This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0321
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on common rules for imports (codification)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (Kodifikazzjoni)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (Kodifikazzjoni)
/* COM/2014/0321 final - 2014/0166 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0321 final - 2014/0166 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni
u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk
toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu
użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti
sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’
xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti
differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment
fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit
sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni
ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat
wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din
hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti
għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli
għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw
li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu
ċari u jinftiehmu malajr. 3. Dan ġie
kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’
Edinburgu (Diċembru 1992)[2],
filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni
għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi
applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità
sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir
fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim
interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’
jintuża metodu ta' ħidma aċċelerat
għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal-Kunsill Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009
dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet
(Verżjoni kkodifikata)[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti
inkorporati fih[4]; din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma
tagħmel huwa li tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss
l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni
tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit‑22
lingwa uffiċjali tar-Regolament
(KE) Nru 260/2009 u tal-atti li jemendawh, magħmula
mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema
ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati
mill-ġdid, il‑korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher
fit-tabella li tinsab fl-Anness III tar-Regolament ikkodifikat. ê 260/2009
(adattat) 2014/0166 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni
għall-importazzjonijiet (Kodifikazzjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat Ö dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari
l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru Ö 260/2009[6] Õ ġie emendat[7] b’mod sostanzjali.
Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu
jiġi kkodifikat. (2) Il-politika kummerċjali
komuni għandha tkun imsejsa fuq prinċipji uniformi. (3) Il-Komunità Ewropea
kkonkludiet il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem "WTO"). L-Anness 1A
mal-Ftehim fih fost ħwejjeġ oħra l-Ftehim Ġenerali dwar
it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) u l‑Ftehim dwar
is-Salvagwardja. (4) Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja
jilħaq il-ħtieġa li jikkjarifika u jirrinforza d-dixxiplini
tal-GATT tal-1994, u b’mod speċifiku dawk tal-Artikolu XIX. Dan il-Ftehim
jeħtieġ l‑eliminazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja li ma
jinsabux f’dawn ir-regoli, bħalma huma t-trażżin tal-esportazzjoni
b’mod volontarju, l-arranġamenti tat-tqegħid fis-suq b’mod ordnat u
kull xorta simili ta’ arranġamenti ta’ importazzjoni jew ta’
esportazzjoni. (5) Il-Ftehim dwar
is-Salvagwardja jkopri wkoll il-prodotti tal-faħam u l-azzar. Ir-regoli
komuni dwar l-importazzjonijiet, b’mod speċjali dawk dwar il-miżuri
tas‑salvagwardja, għalhekk japplikaw ukoll għal dawn
il-prodotti mingħajr preġudizzju għal kull miżura possibbli
sabiex jiġi applikat ftehim li jirrigwarda speċifikament il-prodott
tal-faħam u l-azzar. (6) Il-prodotti
tat-tessuti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 [8] huma bla ħsara
għal trattament speċjali fil-livell Ö tal-Unjoni Õ u Ö dak Õ internazzjonali.
Dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan
ir-Regolament. (7) Il-Kummissjoni għandha
tiġi mgħarrfa mill-Istati Membri b’kull periklu maħluq
mix-xejriet fl-importazzjonijiet li jistgħu jitolbu għas-sorveljanza
tal-Ö Unjoni Õ jew l‑applikazzjoni
tal-miżuri tas-salvagwardja. (8) F’każijiet simili
l-Kummissjoni għandha teżamina t-termini u l-kundizzjonijiet li
permezz tagħhom jiġru l-importazzjonijiet, ix-xejra
fl-importazzjonijiet, l-aspetti varji tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u
kummerċjali u, fejn ikun xieraq, il-miżuri li jridu jiġu
applikati. (9) Jekk tiġi applikata
s-sorveljanza minn qabel tal-Ö Unjoni Õ minn qabel,
ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti interessati
għandu jsir bla ħsara għall-wirja ta’ dokument ta’ sorveljanza
li jilħaq kriterji uniformi. Dan id-dokument għandu, ma’
applikazzjoni sempliċi mill-importatur, jiġi maħruġ
mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’perjodu taż-żmien stabbilit
iżda mingħajr ma b’daqshekk jagħti d-dritt lill-importatur li
jimporta. Id-dokument tas-sorveljanza għandu għalhekk ikun validu
biss matul dak il-perjodu taż-żmien fejn ir-regoli tal-importazzjoni
ma jinbidlux. (10) L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li
jirriżulta mis-sorveljanza tal- Ö Unjoni Õbl-aktar mod komplet
possibbli. (11) Huwa d-dmir tal-Kummissjoni li
adotta il-miżuri tas-salvagwardja meħtieġa fl-interess tal-Ö Unjoni Õ. Dawk l-interessi
għandhom jiġu meqjusa flimkien u għandhom b’mod partikolari
jħaddnu l-interessi tal-produtturi, tal-utenti u tal-konsumaturi tal‑Ö Unjoni Õ. (12) Il-miżuri
tas-salvagwardja kontra Membru tad-WTO jistgħu jitqiesu biss jekk il‑prodott
fil-kwistjoni jiġi importat ġewwa l-Ö Unjoni Õfi kwantitajiet
miżjuda tant u taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li
jikkaġunaw, jew li jheddu li jikkaġunaw, dannu serju lill-produtturi Ö tal-Unjoni Õ li jipproduċu prodotti
bħalhom jew li jkunu f’kompetizzjoni diretta magħhom, għajr jekk
l-obbligi internazzjonali jippermettu deroga minn din ir-regola. (13) It-termini “dannu serju”,
“theddida ta’ dannu serju” u “produtturi Ö tal-Unjoni Õ” għandhom
jiġu definiti u għandhom jiġu Ö previsti Õ kriterji
preċiżi sabiex jiġi stabbilit id-dannu. (14) Investigazzjoni għandha
ssir qabel ma tiġi applikata kull miżura ta’ salvagwardja, bla
ħsara għar-riserva li l-Kummissjoni tiġi mħollija tapplika
miżuri provviżorji f’każijiet urġenti. (15) Għandu jkun hemm
dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-ftuħ tal-investigazzjonijiet,
dwar il-kontroll u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar l-aċċess
għat-tagħrif miġbur mill‑pajjiżi esportaturi u
mill-partijiet interessati, dwar il-proċessi fil-qorti għall‑partijiet
involuti u dwar l-opportunitajiet għal dawn il-partijiet li
jippreżentaw il‑veduti tagħhom. (16) Id-dispożizzjonijiet dwar
l-investigazzjonijiet Ö previsti Õ f’dan ir-Regolament
huma mingħajr preġudizzju għar-regoli Ö tal-Unjoni Õjew nazzjonali dwar
is‑sigriet professjonali. (17) Huwa wkoll meħtieġ
li jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien sabiex jinbdew l‑investigazzjonijiet
u sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil‑ħsieb
li jiġi żgurat li dawn il-konsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex
tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi
interessati. (18) Fil-każijiet fejn
il-miżuri tas-salvagwardja jieħdu l-għamla ta’ kwota, il-livell
ta’ dawn tal-aħħar għandhom fil-prinċipju jiġu
stabbiliti bħala mhux anqas mil-livell medju tal‑importazzjonijiet
fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien ta’ mill-anqas tliet snin. (19) Fil-każijiet fejn kwota
tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, il-kwota ta’ kull
pajjiż tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ ftehim mal-pajjiżi
nfushom jew billi jittieħed bħala referenza l-livell
tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien.
Id-derogi minn dawn ir-regoli għandhom xorta waħda jkunu possibbli
meta jkun hemm dannu serju u żieda sproporzjonata fl-importazzjonijiet,
sakemm issir konsultazzjoni xierqa taħt l-awspiċi tal-Kumitat tad-WTO
dwar is-Salvagwardja. (20) It-tul massimu
taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja għandu jiġi
stabbilit u għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet
speċifiċi dwar l-estensjoni, il-liberalizzazzjoni progressiva u
r-reviżjonijiet ta’ dawn il-miżuri. (21) Għandhom jiġu
stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom il-prodotti li joriġinaw fi
stat li qiegħed jiżviluppa li jkun Membru tad-WTO għandhom
jiġu eżentati mill-miżuri tas‑salvagwardja. (22) Is-sorveljanza jew
il-miżuri tas-salvagwardja ristretti għal reġjun jew iktar tal‑Ö Unjoni Õjistgħu
jirriżultaw aktar xierqa mill-miżuri li japplikaw għall‑Ö Unjoni Õkollha. Madankollu,
dawn il-miżuri għandhom jiġu awtorizzati biss f’każi
eċċezzjonali u fejn ma teżisti l-ebda alternattiva. Huwa
meħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu
temporanji u li jikkawżaw l-inqas taħwid għax-xogħol
tas-suq intern. (23) Fl-interess tal-uniformità
fir-regoli għall-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom
jitwettqu mill-importaturi għandhom Öikunu
sempliċi Õ u identiċi
irrispettivament mill-post minn fejn l-oġġetti jinħarġu
mid-dwana. Huwa għalhekk mixtieq li jiġi stabbilit li kull formalità
għandha titwettaq bl-użu tal-formoli li jikkorrispondu
għall-kampjun anness mar-Regolament. (24) Id-dokumenti tas-sorveljanza
maħruġa rigward il-miżuri Ö tal-Unjoni Õtas-sorveljanza
għandhom ikunu validi fl-Ö Unjoni Õkollha
irrispettivament minn min ikun l-Istat Membru li joħroġhom. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19 (adattat) (25) Biex jiġu implimentati
l-klawżoli ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim jeħtieġ li
jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta'
salvagwardja. Dawk il‑miżuri għandhom jiġu adottati skont
ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9]. (26) Il-proċedura
konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri
ta’ sorveljanza u dawk proviżorji minħabba l-effetti ta’ tali
miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f’rabta mal-adozzjoni
tal-miżuri ta’ salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl‑impożizzjoni
tal-miżuri jkun jikkawża ħsara li jkun diffiċli li
tissewwa, hu meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta
miżuri proviżorji applikabbli immedjatament, ê 260/2009
(adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Prinċipji ġenerali Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament japplika
għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi
terzi, ħlief għal: (a) prodotti tat-tessuti
suġġetti għal regoli speċifiċi ta’ importazzjoni
taħt ir‑Regolament (KE) Nru 517/94; (b) il-prodotti li joriġinaw minn
ċerti pajjiżi terzi elenkati fir‑Regolament tal‑Kunsill (KE)
Nru 625/2009[10]. 2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1
għandhom jiġu importati liberament ġewwa l‑Ö Unjoni Õ u
għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-miżuri
tas-salvagwardja li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V,
m’għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet
kwantitattivi. KAPITOLU II Il-proċedura Ö tal-Unjoni Õ dwar it-tagħrif u u l-konsultazzjoni Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni jekk kemm-il darba x-xejriet fl‑importazzjonijiet jidhru
li jeħtiġilhom miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja. Dan
it‑tagħrif għandu jkun fih l-evidenza disponibbli, kif
stabbilit fuq il-bażi tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 9.
Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dan it-tagħrif
lill-Istati Membri kollha. ê 37/2014 Art.1 u
Anness.19(2) Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita
minn Kumitat dwar is-Salvagwardji. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat
skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. 4. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. 5. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011 fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub
għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont l-Artikolu 16 ta' dan
ir-Regolament, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr
riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill‑president,
dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn
maġġoranza tal-membri tal‑kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1)
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir rikors għall-proċedura
bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz
ta' miżura fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm
mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit
mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab
minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat. Fejn isir
rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma
tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-kumitat, dik
il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn,
fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi
deċiż mill‑president jew dan jintalab minn tal-inqas kwart
tal-membri tal-kumitat. ê 260/2009
(adattat) KAPITOLU III Il-proċedura ta' investigazzjoni
tal-unjoni Artikolu 4 1. Mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 7, il-proċedura ta' investigazzjoni Ö tal-Unjoni Õ għandha tiġi implimentata qabel ma tiġi applikata kull
miżura ta’ salvagwardja. 2. Filwaqt li jintużaw bħala
bażi l-fatturi imsemmija fl-Artikolu 9, l-investigazzjoni għandha
tfittex li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijet tal-prodott fil-kwistjoni
jikkawżawx jew jheddu li jiġi kkawżat dannu serju
lill-produtturi interessati tal- Ö Unjoni Õ. 3. Għandhom japplikaw t-tifsiriet li
ġejjin: (a) “dannu serju” jfisser ħsara
ġenerali sinifikanti għall-pożizzjoni tal-produtturi Ö tal‑Unjoni Õ; (b) “theddida ta’ dannu serju” tfisser
dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; (ċ) “produtturi Ö tal-Unjoni Õ” jfissru l-produtturi
kollha bħala grupp wieħed tal‑istess prodotti jew ta’ prodotti
li jikkompetu direttament ma’ xulxin u li joperaw fit-territorju tal-Ö Unjoni Õ, jew dawk li l-output
kollettiv tagħhom ikun tal-istess prodotti jew ta’ prodotti li jikkompetu
direttament ma’ xulxin jikkostitwixxu proporzjon maġġuri
tal-produzzjoni totali Ö tal-Unjoni Õ ta’ dawn
il-prodotti. Artikolu 5 ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(3) 1. Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm
evidenza suffiċjenti li tiġġustifika t-tnedija ta'
investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha titnieda investigazzjoni fi
żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat
Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Dak l-avviż għandu: ê 260/2009 (a) jagħti sommarju
tat-tagħrif riċevut, u jistabbilixxi li t-tagħrif kollu
rilevanti irid jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, (b) jiddikjara l-perjodu
taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu
magħrufa l-veduti tagħhom bil-miktub u jippreżentaw
it-tagħrif, jekk dawn il-veduti u dan it-tagħrif iridu jitqiesu matul
l-investigazzjoni, (ċ) jiddikjara l-perjodu
taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu japplikaw
sabiex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni konformement mal-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tibda
l-investigazzjoni, filwaqt li taġixxi f’ koperazzjoni mal-Istati Membri. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(3) Il-Kummissjoni għandha tagħti
l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi
tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha
l-informazzjoni ingħatat lill-Kummissjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha tfittex kull
tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, fejn tqis li jkun
xieraq, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri, għandha tagħmel
ħilitha sabiex teżamina dik l-informazzjoni mal-importaturi,
il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u
l-organizzazzjonijiet kummerċjali. ê 260/2009
(adattat) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita
f’dan ix-xogħol mill-persunal tal-Istati Membri li fit‑territorju
tagħhom jitwettqu dawn il-kontrolli, sakemm dan l-Istat Membru jixtieq
dan. 3. L-Istati Membri għandhom ifornu
lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha u konformement mal-proċeduri li
tistabbilixxi hi, it-tagħrif fid-dispożizzjoni tagħhom dwar
l-iżviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat. 4. Il-partijiet interessati li jkunu
ppreżentaw ruħhom taħt l-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1 u
r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur jistgħu, fuq talba
bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli
lill-Kummissjoni b’konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id‑dokumenti
interni mħejjija mill-awtoritajiet tal- Ö Unjoni Õ jew tal-Istati
Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti
għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali
fis-sens tal-Artikolu 8 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li jkunu
ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-veduti tagħhom
dwar it-tagħrif fil-kwistjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-veduti
jistgħu jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b’evidenza
suffiċjenti. 5. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet
interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu
għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit
fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
fejn juru li attwalment x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat
tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali sabiex
jinstemgħu bil-fomm. 6. Meta ma jingħatax it-tagħrif
fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’dan ir-Regolament jew
mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew meta l-investigazzjoni tkun
imxekkla b’mod sinifikanti, jista jingħata verdett fuq il-bażi
tal-fatti disponibbli. Fejn il-Kummissjoni ssib li parti interessata jew parti
mhux interessata jkunu fornewha b’tagħrif qarrieq jew li jiżvija, ma
għandhiex tagħti każ ta’ dan it-tagħrif u għandha
tagħmel użu mill-fatti disponibbli. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(3) 7. Fejn jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx
biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l‑investigazzjoni,
hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni
tagħha fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni
mill-Istati Membri. ê 260/2009 Artikolu 6 1. Fit-tmiem tal-investigazzjoni,
il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati
lill-Kumitat. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(4) 2. Fejn il-Kummissjoni tqis, fi żmien
disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda
miżura ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni
għandha tintemm fi żmien xahar. Il-Kummissjoni għandha ttemm
l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 3(2). ê 260/2009
(adattat) 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li huma
meħtieġa l-miżuri Ö tal-Unjoni Õ ta’ sorveljanza jew
ta’ salvagwardja, għandha tieħu d-deċiżjonijiet
meħtieġa taħt il-Kapitoli IV u V, sa mhux aktar tard minn disa’
xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali,
dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu
ieħor taż-żmien b’massimu ta’ xahrejn; il-Kummissjoni
għandha mbagħad tippubblika avviż f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea fejn tiddikjara t-tul
taż-żmien tal-estensjoni u sommarju tar-raġunijiet għal dan. Artikolu 7 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan
il-Kapitolu m’għandhomx jipprekludu l-użu, fi kwalunkwe mument,
tal-miżuri tas-sorveljanza taħt l-Artikoli 10 sa 14 jew
il-miżuri provviżorji tas‑salvagwardja taħt l-Artikoli 15,
16 u 17. Il-miżuri provviżorji
tas-salvagwardja għandhom jiġu applikati: (a) f’ċirkostanzi kritiċi fejn
id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi msewwi, fejn
tkun meħtieġa azzjoni immedjata, u (b) fejn deċiżjoni preliminari
dwar l-applikazjoni tagħhom tipprovdi evidenza ċara li l‑importazzjonijiet
miżjuda kkawżaw jew qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu
serju. It-tul taż-żmien ta’ dawn
il-miżuri m’għandux jaqbeż l-200 jum. 2. Il-miżuri provviżorji
tas-salvagwardja għandhom jieħdu l-għamla ta’ żieda
fil-livell eżistenti tad-dazji tad-dwana sewwa jekk dawn tal-aħħar
ikunu żero u sewwa jekk għola, jekk din l-azzjoni x’aktarx li
tipprevjeni jew issewwi d-dannu serju. 3. Il-Kummissjoni għandha minnufih tmexxi
l-miżuri tal-investigazzjoni li, jkunu liema jkunu, jibqgħu jidhru
meħtieġa. 4. Jekk il-miżuri provviżorji
tas-salvagwardja jiġu mħassra minħabba li ma jkunu jeżistu
l‑ebda dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, id-dazji tad-dwana
miġbura bħala riżultat tal‑miżuri provviżorji
għandhom jiġu awtomatikament imħallsa lura malajr kemm jista’
jkun. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 79 et seq.
tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11]. Artikolu 8 1. It-tagħrif li jkun ġie
riċevut taħt dan ir-Regolament għandu jintuża biss
għall-għan li għalih ikun ġie mitlub. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(5) 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri,
inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn ma għandhomx
jiżvelaw tagħrif ta’ natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont
dan ir-Regolament, jew l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi
kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun ipprovda
informazzjoni bħal din. ê 260/2009
(adattat) 3. Kull talba għall-konfidenzjalità
għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif huwa
konfidenzjali. Madankollu, jekk ikun jidher li talba
għall-konfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk min iforni
t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza
l-iżvelar tiegħu f’termini ġenerali jew fl-għamla ta’
sommarju, dan it-tagħrif jista’ ma jitqiesx. 4. It-tagħrif għandu f’kull każ
jitqies bħala konfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x’aktarx
ikollu effett kuntrarju sinifikattiv fuq min ifornih jew fuq is-sors ta’ dan
it-tagħrif. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx
jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal‑Ö Unjoni Õ għal
tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li
fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda taħt dan
ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess
leġittimu tal-persuni legali u naturali interessati li ma jiġux
żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom. Artikolu 9 1. L-eżami tax-xejra
fl-importazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet li fihom isiru u tad-dannu serju jew
it-theddida ta’ dannu serju għall-produtturi Ö tal-Unjoni Õ li jirriżultaw
minn dawn l‑importazzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari
l-fatturi li ġejjin: (a) il-volum tal-importazzjonijiet,
b’mod partikolari fejn ikun hemm żieda sinifikanti, jew f’termini assoluti
jew relattivi għall-produzzjoni jew il-konsum fil-Ö UnjoniÕ; (b) il-prezz tal-importazzjonijiet,
b’mod partikolari fejn ikun sar bejgħ sinifikanti bi prezzijiet inqas meta
pparagunat mal-prezz ta’ prodott simili fil-Ö UnjoniÕ; (ċ) l-impatt b’konsegwenza ta’ dan
fuq il-produtturi Ö tal-Unjoni Õ kif indikat mix‑xejriet
f’ċerti fatturi ekonomiċi bħal: –
il-produzzjoni, –
l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, –
il-ħażniet, –
il-bejgħ, –
is-sehem mis-suq, –
il-prezzijiet (i.e. it-tbaxxija tal-prezzijiet jew
il-prevenzjoni taż-żieda fil-prezz li normalment ikunu ġraw), –
il-profitti, –
id-dħul fuq il-kapital imħaddem, –
il-likwidità, –
l-impjiegi; (d) il-fatturi għajr ix-xejriet
fl-importazzjonijiet li jkunu qegħdin jikkawżaw jew setgħu
ikkawżaw dannu lill-produtturi Ö tal-Unjoni Õ interessati. 2. Meta tiġi allegata theddida ta’ dannu
serju, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk huwiex previst
b’mod ċar li sitwazzjoni partikolari x’aktarx tiżviluppa f’dannu
attwali. F’dan
ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal: (a) ir-rata taż-żieda
fl-esportazzjonijiet lejn il-Ö Unjoni Õ; (b) il-kapacità tal-esportazzjoni
fil-pajjiż tal-oriġini jew l-esportazzjoni, kif tkun jew kif x’aktarx
li tkun fil-futur qrib, u kemm x’aktarx li din il-kapaċità tiġi
wżata għall‑esportazzjoni lejn l-Ö Unjoni Õ. KAPITOLU IV Is-sorveljanza Artikolu 10 1. Fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta’
prodott li joriġina minn pajjiż terz kopert b’ dan ir‑Regolament
thedded li tikkawża dannu lill-produtturi Ö tal-Unjoni Õ, u fejn l-interessi
tal-Ö Unjoni Õ hekk
jeħtieġu, l-importazzjoni ta’ dan il-prodott tista’ tkun bla
ħsara, kif xieraq, għal: (a) is-sorveljanza retroattiva tal-Ö Unjoni Õ mwettqa
konformement mad‑dispożizzjonijiet stabbiliti
bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2; (b) is-sorveljanza minn qabel tal-Ö Unjoni Õ mwettqa taħt
l-Artikolu 11. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(6) 2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta
sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 3(2). ê 260/2009
(adattat) 3. Il-miżuri tas-sorveljanza
għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien.
Għajr jekk jkun ipprovdut xorta oħra, dawn għandhom jieqfu milli
jibqgħu validi fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tat-tieni sitt
xhur li jiġi wara s-sitt xhur li fihom ikunu ġew introdotti
l-miżuri. Artikolu 11 1. Il-prodotti li kienu taħt sorveljanza Ö tal-Unjoni Õ preċedenti jistgħu
jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera biss ladarba jiġi prodott
dokument ta’ sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ
mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, minghajr ħlas,
għal kull kwantità mitluba f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol
minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi applikazzjoni minn
kwalunkwe importatur Ö tal-Unjoni Õ, ikun fejn ikun
il-post fil-Ö Unjoni Õ fejn jopera
n-negozju tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li tkun
wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett
ijiem tax-xogħol wara li ssir, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju. 2. Id-dokument
ta’ sorveljanza għandu jsir fuq formola li tkun bħall-mudell
fl-Anness I. Sakemm id-deċiżjoni li timponi
s-sorveljanza ma tgħidx mod ieħor, l-applikazzjoni tal‑importatur
ghad-dokumenti ta’ sorveljanza għandha jkollha li ġej biss: (a) l-isem sħiħ u l-indirizz
tal-applikant (inkluż numri tat-telefon u numri tal-fax u numru ieħor
li jiddentifika l-applikant mal-awtorità kompetenti nazzjonali), flimkien
man-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT jekk irid iħallas il-VAT; (b) fejn hu xieraq, l-isem
sħiħ u l-indirizz ta’ min jagħmel d-dikjarazzjoni jew xi
rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon
u tal-fax); (ċ) deskrizzjoni tal-merkanzija li
tagħti: –
l-isem tal-kummerċ tagħhom, –
il-kodiċi tan-nomenklatura maqgħuda
tagħhom, –
il-post ta’ oriġini tagħhom u l-post
tal-konsenja; (d) il-kwantità ddikjarata,
f’kilogrammi u, jekk hu l-każ, kull unità addizzjonali oħra (pari,
oġġetti, eċċ.); (e) il-valur tal-merkanzija, cif
fil-fruntiera tal-Ö Unjoni Õ, f’euro; (f) il-prospett li ġej,
bid-data u ffirmat mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b’ittri
kbar: “Jiena, hawn taħt
iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni pprovduta f’din l‑applikazzjoni
hija veru u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fil‑Ö Unjoni Õ.”» 3. Id-dokument tas-sorveljanza għandu
jkun validu ġewwa l-Ö Unjoni Õ, ikun min
ikun l‑Istat Membru li joħorġu. 4. Id-dikjarazzjoni ta’ verdett li l-prezz
għal kull l-unità li fuqu tkun saret it-transazzjoni jaqbeż dak
indikat fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 %jew li l-valur totali jew
il‑kwantità tal-prodotti preżentati għall-importazzjoni
jaqbeż il-valur jew il-kwantità mogħtija fid-dokument tas-sorveljanza
b’inqas minn 5 %ma tipprekludix ir-rilaxx tal-prodott fil‑kwistjoni
għal ċirkolazzjoni libera. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet
l-opinjonijiet espressi fil-Kumitat u wara li tikkonsidra n-natura tal-prodotti
u l-fatturi l-oħra speċjali tat‑transazzjonijiet involuti,
tista’ tiffissa perċentwali differenti li, madankollu, normalment ma
għandux jaqbeż il-10 %. 5. Id-dokumenti tas-sorveljanza
jistgħu jintużaw biss għal dak iż-żmien li
l-arranġamenti għal liberalizzazzjoni tal-importazzjoni jibqgħu
fis-seħħ rigward it-transazzjonijiet fil-kwistjoni. Dawn id-dokumenti
tas-sorveljanza ma jistgħu fl-ebda każ jintużaw wara li
jagħlaq iż-żmien li għandu jiġi stabbilit fl-istess
waqt u permezz tal-istess proċedura tal-impożizzjoni tas‑sorveljanza,
u għandhom iqisu n-natura tal-prodotti u tal-fatturi l-oħra
speċjali tat‑transazzjonijiet. 6. Meta d-deċiżjoni li
tittieħed taħt l-Artikolu 10 hekk titlob, l-oriġini tal-prodotti
taħt is‑sorveljanza tal-Ö Unjoni Õ jridu
jiġu ppruvati permezz ta’ ċertifikat tal-oriġini. Dan il‑paragrafu
ma għandux jaffettwa dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw
il-preżentazzjoni ta’ kull ċertifikat minn dan. 7. Fejn il-prodott li jkun taħt
is-sorveljanza minn qabel tal-Ö Unjoni Õ jkun
bla ħsara għall‑miżuri reġjonali ta’ salvagwardja fi
Stat Membru, l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni konċessa minn dan
l-Istat Membru tista’ tieħu l-post tad-dokument tas-sorveljanza. 8. Il-formoli tad-dokument ta’ sorveljanza
u l-estratti tiegħu għandhom ikunu doppji, kopja mmarkata “kopja
tad-Detentur” u li ġġib in-numru 1, li tinħareġ
lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità kompetenti”
li ġġib in-numru 2, li għandha tinżamm mill‑awtorità
li toħroġ id-dokument. Ghal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni
l-awtorità kompetenti tista’ żżid kopji supplimentari għal
formola 2. 9. Il-formoli ghandhom jiġu stampati
fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, li tkun intiża għal
kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies
tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; t-tip ta spazju bejn il-linji għandu
jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); dak li hu mniżżel
fil-formola għandu jiġi segwit b’mod preċiż.
Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta’
sorveljanza nnifsu, għandhom ikollhom ukoll sfond ta’ disinn arabesk isfar
stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew
kimiċi. 10. L-Istati Membri għandhom ikunu
responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll
jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma
stabbiliti. F’każ ta’ dan l-aħħar, għandha tidher refernza
għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola
għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka
li tidentifika l-istampatur. ê 37/2014
Art. 1 u Anness .19(7) Artikolu 12 Fejn l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx
ġiet soġġetta għal sorveljanza a priori mill-Unjoni,
il-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 17, tista' tintroduċi
sorveljanza ristretta għall‑importazzjonijiet lejn reġjun
wieħed tal-Unjoni jew iktar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi
informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tintroduċi
s-sorveljanza. ê 260/2009
(adattat) Artikolu 13 1. Prodotti taħt sorveljanza
reġjonali jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera
fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta’
sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità
kompetenti nnominata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), minghajr
ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn
ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti
tirċievi l-applikazzjoni minn kull importatur Ö tal-Unjoni Õ,
irrispettivament mill-post tal-kummerċ tieghu fil-Ö Unjoni Õ. Din l‑applikazzjoni
għandha titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali
kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tiġi
magħmula, sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra. Id-dokumenti ta’
sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti
għall‑importazzjoni jibqgħu liberalizzati fir-rigward
tat-transazzjonijiet ikkonċernati. 2. L-Artikolu 11(2) għandu japplika. Artikolu 14 1. L-Istati
Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel
għaxart ijiem ta’ kull xahar fil-każ ta’ sorveljanza Ö tal-Unjoni Õ jew
reġjonali: (a) fil-każ ta’ sorveljanza
minn qabel, id-dettalji tal-ammonti tal-flus (ikkalkolati fuq il‑bażi
ta’ prezzijiet c.i.f.) u l-kwantitajiet tal-oġġetti li rigward
tagħhom id‑dokumenti tas-sorveljanza jkunu nħarġu matul
il-perjodu preċedenti; (b) f’kull każ, id-dettaliji
dwar l-importazzjonijiet matul il-perjodu taż-żmien ta’ qabel il‑perjodu
taż-żmien imsemmi fil-punt(a). It-t-tagħrif mogħti mill-Istati
Membri għandu jiġi maqsum abbażi tal-prodott u l-pajjiż. Jistgħu jiġu stabbiliti
diposizzjonijiet differenti fl-istess żmien u bl-istess proċedura
bħall‑arranġamenti tas-sorveljanza. 2. Fejn in-natura tal-prodotti u
ċ-ċirkostanzi speċjali hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni
tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess,
temenda t-tabelli taż-żmien għall‑preżentazzjoni ta’
dan it-tagħrif. 3. Il-Kummissjoni għandha
tgħarraf lill-Istati Membri kif xieraq. KAPITOLU V Miżuri ta' salvagwardja Artikolu 15 1. Meta prodott jiġi importat
ġewwa l-Ö Unjoni Õ fi
kwantitajiet miżjuda tant u/jew taħt it‑termini u
l-kondizzjonijiet hekk li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu
serju lill‑produtturi Ö tal-Unjoni Õ,
il-Kummissjoni, sabiex tissalvagwardja l-interessi tal‑Ö Unjoni Õ, tista’,
fil-waqt li taġixxi fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva
tagħha stess: (a) tagħmel limitu
għall-perjodu taż-żmien tal-validità tad-dokumenti
tas-sorveljanza fis‑sens tal-Artikolu 11 li jridu jinħarġu wara
d-dħul fis-seħħ ta’ din il-miżura; (b) tibdel ir-regoli
tal-importazzjoni għall-prodott fil-kwistjoni billi tagħmel ir-rilaxx
tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera bil-kondizzjoni li tiġi
ppreżentata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, li
l-konċessjoni tagħha għandha tkun irregolata minn dawn id‑dispożizzjonijiet
u bla ħsara għal dawk il-limiti li l-Kummissjoni tista’ timponi. Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u
(b) għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih. 2. Rigward il-Membri tad-WTO,
il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu biss meta
ż-żewġ kondizzjonijiet indikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan
il-paragrafu jiġu sodisfatti. 3. Jekk tkun qiegħda tiġi
stabbilita kwota, għandu jittieħed kont b’mod partikolari ta’: (a) ix-xewqa li jiġu mantnuti,
kemm jista’ jkun possibbli, il-flussi tradizzjonali tal‑kummerċ; (b) il-volum tal-oġġetti
esportati fuq kuntratti konklużi taħt it-termini u l-kondizzjonijiet
normali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ miżura tas-salvagwardja
fis-sens ta’ dan il‑Kapitolu, fejn dawn il-kuntratti jkunu ġew notifikati
lill-Kummissjoni mill-Istati Membri interessati; (ċ) il-ħtieġa li
jiġi evitat li l-kisba tal-għan segwit meta tkun qiegħda
tiġi stabbilita l‑kwota tiġi pperikolata. Kull kwota ma għandhiex tiġi
stabbilita taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda
tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom tkunu
disponibbli l-istatistika għajr jekk ikun meħtieġ livell
differenti sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju. 4. Fil-każijiet fejn il-kwota
tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, l-allokazzjoni tista’
tiġi miftiehma ma’ dawk minnhom li jkollhom interess sostanzjali li jfornu
l-prodott fil-kwistjoni għall-importazzjoni ġewwa l-Ö Unjoni Õ. Fin-nuqqas ta’ dan, il-kwota għandha
tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri abbażi tal-proporzjon
tas-sehem tagħhom fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni
ġewwa l-Ö Unjoni Õ matul
il-perjodu rappreżentattiv taż-żmien preċedenti, filwaqt li
jitqies kull fattur speċifiku li jkun sata’ affettwa jew li jista’ jkun
qiegħed jaffettwa l-kummerċ fil-prodott. Sakemm ma tinjorax l-obbligu tagħha
li tara li l-konsultazzjonijiet jitmexxew taħt l-awspiċi tal-Kumitat
tas-Salvagwardja tad-WTO, l-Ö Unjoni Õ tista’
madanakollu titbiegħed minn dan il-metodu ta’ allokazzjoni fil-każ
ta’ dannu serju jekk importazzjonijiet li joriġinaw f’wieħed jew
aktar mill-pajjiżi fornituri jkunu żdiedu b’perċentwali
sproporzjonat meta mqabbla maż-żieda totali fl-importazzjonijiet
tal-prodott konċernat matul perjodu taż-żmien
rappreżentattiv preċedenti. 5. Il-miżuri msemmija f’dan Artikolu
għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ‑ċirkolazzjoni
libera wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Taħt l-Artikolu 17
dawn jistgħu jiġu ristretti għal reġjun tal-Ö Unjoni Õ jew
iktar. Madankollu, dawn il-miżuri ma
għandhomx jipprevjienu r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal‑prodotti
li jkunu diġà fi triqthom lejn l-Ö Unjoni Õ sakemm
id-destinazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma tkunx tista’ tiġi mibdula u li
dawn il-prodotti li, taħt l-Artikoli 10 u 11, ikunu jistgħu
jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk meta jkun
meħtieġ li jiġi ppreżentat dokument tas-sorveljanza huma
jkunu fil-fatt akkumpanjati minn dan id-dokument. ê 37/2014 Art. 1 u Anness .19(8) 6. Fejn l-intervent mill-Kummissjoni jkun
intalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità
mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3), jew
f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 3(4), għandha
tieħu deċiżjoni fi żmien mhux iktar minn ħamest ijiem
tax-xogħol minn mid-data meta tirċievi tali talba. ê 37/2014
Art. 1 u Anness .19(9) Artikolu 16 Fejn meħtieġ mill-interessi
tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità
mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3) u t-termini
tal-Kapitolu III, tista' tadotta miżuri xierqa sabiex prodott ma
jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet
sostanzjalment akbar u/jew skont dawk it-termini jew kondizzjonijiet li
jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi
tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f’kompetizzjoni diretta
magħhom. Għandu japplika l-Artikolu 15(2) sa (5). ê 260/2009
(adattat) Artikolu 17 Fejn jirriżulta, primarjament fuq
il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 9, li l-kondizzjonijiet
stabbiliti sabiex jiġu adottati l-miżuri taħt l-Artikoli 10 u 15
jiġu sodisfatti f’reġjun jew iktar tal-Ö Unjoni Õ, il-Kummissjoni,
wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’
eċċezzjonalment tawtorizza li jiġu applikati miżuri
tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja limitati għar-reġjun(i)
interessat(i) jekk tikkonsidra li dawn il-miżuri applikati f’dan il-livell
ikunu aktar xierqa mill-miżuri applikati fl-Ö Unjoni Õ intiera. Dawn
il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern
mill-inqas possibbli. Il-miżuri għandhom jiġu
adottati konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl‑Artikoli 10
u 15. Artikolu 18 Ma tista’ tiġi applikata l-ebda
miżura ta’ salvagwardja għal prodott li joriġina f’pajjiż
Membru tad-WTO li qiegħed jiżviluppa safejn u sakemm is-sehem ta’ dan
il-pajjiż fl‑importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni fl-Ö Unjoni Õ ma jaqbiżx
it-3 %, dment li l‑pajjiżi Membri tad-WTO li qegħdin
jiżviluppaw u li jkollhom sehem fl-importazzjoni ta’ inqas minn 3 %
jakkontaw b’mod kollettiv għal mhux aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet
totali tal-Ö Unjoni Õ tal-prodott
interessat. Artikolu 19 1. It-tul taż-żmien tal-miżuri
tas-salvagwardja irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien
meħtieġ sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju u sabiex
jiffaċilita l-aġġustament minn naħa tal‑produtturi Ö tal-Unjoni Õ. Il-perjodu
taż-żmien ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, inkuż it-tul
taż-żmien ta’ kull miżura provviżorja. 2. Dan il-perjodu inizjali taż-żmien
jista’ jiġi estiż, għajr fil-każ tal-miżuri msemmija
fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(4) sakemm jiġi stabbilit li: (a) l-miżura tas-salvagwardja
tissokta meħtieġa sabiex tipprevjieni jew tirrimedja dannu serju; (b) u jkun hemm evidenza li l-produtturi
Ö tal-Unjoni Õ jkunu qegħdin
jagħmlu l‑aġġustamenti. 3. Għandhom jiġu adottati
estensjonijiet konformement mat-termini tal-Kapitolu III u bl-użu
tal-istess proċeduri bħall-miżuri inizjali. Miżura li
tiġi estiża b’dan il-mod ma għandhiex tkun aktar restrittiva
milli kienet fl-aħħar tal-perjodu inizjali taż-żmien. 4. Jekk it-tul taż-żmien
tal-miżura taqbeż is-sena, il-miżura trid tiġi
liberalizzata progressivament f’intervalli regolari matul il-perjodu
taż-żmien tal-applikazzjoni, li jinkludi l‑perjodu
taż-żmien tal-estensjoni. 5. Il-perjodu totali taż-żmien
tal-applikazzjoni ta’ miżura tas-salvagwardja, inklużi l-perjodu
taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ kull miżura provviżorja, il-perjodu
inizjali taż-żmien tal‑applikazzjoni u kull proroga
tiegħu, ma jistax jaqbeż it-tmien snin. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .19(10) Artikolu 20 1. Filwaqt li tkun fis-seħħ
kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata
f'konformità mal-Kapitoli IV u V, il-Kummissjoni tista', jew fuq it-talba ta'
Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, u mhux aktar tard minn nofs
il-perijodu tal-applikazzjoni ta' miżuri li japplikaw għal perijodu
ta' żmien ta' iktar minn tliet snin: (a) teżamina l-effetti
tal-miżura; (b) tistabbilixxi jekk ikunx xieraq li
jitħaffef il-pass tal-liberalizzazzjoni u b'liema mod; (c) taċċerta jekk
l-applikazzjoni tal-miżura tkunx għadha meħtieġa. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni
ta' miżura tkun għadha meħtieġa, hija għandha
tgħarraf lill-Istati Membri dwar dan. 2. Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe
miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 10, 12, 15,
16 u 17 għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha,
filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 4(3), tħassar jew temenda l-miżura. Fejn id-deċiżjoni tirrigwarda
l-miżuri ta' sorveljanza reġjonali, din għandha tapplika
mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. ê 260/2009 Artikolu 21 1. Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodott ikunu
diġa bla ħsara għal kull miżura ta’ salvagwardja, l-ebda
miżura minn din ma għandha tiġi applikata għal dan
il-prodott sakemm jiskadi t-tul taż-żmien ugwali
għall-miżura preċedenti. Dan il-perjodu
taż-żmien ma għandux ikun inqas minn sentejn. 2. Minkejja l-paragrafu 1, tista’ tiġi
imposta mill-ġdid miżura ta’ salvagwardja ta’ 180 ġurnata jew
inqas fuq prodott jekk: (a) tkun għaddiet mill-inqas sena
mid-data tal-introduzzjoni ta’ kull miżura tas‑salvagwardja fuq
l-importazzjoni ta’ dan il-prodott; u (b) din il-miżura tas-salvagwardja
ma tkunx ġiet applikata għall-istess prodott għal aktar minn
darbtejn fil-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin minnufih qabel
id-data tal‑introduzzjoni tal-miżura. KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali ê 37/2014 Art. 1 u Anness .19(11) Artikolu 22 Fejn meħtieġ fl-interessi
tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal‑proċedura
ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(3), tista’ tadotta l-miżuri xierqa
li jimplimentaw l-atti leġislattivi sabiex id-drittijiet u l-obbligi
tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw
il-kummerċ fi prodotti bażiċi, jiġu eżerċitati u
jitwettqu f'livell internazzjonali. ê 37/2014 Art. 1 u Anness .19(12) Artikolu 23 Rapport Il-Kummissjoni għandha tinkludi
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir‑Regolament fir-rapport
annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri
ta' difiża kummerċjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont
l-Artikolu 22a tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[12]. ê 260/2009
(adattat) Artikolu 24 1. Dan ir-Regolament ma għandux
jipprekludi milli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mir-regoli
speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimijiet konklużi bejn l-Ö Unjoni Õ u pajjiżi
terzi. 2. Mingħajr preġudizzju għal
dispożizzjonijiet oħra tal-Ö Unjoni Õ, dan ir-Regolament
ma għandux jipprekludi l-addozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri
ta' li ġej: (a) projbizzjonijiet, restrizzjonijiet
kwantitattivi jew miżuri tas-sorveljanza għal raġunijiet ta’
moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni
tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni umani, tal-annimali jew
tal-pjanti, il-protezzjoni tat‑teżori nazzjonali li jkollhom valur
artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il‑protezzjoni tal-proprjetà
industrijali u kummerċjali; (b) formalitajiet speċjali li
jirrigwardaw il-kambju tal-flus barranin; (ċ) formalitajiet introdotti
permezz ta’ ftehim internazzjonali taħt dan it-Trattat. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni bil-miżuri jew il-formalitajiet li jkun beħsiebhom
jintroduċu jew jemendaw taħt l-ewwel subparagrafu. F’każ ta’ urġenza estrema, dawn
il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali għandhom jiġu kkomunikati
lill-Kummissjoni minnufih mal-addozzjoni tagħhom. Artikolu 25 1. Dan ir-Regolament għandu jkun
mingħajr preġudizzju għall-operazzjoniji tal-istrumenti li
jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tad-dispożizzjonijiet
amministrattivi Ö tal-Unjoni Õ jew nazzjonali li
joħorġu minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi li japplikaw
għall-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar
tal-prodotti agrikoli; għandu jaħdem b’mod komplimentari għal
dawn l-istrumenti. 2. Fil-każ tal-prodotti li huma koperti
permezz tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1, l‑Artikoli 10 sa 14 u
l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw għal dawk li rigward
tagħhom ir‑regoli Ö tal-Unjoni Õ dwar il-kummerċ
ma’ pajjiżi terzi jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’‑liċenzja
jew ta’ dokument ieħor tal-importazzjoni. L-Artikoli 15, 17 u 20 sa 24 ma għandhomx
japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom dawn ir-regoli jipprovdu
restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni. Artikolu 26 Ir-Regolament (KE) Ö 260/2009 Õ huwa b'dan
imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament
imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan
ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni
fl-Anness III. Artikolu 27 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħla fil-programm
leġiżlattiv għall-2014. [4] Ara l-Anness II ta' din il-proposta. [5] ĠU [...], […], p. […]. [6] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall‑importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1). [7] Ara l-Anness II. [8] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti
tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet
bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli
tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1). [9] Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni, (ĠU L 55,
28.2.2011, p. 13). [10] Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas- 7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni
għall‑importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU
L 185, 17.7.2009, p. 1). [11] Regolament (KE)
Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 li
jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L
145, 4.6.2008, p. 1). [12] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’
Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità
Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). ê 260/2009 ANNESS I || UNJONI EWROPEA || DOKUMENT TA’ SORVELJANZA 1 || 1. Kunsinna (isem, indirizz komplut, pajjiż, numru tal-VAT) || 2. Numru tal-hruġ Kopja personali || || || 3. Il-post propost u d-data ta’ l-importazzjoni || || 4. Awtorità responsabbli ghall-ħruġ (isem, indirizz u numru tat-telefon)) || 5. Dikjarant/rappreżentant kif applikabbli (isem, indirizz komplut ) || 6. Pajjiż tal-oriġini (u kodiċi ġeonomenklatura) || || || 7. Pajjiż ta’ konsinna (u kodiċi ġeonomenklatura) || || || 8. L-aħħar ġurnata ta’validità 1 || || || 9. Deskrizzjoni tal-merkanzija || 10. Kodiċi NM u kategorija || || || || 11. Kwantità f’kilogrammi (mhux massa) jew units addizzjonali || || || || 12. Valuri f’euros, CIF fil-fruntiera tal-Unjoni || || || 13. Kummenti addizzjonali || || || 14. Firma tal-awtorità kompetenti || || Data: ……………………………. || Firma: ……………………………. || (Timbru) || || 15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità li hemm fl-ewwel parti tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fit-tieni parti. 16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ qies li tindika l-unità) || 19. Dokument doganali (formola u numru) || 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-awtorità attribwita 17. F' figuri || 18. Fi kliem għal kwantità attribwita || || 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. Paġni tal-estensjoni huma mehmużin hawnhekk || UNJONI EWROPEA || DOKUMENT TA’ SORVELJANZA 2 || 1. Kunsinna (isem, indirizz komplut, pajjiż, numru tal-VAT) || 2. Numru tal-hruġ Kopja ghal awtorità kompetenti || || || 3. Il-post propost u d-data ta’ l-importazzjoni || || 4. Awtorità tal-responsabbli ghall-ħruġ (isem, indirizz u numru tat-telefon)) || 5. Dikjarant/rappreżentant kif applikabbli (isem, indirizz komplut ) || 6. Pajjiz tal-oriġini (u kodiċi ġeonomenklatura) || || || 7. Pajjiż ta’ konsinna (u kodiċi ġeonomenklatura) || || || 8. L-aħħar ġurnata ta’validità 2 || || || 9. Deskrizzjoni tal-merkanzija || 10. Kodiċi NM u kategorija || || || || 11. Kwantità f’kilogrammi (mhux massa) jew units addizzjonali || || || || 12. Valuri f’euros, CIF fil-fruntiera tal-Unjoni || || || 13. Kummenti addizzjonali || || || 14. Firma tal-awtorità kompetenti || || Data: ……………………………. || Firma: ……………………………. || (Timbru) || || 15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità li hemm fl-ewwel parti tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fit-tieni parti. 16. Kwantità netta (massa nett jew unità oħra ta’ qies indika l-unità) || 19. Dokument doganali (formola u numru) || 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-awtorità attribwita 17. F' figuri || 18. Fi kliem għal kwantità attribwita || || 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || 2. 1. || || || Paġni tal-estensjoni huma mehmużin hawnhekk ____________ é ANNESS II Regolament
imħassar flimkien mal-emenda tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1) || || || Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Il-punt 19 tal-Anness biss ____________ ANNESS III Tabella ta' korelazzjoni Regolament (KE) Nru 260/2009 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2 || Artikolu 2 Artikolu 4 || Artikolu 3 Artikolu 5 || Artikolu 4 Artikolu 6 || Artikolu 5 Artikolu 7 || Artikolu 6 Artikolu 8 || Artikolu 7 Artikolu 9 || Artikolu 8 Artikolu 10 || Artikolu 9 Artikolu 11 || Artikolu 10 Artikolu 12 || Artikolu 11 Artikolu 13 || Artikolu 12 Artikolu 14 || Artikolu 13 Artikolu 15 || Artikolu 14 Artikolu 16 || Artikolu 15 Artikolu 17 || Artikolu 16 Artikolu 18 || Artikolu 17 Artikolu 19 || Artikolu 18 Artikolu 20 || Artikolu 19 Artikolu 21 || Artikolu 20 Artikolu 22 || Artikolu 21 Artikolu 23 || Artikolu 22 Artikolu 23a || Artikolu 23 Artikoli 24 sa 27 || Artikoli 24 sa 27 Anness I || Anness I Anness II || Anness II Anness III || Anness III _____________