This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0205
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council on the adoption of a Regulation of the European Parliament and of the Council on the establishment of rules and procedures with regard to the introduction of noise-related operating restrictions at Union airports within a Balanced Approach and repealing Directive 2002/30/EC of the European Parliament and of the Council
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
/* COM/2014/0205 final - 2011/0398 (COD) */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill /* COM/2014/0205 final - 2011/0398 (COD) */
2011/0398 (COD) KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni
ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’
regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet
operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan
l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Sfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2011) 828 finali – 2011/398 COD): || fl-1 ta’ Diċembru 2011 Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || it-28 ta’ Marzu 2012 Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || it-12 ta’ Diċembru 2012 Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: || Mhux Disponibbli Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || l-24 ta' Marzu 2014 2. L-objettiv
tal-proposta tal-Kummissjoni L-għan tal-proposta huwa li tiżgura
applikazzjoni konsistenti fl-UE tas-sett ta’ prinċipji u gwida tal-ICAO
magħrufa bħala "l-Approċċ Bilanċjat” dwar
il-ġestjoni tal-istorbju. Hija tieħu post u tirrevoka d-Direttiva
2002/30/KE, l-att bażiku attwali li jistabbilixxi regoli u proċeduri
fir-rigward l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati
mal-istorbju fl-ajruporti tal-UE. Ir-regoli l-ġodda se jarmonizzaw
id-diversi passi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni,
mill-ġbir ta’ provi fuq il-bażi ta’ dejta u metodi rikonoxxuti
internazzjonalment, il-konsultazzjoni f’waqtha u sostanzjali tal-partijiet
interessati kollha, sal-għoti ta' żmien ta' notifika twil
biżżejjed għall-operaturi milquta. B'hekk, proċess
b'saħħtu se jwassal biex jinstabu l-aktar soluzzjonijiet
kosteffettivi biex itaffu l-impatt tal-istorbju. Element ieħor tal-proposta huwa
d-definizzjoni ta’ “inġenji tal-ajru marġinalment konformi”, li huma
inġenji tal-ajru fil-flotta li jagħmlu l-iżjed storbju.
L-eliminazzjoni gradwali ta' tali inġenji tal-ajru tista' tkun miżura
pjuttost kosteffettiva biex jittaffa' l-istorbju: l-eliminazzjoni tagħhom
tkun ta' ġid għaċ-ċittadini li jgħixu viċin
l-ajruporti, filwaqt li tibqa' tippermetti ċertu spazju għat-tkabbir
tat-traffiku tal-ajru. 3. Kummenti dwar il-pożizzjoni
tal-Kunsill Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti
l-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
fis-27 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tappoġġa dan
il-ftehim. Il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni waħda bħala
kontribut għal dan il-Ftehim. L-emendi ewlenin tal-Kunsill jikkonċernaw
iż-żieda fil-viżibbiltà tal-importanza tas-saħħa,
l-introduzzjoni ta’ proċess ta’ medjazzjoni speċifiku biex isiru
l-konsultazzjonijiet, l-ittardjar tal-eliminazzjoni gradwali tal-"inġenji
tal-ajru marġinalment konformi", l-għoti aktar speċifiku
ta' informazzjoni dwar l-istorbju, it-tħassir ta’ delegazzjoni sabiex
jiġu emendati d-definizzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru u inġenji
tal-ajru marġinalment konformi, u kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, inkluż
klawżola ta’ anterjorità, miżura ta' tranżizzjoni u dewmien
tad-dħul fis-seħħ. Dwar id-dritt ta’ skrutinju tal-Kummissjoni,
il-pożizzjoni tal-Kunsill tobbliga lill-Awtorità Kompetenti biex
teżamina n-notifika tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni dwar
l-intenzjonijiet tagħha. B'mod ġenerali, il-pożizzjoni
tal-Kunsill tipprovdi proċess robust għall-valutazzjonijiet
tal-istorbju. L-emendi jiċċaraw aktar il-valutazzjoni tal-istorbju u
l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni u huma kważi kollha
konformi mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. L-emendi jistgħu
jiġu aċċettati kollha. 4. Dikjarazzjonijiet
mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni
waħda li tiffaċilita l-ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament li tinsab
fl-anness. 5. Konklużjoni Il-Kummissjoni tappoġġa
r-riżultati tan-negozjati interistituzzjonali u għalhekk tista'
taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. DIKJARAZZJONI Dikjarazzjoni
mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad- Direttiva 2002/49/KE “Il-Kummissjoni qed
tiddiskuti mal-Istati Membri l-Anness II tad-Direttiva 2002/49/KE (metodi ta’
kalkolu tal-istorbju) bil-għan li tadattaha fix-xhur li ġejjin. Il-Kummissjoni
biħsiebha tirrevedi l-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE (stima
tal-impatt fuq is-saħħa, kurvi ta’ doża-rispons) skont
ix-xogħol li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħdha
attwalment twettaq rigward il-metodoloġija għall-evalwazzjoni
tal-implikazzjonijiet tas-saħħa tal-impatt tal-istorbju"