This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AP0378
European Parliament legislative resolution of 28 October 2015 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1343/2011 on certain provisions for fishing in the GFCM (General Fisheries Commission for the Mediterranean) Agreement area (08806/1/2015 — C8-0260/2015 — 2014/0213(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))

ĠU C 355, 20.10.2017, p. 164–164
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 355/164 |
P8_TA(2015)0378
Dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2017/C 355/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08806/1/2015– C8-0260/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2014)0457), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0295/2015), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 116.
(2) Test adottat, 13.1.2015, P8_TA(2015)0005.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' derogi għall-użu ta' xbieki tat-tkarkir u għeżula fis-sajd fil-Baħar l-Iswed
“Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, rigward derogi għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' ċertu rkaptu fl-ilmijiet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed, huma ta' natura eċċezzjonali. Dawn iqisu s-sitwazzjoni prevalenti fir-reġjun, fejn l-Istati Membri stabbilixxew miżuri biex jippermettu l-użu tal-irkaptu konċernat skont ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. Dik l-informazzjoni diġà kienet disponibbli għall-Parlament qabel it-tressiq tal-proposta attwali tal-Kummissjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament jaċċetta, fil-kuntest attwali, l-arranġament li jawtorizza lill-Istati Membri konċernati jikkonċedu d-derogi inkwistjoni. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent f'atti legali ġejjiena.”