This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0032
REPLIES OF THE COMMISSION TO THE SPECIAL REPORT OF THE EUROPEAN COURT OF AUDITORS "IS EU SUPPORT FOR PREVENTING AND RESTORING DAMAGE TO FORESTS CAUSED BY FIRE AND NATURAL DISASTERS WELL MANAGED?"
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "L-APPOĠĠ TAL-UE GĦALL-PREVENZJONI U R-RESTAWR TAL-ĦSARA LILL-FORESTI KKAWŻATI MINN NIRIEN U DIŻASTRI NATURALI HUMA ĠESTITI SEW?"
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "L-APPOĠĠ TAL-UE GĦALL-PREVENZJONI U R-RESTAWR TAL-ĦSARA LILL-FORESTI KKAWŻATI MINN NIRIEN U DIŻASTRI NATURALI HUMA ĠESTITI SEW?"
/* COM/2015/032 final */
TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI "L-APPOĠĠ TAL-UE GĦALL-PREVENZJONI U R-RESTAWR TAL-ĦSARA LILL-FORESTI KKAWŻATI MINN NIRIEN U DIŻASTRI NATURALI HUMA ĠESTITI SEW?" /* COM/2015/032 final */
TWEĠIBIET
TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI “L-APPOĠĠ
TAL-UE GĦALL-PREVENZJONI U R-RESTAWR TAL-ĦSARA LILL-FORESTI
KKAWŻATI MINN NIRIEN U DIŻASTRI NATURALI HUMA ĠESTITI SEW?”
Sommarju Eżekuttiv
IV. Il-Kummissjoni tqis li
b’mod ġenerali l-miżuri ta’ prevenzjoni tal-foresti kkontribwew
għall-objettivi tal-programmi għall-iżvilupp rurali. Inkisbu
riżultati konkreti u seħħew inqas okkorrenzi ta’ nar. Barra minn
hekk, ittieħdu tagħlimiet li se jiġu applikati b’rabta mal-perjodu
2014-2020, speċjalment fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni
tal-miżura u gwida mtejba. V. Ir-Regolament dwar
l-Iżvilupp Rurali[1] jipprovdi li
l-azzjonijiet preventivi kontra n-nirien għandhom ikopru ż-żoni
li l-Istati Membri jikklassifikaw bħala żoni ta’ riskju ta’ nirien
għoli jew medju skont il-pjanijiet tagħhom ta’ protezzjoni. Dawn
il-pjanijiet ta’ protezzjoni tal-foresta u l-programmi nazzjonali jew
subnazzjonali jew strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri pprovdew bażi
xierqa biex ikunu missielta u prijoritizzati matul l-għażla. Il-Kummissjoni analizzat
is-sitwazzjoni fis-settur tal-foresti inkluż aspetti ta’ prevenzjoni u
monitoraġġ tal-foresti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni tal-2005, li kien jifforma anness mal-Komunikazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Forestrija tal-UE[2]. Ir-Regolament dwar
l-Iżvilupp Rurali talab sbiex il-miżuri forestali jikkontribwixxu
għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Forestrija tal-Komunità.
L-Istrateġija tal-Forestrija msemmija hawn fuq tkopri l-aspetti
ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta’ ġestjoni sostenibbli
tal-foresti. Fir-rigward tal-perjodu
ta’ programmazzjoni ġdid, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni
fis-settur tal-foresti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
tal-2013, li kien jifforma anness mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: "Strateġija ġdida
tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u għas-settur ibbażat
fuq il-foresti".[3] VI. Bħala parti minn
prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, toroq tal-foresti (jew
investimenti oħra) mibnija primarjament għal skopijiet ta’
prevenzjoni kontra n-nirien, jistgħu jintużaw ukoll għal
azzjonijiet preventivi kontra riskji oħrajn kif ukoll għal
xogħlijiet ta' restawr u rimedju, rikreazzjoni jew skopijiet
ekonomiċi. Il-ħolqien ta’ netwerk xieraq tat-toroq tal-foresti mhux
biss jikkontribwixxi għal protezzjoni aħjar tal-foresti kontra
nirien, imma wkoll għal valutazzjoni ekonomika sostenibbli
tar-riżorsi forestali f’ħafna reġjuni. Ta’ spiss, dawn
l-azzjonijiet jeħtieġu li jsiru sabiex jiġi evitat telf komplet
ta’ interess soċjoekonomiku ta’ żoni ta’ foresti li jistgħu jwasslu
biex dawn jiġu abbandunati u, fl-aħħar mill-aħħar,
għal żieda fir-riskju ta’ nar. Rigward il-perjodu
l-ġdid ta’ programmazzjoni, tħejjew dokumenti ta’ gwida sabiex
jiġi żgurat li l-Istati Membri / ir-Reġjuni jużaw
il-miżura b'mod korrett. Barra minn hekk, l-Istati Membri /
ir-Reġjuni jridu jispeċifikaw il-ħtiġijiet u
r-raġunijiet tagħhom aħjar, jekk jixtiequ jespandu d-densità
tas-sistemi tat-toroq tagħhom. VII. Skont
il-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tadotta l-PŻR nazzjonali
jew reġjonali, filwaqt li l-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-kosteffettività
u l-effiċjenza tal-appoġġ huma taħt ir-responsabbiltà
tal-Istati Membri u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tagħhom. Fir-rigward tal-użu
ta’ xogħol manwali minflok makkinarju, xi kultant tali għażliet
jistgħu jiġu marbuta mal-karatteristiċi tat-terren (l-orografija,
l-aspetti ambjentali eċċ.) u għandu jitqies f’kuntest usa’
għall-iżvilupp rurali. VIII. Huwa
meħtieġ bilanċ bejn l-ispejjeż tal-monitoraġġ u
l-valutazzjoni u l-benefiċċji potenzjali tagħhom. B’mod
speċjali, fil-każ ta’ kejl ta’ azzjonijiet preventivi huwa
diffiċli u b’hekk għoli biex tiġi stabbilita katina ta’
kawżalità. Barra minn hekk, l-effettività ta’ interventi tal-forestrija
partikolari tista’ tiġi evalwata biss wara diversi snin jew għexieren
ta’ snin. Fir-rigward tal-perjodu
2014-2020, sar titjib. Pereżempju, indikatur ġdid ta' “erja
appoġġata” għal azzjonijiet preventivi se jinġabru mis-CMEs
(Eżerċizzju ta' Maniġġar ta' Kriżijiet). Barra minn
hekk, sabiex jinkisbu riżultati ta' evalwazzjoni ta' valur, huwa previst
Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali mtejjeb fl-2019. Fil-qafas ta’ dan
ir-rapport, se ssir evalwazzjoni tal-PŻR u se jiġu pprovduti l-ewwel
riżultati dwar l-effiċjenza tal-PŻR. IX. L-ewwel inċiż (b) Il-Kummissjoni tikkunsidra li
l-foresti Natura 2000 jirrappreżentaw valuri ambjentali għoljin u
jipproduċu servizzi ta' ekosistema importanti u diversi. Barra minn hekk,
diversi dispożizzjonijiet Natura 2000 japplikaw għall-foresti
kollha fl-UE, kemm fis-siti ta’ Natura 2000 kif ukoll barra minnhom u
f’dan ir-rigward ir-rwol tal-foresti lil hinn min-netwerk Natura 2000 huwa
rilevanti ħafna wkoll. (c) Il-Kummissjoni
tikkunsidra li r-Regolament tal-Iżvilupp Rurali l-ġdid jinkludi
miżura riveduta dwar il-protezzjoni u l-irkupru tal-foresti.
Il-miżura l-ġdida tista’ tipprovdi appoġġ għal
azzjonijiet li jirrigwardaw il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara
lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali u avvenimenti
katastrofiċi u tista’ tipprovdi wkoll appoġġ għal
azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw organiżmi li jagħmlu
ħsara u mard bil-kundizzjoni li r-riskju li jseħħ diżastru
rilevanti jkun appoġġat b’evidenza xjentifika u rikonoxxut minn
organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi. (e) Għadd ta’
salvagwardji ambjentali huma diġà disponibbli fir-rigward tal-azzjonijiet
appoġġjati. Pereżempju f’Natura 2000 is-sistema ta’ protezzjoni
skont l-Artikolu 6.2 u 6.3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats[4] tiggarantixxi li
kwalunkwe deterjorament sinifikanti ta’ dawn iż-żoni qed jiġi
evitat. F’oqsma oħra, valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali se
jikkontribwixxu wkoll għall-prevenzjoni ta' kontroeffetti ambjentali.
Fl-aħħar nett, għall-azzjonijiet kollha li għandhom
jiġu kofinanzjati mill-fondi tal-UE,jista’ jkun meħtieġ
mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ċertifikat ta’ prattika
ambjentali tajba jew ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala
prekundizzjoni għall-kofinanzjament tal-UE. Fil-perjodu ta’
programmazzjoni l-ġdid, il-prestazzjoni ambjentali tal-benefiċjarji
hija fuq quddiem nett tal-implimentazzjoni tal-miżuri differenti. (f)
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta jiġu applikati l-ispejjeż
standard fil-programmi, l-Istati Membri / ir-Reġjuni għandhom
jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu xierqa u preċiżi u
stabbiliti bil-quddiem b’mod ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat.
Għandu jiġi maħtur korp indipendenti biex jagħmel
il-kalkoli għal kull spejjeż standard jew biex jikkonferma
l-adegwatezza tal-kalkoli. (g) Dokument ta’ gwida
dwar il-kontrolli u l-penalitajiet fl-iżvilupp rurali qed jitħejja u
jiġi diskuss mal-Istati Membri. L-Anness I ta’ dan id-dokument jinkludi
lista ta’ kontroll għall-Istati Membri għall-valutazzjoni
tar-raġonevolezza tal-ispejjeż. It-tieni inċiż (c)
Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni. Il-ħtieġa
għal deskrizzjoni xierqa ta’ azzjonijiet preventivi hija inkluża
fit-taqsima tal-Analiżi tal-Ħtiġijiet fl-istrateġija
fil-PŻR għall-2014-2020 u f’xi każijiet anke fil-livell
tal-Ftehimiet ta’ Sħubija. Il-Kummissjoni
teżamina l-PŻRs sottomessi u tivverifika l-loġika tal-intervent
u l-ħtiġijiet għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni matul il-perjodu
ta’ approvazzjoni tal-programm u titlob li azzjonijiet preventivi jkunu
bbażati fuq pjan ta’ ħarsien taż-żona kkonċernata. (b)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni
se teżamina mal-awtoritajiet nazzjonali l-possibbiltà li l-livell xieraq
ta’ azzjoni fil-qasam ta’ kriterji bażiċi komuni jkun jista’
jiddistingwi bejn żoni forestali biex jiġu kklassifikati bħala
baxxi, medji u għolja ta’ riskju tan-nar. (c) Il-Kummissjoni
diġà qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni twettaq
awditi ta’ konformità fl-Istati Membri sabiex tivverifika li n-nefqa
mħallsa tkun konformi mar-regoli. Jekk matul l-awditi jinstabu
dgħufijiet, japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji. Il-miżuri u
l-aġenziji tal-pagamenti li għandhom jiġu awditjati huma
determinati fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju. L-importanza
finanzjarja għandha rwol ewlieni fil-kwantifikazzjoni tal-esponiment
għar-riskju. Dan ifisser li qasam ta’ awditu bi nfiq għoli
għandu aktar probabbiltà li jiġi kklassifikat ogħla u
soġġettat għal awditu. Il-miżura 226 ġiet awditjata
fl-2014 u se tiġi awditjata fl-2015. (d) Il-Kummissjoni
bħalissa qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni permezz
tal-qafas legali tal-PŻR u gwida addizzjonali. Il-miżura
l-ġdida tkopri skala usa’ ta’ riskji u danni. Għall-perjodu
2014-2020, l-iskeda relevanti ta' miżura li isservi bħala dokument
ta' gwida tinkludi rekwiżiti dettaljati u kjarifikazzjonijiet u bħala
tali jistgħu jservu ta’ għodda ta’ għajnuna għall-Istat
Membru għal tfassil xieraq tal-miżura. L-attenzjoni tal-Istati
Membri/Reġjuni kienet attirata li f’każ ta’ inċertezzi rigward
l-iskop tal-azzjonijiet, hemm miżuri oħrajn immirati
speċifikament biex iżidu l-valur ekonomiku tal-foresti. (e) Il-Kummissjoni
taċċetta r-rakkomandazzjoni. Xi adattamenti ġew
introdotti diġà: pereżempju, l-indikatur "erja
appoġġata” għal azzjoni preventiva tinġabar fis-CMEs
2014-2020. Sabiex jinkisbu riżultati
tal-evalwazzjoni ta' valur qabel, fl-2019 se jiġi introdott Rapport
tal-Implimentazzjoni Annwali. Dan ir-Rapport ta' Implimentazzjoni Annwali
jipprovdi valutazzjoni tar-riżultati tal-Programm u, fejn possibbli,
valutazzjoni tal-impatti.
Introduzzjoni
1. Il-Kummissjoni tqis li billi
l-foresti huma multifunzjonali, u jservu skopijiet ekonomiċi, soċjali
u ambjentali billi jipprovdu servizzi vitali ta' ekosistemi, il-funzjonijiet
tagħhom ma jistgħux jiġu kompletament separati. Għalhekk,
il-miżuri tal-forestrija mmirati primarjament lejn għanijiet
ekonomiċi jistgħu jservu wkoll objettivi soċjali u ambjentali.
Interventi primarjament protettivi jista’ jkollhom ukoll benefiċċji
soċjali, ekonomiċi u ambjentali oħra. Il-karattru speċifiku
tal-proċessi tal-forestrija għandhom jiġu kkunsidrati matul
l-ippjanar, il-ġestjoni u l-kontroll ta’ miżuri forestali. 4. It-tnaqqis taż-żoni
maħruqa jistgħu jkunu minħabba l-implimentazzjoni tajba ta’
sistemi ta’ prevenzjoni tan-nirien fil-foresti ffaċilitat
mill-miżura. L-istatistika turi li
ż-żona maħruqa hija aktar jew inqas f’livell stabbli
bħalissa, li ma jfissirx li ma teżistix theddida dejjem akbar ta’
nirien fil-foresti u diżastri oħra. 5. In-nirien fil-foresti wkoll
għandhom impatt soċjoekonomiku importanti, li jaffettwa
l-għajxien ta' dawk li huma dipendenti fuq il-foresti u joħloq
distorsjonijiet fis-swieq tal-injam u jikkawża diżgrazzji.
OSSERVAZZJONIJIET
21. L-ewwel punt:
Il-Kummissjoni tqis li l-ħidma kontinwa tal-Grupp ta' Esperti dwar
in-Nirien tal-Foresti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Permanenti dwar
il-Foresti li jaġixxi bħala pjattaforma ta’ konsultazzjoni u
informazzjoni mal-Istati Membri jipprovdi tagħrif xieraq lill-Kummissjoni
dwar nirien tal-foresti u diżastri oħra, inkluż l-organiżmi
li jagħmlu l-ħsara u l-mard. Il-PŻRs sottomessi jinkludu
kapitolu dwar id-deskrizzjoni ta’ foresti u s-sitwazzjoni ambjentali u din
l-informazzjoni tappoġġa l-valutazzjoni tal-proposti tal-programm. Barra minn hekk,
l-istabbiliment ta’ modulu ta' Disturbi fil-Foresti tas-Sistema ta'
Informazzjoni Forestali għall-Ewropa (Forest Information System for Europe
(FISE), wara l-Komunikazzjoni reċenti dwar l-Istrateġija tal-Foresti
tal-UE, se ssaħħaħ il-ħarsa ġenerali lejn
diżastri naturali relatati mal-foresti. It-tieni punt:
Il-PŻRs jinkludu l-analiżi SWOT li tiggwida lill-Istati Membri u
lir-reġjuni sabiex jagħmlu għażliet strateġiċi
dwar il-prijoritajiet, l-objettivi u l-miżuri li għandhom jiġu
inklużi fil-programm u għandha tkun stabbilita wkoll linja bażi
għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm. Tweġiba komuni 22-24: Hemm differenzi
bijoġeografiċi u klimatikament relatati sinifikanti fl-Istati Membri
miċ-Ċirku Nordiku għall-Oċean Indjan (il-Gżira ta’
Reunion FR), għalhekk, il-klassifikazzjoni tan-nirien tal-foresti
għandhom jirriflettu l-karatteristiċi tar-reġjun taħt
riskju tan-nar. Ir-Regolament Nru 2158/92
talab li din il-klassifikazzjoni għandha tiġi proposta mill-Istati
Membri u approvata mill-Kummissjoni. Fil-FAEŻR attwali, l-Istati
Membri mhumiex mistennija li jipproponu l-klassifikazzjoni ta’ żoni
b’livelli ta’ riskju differenti lill-Kummissjoni. Hija l-kompetenza tal-Istati
Membri li jagħżlu żoni bħal dawn. L-Istati Membri
l-ġodda kollha huma fil-Grupp ta’ Esperti dwar in-Nirien tal-Foresti u
jikkooperaw fl-attivitajiet tal-EFFIS. Tagħrif dwar in-nirien tal-foresti
huwa għalhekk disponibbli. Dawn id-dispożizzjonijiet jindikaw
l-intenzjoni komuni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jżommu
l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ nirien fil-foresti mmirat u koerenti kemm
jista’ jkun, filwaqt li jitqiesu d-differenzi sinifikanti bejn
il-kundizzjonijiet bijoġeografiċi tal-Istati Membri. Wieħed mill-objettivi
fl-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien
tal-Foresti huwa li jkun hemm informazzjoni armonizzata dwar in-nirien
fil-foresti madwar l-Ewropa. Din l-informazzjoni hija essenzjali f’attivitajiet
ta’ kollaborazzjoni reċiproka dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda
tan-nirien fil-foresti. 25. Is-servizzi tal-Kummissjoni
huma konxji tar-riskju ġenerali ta’ Stat Membru jew reġjun
fl-analiżi tal-PŻRs. Il-Kummissjoni pproponiet
metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ nirien fil-foresti
fil-kuntest tal-attivitajiet tal-EFFIS. Madankollu, hija meħtieġa
aktar ħidma, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, sabiex tinstilet mappa
armonizzata tal-fattur ta’ riskju ta’ nirien fil-foresti tal-Ewropa. 26. Il-Kummissjoni stiednet
lill-awtoritajiet Slovakki biex jirrevedu sostanzjalment il-metodoloġija
ta’ klassifikazzjoni ta’ żoni forestali b’riskju ta’ nirien fl-Ittra ta’
Osservazzjonijiet indirizzata matul in-negozjati tal-PŻR 2014-2020.
Il-Kummissjoni se teżamina mill-qrib mal-awtoritajiet Slovakki
l-istabbiliment tal-ħtiġijiet għall-perjodu 2014-2020 b’kont
meħud tad-dejta fit-tul dwar l-okkorrenza ta’ nirien u l-proporzjonalità
tal-finanzjament mal-prevenzjoni. 27. Il-Kummissjoni tqis li
għandha informazzjoni komprensiva dwar l-evoluzzjoni storika u
l-evoluzzjoni pproġettata ta’ diżastri naturali u avvenimenti
katastrofiċi oħra, l-iżvilupp potenzjali ta’ organiżmi ta’
ħsara u mard fil-kuntest ta’ FISE u permezz ta’ studji (eż. dwar
l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima[5] jew studji oħra
dwar diżastri[6]). Madankollu, dik
l-informazzjoni ma ġietx armonizzata madwar l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni ssegwi wkoll it-talbiet tal-Istati Membri għal attivazzjoni
ta’ Fondi ta’ Solidarjetà Ewropea wara diżastri kbar u t-talbiet
tagħhom għal modifiki tal-programmi ta’ żvilupp rurali. Barra
minn hekk, l-Istati Membri regolarment jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti
tal-Forestrija dwar avvenimenti estremi maġġuri. 28. Il-Kummissjoni bħalissa
qed taħdem fuq l-istabbiliment ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Forestali
għall-Ewropa (Forest Information System for Europe (FISE)). Prototip
tas-sistema se tkun disponibbli u tiġi ppreżentata lill-Kumitat
Permanenti tal-Forestrija f’Diċembru 2014. 29. Il-Kummissjoni tqis li
għandha livell xieraq ta’ għarfien dwar it-tipi ta’ diżastri
naturali li jaffettwaw lill-foresti u wkoll dwar il-ħtiġijiet
għall-prevenzjoni tad-diżastri għall-analiżi tal-PŻRs permezz
ta’ kuntatti diretti mal-Istati Membri u r-reġjuni, laqgħat regolari
tad-Diretturi tal-Foresti tal-UE u l-ħidma kontinwa tal-Kumitat Permanenti
tal-Forestrija u l-FISE. 30. Meta wieħed iqis, m’hemm
l-ebda definizzjoni komuni ta’ “l-aktar żoni ta’ valur tal-foresti”,
il-Kummissjoni se tappoġġa t-twaqqif ta’ xi tip ta’ “qafas ta’
azzjoni ta’ prijorità” għall-kofinanzjament tal-UE, simili għal dik
li diġà teżisti fl-Istati Membri kollha għall-finanzjament ta’
Natura 2000 permezz ta’ fondi differenti tal-UE. Il-prijoritajiet tal-Istati
Membri kif ifformulati f’dak il-qafas imbagħad jiġi rifless
fl-għażla. Tweġiba komuni
għal 31 – 33 Wieħed mill-kriterji
stabbiliti mill-Awtorità ta’ Ġestjoni għall-għażla
tal-operazzjonijiet huwa l-koerenza mal-Pjan Forestali Reġjonali, u ma’
strumenti oħra ta’ ppjanar tal-foresti. Dan jiżgura ċerta
kwalità tal-operazzjonijiet magħżula u tingħata prijorità
għall-interventi f’żoni b’riskju ogħla ta’ nirien fil-foresti. Barra minn hekk, fir-rigward
tal-programmi ta' prevenzjoni tan-nirien fil-foresti appoġġati
mill-fondi tal-UE mill-1992, l-Istati Membri għandhom kompetenza
konsiderevoli fil-prijoritizzazzjoni tal-proġetti. Fil-livell reġjonali/ta' SM
il-pjanijiet ta’ protezzjoni tal-foresta fihom l-informazzjoni dwar kif
jiġu ttrattati nirien fil-foresti u diżastri oħra. L-informazzjoni
hija disponibbli wkoll
fil-livell amministrattiv ta’ provinċji (livell NUTS-3) dwar il-lokalità,
id-daqs u l-kawżi ta' nirien fil-foresti. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni
l-ġdid, il-Kummissjoni talbet li fil-programmi ta’ żvilupp rurali
l-prevenzjoni u l-ħtiġiet ta’ protezzjoni għandhom jiġu
infurzati mil-pjan għall-protezzjoni tal-foresti. 34. L-Awstrija stabbiliet sistema
għall-għażla ta’ proġetti li ġiet approvata
mill-Kumitat ta’ Superviżjoni fid-19 ta’ Ġunju 2014. Is-sistema
tinvolvi approċċ fuq 3 stadji mibnija fuq il-kundizzjonijiet
tal-eliġibbiltà kif deskritti fil-miżuri, dispożizzjonijiet
legali nazzjonali oħra u, jekk rilevanti, dwar kriterji aktar dettaljati.
Din is-sistema l-ġdida għandha tiżgura livell għoli ta’
kwalità tal-operazzjonijiet magħżulin għall-perjodu ta’
programmazzjoni 2014-2020. 35. L-Istati Membri ilhom
jistabbilixxu l-PAFs (Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità) għall-finanzjament
tan-netwerk Natura 2000 tagħhom sa mill-2012. Fil-perjodu finanzjarju
l-ġdid dawn il-PAFs se jirrappreżentaw għodda utli ħafna
għall-prijoritizzazzjoniji tal-azzjonijiet f’siti Natura 2000.
Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-azzjonijiet proposti għal siti Natura
2000 ikunu f’konformità mal-PAFs tal-Istati Membri rispettivi, iżda wkoll
azzjonijiet f’żoni li huma ambjentalment importanti oħra bħal
pereżempju parks nazzjonali se jingħataw prijorità xierqa. Il-Kummissjoni tikkunsidra li
l-foresti huma multifunzjonali u valuri ambjentali għandhom jitqiesu
f’kuntest xieraq. Għalhekk, il-kriterji tal-għażla
żviluppati mill-programmi għandhom jinvolvu wkoll aspetti oħra
ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, bosta
dispożizzjonijiet Natura 2000 japplikaw għall-foresti kollha
fl-UE, kemm fis-siti ta’ Natura 2000 kif ukoll barra minnhom. Kaxxa 1
- Il-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet ambjentali fil-livell
tal-Istati Membri L-Awtoritajiet
Slovakki pproponew l-inklużjoni ta' kriterji ambjentali fost il-kriterji
tal-għażla tas-submiżuri 8.3 u 8.4 (prevenzjoni u restawr ta'
ħsara fil-foresti) taħt il-PŻR 2014-2020. Fir-rigward
ta’ interventi speċifiċi fi Franza, dawn għandhom
jintgħażlu skont il-kundizzjonijiet lokali. Fil-każ ta’
ħamrija tar-ramel xotta b’kontenut organiku limitat ħafna fis-saff
tal-wiċċ, l-utilizzazzjoni tal-gafef jistgħu jitqiesu bħala
xierqa u jista’ jipprovdi soluzzjoni malajr sabiex tiġi restawrata
fiż-żona danneġġata. F’ċerti oqsma, fir-rigward
tal-kundizzjonijiet bijoġeografiċi speċifiċi tagħhom,
sistema xierqa ta’ reazzjoni rapida hija meħtieġa
għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta’ organiżmu ta' ħsara u
mard (li jista’ jkollhom effetti negattivi fuq foresti mhux
danneġġati jew protetti), li jnaqqas ir-riskju tan-nirien fil-foresti
u tiġi evitata d-deżertifikazzjoni għandu jkun prijorità
għolja. 37. Toroq tal-foresti li jservu
għanijiet ta’ prevenzjoni ta’ nirien jistgħu jintużaw wkoll
għal skopijiet oħra. Huma għandhom rwol importanti fir-ristawr u
l-prevenzjoni ta’ effetti negattivi ta’ diżastri. Barra minn hekk il-bini
ta' żewġ tipi ta’ toroq, wieħed għall-prevenzjoni tan-nirien
fil-foresti u oħra għal skopijiet oħra, jista’ jwassal għal
trattament ineffettiv u bi spejjeż għolja ta’ investiment. Fis-Slovakkja toroq tal-foresti
mibnija għall-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti fil-qafas tal-programmi
għall-iżvilupp rurali ġew użati b’mod effiċjenti
għal azzjonijiet ta’ restawr malajr wara l-maltempati attwali u riħ
qawwi. L-aċċess imtejjeb għen biex jitnaqqas ir-riskju ta’
diżastri ulterjuri (nirien jew tifqigħat ta' organiżmi ta'
ħsara) u bl-għajnuna ta’ aċċess xieraq id-disturbi
tal-ħamrija ġie minimizzat li salva materji organiċi
tal-ħamrija u kien ta’ benefiċċju għall-flora u l-fawna
tal-ħamrija. Ma hemm l-ebda mekkaniżmu
effiċjenti għall-protezzjoni tal-foresti minn diżastri
kkawżati mir-riħ jew borra. Għalhekk, l-azzjonijiet jiffukaw
primarjament fuq il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti. L-azzjonijiet ta’
prevenzjoni qatt ma jkunu marbuta ma’ ħsarat abijotiċi li
seħħew, iżda biex dawn jiġu evitati. Għalhekk,
il-proporzjon ta’ appoġġ pubbliku fuq azzjonijiet ta’ prevenzjoni
kontra n-nirien ma jistax jintrabat direttament mad-dannu kkawżat minn
nar. Ara wkoll ir-risposta
għall-punt 50. 38. Il-valutazzjonijiet dwar
ir-riskji għall-foresti huma ffinanzjati minn fondi nazzjonali u tal-UE.
L-Awstrija tattribwixxi ċerti ammonti (kwoti) tal-fondi tal-UE
għar-reġjuni differenti. Il-kumplament huwa ffinanzjat minn fondi
nazzjonali.
Risposta komuni għal 39 - 41:
Il-baġit
tal-miżura 226 huwa disponibbli għat-tipi kollha ta’ foresti, privati
u pubbliċi. Għalkemm matul l-implimentazzjoni tal-programm il-foresti
pubbliċi rċevew appoġġ finanzjarju akbar, dan huwa
newtralizzat f’termini ta’ ettari appoġġati. Skont ir-rapport ta’
progress annwali 2013 għal Andalusia, 78 % taż-żona tal-foresta
appoġġata kienet privata.
Il-Kummissjoni tqis li huwa
f’idejn l-Istati Membri u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni biex
jintgħażlu l-aħjar proġetti filwaqt li jitqiesu
l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u ġeografiċi tagħhom
u li jiġġustifikaw kemm hu adegwat il-kalkolu tal-ispejjeż
applikati.
L-appoġġ għal attivitajiet
li jirrikjedu ħafna ħaddiema jista’ jkun marbut
mal-karatteristiċi tat-terren (l-orografija, l-aspetti ambjentali
eċċ.) u għandu jitqies f’kuntest usa’ għall-iżvilupp
rurali. 42. Il-Kummissjoni tqis li
l-ħruq, bħala metodu ta’ żoni tal-ikklerjar hija operazzjoni
riskjuża ħafna. Dan huwa soġġett għal kundizzjonijiet
amministrattivi restrittivi ħafna u mhuwiex aċċettat
soċjalment. 44. Il-Kummissjoni tqis li
minħabba ż-żieda fil-frekwenza u l-qawwa ta’ mewġiet ta’
sħana u nixfiet twal (“kawża primarja”), li taħt ċerti
kundizzjonijiet tista’ wkoll tkun dikjarata bħala diżastri naturali,
xi programmi introduċew azzjonijiet kontra “danni sekondarji”
(organiżmi li jagħmlu l-ħsara u mard) li jipprevjenu skala ikbar
ta’ proliferazzjoni ta’ ħsarat li jikkawżaw konsegwenzi ambjentali u
soċjoekonomiċi serji. Għaldaqstant, jista’ jingħad li
l-interventi appoġġati permezz ta’ miżuri
għall-iżvilupp rurali kkontribwew b’suċċess għall-għan
tal-miżura u tal-programmi rispettivi. 45. Il-Kummissjoni kkunsidrat
il-fatt li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Awstrija ffaċċjat
problemi bl-implimentazzjoni tal-miżuri 224 u 225. Minkejja
l-inkoraġġiment kostanti, dawn il-miżuri ma ġewx
implimentati b’suċċess. Għal din ir-raġuni l-Awstrija
approvat proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu l-potenzjal
tal-forestrija wkoll taħt M 226. 46. Il-Kummissjoni tqis li fuq
il-bażi tal-għarfien disponibbli dwar il-foresti — l-interazzjoni
fil-klima, id-diversifikazzjoni tal-foresti u introduzzjoni ta’ bosta speċi
ta’ siġar tista’ ttejjeb ir-reżiljenza tal-foresti kontra ħafna
diżastri u nirien u tista' wkoll ittejjeb l-adattabilità għat-tibdil
fil-klima. Dawn id-diversifikazzjonijiet għandhom jiġu introdotti
qabel ma jseħħ diżastru, abbażi ta' opinjonijiet esperti,
pjanijiet ta’ protezzjoni tal-foresta u strateġiji ta’ adattament fit-tul
tal-foresti jew għall-klima. 47. Minħabba l-fatt li
ż-żieda tal-frekwenza jew frekwenza ta’ avvenimenti
meteoroloġiċi estremi huwa previst mir-rapport IPCC[7] il-Kummissjoni tqis li
din il-miżura hija xierqa biex tipprovdi rispons f’waqtu għal
diżastri futuri. Fir-rigward tal-fagu, mhux biss
insetti iżda wkoll fungi varji jistgħu jkunu ta’ ħsara
għall-injam li jikkawża telf ta’ valur sinifikanti u jifirxu r-riskju
ta’ organiżmi ta' ħsara u mard lill-foresti li ma jkollhomx
ħsara preċedenti li huwa ta' detriment għal ekosistemi
b’saħħithom. Il-każ speċifiku
identifikat mill-Qorti ser jiġi eżaminat mill-Kummissjoni. Kaxxa 3 -
Eżempji ta’ nuqqas ta’ informazzjoni jew dokumentazzjoni marbuta
mal-għoti ta’ appoġġ taħt il-miżura 226 Is-sitwazzjoni
ġiet irrimedjata. F’Aquitaine immaġni bis-satellita issa huma
użati għat-traċċar taż-żoni bil-ħsara. Kull
ġonta raba' bi ħsara għandha tiġi kkontrollata minn espert
li jivverifika l-portata tagħhom, qabel ma jitlob il-kumpens.
Imbagħad, is-servizzi tal-Istat jipproċessaw l-applikazzjonijiet u
jwettqu verifiki fuq il-post fuq bażi ta’ kampjuni qabel ma jipprovdu
kumpens. L-awtoritajiet
Slovakki ammettew żball amministrattiv u infurmaw lill-Kummissjoni li
l-proċeduri interni rilevanti kienu diġà ġew
aġġornati. 50. Toroq tal-foresti
jistgħu jservu diversi għanijiet: jiffaċilitaw
l-aċċess f’każ ta’ nirien fil-foresti, jipprovdu
aċċess għal operazzjonijiet ta’ prevenzjoni kontra n-nirien, kif
ukoll l-estrazzjoni tal-injam u prodotti forestali oħra. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni
li toroq tal-foresti mibnija għall-fini ta’ prevenzjoni tan-nar
jistgħu wkoll iservu għanijiet oħra, sakemm il-funzjoni
oriġinali tagħhom ma tiġix imfixkla minn użu alternattiv. Ara wkoll ir-risposta
għall-punt 51. 51. L-użu tat-toroq
tal-foresti għal skopijiet ekonomiċi ma jikkompromettux r-rwol
tagħhom fil-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti. It-tħaffif u
t-tneħħija tal-bijomassa huwa parti importanti ta’ miżuri ta’
prevenzjoni ta’ nirien fil-foresti. It-toroq huma wkoll użati għal
trasport tal-injam bħala parti minn attivitajiet ta’ ħarsien
meħtieġa. B’kollox, l-użu multiplu ta' dawn it-toroq iżid
il-kosteffiċjenza mil-lat ta’ spejjeż tal-investiment. 52. L-użu tat-toroq tal-foresti
għal skopijiet ekonomiċi ma jistax jikkomprometti l-kapaċità
tagħhom li jservu skopijiet ta’ prevenzjoni ta' diżastri tal-foresti. 53. Il-Kummissjoni tqis li
minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet bijoġeografiċi,
ġeoloġiċi u ekoloġiċi tal-foresti lokali, ivarjaw
b’mod sinifikanti madwar l-UE, l-istabbiliment ta’ kriterji dwar rekwiżiti
minimi fil-livell tal-UE jista’ jkun problematiku. Dawn ir-rekwiżiti
minimi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell l-aktar xieraq. Barra minn hekk, il-ħolqien
ta’ netwerk xieraq tat-toroq tal-foresti mhux biss se jikkontribwixxi għal
protezzjoni aħjar tal-foresti kontra nirien, imma wkoll fuq valutazzjoni
ekonomika sostenibbli tar-riżorsi forestali f’ħafna reġjuni. Dan
huwa spiss bżonnjuż biex jiġi evitat telf komplet ta’ interess
soċjoekonomiku ta’ żoni forestali li jista’ jwassal
għall-abbandun tagħhom u, fl-aħħar mill-aħħar,
anki għal żieda fir-riskju ta’ nar. 54. Il-Kummissjoni tqis li
d-densità tat-toroq tal-foresti jista’ jkun ogħla jew inqas skont
il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u bijoġeografiċi lokali.
Barra minn hekk, toroq tal-foresti jistgħu jservu diversi żoni u
stabbilimenti u jista’ jagħti l-każ li xi sezzjonijiet ta’ triq
forestali jkopru oqsma fejn diġà hemm livell xieraq ta’ densità
tat-traffiku. Fil-PŻRs tal-2014-2020, il-Kummissjoni stiednet
lill-awtoritajiet Slovakki biex jinkludu, bħala wieħed mill-kriterji
tal-għażla, id-densità tat-toroq fiż-żona. Kaxxa 5
- Eżempji ta’ nuqqas ta’ ġustifikazzjoni ta’ spejjeż standard Rati
varjabbli ta’ għajnuna ma kinux esklużi fil-perjodu ta’
programmazzjoni li għadda. Madankollu, dawn mhumiex permessi fil-perjodu
ta’ programmazzjoni l-ġdid. Eżempju
2 Ara
t-tweġiba għall-punt 57 57. L-appoġġ għal
attivitajiet li jirrikjedu ħafna ħaddiema jista’ jkun marbut
mal-karatteristiċi tat-terren (l-orografija, l-aspetti ambjentali
eċċ.) u għandu jitqies f’kuntest usa’ għall-iżvilupp
rurali. L-użu ta’ ħaddiema jistgħu jimplikaw metodi li
jirrispettaw aktar l-ambjent u benefiċċji soċjoekonomiċi
importanti li huwa wkoll wieħed mill-għanijiet tal-politika dwar
l-iżvilupp rurali. Kaxxa 6 - Eżempju
ta’ attività li tkun tiswa ħafna minħabba l-użu ta’ xogħol
manwali L-ispejjeż
jistgħu jvarjaw minħabba fil-livelli varji u l-kundizzjonijiet
ġeoloġiċi u ekoġeografiċi kif ukoll fatturi oħra.
Jista’ jkun hemm ukoll raġunijiet li jagħmluha impossibbli għal
kollox li jintuża makkinarju jew li jintuża makkinarju aktar
għoli minħabba pereżempju l-eżistenza ta’ għoljiet,
aċċess diffiċli, regoli ambjentali eċċ. 58. Il-Kummissjoni stiednet
lill-awtoritajiet Slovakki biex jinkludu verifika tar-raġonevolezza
tal-ispejjeż fil-PŻR 2014-2020. 60. F’xi oqsma hemm numru limitat
ta’ fornituri tas-servizz għal ċerti kompiti speċifiċi. 61. Il-Kummissjoni tqis li
l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni huma l-korpi responsabbli biex tiġi
żgurata l-effiċjenza tal-appoġġ fuq il-livell
tal-proġett. Deadweight bħala tali
għandu jiġi evitat billi jiġi żgurat li l-investiment isir
biss wara li l-applikazzjoni għall-appoġġ jew l-għoti ta’
appoġġ. Inkella, il-valutazzjoni tad-deadweight tista' ssir
relattivament suġġettiva u twassal għal trattament mhux ugwali
bejn l-applikanti. 62. Għall-perjodu 2014-2020,
fir-rigward ta’ proġetti ta’ investiment, hija biss in-nefqa magħmula
wara li tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni mill-benefiċjarju li
għandha tkun eliġibbli, skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament
1305/2013. L-Istati Membri jistgħu wkoll jimponu mument aktar tard
bħal fid-deċiżjoni tal-għotja. 63. Il-Kummissjoni hija
tal-opinjoni li r-risposta tal-benefiċjarju x’għandhiex tkun investigata
aktar biex jiġi ċċarat taħt liema kundizzjonijiet u kemm
b’mod effettiv kien isir dan l-investiment u jekk l-għan oriġinali
setax ikun miksub mingħajr l-appoġġ permezz ta’ din
il-miżura. 64. F’ċerti limiti, “ettaru
eliġibbli” għall-attivazzjoni tal-intitolamenti tal-ħlas jista’
jkun fih xi siġar, arbuxelli jew buxxijiet. Il-limitazzjoni ta’ żvilupp
eċċessiv ta’ dawk is-siġar, arbuxelli jew buxxijiet jista’
jnaqqas ir-riskju ta’ nirien fil-foresti f’żoni forestali tal-madwar. Tweġiba komuni
għal 65 – 67: Il-Kummissjoni tqis li
minħabba l-fatt li l-proċessi naturali tal-foresti huma kumplessi u
li l-effetti ta’ ċerti interventi jistgħu jitkejlu biss wara diversi
snin jew għexieren ta’ snin li jseħħu, miżuri ta’ prevenzjoni
tal-foresti għandhom jitqiesu f’kuntest usa’ tal-iżvilupp rurali u
f’medda ta’ żmien fit-tul. Inventarji tal-foresti tal-Istati Membri li
jistgħu jiġu ripetuti f’10-20 sena u programmi ta’
monitoraġġ forestali oħra jistgħu jipprovdu informazzjoni
dwar il-bidliet. Miżuri forestali huma mfassla u implimentati abbażi
ta’ informazzjoni u esperjenzi miksuba permezz ta' mudelli ta' esperjenza
dejjiema, tul 100-150 sena ta’ esperjenzi mudell ta’ ġestjoni tal-foresti
ġestiti mill-istituti u universitajiet ta' selvikultura tal-Istati Membri. 68. Għal raġunijiet ta’
proporzjonalità, is-CMEF 2007-2013 kien jinkludi sett ta’ indikaturi
komuni tal-produzzjoni li jiżguraw l-aggregazzjoni u t-tqabbil
fil-PŻRs u li huma mfassla biex ikunu rilevanti f’maġġoranza
sinifikanti ta’ każijiet. Biex juru l-ispeċifiċitajiet,
indikaturi addizzjonali jistgħu jintużaw mill-Istati Membri meta jkun
xieraq. L-indikatur “erja
appoġġata” għal azzjoni preventiva tinġabar fis-CMEs
2014-2020. Dan se jimla l-vojt identifikat fis-CMEF 2007-2013. 69. L-osservazzjonijiet juru li,
minħabba l-kumplessità u konnessjoni trasversali eżistenti ta’
azzjonijiet differenti, f’ħafna każijiet, ma jagħmilx sens li
l-indikaturi tar-riżultati jiġu kategorizzati f'livell dettaljat
wisq. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni għażlet li tivvaluta
r-riżultati fuq il-livell tal-qasam tal-attenzjoni fil-qafas ta’
monitoraġġ u evalwazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni
2014-2020. 70. Dan l-indikatur huwa
wieħed mill-elementi tas-sistema ta’ valutazzjoni. Din is-sistema
ġdida ta’ valutazzjoni għandha tiġi kkunsidrata globalment. 71. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet
li fil-kuntest tal-PŻR, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kellha valur
miżjud limitat. Għalhekk ir-rekwiżit li jsir evalwazzjoni ta’
nofs it-terminu ġie abolit għall-perjodu ta’ programmazzjoni
2014-2020. 72. Ara t-tweġibiet
għal 69 u 71. 73. Għalkemm il-medja ta'
żoni maħruqa fl-UE mhux qed tiżdied, ħafna drabi d-danni
min-nirien annwali huma kkonċentrati fi ftit pajjiżi biss. Dawn
il-pajjiżi jvarjaw minn sena għal oħra (eż. il-Portugall
& Spanja 2003, il-Portugall 2005, l-Italja & il-Greċja 2007,
Spanja 2012, eċċ.). Kull sena, il-periklu ta’ nirien estremi
minħabba temp sħun u niexef lokali flimkien ma’ rjieħ qawwija,
jistgħu jseħħu f’reġjuni speċifiċi. Pajjiżi
speċifiċi jistgħu għalhekk jiffaċċjaw attività
tan-nar fi snin partikolari estremi, xprunati minn kundizzjonijiet
meteoroloġiċi ta' periklu min-nirien predominanti f’żoni
tal-baċin tal-Mediterran jew xi mkien ieħor fl-Ewropa. Fil-livell
tal-Istati Membri individwali, id-differenzi osservati fit-tendenzi huma ta'
spiss minħabba kundizzjonijiet ta' periklu ta' nirien estremi li
seħħew fi snin partikolari f'serje kontinwa ta' żmien
eżaminati, kif huwa evidenti meta tiġi analizzata d-dejta fuq
bażi ta' kull sena kontra l-indikaturi meteoroloġiċi tal-periklu
min-nirien[8]. 74. Il-Kummissjoni tqis li hemm
esperjenza sinifikanti f’relazzjoni man-natura tal-miżuri ta’ prevenzjoni
inkluż l-għarfien dwar l-effiċjenza u l-effettività tagħhom
għal kull settur tal-programm. Għadd ta’ proġetti u programmi
ta’ prevenzjoni tal-foresti ġew appoġġati mill-fondi tal-UE u
diversi studji u proġetti ta’ riċerka ġew imwettqa matul
l-aħħar 20 snin.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
76. Il-Kummissjoni tqis
li b’mod ġenerali l-miżuri ta’ prevenzjoni tal-foresti kkontribwew
għall-objettivi tal-programmi għall-iżvilupp rurali. Inkisbu
riżultati konkreti u seħħew inqas okkorrenzi ta’ nar. Barra minn
hekk, ittieħdu tagħlimiet li se jiġu applikati b’rabta
mal-perjodu 2014-2020, speċjalment fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni
tal-miżura u gwida mtejba. 78. Ir-Regolament dwar
l-Iżvilupp Rurali[9] jipprovdi li l-azzjonijiet
preventivi kontra n-nirien għandhom ikopru ż-żoni li l-Istati
Membri jikklassifikaw bħala żoni ta’ riskju ta’ nirien għoli jew
medju skont il-pjanijiet tagħhom ta’ protezzjoni. Dawn il-pjanijiet ta’
protezzjoni tal-foresta u l-programmi nazzjonali jew subnazzjonali jew
strumenti ekwivalenti tal-Istati Membri pprovdew bażi xierqa biex ikunu
missielta u prijoritizzati matul l-għażla. Il-Kummissjoni analizzat
is-sitwazzjoni fis-settur tal-foresti inkluż aspetti ta’ prevenzjoni u
monitoraġġ tal-foresti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni tal-2005, li kien jifforma anness mal-Komunikazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Forestrija tal-UE. Ir-Regolament
dwar l-Iżvilupp Rurali talab sabiex il-miżuri forestali
jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Forestrija
tal-Komunità. L-Istrateġija tal-Forestrija msemmija hawn fuq tkopri
l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta’ ġestjoni
sostenibbli tal-foresti. Fir-rigward tal-perjodu
ta’ programmazzjoni ġdid, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni
fis-settur tal-foresti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
tal-2013, li kien jifforma anness mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: "Strateġija ġdida
tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u għas-settur ibbażat
fuq il-foresti".[10] Rakkomandazzjoni 1 L-Istati Membri għandhom: It-tieni inċiż:
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-foresti Natura 2000 jirrappreżentaw valuri
ambjentali għoljin u jipproduċu servizzi ekosistemiċi importanti
u diversi. Barra minn hekk, diversi dispożizzjonijiet Natura 2000
japplikaw għall-foresti kollha fl-UE, kemm fis-siti ta’ Natura 2000
kif ukoll barra minnhom u f’dan ir-rigward, ir-rwol tal-foresti lil hinn
min-netwerk Natura 2000 huwa rilevanti ħafna wkoll. Il-Kummissjoni għandha: L-ewwel inċiż:
Il-Kummissjoni diġa qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni. Il-ħtieġa għal
deskrizzjoni xierqa ta’ azzjonijiet preventivi hija inkluża fit-taqsima
tal-Analiżi tal-Ħtiġijiet fl-istrateġija fil-PŻR
għall-2014-2020 u f’xi każijiet anke fil-livell tal-Ftehimiet ta’
Sħubija. Il-Kummissjoni teżamina
l-PŻRs sottomessi u tivverifika l-loġika tal-intervent u
l-ħtiġijiet għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni matul il-perjodu
ta’ approvazzjoni tal-programm u titlob li azzjonijiet preventivi jkunu
bbażati fuq pjan ta’ ħarsien taż-żona kkonċernata. It-tieni inċiż:
il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni se teżamina
mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-possibbiltà li l-livell xieraq ta’
azzjoni fil-qasam ta’ kriterji bażiċi komuni jkun jista’ jiddistingwi
bejn żoni forestali biex jiġu kklassifikati bħala baxxi, medji u
għolja ta’ riskju tan-nar. 79. Bħala parti minn
prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, toroq tal-foresti (jew
investimenti oħra) mibnija primarjament għal skopijiet ta’
prevenzjoni kontra n-nirien, jistgħu jintużaw ukoll għal
azzjonijiet preventivi kontra riskji oħrajn kif ukoll għal
xogħlijiet ta' restawr u rimedju, rikreazzjoni jew skopijiet
ekonomiċi. Il-ħolqien ta’ netwerk xieraq tat-toroq tal-foresti mhux
biss jikkontribwixxi għal protezzjoni aħjar tal-foresti kontra
nirien, iżda wkoll biex jagħmlu valutazzjoni ekonomika sostenibbli
tar-riżorsi forestali f’ħafna reġjuni. Ta’ spiss, dawn
l-azzjonijiet jeħtieġu li jsiru sabiex jiġi evitat telf komplet
ta’ interess soċjoekonomiku ta’ żoni ta’ foresti li jistgħu
jwasslu biex dawn jiġu abbandunati u, fl-aħħar
mill-aħħar, għal żieda fir-riskju ta’ nar. Rigward il-perjodu
l-ġdid ta’ programmazzjoni, tħejjew dokumenti ta’ gwida sabiex
jiġi żgurat li l-Istati Membri / ir-Reġjuni jużaw
il-miżura b'mod korrett. Barra minn hekk, l-Istati Membri /
ir-Reġjuni jridu jispeċifikaw il-ħtiġijiet u
r-raġunijiet tagħhom aħjar, jekk jixtiequ jespandu d-densità
tas-sistemi tat-toroq tagħhom. Rakkomandazzjoni 2 L-Istati Membri
għandhom: L-ewwel inċiż:
Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Regolament tal-Iżvilupp Rurali l-ġdid
jinkludi miżura riveduta dwar il-protezzjoni u l-irkupru tal-foresti.
Il-miżura l-ġdida tista’ tipprovdi appoġġ għal
azzjonijiet li jirrigwardaw il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara
lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali u avvenimenti
katastrofiċi u tista’ tipprovdi wkoll appoġġ għal
azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw organiżmi li jagħmlu
ħsara u mard bil-kundizzjoni li r-riskju li jseħħ diżastru
rilevanti jkun appoġġat b’evidenza xjentifika u rikonoxxut minn
organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi. It-tielet
inċiż: Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li għadd ta’
salvagwardji ambjentali huma diġà disponibbli fir-rigward tal-azzjonijiet
appoġġjati. Pereżempju f’Natura 2000 is-sistema ta’ protezzjoni
skont l-Artikolu 6.2 u 6.3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats[1] tiggarantixxi li
kwalunkwe deterjorament sinifikanti ta’ dawn iż-żoni qed jiġi
evitat. F’oqsma oħra, valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali se
jikkontribwixxu wkoll għall-prevenzjoni ta' kontroeffetti ambjentali.
Fl-aħħar nett, għall-azzjonijiet kollha li għandhom
jiġu kofinanzjati mill-fondi tal-UE,jista’ jkun meħtieġ
mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ċertifikat ta’ prattika
ambjentali tajba jew ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala
prekundizzjoni għall-kofinanzjament tal-UE. Fil-perjodu ta’
programmazzjoni l-ġdid, il-prestazzjoni ambjentali tal-benefiċjarji
hija fuq quddiem nett tal-implimentazzjoni tal-miżuri differenti. Il-Kummissjoni għandha: L-ewwel inċiż:
Il-Kummissjoni diġa qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni twettaq
awditi ta’ konformità fl-Istati Membri sabiex tivverifika li n-nefqa
mħallsa tkun konformi mar-regoli. Jekk matul l-awditi jinstabu
dgħufijiet, japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji. Il-miżuri u
l-aġenziji tal-pagamenti li għandhom jiġu awditjati huma
determinati fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju. L-importanza
finanzjarja għandha rwol ewlieni fil-kwantifikazzjoni tal-esponiment
għar-riskju. Dan jimplika li qasam ta’ awditu bi nfiq għoli
għandu aktar probabbiltà li jiġi kklassifikat ogħla u
soġġett għal awditu. Il-miżura 226 ġiet awditjata
fl-2014 u se tiġi awditjata fl-2015. It-tieni inċiż:
Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda timplimenta din ir-rakkomandazzjoni
permezz tal-qafas legali għall-PŻR u gwida addizzjonali. Il-miżura
l-ġdida tkopri skala usa’ ta’ riskji u danni. Għall-perjodu
2014-2020, l-iskeda relevanti ta' miżura li isservi bħala dokument
ta' gwida tinkludi rekwiżiti dettaljati u kjarifikazzjonijiet u bħala
tali jistgħu jservu ta’ għodda ta’ għajnuna għall-Istat
Membru għal tfassil xieraq tal-miżura. L-attenzjoni tal-Istati
Membri / ir-Reġjuni kienet attirata li f’każ ta’ inċertezzi
rigward l-iskop tal-azzjonijiet, hemm miżuri oħrajn immirati
speċifikament biex iżidu l-valur ekonomiku tal-foresti. 80. Skont is-sehem ta’
ġestjoni, il-Kummissjoni tadotta l-PŻRs nazzjonali jew
reġjonali, filwaqt li l-implimentazzjoni u l-iżgurar
tal-kosteffettività u l-effiċjenza tal-appoġġ huma taħt
ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tagħhom. Fir-rigward tal-użu ta’
xogħol manwali minflok makkinarju, xi kultant tali għażliet
jistgħu jiġu marbuta mal-karatteristiċi tat-terren
(l-orografija, l-aspetti ambjentali eċċ.) u għandu jitqies
f’kuntest usa’ għall-iżvilupp rurali. Rakkomandazzjoni 3 L-Istati
Membri għandhom: L-ewwel inċiż:
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta jiġu applikati l-ispejjeż
standard fil-programmi, l-Istati Membri / ir-Reġjuni għandhom
jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu xierqa u preċiżi u
stabbiliti bil-quddiem b’mod ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat.
Għandu jiġi maħtur korp indipendenti biex jagħmel
il-kalkoli għal kull spejjeż standard jew biex jikkonferma
l-adegwatezza tal-kalkoli. It-tieni inċiż:
Dokument ta’ gwida dwar il-kontrolli u l-penalitajiet fl-iżvilupp rurali
qed jitħejja u jiġi diskuss mal-Istati Membri. L-Anness I ta’ dan
id-dokument jinkludi lista ta’ kontroll għall-Istati Membri
għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż. 81. Huwa
meħtieġ bilanċ bejn l-ispejjeż tal-monitoraġġ u
l-valutazzjoni u l-benefiċċji potenzjali tagħhom. B’mod
speċjali, fil-każ ta’ kejl ta’ azzjonijiet preventivi huwa
diffiċli li tiġi stabbilita l-katina tal-kawżalità. Barra minn
hekk, l-effettività ta’ interventi tal-forestrija partikolari tista’ tiġi
evalwata biss wara diversi snin jew għexieren ta’ snin. Fir-rigward tal-perjodu
2014-2020, sar titjib. Pereżempju, indikatur ġdid ta' “erja
appoġġata” għal azzjonijiet preventivi se jinġabru mis-CMEs
(Eżerċizzju ta' Maniġġar ta' Kriżijiet). Barra minn hekk,
sabiex jinkisbu riżultati ta' evalwazzjoni ta' valur, huwa previst Rapport
ta’ Implimentazzjoni Annwali mtejjeb fl-2019. Fil-qafas ta’ dan ir-rapport,
evalwazzjoni tal-PŻR se titwettaq u l-ewwel riżultati dwar
l-effiċjenza tal-PŻR se jiġu pprovduti. Rakkomandazzjoni 4 Il-Kummissjoni għandha: Il-Kummissjoni taċċetta
r-rakkomandazzjoni. Xi adattamenti ġew
introdotti diġà: pereżempju, l-indikatur !erja appoġġata”
għal azzjoni preventiva se jinġabar mis-CMEs 2014-2020. Dan se jimla
l-vojt identifikat fis- 2007-2013 CMEF. Sabiex jinkisbu riżultati
tal-evalwazzjoni ta' valur qabel, fl-2019 se jiġi introdott Rapport
tal-Implimentazzjoni Annwali. Dan ir-Rapport tal-Implimentazzjoni Annwali
jipprovdi valutazzjoni tar-riżultati tal-programm u, fejn possibbli, valutazzjoni
tal-impatti. [1] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005) [2] Commission staff working document - Annex to the Communication on
the implementation of the EU Forestry Strategy {COM(2005) 84 final} /*
SEC/2005/0333 */ http://ec.europa.eu/agriculture/forest/1998-strategy-2006-action-plan/sec-2005-333_en.pdf [3] COM(2013) 659
finali: http://ec.europa.eu/agriculture/forest/strategy/index_en.htm [4] Direttiva
tal-Kunsill 92/43/KEE [5] Impacts
of Climate Change on European Forests and Options for Adaptation
http://ec.europa.eu/agriculture/analysis/external/euro_forests/index_en.htm [6] http://ec.europa.eu/environment/forests/studies.htm [7] https://www.ipcc.ch/pdf/special-reports/srex/SREX_FD_SPM_final.pdf [8] San-Miguel-Ayanz,
J., Moreno, J.M., Camia, A. (2013) Analysis of large fires in European
Mediterranean landscapes: Lessons learned and perspectives. Forest Ecology and
Management, 294, pp. 11-22 [9] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005) [10] COM(2013) 659
finali: http://ec.europa.eu/agriculture/forest/strategy/index_en.htm