This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014JC0016
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 204/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
/* JOIN/2014/016 final - 2014/0127 (NLE) */
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Adopted by | 32014R0690 |
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja /* JOIN/2014/016 final - 2014/0127 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Fit-2 ta' Marzu 2011 il-Kunsill
adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi
fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja biex jitwettqu l-miżuri previsti
fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011. (2)
Fid-29 ta' Marzu 2014, il-Kunsill
tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2146
(2014) li tipprojbixxi bastimenti magħżula mill-Kumitat stabbilit
skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011) ('bastimenti magħżula')
taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru milli jgħabbu,
jittrasportaw jew jirrilaxxaw żejt mhux raffinat fin-nuqqas ta'
struzzjonijiet mill-Gvern tal-Libja. (3)
Ir-riżoluzzjoni 2146 (2014) sejħet
lill-Istati Membri biex jipprevjenu l-bastimenti magħżula milli
jidħlu fil-portijiet u pprojbixxiet il-forniment ta’ servizzi ta’
trażbord, forniment ta' bastimenti u servizzi oħra għal
bastimenti magħżula, sakemm il-forniment ta' tali servizzi ma jkunx
neċessarju għal għanijiet umanitarji jew meta l-bastiment ikun
qiegħed jirritorna lejn il-Libja. (4)
Ir-riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-Kunsill
tas-Sigurtà ddeċidiet barra minn hekk li l-Istati Membri kollha
għandhom jieħdu miżuri biex jipprojbixxu tranżazzjonijiet
finanzjarji fir-rigward ta' żejt mhux raffinat mil-Libja abbord bastimenti
magħżula. (5)
Fl-X ta' April 2014,
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/XX/PESK emendat
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011
dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja[1] biex jiġu
implimentati dawn il-miżur. (6)
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea
jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 kif
meħtieġ. 2014/0127 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar
miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja[2], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri
restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja[3]
jimplimenta jl-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK. (2) Fid-29 ta'
Marzu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta
r-Riżoluzzjoni 2146 (2014) li tipprojbixxi t-tagħbija,
it-trasport jew ir-rilaxx ta' żejt mhux raffinat mil-Libja fuq bastimenti
magħżula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet ('bastimenti
magħżula') taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fin-nuqqas
ta' struzzjonijiet mill-Gvern tal-Libja. (3) Ir-riżoluzzjoni 2146
(2014) tal-KSNU kienet tirrikjedi miżuri li għandhom jittieħdu
biex jipprevjenu l-bastimenti magħżula milli jidħlu
fil-portijiet u l-forniment ta’ servizzi ta’ trażbord jew il-forniment ta'
bastimenti, jew servizzi oħra għal bastimenti magħżula. (4) Barra minn hekk
ir-riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-KSNU tipprojbixxi
tranżazzjonijiet fir-rigward ta' żejt mhux raffinat mil-Libja abbord
bastimenti magħżula. (5) Għal raġunijiet ta'
espedjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex
temenda l-lista ta' bastimenti magħżula li għalihom japplikaw
dawn il-miżuri fuq il-bażi ta' notifiki jew informazzjoni
mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kif xieraq. (6) Fl-X ta' April 2014,
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK ġiet emendata
mid-Deċiżjoni 2014/X/PESK biex jiġu implimentati dawn
il-miżuri. (7) Ir-Regolament (UE)
Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament
(UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 1, il-punti (h) u
(i) li ġejjin għandhom jiżdiedu: (h) 'bastimenti
magħżula' tfisser bastimenti magħżula mill-Kumitat
tas-Sanzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 11
tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-KSNU, kif elenkat fl-Anness V
ta' dan ir-Regolament; (i) 'il-punt
fokali tal-Gvern tal-Libja' tfisser il-punt fokali maħtur mill-Gvern
tal-Libja kif notifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 3
tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014) tal-KSNU. (2) Għandu jiddaħħal
l-Artikolu 10b li ġej: “Artikolu 10b 1. Huwa pprojbit li jiġi
mgħobbi, ittrasportat jew irrilaxxat żejt mhux raffinat mil-Libja fuq
bastimenti magħżula taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru
sakemm mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru wara
konsultazzjoni mal-punt fokali tal-Gvern tal-Libja. 2. Huwa pprojbit li jiġi
aċċettat jew li jingħata aċċess għall-portijiet
fit-territorju tal-Unjoni lil bastimenti magħżula. 3. Il-miżura imposta minn
paragrafu 2 ma tapplikax meta d-dħul għal xi port fit-territorju
tal-Unjoni huwa meħtieġ għal xi spezzjoni, f'każ ta'
emerġenza jew meta l-bastiment ikun qed jirritorna lejn il-Libja. 4. Il-forniment
miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew minn territorji tal-Istati Membri
għall-forniment ta’ servizzi ta’ trażbord jew is-servizz
tal-forniment ta' bastimenti, jew kwalunkwe servizz ieħor tal-bastimenti
għal bastimenti magħżula, inkluż il-forniment ta' karburant
jew ta' fornimenti oħra, huwa pprojbit. 5. L-awtorità
kompetenti tal-Istati Membri kif notifikata fl-Anness IV tista'
tagħti fejn ikun neċessarju eżenzjonijiet għall-miżura
imposta minn paragrafu 4 għal għanijiet umanitarji jew ta'
sikurezza, jew meta l-bastimenti jkunu qed jirritornaw lejn il-Libja. Kwalunkwe
awtorizzazzjoni bħal din trid tiġi notifikata lill-Kumitat
tas-Sanzjonijiet u lill-Kummissjoni bil-miktub. 6. It-tranżazzjonijiet
finanzjarji fir-rigward ta' żejt mhux raffinat abbord bastimenti
magħżula, inkluż il-bejgħ taż-żejt mhux raffinat,
il-ħruġ ta' assigurazzjonijiet fir-rigward tat-trasport
taż-żejt mhux raffinat, l-użu taż-żejt mhux raffinat
bħala kreditu jew l-aċċettazzjoni tat-taxxi tal-port
mill-kumpanija tat-trasport marittimu responsabbli mit-trasport tiegħu huma
pprojbiti.' (3) L-Artikolu 15 jinbidel b'dan
li ġej: "Artikolu 15 Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li: (a) temenda l-Anness IV abbażi
ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri (b) temenda l-Anness V abbażi
tad-determinazzjonijiet kemm mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti
jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.' Artikolu 23 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1. [2] ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1. [3] ĠU L 58, 3.03.2011, p. 1.