This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0586
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the import into the Union of agricultural products originating in Turkey (codification)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq l-importazzjoni fil-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq l-importazzjoni fil-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)
/* COM/2014/0586 final - 2014/0272 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq l-importazzjoni fil-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0586 final - 2014/0272 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni
u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom
opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu
mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti
sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’
xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti
differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment
fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir
kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi
tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987
il-Kummissjoni ddeċidiet[1]
li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi
kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li
din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw
jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke
f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet
tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet
tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)
ikkonfermaw dan[2],
filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex
tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli
għal materja partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità
sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti
tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir
lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill
u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali
tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża
proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’
kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 779/98
tas-7 ta'April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin
mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda
r-Regolament (KE) Nru 3010/95[3].
Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti
inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed
jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li
tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l‑emendi formali
meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet
abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fi‑23 lingwa
uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 779/98 u tal-atti li
jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn
l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma
u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament
ikkodifikat. ê 779/98
(adattat) 2014/0272 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL fuq l-importazzjoni fil-Ö Unjoni Õ ta' prodotti
agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Õ u b'mod
speċjali l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: ê (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 779/98[6]
ġew mibdula b'mod sostanzjali diversi drabi[7].
Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu
jiġu kkodifikat. ê 779/98 premessa
1 (adattat) (2) Billi d-Deċiżjoni
Nru 1/98 ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija jistab bilixxi s‑sistema ta' preferenzi li jgħoddu fir-rigward ta'
importazzjonijiet fil- Ö Unjoni Õ ta' prodotti
agrikoli li ġejjin mit-Turkija[8]. ê 779/98 premessa
2 (adattat) (3) Billi, fil-każ ta'
prodotti li għalihom ir-regolamenti tal- Ö Unjoni Õ jeħtieġu
li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun miżmum, it-tħaddin
tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta
għall-osservanza ta' dak il-prezz. ê 255/2014
premessa 6 (adattat) (4) Biex ikunu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ Ö dan Õ ir‑Regolament
, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni
lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati
skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill[9], ê 779/98
(adattat) ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: ê 255/2014 Art.
2.1 (adattat) Artikolu 1 Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall‑applikazzjoni
tal-iskema ta’ importazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I
għat‑Trattat li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati
fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98
tal-Kunsill tal‑Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’
eżami msemmija fl‑Artikolu 3(2) Ö ta' dan
ir-Regolament Õ. ê 779/98
(adattat) Artikolu 2 1. Fil-każ ta' prodotti li għalihom
ir-regolamenti tal-Ö Unjoni Õ jeħtieġu
li ċertu prezz ta' importazzjoni jkun miżmum, it-tħaddin
tas-sistema ta' tariffi preferenzjali hija soġġetta għall‑ħarsien
ta' dak il-prezz. ê 779/98 2. Fil-każ ta' prodotti tas-sajd li
għalihom ġie stabbilit prezz ta' riferenza, it-tħaddin
tat-tariffa preferenzjali għandha tkun soġġetta
għall-ħarsien ta' dak il-prezz. ê 255/2014 Art.
2.2. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun
megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas‑Swieq
Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal‑Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[10].
Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru
182/2011. 3. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha
tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha
tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien
għall-għoti tal-opinjoni, il‑president tal-kumitat
jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk. ê Artikolu 4 Ir-Regolament
(KE) Nru 779/98 huwa mħassar. Referenzi għar-Regolament li ġie
mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament
u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II. ê 779/98
(adattat) Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ Ö fl-għoxrin jum wara dak Õ tal-pubblikazzjoni
tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali Ö ta' l-Unjoni
Ewropea Õ . ê 779/98 Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għall-Parti A
tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv
għal 2014. [4] Ara l-Anness I għal din il-proposta. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta'april
1998 fuq l-importazzjoni fil-komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin
mit-turkija, li jħassar ir-regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r‑Regolament (KE) Nru 3010/95 (ĠU L 113,
15.4.1998, p. 1). [7] Ara Anness I. [8] Deċiżjoni Nru 1/98 ta' l-Assoċjazzjoni
tal-Kunsill KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 fuq ir-reġim tan‑negozju
għall-prodotti agrikoli (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1). [9] Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet għall-kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55,
28.2.2011, p. 13). [10] Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni
komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti
tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru
1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). é ANNESS I Regolament imħassar flimkien mal-emenda
tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 (ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1) || Regolament (UE) Nru 255/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 57) || Artikolu 2 biss || _____________ ANNESS II Tabella
Ta’ korrelazzjoni Regolament (KE) Nru 779/98 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2(1) || Artikolu 2(1) Artikolu 2(2) || Artikolu 2(2) Artikolu 2a || Artikolu 3 Artikolu 3 || __ Artikolu 4 || __ __ || Artikolu 4 Artikolu 5 || Artikolu 5 __ || Anness I __ || Anness II _____________