Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0429

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew li jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (95/167/KE, Euratom, KEFA) (2009/2212(INL))

    ĠU C 443, 22.12.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 443/39


    P7_TA(2014)0429

    Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew li jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (95/167/KE, Euratom, KEFA) (2009/2212(INL))

    (2017/C 443/06)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-tielet paragrafu tal-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0352/2011),

    1.

    Jadotta bħalha l-proposta tiegħu għal regolament it-testi adottati fit-23 ta' Mejju 2012 (1);

    2.

    Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħtu notifika tal-kunsens tagħhom għall-proposta;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, jekk ma jistgħux jagħtu l-kunsens tagħhom għall-proposta fil-forma preżenti tagħha, biex jissoktaw bin-negozjati mal-Parlament elett ġdid, jagħrfu l-progress magħmul f'negozjati fil-passat fuq livell politiku u waqt il-kuntatti informali fil-livell tekniku, b'mod partikolari dwar il-kwistjoni ta' kunfidenzjalità u l-immaniġġar ta' tagħrif ikklassifikat u tagħrif ieħor;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 41.


    Top