This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0203
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of the Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tunisia, of the other part, on a Framework Agreement between the European Union and the Republic of Tunisia on the general principles for the participation of the Republic of Tunisia in Union programmes
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni
/* COM/2014/0203 final - 2014/0118 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni /* COM/2014/0203 final - 2014/0118 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Bħala parti mill-Politika Ewropea
tal-Viċinat (PEV), il-ftuħ gradwali ta’ xi programmi u aġenziji
tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab tal-PEV
jirrappreżenta waħda minn bosta miżuri maħluqa biex
jippromwovu r-riforma, il-modernizzazzjoni u t-tranżizzjoni
fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ssottolineat dan l-aspett
ta’ politika b’mod aktar estensiv fil-Komunikazzjoni tagħha ta’
Diċembru 2006 “dwar l-approċċ ġenerali
għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msieħba fil-Politika
Ewropea tal-Viċinat fl-aġenziji u l-programmi Komunitarji”[1]. Il-Kunsill approva dan l-approċċ
fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Marzu 2007[2]. Abbażi ta' din il-Komunikazzjoni u ta'
dawn il-konklużjonijiet, fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill
ħareġ direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas
mal-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Eġittu,
il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Moldovja,
il-Marokk, l-Awtorità tal-Palestina, it-Tuneżija u l-Ukraina, dwar
il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom
fil-programmi Komunitarji[3].
Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007[4] afferma mill-ġdid
l-importanza suprema tal-PEV u approva Rapport tal-Presidenza dwar il-Progress
miksub[5]
li kien ippreżentat fil-Kunsill fit-18 u d-19 ta’ Ġunju 2007
kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill relatati[6]. Dan ir-rapport fakkar
id-direttivi tal-Kunsill biex jiġu nnegozjati protokolli addizzjonali
relevanti. Il-Komunikazzoni Konġunta
mill-Kummissjoni u r-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea
għall-Affarijiet Barranin u ta’ Sigurtà Politika “Risposti ġodda
għal Viċinat fi trasformazzjoni”[7],
approvat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011,
enfasizza aktar l-intenzjoni tal-UE biex tiffaċilita
l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msieħba fil-programmi tal-UE. Sa issa, ġew iffirmati Protokolli
mal-Armenja, mal-Ġeorġja, mal-Iżrael, mal-Ġordan,
mal-Moldova, mal-Marokk u mal-Ukraina. F’Diċembru 2013, it-Tuneżija
esprimiet l-interess tagħha li tipparteċipa fil-firxa wiesgħa
ta’ programmi miftuħa għall-pajjiżi sħab tal-Politika
Ewropea tal-Viċinat. It-test tal-protokoll li ġie nnegozjat
mat-Tuneżija huwa anness hawnhekk. Hawnhekk, il-Kummissjoni qed tippreżenta
proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni
tal-Protokoll. Dan il-Protokoll fih Ftehim Qafas dwar il-prinċipji
ġenerali għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi
tal-Unjoni. Fih klawżoli standard li huma maħsuba li jiġu
applikati għall-pajjiżi sħab kollha tal-PEV li magħhom
għandhom jiġu konklużi dawn il-protokolli. F'konformità mal-Artikolu 218(6)(a)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew se
jiġi mistoqsi biex jagħti l-kunsens tiegħu għall-kunsens
tal-konklużjoni tal-Protokoll. B'mod parallel, il-Kummissjoni tressaq
proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. Il-Kunsill huwa mistieden biex jadotta
d-Deċiżjoni proposta li ġejja. 2014/0118 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni għall-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u
r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji
ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija
fil-programmi tal-Unjoni IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212
flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[8],
Billi: (1) Il-Protokoll
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa
l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, li
jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tat-Tuneżija, dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi
tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll")
ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fi... (2) L-objettiv tal-Protokoll huwa
li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu
lit-Tuneżija tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas
orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta'
kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti li
l-aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għajnuna
finanzjarja, jiġi pprovdut mill-Unjoni skont il-programmi tal-Unjoni. Dan
il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom
l-atti legali rilevanti kostituttivi jipprevedu l-possibbiltà ta'
parteċipazzjoni tat-Tuneżija. L-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux
l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali
segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti
l-programmi. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u
r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna
Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija, dwar
il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika
tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni ("il-Protokoll") huwa
b'hekk approvat f'isem l-Unjoni[9].
Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill jinnomina l-persuna awtorizzata biex
tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
in-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll, sabiex jesprimi
l-kunsens tal-Unjoni Ewropea u l-membri tagħha li jkunu marbuta b'dan
il-Protokoll. Id-data tad-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Artikolu 3 Il-Kummissjoni hija awtorizzata li
tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni,
it-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli
għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fi kwalunkwe programm
partikolari, inkluż il-kontribut finanzjarju pagabbli. Il-Kummissjoni
se taġġorna l-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. Artikolu
4 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] COM(2006) 724 final tal-4 ta’
Diċembru 2006. [2] Il-Konklużjonijiet tal-KAĠRE
tal-5 ta’ Marzu 2007. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (ristretta) li
tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-protokolli […],
Dok 10412/07. [4] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza – Brussell, il-21
u t-22 ta’ Ġunju 2007, Dok 11177/07. [5] Ir-Rapport tal-Presidenza dwar il-Progress dwar
“Insaħħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat”, Dok 10874/07. [6] Il-Konklużjonijiet dwar it-Tisħiħ
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, adottati mill-Kunsill (Affarijiet
Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni)
fit-18 ta’ Ġunju 2007, Dok 11016/07. [7] COM (2011) 303 final,
tal-25 ta’ Mejju 2011. [8] ĠU C […] tal-[…], p. […]. [9] ANNESS
PROTOKOLL
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa
l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, li
jikkonċerna Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi
tal-Unjoni
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, min-naħa
l-waħda, u r-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA, minn issa
msejħa "it-Tuneżija" min-naħa
l-oħra, minn hawn 'il
quddiem imsejħa konġuntament “il-Partijiet” Billi: (1) It-Tuneżija kkonkludiet
Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa, u
t-Tuneżija, min-naħa l-oħra (minn issa msejjaħ
“il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998. (2) Il-Kunsill Ewropew ta’
Brussell tas-17/18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ b'mod favorevoli l-proposti
tal-Kummissjoni għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u
aċċetta l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju
2004; (3) Il-Kunsill, f’bosta
okkażjonijiet oħrajn, ikkonkluda ripetutament favur din il-politika. (4) Il-Kunsill, fil-5 ta’ Marzu
2007, esprima l-appoġġ tiegħu għall-approċċ
ġenerali u globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’
Diċembru 2006, COM(2006) 724 finali, sabiex l-isħab tal-politika
Ewropea tal-viċinat ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma
tal-aġenziji Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti
tagħhom u fejn l-bażijiet legali jippermettu; (5) It-Tuneżija esprimiet
x-xewqa tagħha li tipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni. (6) It-termini u
l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli
għall-parteċipazzjoni f'kull programm partikolati, notevolment
il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u
tal-evalwazzjoni, iridu jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Kummissjoni
Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni, u t-Tuneżija, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-Tuneżija
titħalla tipparteċipa fil-programmi kollha tal-Unjoni attwali u futuri
miftuħa għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'konformità
mad-dispożizzjonijiet relevanti li jadottaw dawn il-programmi. Artikolu 2 It-Tuneżija
tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom
tipparteċipa t-Tuneżija. Artikolu 3 Ir-rappreżentanti
tat-Tuneżija jitħallew jieħdu sehem bħala osservaturi u,
għall-punti li jikkonċernaw lit-Tuneżija, jitħallew
jipparteċipaw fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli
mill-monitoraġġ tal-programmi li t-Tuneżija tikkontribwixxi
finanzjarjament għalihom. Artikolu 4 Il-proġetti u
inizjattivi mressqa minn parteċipanti mit-Tuneżija, kemm jista’ jkun,
ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet, regoli u
proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-programmi kkonċernati kif
huma applikati lill-Istati Membri. Artikolu 5 It-termini u
l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni
tat-Tuneżija f’kull program partikolari, b’mod partikolari
l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri tar-rapportar u
tal-evalwazzjoni, jiġu determinati bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u
l-awtoritajiet Tuneżini kompetenti fuq il-bażi tal-kriterji
stabbiliti permezz tal-programmi kkonċernati. Jekk it-Tuneżija
tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex tipparteċipa fi
programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament
(KE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu
2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif
ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija jew skont kwalunkwe
Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni
lit-Tuneżija li tista' tiġi adottata fil-ġejjieni,
il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mit-Tuneżija tal-assistenza
tal-Unjoni jiġu deċiżi fi ftehim ta' ffinanzjar. Artikolu 6 F'konformità
mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, kull ftehim
konkluż bis-saħħa tal-Artikolu 5 jistipula li l-kontrolli,
l-awditi finanzjarji jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet
amministrattivi, isiru mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju
Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mill-Qorti tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità
tagħhom. Isiru
dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u verifika finanzjarja,
miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni
Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri
li jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti
għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew
il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni. Artikolu 7 Dan il-Protokoll dwar
ftehim qafas japplika għall-perjodu li fih ikun fis-seħħ
il-Ftehim Ewro-Mediterranju. Dan il-Protokoll
jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri
rispettivi tagħhom. Kull Parti tista’
tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti
l-oħra. Dan il-Protokoll jintemm sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.
It-tmiem ta' dan
il-Protokoll li jiġi wara denunzja minn kwalunkwe waħda
mill-partijiet ma jkollu l-ebda influwenza fuq l-ispezzjonijiet u l-kontrolli
li jitwettqu taħt id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5
u 6 fejn xieraq. Artikolu 8 Mhux aktar tard minn
tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u kull
tliet snin wara dan, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrevedu
l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni
effettiva tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni. Artikolu 9 Dan il-Protokoll
jgħodd, min-naħa, għat-territorju li fih japplikaw it-Trattati
dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont
il-kundizzjonijiet stipulati f’dawn it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju
tat-Tuneżija. Artikolu 10 Sakemm
jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw
provviżorjament dan il-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat, bil-kundizzjoni li l-proċeduri neċessarji
jitlestew aktar tard. Dan il-Protokoll
jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha
l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar
it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex jidħol
fis-seħħ. Artikolu 11 Dan il-Protokoll jifforma parti integrali
mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa
l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra. Artikolu 12 Dan il-Protokoll jiġi kkompilat f’żewġ kopji
bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Għarbi, bil-Bulgaru, bil-Kroat,
bid-Daniż, bl-Ispanjol, bl-Estonjan, bil-Finlandiż,
bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan,
bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż,
bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Isvediż, biċ-Ċek u kull
wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod. Magħmul fi Brussell,
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tat-Tuneżija