ikun hemm aktar ippjanar strateġiku. Dawn se jkunu strumentali sabiex jintleħqu l-miri tal-2030. Id-dokument ta’ gwida relatat, mehmuż ma’ dan l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, jipprovdi l-bażi għall-Istati Membri sabiex jibdew jiżviluppaw il-pjanijiet tagħhom għall-perjodu kopert mill-qafas tal-2030.
Sabiex l-iżviluppaturi ta’ proġetti u l-investituri jingħataw iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà f’ambjent li qed jinbidel malajr, il-ħidma preparatorja għandha tibda mingħajr dewmien. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jippreżentaw abbozz ta’ Pjanijiet Nazzjonali fl-2017 bħala l-bażi ta' aktar diskussjonijiet, bil-ħsieb li dawn il-Pjanijiet Nazzjonali jiġu ffinalizzati fl-2018, sabiex ikunu operazzjonali sew qabel l-2021.
Il-pjanijiet nazzjonali wkoll jeħtieġ li jirriflettu l-eżitu tal-konsultazzjonijiet reġjonali f’oqsma li jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa ma’ Stati Membri ġirien. Fl-2016, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta gwida dwar kif tista’ ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali f’sens usa’, u kif il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita approċċi reġjonali.
Sabiex jiġi segwit il-progress, hemm bżonn li titwaqqaf sistema ta’ monitoraġġ trasparenti msejsa fuq l-indikaturi ewlenin kif ukoll fuq ir-rapporti ta' darbtejn f'sena tal-Istati Membri marbutin mal-progress li sar fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni, fl-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija annwali tagħha, biħsiebha tivvaluta l-progress kollettiv li sar fil-livell tal-UE u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi azzjonijiet ta’ politika u miżuri sabiex jiġi żgurat li jitwettqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
Abbażi, fost l-oħrajn, ta' kontroll tal-idoneità fuq l-obbligi tar-rappurtar attwali 37 kif ukoll ta' diskussjonijiet li għadhom għaddejjin mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tipprevedi fl-2016 proposta dwar is-simplifikazzjoni tal-ippjanar u tar-rekwiżiti tar-rappurtar relatati mal-azzjonijiet klimatiċi u enerġetiċi għall-Istati Membri u dwar li l-Kummissjoni tnaqqas malajr kemm jista' jkun il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, f’konformità mal-aġenda ta’ regolamentazzjoni aħjar u li tallinja r-rekwiżiti tal-ippjanar u tar-rappurtar mal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.
8. Konklużjonijiet u t-triq ’il quddiem
Huwa essenzjali li jinżammu l-ambizzjoni, il-bilanċ u l-momentum li nħolqu bit-tnedija tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija fi Frar 2015. L-2016 se tkun sena importanti, sena ta’ twettiq li fiha l-viżjoni strateġika stabbilita fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija se tissarraf f’inizjattivi leġiżlattivi fil-livell tal-UE, f'aktar koerenza meta nittrattaw mas-sħab esterni, u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Unjoni tal-Enerġija.
COM(2015)80.
Miegħu hemm serje ta' rapporti u dokumenti ta’ ħidma tal-persunal bħala l-ewwel pass biex jiġu ssimplifikati l-obbligi ta’ rappurtar tal-Kummissjoni.
Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, COM(2015)610. Il-proposti kollha se jiġu ppreparati skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u ta' regolamentazzjoni aħjar Wħud minn dawn il-proposti se jkunu inizjattivi REFIT.
L-oħrajn huma l-Brażil u l-Kanada.
Mas-27 % jiġi prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u 27 % ieħor jiġi prodott mill-enerġija nukleari.
COM(2014)15 u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjent tat-18/09/2015.
Il-Proċedura għal Ittestjar ta' Vetturi tax-Xogħol Ħafif armonizzata mad-dinja kollha (WLTP) ġiet adottata taħt il-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) fl-2014 sabiex tissostitwixxi iċ-ċiklu tat-test il-qadim jiġifieri ċ-"Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid" (NEDC).
Dan se jiżgura konformità effettiva fil-ħajja reali tal-livell ta' emissjonijiet tal-vetturi mal-valuri ta' limitu regolatorji, u jkun suġġett għat-tolleranzi minħabba l-inċertezzi fil-proċedura tat-test u fl-istrumenti tal-kejl, li se jitnaqqsu progressivament matul iż-żmien.
Ara r-Rapport ta’ Progress tal-Azzjoni Klimatika, COM(2015)576 u SWD(2015)246.
Peress li miri intermedji huma definiti bħala l-medja ta’ sentejn, id-dejta l-ġdida tal-Eurostat tal-2014 tista' tbiddel din il-valutazzjoni.
COM(2015)341.
COM(2015)574, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal SWD(2015)245 li jakkumpanjaha.
COM(2014)520.
Ir-Rapport tal-Gruppi ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Financial Institutions Groups, EEFIG) ( www.eefig.eu ).
COM(2015)340.
COM(2015)339; akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar l-aħjar prattiki għall-konsum proprju tal-enerġija rinnovabbli SWD(2015)114.
SWD(2015)249.
Mal-31 % tal-elettriku u 25 % tal-gass, skont ir-rapport ta’ monitoraġġ tal-ACER dwar l-implimentazzjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni.
C(2015)8052
SWD(2015)247.
ĠU C 200/1 tat-28 ta’ Ġunju 2014.
C(2015)2814.
COM(2015)496.
C36/14, il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Republika tal-Polonja.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill marbutin mad-diplomazija dwar l-enerġija u l-klima (10995/15 u 11029/15).
COM(2014)330.
JOIN(2015)50, flimkien ma’ SWD(2015)500.
Ara pereżempju d-dikjarazzjoni tal-Ġermanja u l-ġirien tagħha dwar is-sigurtà tal-elettriku, http://www.benelux.int/files/4414/3375/5898/Jointdeclaration.pdf .
C(2015)6317.
L-Aġenda għall-ħiliet ġodda madwar l-UE, li l-Kummissjoni qed tħejji, għandha tistabbilixxi miżuri dwar kif jiġu antiċipati aħjar il-ħtiġijiet tal-ħiliet u kif jistgħu jittejbu t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki.
Rapport dwar ir-Riformi tat-Taxxa fl-Istati Membri tal-UE, 2015 (Novembru) — il-Karta dwar it-Tassazzjoni Nru 58; http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_papers/taxation_paper_58.pdf .
L-iskedi informattivi tal-Istati Membri huma inklużi f’SWD(2015)208-209, 217-242.
SWD(2015)243.
Il-punt 10 tal-inizjattivi REFIT, l-Anness II tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni (COM(2015)610).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.11.2015
COM(2015) 572 final
ANNESS
PJAN DIREZZJONALI AĠĠORNAT GĦALL-UNJONI TAL-ENERĠIJA
għal
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT
L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
{SWD(2015) 208}
{SWD(2015) 209}
{SWD(2015) 217 à 243}
Pjan Direzzjonali aġġornat għall-Unjoni tal-Enerġija –
Novembru 2015
Tifsira: SoS: Sigurtà tal-Provvista / IEM: Suq Intern tal-Enerġija / EE: Effiċjenza Enerġetika / GHG: Gassijiet serra / R&I: Riċerka u Innovazzjoni
Dan il-pjan direzzjonali huwa l-istess wieħed bħal dak ippreżentat fl-anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija ta’ Qafas għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar it-Tibdil fil-Klima li Tħares 'il Quddiem", adottata fil-25 ta’ Frar 2015 (COM(2015)80). L-unika informazzjoni ġdida f’din it-tabella hija l-aħħar kolonna, li tagħti aġġornament dwar dawk l-inizjattivi li diġà ġew adottati jew meta l-iskeda taż-żmien inbidlet. Ma tipprovdi l-ebda informazzjoni ġdida dwar l-inizjattivi li oriġinarjament kienu previsti għall-2016 jew għal aktar tard.
Azzjonijiet |
Il-parti responsabbli |
L-Iskeda ta’ Żmien (murija fl-Anness ta' COM(2015)80) |
SoS |
IEM |
EE |
GHG |
R&I |
Kummenti / Aġġornament |
Infrastruttura |
||||||||
L-implimentazzjoni effettiva tal-mira ta’ 10 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku |
Kummissjoni Stati Membri L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali L-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni |
2015-20 |
X |
X |
X |
Adottata fil-25 ta’ Frar 2015 (COM(2015)82) |
||
It-tieni lista ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCI) - li twassal għal Att Delegat tal-Kummissjoni |
Kummissjoni Stati Membri |
2015 |
X |
X |
X |
Att delegat adottat fit-18 ta’ Novembru 2015 (C(2015)8052) |
||
Komunikazzjoni dwar il-progress fit-tlestija tal-lista tal-aktar infrastrutturi vitali tal-enerġija u dwar il-miżuri meħtieġa sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 15 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
||||
Il-Ħolqien ta’ Forum tal-Infrastruttura tal-Enerġija |
Kummissjoni Stati Membri |
2015 |
X |
X |
L-ewwel laqgħa tal-Forum tal-Infrastruttura tal-Enerġija saret fid-9 u fl-10 ta’ Novembru 2015 f’Copenhagen |
|||
Elettriku |
||||||||
Inizjattiva dwar it-tfassil tas-suq u s-swieq reġjonali tal-elettriku u l-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, l-ixprunar tal-kummerċ transfruntier u l-iffaċilitar tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli |
Kummissjoni |
2015-2016 |
X |
X |
X |
X |
Komunikazzjoni Konsultattiva adottata fil-15 ta’ Lulju 2015 (COM(2015)340), bi proposti leġiżlattivi mistennija fl-2016 |
|
Rieżami tad-Direttiva dwar miżuri sabiex ikun hemm is-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
X |
|||
Fil-livell ta' konsumatur |
||||||||
Patt Ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija: L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi, l-użu tar-Rispons tad-Domanda; l-użu tat-teknoloġija intelliġenti; il-ħolqien ta' rabta bejn is-swieq tal-operaturi u dawk tal-konsumaturi; it-tneħħija gradwali ta’ prezzijiet irregolati; miżuri ta' sostenn sabiex jitħarsu l-konsumaturi vulnerabbli |
Kummissjoni Stati Membri |
2015-2016 |
X |
X |
X |
X |
Komunikazzjoni adottata fil-15 ta’ Lulju 2015 (COM(2015)339), bi proposti leġiżlattivi mistennija fl-2016 |
|
Gass |
||||||||
Reviżjoni tar-Regolament dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass |
Kummissjoni |
2015-2016 |
X |
X |
Prevista għall-2016 |
|||
Strateġija dwar il-Gass Naturali Likwifat u l-Ħżin tiegħu |
Kummissjoni |
2015-2016 |
X |
Prevista għall-2016 |
||||
Qafas regolatorju |
||||||||
Rieżami tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u l-qafas regolatorju tal-enerġija |
Kummissjoni |
2015-16 |
X |
X |
X |
Kopert bil-Komunikazzjoni Konsultattiva adottata fil-15 ta’ Lulju 2015 (COM(2015)340), bi proposti leġiżlattivi mistennija fl-2016 |
||
L-enerġiji rinnovabbli |
||||||||
Pakkett dwar l-Enerġija Rinnovabbli: li jinkludi Direttiva ġdida dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-2030; l-aħjar prattiki għall-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u għall-iskemi ta’ appoġġ; politika tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija. |
Kummissjoni |
2015-2017 |
X |
X |
X |
Linji gwida dwar l-aħjar prattiki għall-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli adottati fil-15 ta’ Lulju 2015 (SWD(2015)141) Pakkett dwar l-Enerġija Rinnovabbli previst għall-2016 |
||
Komunikazzjoni dwar l-Irkupru Enerġetiku |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
||||
L-Azzjoni dwar il-Klima |
||||||||
Proposta leġiżlattiva biex tiġi riveduta l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, 2021-2030 |
Kummissjoni |
2015 |
X |
X |
X |
Il-proposta adottata fil-15 ta’ Lulju 2015 (COM(2015)337) |
||
Proposti leġiżlattivi rigward id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u l-inklużjoni tal-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) fil-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 |
Kummissjoni |
2016 |
X |
|||||
L-Azzjonijiet tat-trasport |
||||||||
Prezzijiet ġusti u effiċjenti għal trasport sostenibbli – reviżjoni tad-Direttiva "Eurovignette" u tal-qafas li jippromwovi l-ġbir elettroniku tan-nollijiet fuq livell Ewropew |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
||||
Rieżami tar-regoli dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
||||
Pjan Ewlieni għall-użu ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi |
Kummissjoni Stati Membri Industrija |
2016 |
X |
X |
X |
|||
Rieżami ta’ Regolamenti li jistabbilixxu standards ta' emissjonijiet sabiex jiġu stabbiliti l-miri għal wara l-2020 għall-karozzi u l-vannijiet |
Kummissjoni |
2016 u 2017 |
X |
X |
X |
|||
Tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għal vetturi heavy-duty (trakkijiet u karozzi tal-linja) bil-ħsieb li t-tagħrif għax-xerrej jittejjeb |
Kummissjoni |
2016-2017 |
X |
X |
X |
|||
Rieżami tad-Direttiva dwar il-Promozzjoni ta’ Vetturi Nodfa u Enerġetikament Effiċjenti |
Kummissjoni |
2017 |
X |
X |
||||
Komunikazzjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, li tinkludi pjan ta’ azzjoni dwar il-bijofjuwils tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni u fjuwils alternattivi u sostenibbli oħra |
Kummissjoni |
2017 |
X |
X |
X |
Prevista għall-2016. |
||
Effiċjenza Enerġetika |
||||||||
Rieżami tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
X |
X |
||
Rieżami tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija inkluża l-Inizjattiva għall-Finanzjament Għaqli għal Bini Intelliġenti |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
X |
X |
||
Rieżami tal-qafas tal-effiċjenza enerġetika għall-prodotti (id-Direttiva dwar l-Ittikkettar Enerġetiku u d-Direttivi dwar l-Ekodisinn) |
Kummissjoni |
2015 |
X |
X |
X |
X |
Il-proposta rigward ir-Regolament dwar l-Ittikkettar Enerġetiku adottata fil-15 ta’ Lulju 2015 (COM(2015)341) Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn marbut mal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari ta' Diċembru 2015 |
|
It-tisħiħ tal-użu mmirat tal-istrumenti finanzjarji sabiex ikunu appoġġjati l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika |
Kummissjoni |
2015- |
X |
X |
||||
It-Tisħin u t-Tkessiħ |
||||||||
Strateġija tal-UE għat-Tisħin u t-Tkessiħ – il-kontribut tat-tisħin u t-tkessiħ għat-twettiq tal-objettivi tal-UE dwar l-enerġija u l-klima |
Kummissjoni |
2015 |
X |
X |
X |
X |
X |
Prevista għall-2016 |
Il-Politika Esterna dwar il-Klima u l-Enerġija |
||||||||
Id-diplomazija fil-linji ta' politika tal-UE għall-Enerġija u l-Klima |
Kummissjoni HR/VP Stati Membri |
2015 |
X |
X |
X |
X |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija klimatika adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Lulju 2015 (11029/15) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija enerġetika adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Lulju 2015 (10995/15) |
|
Rieżami tad-Deċiżjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-riward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija |
Kummissjoni HR/VP |
2016 |
X |
X |
||||
Djalogi dwar l-enerġija ġodda u msaħħin ma’ pajjiżi li huma importanti għall-politika tal-enerġija tal-UE |
Kummissjoni HR/VP |
2015 - |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Memorandum ta’ Ftehim dwar sħubija strateġika aġġornata mal-Ukrajna |
Kummissjoni HR/VP Parlament Ewropew Kunsill |
2015 |
X |
X |
Previst għall-2016 |
|||
Memorandum ta’ Ftehim Trilaterali dwar il-pipelines Trans-Kaspji mal-Ażerbajġan u mat-Turkmenistan |
Kummissjoni HR/VP Parlament Ewropew Kunsill |
2015 |
X |
X |
Previst għall-2016 |
|||
Inizjattiva sabiex tissaħħaħ il-Komunità tal-Enerġija |
Kummissjoni Il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija HR/VP |
2015 |
X |
X |
Id-deċiżjonijiet ewlenin li ttieħdu waqt il-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija f’Ottubru 2015 Mistenni Att Konġunt dwar is-sigurtà tal-provvista |
|||
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni Euromed dwar il-gass, l-elettriku, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli |
Kummissjoni HR/VP |
2015-2016 |
X |
X |
Il-pjattaforma tal-gass imnedija f’Ġunju 2015 Il-pjattaforma reġjonali tas-suq tal-elettriku mnedija f’Ottubru 2015 Il-pjattaforma tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi mnedija fl-2016 |
|||
L-adozzjoni u l-iffirmar ta' Karta Internazzjonali tal-Enerġija ġdida f’isem l-UE u l-EURATOM |
Kummissjoni HR/VP |
2015 |
X |
X |
Il-Karta Internazzjonali tal-Enerġija ġiet ffirmata b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea fil-konferenza tal-20 u l-21 ta’ Mejju 2015 f'The Hague. |
|||
Il-kompetittività industrijali |
||||||||
Approċċ Ewropew ġdid għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-enerġija sabiex titħaffef it-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u li jikkonsisti fi - pjan integrat dwar it-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET) - aġenda strateġika għar-riċerka u l-innovazzjoni tat-trasport |
Kummissjoni |
2015-2017 |
X |
Komunikazzjoni dwar il-Pjan SET adottata fil-15 ta’ Settembru 2015 (C(2015)6317) Il-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti tal-enerġija tnediet fl-2015 Strateġija integrata tal-Unjoni tal-Enerġija fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fil-kompetittività, prevista għall-2016 |
||||
Analiżi tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-enerġija (inklużi t-taxxi u s-sussidji) |
Kummissjoni |
2016, u mbagħad kull sentejn |
X |
|||||
Inizjattiva dwar it-tmexxija globali tal-UE fit-teknoloġija u l-innovazzjoni dwar l-enerġija u l-klima sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi |
Kummissjoni |
2015-2016 |
X |
X |
X |
Marbuta ma’ Strateġija integrata u komprensiva tal-Unjoni tal-Enerġija fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fil-kompetittività |
||
Politika kummerċjali msaħħa sabiex tkun iffaċilitata l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji tal-UE |
Kummissjoni |
2015-2019 |
X |
X |
X |
|||
Miżuri trażversali |
||||||||
Rieżami tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u għall-enerġija |
Kummissjoni |
2017-2019 |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Rapport dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà għall-Enerġija; flimkien ma' pjattaforma u pjan direzzjonali għall-Euromed u strateġiji għal-LNG, il-ħżin tal-enerġija u l-kuritur tal-gass tan-Nofsinhar |
Kummissjoni |
2015-2016 |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-rapport (SWD), adottat fit-18 ta’ Novembru 2015 (SWD(2015)404) L-istrateġija dwar l-LNG u l-ħżin tal-gass prevista għall-2016 |
Dejta, analiżi u informazzjoni għall-Unjoni tal-Enerġija: inizjattiva sabiex l-għarfien rilevanti jinġabar flimkien u jkun aċċessibli faċilment fil-Kummissjoni u l-Istati Membri |
Kummissjoni |
2016 |
X |
X |
X |
X |
X |
|
L-Enerġija Nukleari |
||||||||
Ir-Regolament tal-Kunsill li jaġġorna r-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Artikolu 41 tat-Trattat tal-Euratom fid-dawl tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija |
Kummissjoni |
2015 |
X |
X |
Previst għall-2016 |
|||
Komunikazzjoni dwar programm nukleari illustrattiv (PINC) skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom |
Kummissjoni |
2015 |
X |
X |
Prevista għall-2016 |
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.11.2015
COM(2015) 572 final
ANNESS
GWIDA GĦALL-ISTATI MEMBRI RIGWARD IL-PJANIJIET NAZZJONALI DWAR L-ENERĠIJA U L-KLIMA BĦALA PARTI MILL-GOVERNANAZA TAL-UNJONI TAL-ENERĠIJA
għal
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT
L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
{SWD(2015) 208}
{SWD(2015) 209}
{SWD(2015) 217 à 243}
GWIDA GĦALL-ISTATI MEMBRI RIGWARD IL-PJANIJIET NAZZJONALI DWAR L-ENERĠIJA U L-KLIMA BĦALA PARTI MILL-GOVERNANAZA TAL-UNJONI TAL-ENERĠIJA
1.Introduzzjoni
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija adottat fil-25 ta' Frar 2015 jispjega li l-Unjoni tal-Enerġija teħtieġ governanza integrata u proċess ta’ monitoraġġ, sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet marbutin mal-enerġija fil-livell Ewropew, reġjonali, nazzjonali u dak lokali kollha jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
F’Ottubru 2014 – meta ntlaħaq ftehim dwar il-Qafas għall-Klima u għall-Enerġija tal-2030 – Il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal sistema ta’ governanza affidabbli u trasparenti mingħajr l-ebda piż amministrattiv li mhuwiex meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-miri tal-politika tal-enerġija tagħha u fid-19 ta’ Marzu 2015, kkonkluda li sistema ta’ governanza affidabbli u trasparenti trid tiġi żviluppata. Pjanijiet nazzjonali ssimplifikati u integrati dwar l-enerġija u l-klima se jkunu fil-qalba ta’ din is-sistema ta’ governanza. Din is-sistema ta’ governanza ser tibni fuq elementi importanti eżistenti, bħalma huma l-programmi nazzjonali dwar il-klima, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika.
Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet komuni sabiex b’mod konġunt tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Unjoni tal-Enerġija, jitnaqqas il-piż amministrattiv u titjieb it-trasparenza għall-Istati Membri, u tiġi żgurata ċ-ċertezza lill-investituri sas-sena 2030 u aktar tard.
L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi gwida għall-Istati Membri dwar il-proċess ta’ żvilupp tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom marbut mal-enerġija u l-klima, kif ukoll dwar l-elementi ewlenin.
Dan id-dokument iniedi u jispjega l-passi ewlenin fil-proċess gradwali minn issa sal-finalizzazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali fl-2018, inklużi r-rwoli u l-kompiti ewlenin taż-żewġ Stati Membri u l-Kummissjoni. Fl-2016, il-Kummissjoni se tippreżenta inizjattiva leġiżlattiva fuq is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta' ppjanar u ta’ rappurtar u se tippreżenta mudell għall-istruttura tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima sabiex jikkumplimentaw u jkomplu jispeċifikaw din il-Gwida.
1.Prinċipji ġenerali u kamp ta’ applikazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali
Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jadottaw approċċ ħolistiku u jindirizzaw il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija b’mod integrat li jirrikonoxxi l-interazzjonijiet ta' bejn id-dimensjonijiet differenti. Elementi speċifiċi ta’ pjanijiet eżistenti jistgħu jinżammu skont il-qasam u l-perjodiċità tal-proċeduri tal-ippjanar. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom ikopru l-perjodu mill-2021 sal-2030 u jibnu fuq dak li kull Stat Membru għandu jwettaq b’rabta mal-politiki tagħhom għall-2020 u jinkludu wkoll perspettiva sal-2050.
Filwaqt li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jiżviluppaw politiki adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu d-direzzjoni tal-objettivi u tal-politiki nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima b’mod li jkun konformi mat-twettiq tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija miftiehma komunement, b’mod partikolari l-miri tal-2030 (it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-interkonnessjonijiet tal-elettriku) miftiehma mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014. Filwaqt li għal tnaqqis fl-emissjonijiet f'settur li ma jaqax taħt l-ETS, se jitkompla l-approċċ meħud fid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi sal-2030, il-miri fil-livell tal-UE għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika se jintlaħqu permezz tal-isforzi kollettivi tal-Istati Membri kif ukoll permezz ta’ politiki u miżuri fil-livell tal-UE.
Huwa ferm importanti li l-pjanijet nazzjonali jipprovdu prevedibbiltà u ċertezza ta’ terminu twil għall-investiment u li jiżguraw kooperazzjoni u koerenza akbar fost l-approċċi tal-Istati Membri rigward il-politiki dwar il-klima u l-enerġija.
2.Kontenut tal-pjanijiet nazzjonali
Il-pjanijiet nazzjonali għandhom ikopru l-perjodu mill-2021 sal-2030, inkluża perspettiva sal-2050 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-objettivi politiċi ta' terminu twil fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali.
Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
a) Il-Qagħda Attwali
Ħarsa ġenerali lejn is-sistema nazzjonali tal-enerġija u l-kuntest tal-politika tal-pjan nazzjonali fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija (inkluż il-kuntest makroekonomiku, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-taħlita tal-enerġija u s-sitwazzjoni f’kull sottosettur tas-sistema tal-enerġija).
Valutazzjoni tas-sitwazzjoni f’termini ta’ politiki u miżuri attwali dwar l-enerġija u l-klima, inklużi skemi ta' sostenn u sistemi fiskali għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika, li jkomplu jibnu fuq l-esperjenzi sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020 għall-enerġija u l-klima.
Ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet ewlenin ta’ rilevanza transfruntiera inklużi l-opportunitajiet u l-isfidi għal aktar kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali.
L-istruttura amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ politiki nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, inklużi r-responsabbiltajiet tal-korpi amministrattivi ewlenin u l-interazzjonijiet tagħhom.
Il-pjanijiet nazzjonali jistgħu jinbnew fuq l-istrateġiji nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima għas-snin 2020, 2030 u aktar 'il quddiem, f'konformità ma' din il-Gwida.
b) L-objettivi, il-politiki u l-miżuri għall-ħames dimensjonijiet
Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jiddefinixxu l-objettivi għal kull dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. Fir-rigward tal-miri tal-2030 għall-Enerġija, il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali meħtieġa sabiex jintlaħqu b’mod kollettiv il-miri fil-livell tal-UE. Għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-politiki u l-miżuri ppjanati sabiex jintlaħqu l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali stabbiliti skont id-Deċiżjoni riveduta dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.
L-interazzjoni bejn id-dimensjonijiet differenti għandha tiġi stabbilita (pereż. il-kontribut tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-bżonnijiet tal-infrastruttura li jirriżultaw minn użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, eċċ.).
Għal kull objettiv, il-pjan għandu jinkludi deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. Dan għandu jinkludi wkoll valutazzjoni dwar kif dawn il-politiki jinteraġixxu ma’ xulxin sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika u biex jiġi evitat l-irduppjar ta' regolametazzjoni.
Is-sigurtà, is-solidarjetà u l-fiduċja tal-enerġija
Objettivi ta' terminu medju u twil u standards relatati mas-sigurtà tal-provvista, inklużi fir-rigward tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u tal-pajjiżi fornituri, l-infrastruttura, il-ħżin, ir-rispons għad-domanda, ir-rieda li tiġi indirizzata provvista ristretta jew interrotta ta' sors tal-enerġija, u l-użu ta’ sorsi domestiċi alternattivi. L-objettivi għandhom jinkludu l-kooperazzjoni reġjonali u l-miżuri ta’ politika sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, u għandhom ikunu kkoordinati reġjonalment. F’dan il-kuntest, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jibnu fuq il-pjanijiet speċifiċi għas-sigurtà tal-provvista (il-pjanijiet ta' valutazzjoni, il-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza) li huma mfassla skont ir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass.
Strateġiji ta’ politika dwar is-sigurtà tal-enerġija f’sens usa’, inklużi għażliet ta’ politika rilevanti oħra bħal dawk dwar l-iffrankar tal-enerġija jew it-taħlita enerġetika.
L-approċċ ta’ politika ġenerali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija esterna, inkluż permezz ta’ infrastruttura u l-approċċ previst għal ftehimiet governattivi internazzjonali ma’ pajjiżi terzi għandu jkun kopert ukoll kif applikabbli.
Suq intern tal-enerġija kompletament integrat
L-iżvilupp tal-interkonnettività tal-elettriku mill-2021 sal-2030 (il-proporzjon bejn il-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni installata), bil-mira miftiehma ta' 15 % meqjusa għall-2030, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fatturi speċifiċi tal-Istati Membri bħal spejjeż u flussi kummerċjali potenzjali. Dan għandu jinkludi wkoll indikazzjoni tal-proġetti ewlenin maħsubin sabiex tinkiseb l-interkonnettività fil-perspettiva tal-2030.
Għall-infrastruttura tal-enerġija, kif se jiġu implimentati l-proġetti tal-infrastruttura nazzjonali ppjanati kif ukoll il-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs) li għandhom x'jaqsmu mal-Istat Membru, inkluża l-iskeda ta’ żmien. F’dan il-kuntest, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jibnu fuq regolament dwar il-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea.
L-objettivi fir-rigward tal-kompetizzjoni tas-suq, tal-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, l-użu tal-flessibilità fis-settur tal-enerġija, inkluż l-iżvilupp ta’ swieq ta’ terminu qasir, il-kompetittività fir-rispons għad-domanda tas-swieq tal-enerġija, u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji intelliġenti u ta' grilji intelliġenti.
Valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-investimenti infrastrutturali ppjanati u tal-iżviluppi fil-produzzjoni tal-enerġija fuq il-prezzijiet tal-enerġija tal-operaturi u għall-konsumaturi u fuq l-integrazzjoni tas-suq ma’ Stati Membri oħra.
L-effiċjenza enerġetika li tikkontribwixxi għall-moderazzjoni tad-domanda
Politiki u miżuri nazzjonali ppjanati sabiex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-UE ta’ mill-inqas 27 % (li għandha tiġi rieżaminata sal-2020, bil-għan li tiġi 30 %) filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-iffrankar tal-enerġija mistenni minn dawn il-politiki u l-miżuri kif ukoll l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.
Direzzjoni għall-iffrankar tal-enerġija li għandu jiġi kkwantifikat bħala l-livell ta' konsum tal-enerġija primarju kif ukoll finali li jirriżulta sal-2030 għandha tingħata bħala l-kontribut tal-Istat Membru sabiex jilħaq il-mira tal-UE.
Politiki u miżuri nazzjonali ppjanati biex iżidu l-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-bini. Dan jinkludi strateġiji nazzjonali għar-rinnovament tal-bini u programmi ta’ investiment nazzjonali fl-effiċjenza enerġetika.
Id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija
Politiki u miżuri ppjanati sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li jkopru l-oqsma emittenti kollha ewlenin, inklużi t-trasport u l-agrikoltura, sabiex jintlaħqu l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali sal-2030 għas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, stabbiliti skont id-Deċiżjoni riveduta dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, bil-perspettiva li bħala viżjoni u għan fuq terminu twil isiru ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (2050).
Politiki u miżuri nazzjonali ppjanati sabiex tintlaħaq il-mira vinkolanti miftiehma fil-livell tal-UE għall-enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 27 %, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-perspettiva sal-2050.
Id-direzzjoni sabiex mill-konsum finali tal-enerġija gross ikun hemm parti ta' enerġija rinnovabbli sal-2030, flimkien mad-direzzjoni għat-teknoloġiji rilevanti kif ukoll għad-domanda għall-elettriku (il-kapaċità installata u l-enerġija prodotta), għandhom jingħataw bħala kontribut tal-Istat Membru li jkun immexxi mill-ħtieġa li l-mira tal-UE tintlaħaq b'mod kollettiv.
Miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. L-istatus u l-pjanijiet għall-akkoppjament u l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku, miżuri reġjonali għall-ibbilanċjar u għar-riżervi, u għal kif tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistema fil-kuntest tal-enerġija rinnovabbli. Politiki u miżuri nazzjonali ppjanati sabiex jappoġġjaw teknoloġija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
Politiki u miżuri nazzjonali ppjanati sabiex jappoġġjaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.
Jekk l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji speċifiċi, il-pjan għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-implikazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-utilitajiet tal-enerġija u fuq l-integrazzjoni tas-suq ma’ Stati Membri oħra.
Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività
Objettivi, politiki u miżuri stabbiliti fil-livell nazzjonali sabiex jiġi żgurat kontribut adegwat għall-approċċ ġdid Ewropew għar-Riċerka u l-Iżvilupp fl-enerġija sabiex titħaffef it-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Pjan Strateġiku Integrat għat-Teknoloġiji tal-Enerġija (SET).
Strateġiji ta’ politika nazzjonali u programmi ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, tal-effiċjenza enerġetika u teknoloġiji oħrajn b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju inkluż fis-settur tat-trasport, kif ukoll l-introduzzjoni tagħhom fis-suq, inklużi strateġiji li jappoġġaw istituzzjonijiet ta’ riċerka u teknoloġija.
Strateġiji ta’ politika li jirrigwardaw il-kompetittività tas-settur tat-teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju u l-kompetittività f’sens usa’, inklużi s-sussidji, l-impatt fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-ħiliet, is-subsetturi, il-finanzi u r-riżorsi.
Skont kif ikunu applikabbli, l-objettivi relatati mal-kompetittività tas-sistema tal-enerġija u l-kontribut tagħha għall-kompetittività tal-ekonomika bħala tali, kif ukoll għall-kummerċ internazzjonali ta’ teknoloġiji u tagħmir tal-enerġija tal-UE u għall-aċċess ta' swieq ta’ pajjiżi terzi.
c) Projezzjonijiet integrati u indikaturi
Il-pjanijiet nazzjonali għandu jkollhom taqsima separata dwar il-projezzjonijiet bħala l-bażi analitika ta' pjan, inklużi xenarji ta’ referenza u ta' politika li jevalwaw l-impatti relevanti tal-politiki u tal-miżuri proposti. Rapport ta’ progress kull sentejn dwar l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali għandhom jagħmlu użu minn indikaturi ewlenin żviluppati mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kif ukoll projezzjonijiet, politiki u miżuri aġġornati.
Minħabba n-natura trażversali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, hemm bżonn li jiġu vvalutati u vvalidati l-objettivi u l-istrumenti ta' politika bbażati fuq għodod metodoloġiċi integrati. Għal din ir-raġuni, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu projezzjonijiet, għall-perjodu sal-2030 u aktar tard, għas-sistema tal-enerġija u għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra 1 , inkluża perspettiva għall-2050. Il-projezzjonijiet għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni ta’ pereżempju l-kuntest makroekonomiku (bħall-Prodott Domestiku Gross u t-tkabbir tal-popolazzjoni mistennija), il-bidliet strutturali fl-ekonomija li x’aktarx iħallu impatt fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-tendenzi globali tal-enerġija (bħalma huma l-iżviluppi fil-prezz tal-fjuwil fossili internazzjonali) kif ukoll il-prezzijiet tal-karbonju, l-interkonnessjonijiet tal-grilja transfruntieri, u l-ispejjeż tat-teknoloġija. Il-Kummissjoni se tipprovdi rakkomandazzjonijiet tekniċi dwar dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li l-Istati Membri se jiċċaraw meta se jiddevjaw minnhom, pereżempju minħabba r-rekwiżiti ta’ mudell.
Il-pjan nazzjonali għandu jistabbilixxi mill-inqas żewġ xenarji: (i) xenarju ta' referenza abbażi tat-tendenzi attwali u ta' politiki u miżuri eżistenti f'livell nazzjonali u tal-UE; u (ii) mill-inqas xenarju wieħed ta’ politika li jirrifletti l-implimentazzjoni tal-objettivi previsti nazzjonali permezzz ta' politiki u miżuri addizzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inklużi b’mod partikolari l-miri tal-2030, kif deskritti fil-pjan nazzjonali. Is-sinerġiji u l-kompromessi potenzjali bejn il-politiki u l-miżuri jiġu mbagħad enfasizzati.
Il-Kummissjoni tista’ tgħin lill-Istati Membri billi tipprovdi dejta u analiżi. Kontribut importanti jkun ix-Xenarju ta’ Referenza ġdid dwar l-enerġija tal-UE, it-trasport u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, imħejji b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u li għandu jiġi ppubblikat fl-ewwel nofs tal-2016. Xenarji ta' politika u ta’ sensittività jistgħu jingħataw ukoll lill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-ippjanar strateġiku tagħhom, jidentifikaw l-isfidi komuni u jivvalutaw l-implikazzjonijiet tal-għażliet politiċi tal-Istati Membri individwali sabiex jintlaħqu l-objettivi komuni tal-Unjoni tal-Enerġija. Ix-Xenarju ta’ Referenza tal-UE se jirrappreżenta wkoll bażi sabiex jiġi vvalutat il-kontribut kollettiv tal-Istati Membri għall-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati fil-ħin sabiex jippermettu aggregazzjoni fil-livell tal-UE u eventwalment valutazzjoni tal-istat ġenerali tas-sistema tal-enerġija u l-progress li jkun sar. Għaldaqstant l-assunzjonijiet magħmula kif ukoll ix-xejriet tar-riżultati prinċipali tal-ħolqien tal-mudelli li jiddeskrivu s-sistema tal-enerġija għandhom jiġu ppreżentati b’mod ċar u trasparenti.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn indikaturi ewlenin fir-rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni, filwaqt li tibni fuq l-indikaturi proposti fil-Qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija u dawk li diġà jinsabu inklużi fl-iskedi informattivi tal-pajjiż, qed tippreżenta f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal 2 kunċett u l-ewwel analiżi dwar l-indikaturi ewlenin għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija. Hija tipproponi indikaturi għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, pereżempju dwar il-prezzijiet tal-enerġija, il-kompetittività, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija, id-dekarbonizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni jew il-funzjonament tas-suq tal-enerġija.
3.Il-kooperazzjoni reġjonali sabiex jiġu stabbiliti l-pjanijiet nazzjonali
Unjoni tal-Enerġija li tiffunzjona teħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw u jikkooperaw bejniethom fl-iżvilupp tal-politiki tal-enerġija tagħhom. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom għalhekk mill-bidu nett jibnu fuq il-konsultazzjonijiet reġjonali.
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw oqsma adattati għal ippjanar konġunt jew ikkoordinat fir-reġjun tagħhom, u għandhom jikkonsultaw lir-reġjun tagħhom fi stadju bikri tal-proċess ta’ tħejjija. Id-diversi pjanijiet nazzjonali f’reġjun għandhom jikkumplimentaw u fejn possibbli jirrinforzaw wieħed lill-ieħor, bl-użu ta' punti ta' saħħa nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tar-reġjun bl-aktar mod sigur u kosteffettiv. Attenzjoni partikolari għandha tingħata sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat marbut mal-iżvilupp ta’ riżorsi u mal-infrastrutturi ġodda tal-enerġija.
Approċċi komuni u objettivi konġunti jistgħu jżidu l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza tal-investiment fuq terminu twil. Il-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali għandha għalhekk timpedixxi inċentivi avversi u ttaffi l-effetti negattivi possibbli tal-politiki nazzjonali fuq Stati Membri oħra. Il-pjanijiet għandhom għalhekk jinkludu valutazzjoni ta’ kif l-objettivi previsti u l-politiki fil-pjanijiet se jkollhom impatt fuq Stati Membri oħra fir-reġjun u kif il-kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma ta’ politika u fis-subsetturi għandhom jiġu msaħħa.
Forums eżistenti għall-qafas ta’ kooperazzjoni reġjonali, inklużi l-istrateġiji makroreġjonali, jistgħu jintużaw għal dan l-iskop. Il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha b’mod attiv fil-proċess u se tappoġġa l-iżvilupp ta’ forums adegwati ġodda. Huwa importanti li r-reġjuni jkunu bbilanċjati, sabiex dan jippermetti kooperazzjoni bejn diversi dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
Fl-2016 il-Kummissjoni se tipprovdi gwida aktar iddettaljata lill-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni reġjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
4.Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u l-aġġornamenti
Mill-2020 l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti ta' progress kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali. Dawn ir-rapporti ta’ implimentazzjoni se jkunu strument importanti li jgħinu lill-Istati Membri kollha biex jaraw x’inhu jiġri fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.
Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-progress fir-rapport annwali tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija.
L-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali huwa previst li jsir darba fil-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030 sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi li dejjem qegħdin jinbidlu u l-emendi sabiex jitwasslu l-objettivi komunement miftiehma tal-Unjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari l-miri tal-2030 għall-klima u l-enerġija. Fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi ta’ politika tal-pjanijiet nazzjonali, jistgħu jiġu previsti aġġornamenti addizzjonali jekk ikun meħtieġ.
5.Il-proċess u l-iskeda ta’ żmien
Il-preparazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali se tkun proċess dinamiku. Għalkemm l-eżitu tal-proċessi leġiżlattivi li ġejjin għall-leġiżlazzjoni prinċipali tal-UE relatata se jkollu impatt fuq it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali, il-proċess tal-iżvilupp ta’ pjanijiet nazzjonali jeħtieġ li jibda fl-2016 sabiex il-pjanijiet ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati ħafna qabel l-2020, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-leġiżlazzjoni relatata tal-UE.
L-ippjanar u l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti għal oqsma ta’ politika b’miri eżistenti tal-2020 se jibqgħu kif inhuma sas-sena 2020. Ir-rapporti jiġu sinkronizzati mal-proċess il-ġdid tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima. Għall-perjodu ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni se tippreżenta inizjattiva leġiżlattiva fuq is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta' ppjanar u ta’ rappurtar għall-2016 sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati l-koerenza, is-simplifikazzjoni u l-konsistenza bejn id-diversi flussi tal-ippjanar u tar-rappurtar filwaqt li tinżamm il-kwalità tal-informazzjoni u tad-dejta rrappurtati. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri diġà għandhom ikunu kapaċi jikkonsolidaw u jissimplifikaw ċertu ammont ta’ rappurtar qabel l-2020, meta dan jista’ jsir mingħajr bidliet leġiżlattivi u mingħajr ma jħalli impatt fuq l-obbligi sostantivi. Il-Kummissjoni diġà qed tagħti direzzjoni fir-rapporti perjodiċi ta' konsolidazzjoni tagħha mal-ewwel Stat tal-Unjoni tal-Enerġija.
L-iskeda ta’ żmien għall-iżvilupp ta’ pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, li turi l-attivitajiet relevanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, hija ppreżentata fit-tabella fl-aħħar ta’ din it-taqsima.
Sal-ħarifa tal-2016, l-Istati Membri huma mistiedna jippreżentaw l-ewwel riżultati tal-projezzjonijiet integrati tagħhom għal xenarju ta’ referenza. Għandhom jibdew diskussjonijiet reġjonali ma’ Stati Membri oħra. Fl-istess sena, il-Kummissjoni se tiffinalizza x-Xenarju ta’ Referenza tal-UE għall-2016, tipprovdi mudell għall-pjanijiet nazzjonali, u toħroġ gwida dwar il-kooperazzjoni reġjonali. Il-proposti leġislattivi rilevanti rigward id-Deċiżjoni riveduta dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-tfassil tas-suq, u s-simplifikazzjoni tal-obbligi tal-ippjanar u tar-rappurtar se jiġu ppreżentati matul l-2016.
Fl-2017, il-proċess tal-politika nazzjonali dwar il-pjanijiet għandu jinbeda sabiex jippermetti l-validazzjoni politika wiesa’ tal-pjanijiet f'livell nazzjonali u reġjonali, u sabiex il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jiġu finalizzati. Minn Marzu 2017 il-projezzjonijiet integrati li jkopru kemm xenarju ta' referenza kif ukoll xenarju ta' politika għandhom jingħataw lill-Kummissjoni 3 . Dawn il-projezzjonijiet se jkunu parti mill-kontribut ewlieni tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri. L-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fl-2017, u wara jiġu organizzati konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni, b’mod partikolari bil-għan li jintlaħqu kollettivament il-miri u l-objettivi tal-enerġija fil-livell tal-UE. Sussegwentement, il-Kummissjoni se toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali u se tippreżentahom fl-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija sussegwenti.
Fl-2018, għandhom jiġu sottomessi l-pjanijiet finali lill-Kummissjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-konsultazzjonijiet ma’ Stati Membri oħra, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Il-Kummissjoni sussegwentement se toħroġ l-Istat tal-Unjoni talEnerġija inkluża l-ewwel valutazzjoni globali tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima.
Rigward il-miri tal-2030 għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika maqbula fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tevalwa l-isforzi kollettivi ppreżentati fil-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri bil-għan li tilħaq dawn il-miri. Il-politiki u l-miżuri fil-livell tal-UE sabiex jiġu kkumplimentati l-isforzi nazzjonali ħalli tintlaħaq il-mira, fost l-oħrajn, se jiġu stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinovabbli l-ġdida u fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija rieżaminata, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fl-2016. L-applikazzjoni speċifika ta’ xi wħud minn dawn il-miżuri se tiġi stabbilita fi stadju aktar tard abbażi tal-isforzi kollettivi tal-Istati Membri ppreżentati fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom u abbażi tar-rapporti ta’ progress, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar l-enerġija.
Matul il-proċess, il-Kummissjoni se torganizza laqgħat regolari u se timpenja ruħha fi djalogu mal-Istati Membri sabiex tipprovdi appoġġ tekniku, se tanalizza t-tħejjija tal-pjanijiet u tiddiskuti t-triq ’il quddiem.
Fil-proċess ta’ governanza, se tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-Istituzzjonijiet Ewropej rilevanti kollha, b’mod partikolari tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.
Tabella: L-iskeda taż- żmien għall-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima
Stati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016 |
Jibdew jiżviluppaw strateġija globali, l-objettivi ewlenin u jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-politiki tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima Jiżviluppaw għodod metodoloġiċi integrati sabiex jippreparaw xenarji ta' referenza u ta' politika bħala l-bażi analitika ta’ pjanijiet nazzjonali, u jippreżentaw l-ewwel riżultati tax-xenarju ta’ referenza Jibdew konsultazzjonijiet mal-partijiet nazzjonali kkonċernati dwar il-pjanijiet nazzjonali Jibdew diskussjonijiet reġjonali ma’ Stati Membri oħra dwar it-tħejjija ta’ pjanijiet nazzjonali |
Tiffinalizza, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, ix-Xenarju ta’ Referenza tal-UE għall-2016 Tipprovdi mudell għall-pjanijiet nazzjonali, anki dwar varjabbli u parametri ewlenin għall-projezzjonijiet nazzjonali integrati Tipprovdi gwida dwar il-kooperazzjoni reġjonali Tippreżenta proposti leġiżlattivi rigward id-Deċiżjoni riveduta dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika (inkluż is-settur tal-bini), it-tfassil tas-suq, u s-simplifikazzjoni tal-obbligi tal-ippjanar u tar-rappurtar Torganizza laqgħat tekniċi mal-Istati Membri, pereż. dwar għodod metodoloġiċi kif ukoll indikaturi ewlenin Toħroġ it-tieni Stat tal-Unjoni tal-Enerġija |
2017 |
Jiffinalizzaw il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u l-konsultazzjonijiet reġjonali dwar il-pjanijiet nazzjonali Jimpenjaw ruħhom fi proċess politiku nazzjonali dwar il-pjanijiet nazzjonali Jipprovdu projezzjonijiet integrati lill-Kummissjoni li jkopru kemm xenarju ta' referenza kif ukoll xenarju ta' politika. Jissottomettu lill-Kummissjoni abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali abbażi tal-Gwida tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali u l-mudelli |
Tagħti appoġġ tekniku lill-Istati Membri dwar it-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali Tiffaċilita u tappoġġa konsultazzjonijiet reġjonali ma’ Stati Membri oħra dwar il-pjanijiet nazzjonali inkluż l-istabbiliment ta’ forums adegwati Torganizza konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozzi tal-pjanijiet Toħroġ it-tielet Stat tal-Unjoni tal-Enerġija |
2018 |
Jiffinalizzaw il-pjanijiet nazzjonali, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-evalwazzjoni reċiproka tal-Istati Membri u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Jippreżentaw il-pjanijiet nazzjonali finali dwar l-enerġija u l-klima |
Tagħti appoġġ lill-Istati Membri sabiex jiffinalizzaw il-pjanijiet nazzjonali Toħroġ ir-raba' Stat tal-Unjoni tal-Enerġija inkluża l-ewwel valutazzjoni globali tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament |
Ir-rekwiżiti skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ rigward ir-rappurtar dwar il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jiġu osservati.
SWD(2015)243.
Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni, id-dejta stabbilita se tippermetti li jiġu użati dawn il-projezzjonijiet sabiex jintlaħqu l-obbligi ta' rappurtar għall-projezzjoni dwar il-gassijiet serra skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ.