Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0155

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0360 – C7-0180/2012 – 2012/0175(COD))

    ĠU C 285, 29.8.2017, p. 581–619 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 285/581


    P7_TA(2014)0155

    Medjazzjoni fl-assigurazzjoni ***I

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0360 – C7-0180/2012 – 2012/0175(COD)) (1)

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

    (2017/C 285/60)

    [Emenda Nru 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]

    EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

    għall-proposta tal-Kummissjoni


    (1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0085/2014).

    (*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


    DIRETTIVA 2014/…/UE

    TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni

    ((tfassil mill-ġdid)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)

    Għandhom isiru għadd ta' emendi fid-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew (1). Għalhekk huwa propost li d-Direttiva msemmija għandha tiġi riformulata.

    (2)

    Billi l-objettiv ewlieni u s-suġġett ta’ din il-proposta huwa li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-oqsma msemmija, il-proposta għandha tissejjes fuq l-Artikoli 53(1) u 62 tat-TFUE. Il-forma ta’ Direttiva hija xierqa, sabiex tippermetti li d-dispożizzjonijiet implimentattivi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, fejn meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu aġġustati għal kwalunkwe sitwazzjoni speċifika li jkun hemm fis-suq u għas-sistema legali partikulari ta’ kull Stat Membru. Din id-Direttiva għandu jkollha fil-mira wkoll il-koordinazzjoni tar-regoli nazzjonali li jikkonċernaw l-aċċess għall-attività tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, ▐ u għaldaqstant, din id-Direttiva tissejjes fuq l-Artikolu 53(1) TFUE. Barra minn hekk, billi dan huwa settur li joffri servizzi mal-Unjoni kollha, din id-Direttiva tissejjes ukoll fuq l-Artikolu 62 TFUE.

    (3)

    L-intermedjarji tal- assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom rwol ċentrali fid-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fl-Unjoni .

    (4)

    Tipi differenti ta' persuni jew istituzzjonijiet, bħal aġenti, sensara u operaturi ta' bankassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni, aġenti tal-ivvjaġġar u kumpaniji tal-kiri ta’ karozzi, jistgħu jqassmu prodotti ta' assigurazzjoni.▐

    (4a)

    Sabiex ikun garantit li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur jista’ jibbenefika minn standards komparabbli, huwa essenzjali li din id-Direttiva tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali bejn l-intermedjarji, kemm jekk huma marbuta ma’ impriża tal-assigurazzjoni u kemm jekk le. Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk ikun hemm medjazzjoni fi prodotti tal-assigurazzjoni permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni sakemm dawn il-kanali u l-intermedjarji jkollhom japplikaw l-istess regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Huwa importanti li dawn l-aspetti jitqiesu mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    (5)

    L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/92/KE wriet li għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġu jiġu ppreċiżati iktar, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni; l-applikazzjoni tal-istess Direttiva wriet ukoll li l-protezzjoni tal-konsumaturi teħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jitwessa’ biex jinkludi kull bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni bħala attività professjonali ewlenija , ikunx minn intermedjarji tal-assigurazzjoni jew minn impriżi tal-assigurazzjoni. Fejn jidħlu l-bejgħ, is-servizzi ta' wara l-bejgħ u l-proċessi tal-pretensjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jbigħu l-prodotti tal-assigurazzjoni direttament għandhom jinġiebu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida, b'mod simili, bħala aġenti tal-assigurazzjoni u sensara.

     

    (8)

    Għad hemm differenzi sostanzjali bejn dispożizzjonijiet nazzjonali li joħolqu ostakoli għall-bidu u l-insegwiment tal-attivitajiet ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq intern. Teżisti l-ħtieġa li jissaħħaħ ulterjorment is-suq intern u li jinħoloq suq intern Ewropew reali għall-prodotti u s-servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u dawk mhux dwar il-ħajja.

    (9)

    It-taqlib finanzjarju riċenti u li għadu għaddej issottolinja l-ħtieġa importanti li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-konsumaturi ma' kull settur finanzjarju. Għaldaqstant, huwa xieraq li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi, kif ukoll li t-trattament regolatorju tad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment jinġieb iktar uniformi, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi għandu jkun miżjud skont id-Direttiva 2002/92/KE sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal miżuri nazzjonali li jvarjaw. Huwa importanti li titqies in-natura speċifika tal-kuntratti tal-assigurazzjoni meta mqabbel mal-prodotti ta' investiment irregolati skont id-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [MiFID]  (2) . Id-distribuzzjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, inkluż l-hekk imsejħa prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, għalhekk għandhom ikunu rregolati taħt din id-Direttiva u jkunu allinjati mad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID]. Jeħtieġ li jogħlew l-istandards minimi fir-rigward tar-regoli tad-distribuzzjoni u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet indaqs li huma applikabbli għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni ppakkjati kollha. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumaturi għandhom ikunu aktar għoljin għal konsumaturi “mhux professjonali” milli għall-konsumaturi “ professjonali”.

    (10)

    Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fil-forniment ta' servizzi ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil partijiet terzi bi ħlas, li jista' jkun pekjunjarju jew jieħu forma oħra ta' benefiċċju ekonomiku miftiehem marbut mal-prestazzjoni tal-kuntratt.

    (11)

    Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fl-għoti ta' tagħrif dwar kuntratt wieħed jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bi tweġiba għal kriterji magħżula mill-konsumaturi, ikunx permezz ta’ websajt jew b'mezz ieħor, jew fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew ta’ skont fuq il-prezz ta’ kuntratt, fejn il-konsumatur huwa kapaċi jikkonkludi direttament kuntratt tal-assigurazzjoni fi tmiem il-proċess; ma għandhiex tapplika għas-sempliċi introduzzjoni ta’ attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ dejta u tagħrif dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji jew impriżi ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, u lanqas ta’ tagħrif dwar prodotti ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew dwar intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, lil detenturi potenzjali ta’ poloz.

    (12)

    Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni b'attività professjonali oħra, bħal esperti tat-taxxa jew kontabilisti, li jipprovdu konsulenza dwar il-kopertura ta' asigurazzjoni fuq bażi inċidentali matul dik l-attività l-oħra professjonali, lanqas ma għandha tapplika sempliċement għall-forniment ta' informazzjoni ta' natura ġenerali dwar prodotti ta' assigurazzjoni, sakemm l-għan ta' dik l-attività ma jkunx li jgħin lill-konsumatur jikkonkludi jew iwettaq kuntratt ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. Din m'għandhiex tapplika għall-ġestjoni professjonali ta' pretensjonijiet f'isem impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u lanqas għall-aġġustament tat-telf jew il-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet.

    (13)

    Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni li jipprattikaw medjazzjoni fl-assigurazzjoni bħala attività anċillari taħt ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-polza, b'mod partikulari l-għarfien meħtieġ biex wieħed ikun jista' jbigħha, ir-riskji koperti u l-ammont tal-primjum.

    (14)

    Din id-Direttiva tiddefinixxi “intermedjarju marbut ta' assigurazzjoni” biex iqis il- karatteristiċi tas-swieq ta' ċerti Stati Membri, u biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għal dawk l-intermedjarji.

    (15)

    L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li huma persuni naturali għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom; dawk li huma persuni ġuridiċi għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom (jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħhom m'għandhomx uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju ewlieni tagħhom), sakemm jikkonformaw ma' rekwiżiti stretti professjonali b'rabta mal-kompetenza, reputazzjoni tajba, kopertura ta' indemnità professjonali u kapaċità finanzjarja tagħhom. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li diġà huma reġistrati fl-Istati Membri mhumiex rikjesti li jerġgħu jirreġistraw taħt din id-Direttiva.

    (16)

    L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom ikunu jistgħu igawdu mil-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li huma mnaqqxa fit-TFUE. Skont dan, ir-reġistrazzjoni jew id-dikjarazzjoni mal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għandha tippermetti lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li joperaw fi Stati Membri oħra, skont il-prinċipji tal-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm tkun ġiet segwita proċedura adattata ta' notifikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

     

    (18)

    Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (''AEAPX'') stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tistabbilixxi, tippubblika u taġġorna bażi tad-dejta elettronika waħdanija, li żżomm rekord ta’ kull intermedjarju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkun innotifika l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta' stabbiliment tiegħu, jew il-libertà li jipprovdi servizzi. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif relevanti lill-AEAPX mingħajr dewmien. Din il-bażi tad-dejta għandha turi ħolqa lejn il-websajt ta’ kull awtorità kompetenti relevanti f'kull Stat Membru. Kull awtorità kompetenti minn kull Stat Membru għandha turi, fuq il-websajt tagħha, ħolqa elettronika għall-bażi tad-dejta msemmija.

    (19)

    Għandhom jiġu stipulati biċ-ċar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet relattivi tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti, f'dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkunu rreġistrati minnhom, jew li jkomplu b'attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni fit-territorju tagħhom stess, b'eżerċizzju tad-drittijiet tal-libertà ta' stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

     

    (21)

    L-inabbiltà ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw liberament mal-Unjoni kollha tfixkel il-funzjonament xieraq tas-suq uniku tal-assigurazzjoni. Din id-Direttiva tirrappreżenta pass importanti lejn livell akbar ta’ protezzjoni tal-konsumatur u integrazzjoni tas-suq fi ħdan is-suq intern.

    (21a)

    Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni skont it-termini tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jekk ikun iwettaq attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni għal detentur ta' polza jew detentur potenzjali ta' polza li jkun residenti jew stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tal-intermedjarju, u kull riskju li jrid jiġi assigurat ikun jinsab fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tal-intermedjarju. Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni skont it-termini tal-libertà ta' stabbiliment, jekk iżomm preżenza permanenti fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tiegħu.

    (22)

    Huwa importanti li jiġi ggarantit livell għoli ta’ professjonaliżmu u kompetenza fost l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll fost l-impjegati tal-assiguraturi diretti li jkunu involuti fl-attivitajiet ta' qabel, matul u wara l-bejgħ ta' poloz tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, l-għarfien professjonali ta’ intermedjarju u tal-impjegati ta’ assiguraturi diretti, għandu jlaħħaq mal-livell ta’ kumplessità ta’ dawn l-attivitajiet. Għandu jiġi żgurat tagħlim kontinwu. Kwistjonijiet b'rabta mal-forma, is-sustanza u l-evidenza dokumentata meħtieġa għandhom jiġu rregolati mill-Istati Membri. L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ professjonali b'rabta ma' dan is-settur jew li jappartienu lil assoċjazzjoni għandhom jirċievu ċertifikazzjoni f'dak il-kuntest.

    (22a)

    Għal dawk l-impjegati ta’ intermedjarju li jipprovdu konsulenza dwar jew ibigħu prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni lil konsumaturi bl-imnut, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta' kompetenza fir-rigward tal-prodotti li qed joffru. Dan huwa partikolarment importanti minħabba l-kumplessità miżjuda u l-innovazzjoni kontinwa fit-tfassil ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni. Ix-xiri ta’ prodott ta’ investiment fl-assigurazzjoni jimplika riskju u l-investituri jeħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni u l-kwalità tal-valutazzjonijiet mogħtija. Barra minn dan, huwa neċessarju li l-impjegati jingħataw żmien u riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-klijenti dwar il-prodotti li huma jipprovdu.

    (23)

    Il-koordinazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ħtiġijiet professjonali u r-reġistrazzjoni ta' persuni li jibdew u jsegwu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tista' tikkontribwixxi kemm għall-kompletezza tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji u t-tkabbir fil-valur tal-protezzjoni tal-konsumatur f'dan il-qasam.

    (24)

    Sabiex jittejjeb il-kummerċ transfruntier, għandhom jiddaħħlu prinċipji li jirregolaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-għarfien u l-kapaċitajiet tal-intermedjarji.

    (25)

    Kwalifika nazzjonali akkreditata għal-livell 3 jew aktar fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki stabbilit bir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja għandha tiġi aċċettata minn Stat Membru ospitanti u titqies bħala prova li l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jilħaq ir-rekwiżiti tal-għarfien u tal-kapaċità li huma kundizzjoni għar-reġistrazzjoni skont din id-Direttiva. Dan il-qafas jgħin lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, lill-impjegaturi u lill-individwi jqabblu l-kwalifiki fost id-diversi sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ li hemm fl-Unjoni. Hija għodda essenzjali għall-iżvilupp ta’ suq tal-impjiegi mal-Unjoni kollha. Dan il-qafas mhuwiex maħsub biex jieħu post is-sistemi ta' kwalifiki nazzjonali, iżda biex jissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi jiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom.

    (26)

    Minkejja s-sistemi eżistenti ta’ passaporti uniċi għall-assiguraturi u għall-intermedjarji, is-suq Ewropew tal-assigurazzjoni jibqa' frammentat ħafna. Sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier, u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza għall-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tar-regoli ġenerali tal-kondotta applikabbli fit-territorji tagħhom, u għandu jsir pubblikament disponibbli reġistru elettroniku uniku, b'tagħrif dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta li jkunu applikabbli għall-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fl-Istati Membri kollha.

    (27)

    Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti huma essenzjali biex jipproteġu lill-konsumatur u jiżguraw il-kundizzjoni soda tan-negozju tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq uniku.

    (28)

    Hemm il-ħtieġa għal proċeduri adattati u effettivi ta' lment u rimedju barra mill-qorti fl-Istati Membri, sabiex jiġi solvut tilwim bejn l-intermedjarji jew l-impriżi ta' assigurazzjoni u l-konsumaturi, bl-użu, fejn xieraq, tal-proċeduri eżistenti. Għandhom ikunu disponibbli proċeduri effettivi, barra mill-qorti, ta’ lment u rimedju, sabiex jiġi ttrattat tilwim fir-rigward ta’ drittijiet u obbligi, stabbiliti skont din id-Direttiva, bejn l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti ta’ assigurazzjoni u bejn il-konsumaturi. Fil-każ tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) għandhom ikunu vinkolanti wkoll għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti b’rabta ma’ lmenti mressqa minn konsumaturi, din id-Direttiva għandha tipprevedi li l-impriżi tal-assigurazzjoni, jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti tal-assigurazzjoni, ikunu obbligati li jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim u fid-deċiżjonijiet li fuq talba espliċita jistgħu jkunu vinkolanti għall-intermedjarju u l-konsumatur li jkunu mibdija kontrihom mill-konsumaturi, u li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi stipulati b’din id-Direttiva. Tali proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jkunu jimmiraw lejn is-soluzzjoni iktar rapida u inqas għalja tat-tilwim bejn, fuq naħa, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti ta' assigurazzjoni, u fuq in-naħa l-oħra, il-konsumaturi, u jkunu jimmiraw ukoll li jħaffu l-piż minn fuq is-sistema tal-qorti. ▐

    Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konsumaturi li jġibu l-azzjoni tagħhom quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jkunu qed jittrattaw tipi ta' tilwim minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transfruntier. L-entitajiet għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jittrattaw tali tipi ta' tilwim għandhom jitħeġġew, mill-Istati Membri, li jinkitbu bħala membri tan-Netwerk tal-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (FIN-NET).

    (29)

    Il-firxa dejjem tikber tal-attivitajiet li jwettqu ħafna intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni b'mod simultanju żiedet il-potenzjal għall-kunflitti ta’ interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-konsumaturi tagħhom. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu▐ regoli li jiżguraw li jiġu indirizzati l-interessi tal-konsumaturi tagħhom.

    (30)

    Il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif ċar minn qabel dwar l-istatus tal-persuni li jbigħu l-prodott tal-assigurazzjoni. Ta' min tiġi kkunsidrata wkoll l-introduzzjoni ta' żvelar obbligatorju tal-istatus għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u għall-impriżi tal-assigurazzjoni Ewropej. Dan it-tagħrif għandu jingħadda lill-konsumatur fl-istadju ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt. L-għan ta’ dan it-tagħrif huwa li juri r-rabta bejn l-impriża tal-assigurazzjoni u l-intermedjarju (fejn relevanti)▐ .

    (31)

    Sabiex jittaffa l-kunflitt ta' interess bejn il-bejjiegħ u x-xerrej ta’ prodott tal-assigurazzjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat żvelar suffiċjenti tar-rimunerazzjoni tad-distributuri tal-prodotti ta’ assigurazzjoni. ▐ L-intermedjarju u l-impjegat tal-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew tal-impriża tal-assigurazzjoni għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-konsumatur , fuq talba, dwar in-natura u s-sors tar-rimunerazzjoni tagħhom stess, qabel ma jsir il-bejgħ u mingħajr ħlas .

    (32)

    Sabiex konsumatur jiġi pprovdut b'tagħrif komparabbli dwar is-servizzi pprovduti ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, irrispettivament jekk il-konsumatur jixtrix permezz ta' intermedjarju jew direttament minn impriża tal-assigurazzjoni, u sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni billi l-impriżi tal-assigurazzjoni jkunu mħeġġa jbigħu direttament lill-konsumaturi flok permezz ta' intermedjarji biex jevitaw dawk ir-rekwiżiti ta' għoti ta' tagħrif, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu obbligati wkoll li jipprovdu, lill-konsumaturi li jittrattaw magħhom direttament, tagħrif dwar ir-rimunerazzjoni li jirċievu l-istess impriżi għall-bejgħ ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni fil-qasam tal-forniment ta’ servizz ta’ medjazzjoni.

    (32a)

    Fejn l-ispiża tal-ħlasijiet u l-inċentivi ma tistax tkun aċċertata qabel ma ssir il-konsulenza, allura għandu jkun żvelat il-mod tal-kalkolu b’mod komprensiv, eżatt u li jinftiehem fid-dokumenti tas-servizzi ewlenin flimkien mal-ispiża totali aggregata u l-impatt ta’ dan fuq ir-riżultati tal-konsulenza għandhom ikunu żvelati lill-klijent malajr kemm jista’ jkun wara li ssir il-konsulemza. Fejn il-konsulenza dwar l-investiment tingħata fuq bażi kontinwa, l-iżvelar tal-ispiża tal-konsulenza dwar l-investiment, inklużi l-inċentivi, għandu jsir fuq bażi perjodika u tal-anqas darba fis-sena. Ir-rapport perjodiku għandu jiżvela l-inċentivi kollha li jkunu tħallsu jew li jkunu waslu fil-perjodu preċedenti.

    (32b)

    Kull persuna li tbigħ prodotti tal-assigurazzjoni, li mhijiex il-manifattur tal-prodott, għandha tipprovdi lill-investitur bl-imnut, f’dokument tas-servizz ewlieni separat, id-dettalji dwar il-kostijiet u s-servizzi tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2014/…/UE [MiFID] kif ukoll tagħrif addizzjonali rilevanti meħtieġ sabiex l-investitur bl-imnut ikun jista’ jivvaluta l-adegwatezza tal-prodott tal-assigurazzjoni għall-bżonnijiet tiegħu, li ma jistax jingħata mill-manifattur tal-prodott ta’ investiment.

    (32c)

    Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk il-prodotti tal-assigurazzjoni jinbigħu permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni, sakemm dawn ikollhom japplikaw l-istess regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi u t-trasparenza.

    (33)

    Billi din il-proposta timmira li ssaħħaħ il-ħarsien tal-konsumaturi, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli biss għal relazzjonijiet “min-negozju għall-konsumatur” (B2C), speċjalment dawk li jirregolaw ir-regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ta' bejjiegħa oħra ta' prodotti tal-assigurazzjoni.

     

    (34a)

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-politiki ta’ rimunerazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u ta' impriżi ta’ assigurazzjoni b’rabta mal-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jxekklux l-abilità li tittieħed azzjoni fl-aħjar interessi tal-konsumaturi. Għal dawk l-impjegati li jipprovdu konsulenza dwar jew li jbigħu prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni jiżguraw li r-rimunerazzjoni tagħhom mid-ditta ma taffettwax l-imparzjalità tal-impjegati biex jagħmlu rakkomandazzjoni xierqa jew bejgħ adegwat, jew jippreżentaw tagħrif f’format li huwa ġust, ċar u li mhux qarrieqi. Ir-rimunerazzjoni f’tali sitwazzjonijiet m'għandhiex tiddependi biss fuq il-miri ta’ bejgħ jew il-profitt għad-ditta minn prodott speċifiku.

    (35)

    Huwa importanti li l-konsumatur ikun jaf jekk hux qed jittratta ma' intermedjarju li qed jagħti parir lill-konsumatur fuq prodotti minn firxa wiesgħa ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew fuq prodotti pprovduti minn numru speċifiku ta' impriżi tal-assigurazzjoni.

    (36)

    Minħabba d-dipendenza dejjem tikber tal-konsumaturi fuq ir-rakkomandazzjonijiet personali, jixraq li tiġi inkluża definizzjoni tal-konsulenza. Il-kwalità tal-konsulenza hija kruċjali u kull parir għandu jirrifletti l-karatteristiċi personali tal-konsumatur. Qabel ma tingħata konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jivverifikaw il-ħtiġijiet, l-aspettattivi u l-qagħda finanzjarja tal-konsumatur. Jekk l-intermedjarju jiddikjara li jkun qed jagħti parir fuq prodotti minn firxa wiesgħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, għandu jwettaq analiżi ġusta u b’firxa wiesgħa ta’ għadd suffiċjentement kbir ta’ prodotti tal-assigurazzjoni disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, l-intermedjarji kollha tal-assigurazzjoni u l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni għandhom jispjegaw ir-raġunijiet li jsostnu l-parir tagħhom u jirrakkomandaw prodotti tal-assigurazzjoni xierqa skont il-preferenzi, il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur .

    (37)

    Qabel ma jiġi ffirmat kuntratt, inkluż fil-każ ta’ bejgħ li jsir mingħajr konsulenza, il-konsumatur għandu jingħata t-tagħrif relevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, sabiex il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni infurmata. L-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jispjega lill-konsumatur l-elementi ewlenin tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jbigħ u għalhekk il-persunal tiegħu għandu jingħata riżorsi u żmien xierqa biex jagħmel dan .

    (38)

    Għandhom jiġu stipulati regoli uniformi biex jiffaċilitaw l-għażla tal-mezz li bih jiġi pprovdut ▐ tagħrif mandatorju lill-konsumatur, bl-użu permess ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fejn xieraq fir-rigward taċ-ċirkustanzi tat-tranżazzjoni. Madankollu, il-konsumatur għandha tingħatalu l-għażla li jirċievi t-tagħrif fuq il-karta. Fl-interess tal-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni, kull tagħrif ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas.

    (39)

    Hemm anqas ħtieġa li jiġi rikjest li jingħata tali tagħrif meta l-konsumatur ikun qed ifittex kopertura ta' riassigurazzjoni jew assigurazzjoni għal riskji kummerċjali u industrijali, jew ikun konsumatur professjonali▐.

    (40)

    Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi minimi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandu jkollhom fl-għoti ta' tagħrif lill-konsumaturi. Stat Membru għandu jkun kapaċi, f'dan il-qasam, li jżomm jew jadotta dispożizzjonijiet aktar stretti li jistgħu jiġu imposti fuq intermedjarji tal-assigurazzjoni u fuq impriżi tal-assigurazzjoni indipendentement mid-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom fejn ikunu qed iwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni fit-territorju tagħhom, sakemm tali dispożizzjonijiet aktar stretti jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Stat Membru li jipproponi li japplika, u li fil-fatt japplika, dispożizzjonijiet li jirregolaw lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti ta’ assigurazzjoni apparti dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f'din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet jibqa' limitat .

    (41)

    Il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat huma strateġija komuni u xierqa għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji bl-imnut madwar l-Unjoni. ▐

    (41a)

    Fejn assigurazzjoni tiġi offruta flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett, din tkun suġġetta għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) . Din id-Direttiva tipprovdi wkoll sett ta' salvagwardji għall-konsumaturi li jixtru assigurazzjoni bħala parti minn pakkett. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jadottaw jew iżommu miżuri addizzjonali biex jindirizzaw il-prattiki ta' bejgħ transfruntier li huma ta' detriment għall-konsumaturi.

    (42)

    Il-kuntratti tal-assigurazzjoni li jinvolvu investimenti ta’ sikwit isiru disponibbli għall-konsumaturi bħala alternattivi jew sostituti potenzjali għall-prodotti ta’ investiment soġġetti għad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID]. Sabiex jingħata ħarsien konsistenti tal-investituri, u sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-arbitraġġ regolatorju, huwa importanti li l-prodotti ta’ investiment bl-imnut (prodotti tal-investimenti tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fir-Regolament dwar dokumenti ewlenin ta’ informazzjoni għall-prodotti ta’ investiment) ikunu soġġetti għall-istess standards ta’ kondotta tal-operazzjonijiet: dawn jinkludu l-għoti ta’ tagħrif xieraq, rekwiżiti għall-adegwatezza tal-konsulenza, restrizzjonijiet fuq l-inċentivi, kif ukoll rekwiżiti għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u  aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimunerazzjoni . L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ('AETS') stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) għandhom jaħdmu id f'id biex jiksbu kemm jista' jkun konsistenza fl-istandards ta’ kondotta tal-operazzjonijiet tagħhom, għall-prodotti ta' investiment bl-imnut li jkunu soġġetti jew għad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID] jew għal din id-Direttiva, permezz ta' linji gwida. Il-punti speċifiċi ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandhom madankollu jitqiesu f’dawn il-linji gwida. Barra minn hekk, skont il-prinċipju analogu fid-Direttiva 2014/…/UE [MIFID], għandu jiġi kkunsidrat reġim analogu għall-impriżi tal-assigurazzjoni meta tiġi implimentata d-Direttiva fil-livell nazzjonali u fil-linji gwida tal-kumitat konġunt. Għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, għandu jkun hemm kondotta mtejba tal-istandards kummerċjali li jissostitwixxu l-istandards ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-kuntratti ġenerali tal-assigurazzjoni▐. B’hekk, persuni li jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni b’rabta ma’ prodotti tal-investiment fl-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards ▐ imsaħħa applikabbli għal tali prodotti.

    (42a)

    Il-Parlament Ewropew se jfittex li jiżgura l-allinjament ta' din id-Direttiva mad-Direttiva 2014/…/UE [MIFID II] fin-negozjati tiegħu mal-Kunsill. [Em. 5].

    (42b)

    Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, minn persuni naturali jew ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ jkunu stabbiliti fih. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta' strumenti oħra tal-Unjoni li huma differenti jew supplimentari għal dawn ir-regoli m'għandhomx japplikaw għall-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni.

    (43)

    Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva min-naħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u persuni li jwettqu l-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-istess impriżi u persuni jkunu soġġetti għal trattament indaqs mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprovdu penali u miżuri amministrattivi oħra li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Saret reviżjoni tas-setgħat eżistenti u tal-applikazzjoni prattika tagħhom, bil-għan li tinġieb 'il quddiem il-konverġenza tal-penali u tal-miżuri oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar rinfurzar tar-reġimi tal-penali fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, penali u miżuri amministrattivi oħra mressqa mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali b’rabta ma’ destinatarji, kriterji li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni ta’ penali jew miżura oħra, pubblikazzjoni u setgħat ewlenin ▐ għall-impożizzjoni ta' penali.

    (44)

    B'mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat li jimponu penali pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-benefiċċji mistennija, u biex ikunu dissważivi anki għall-istituzzjonijiet il-kbar u l-mexxejja tagħhom.

    (45)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-penali fl-Istati Membri kollha, meta jiġi ddeterminat it-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-penali amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi kollha relevanti. Madankollu l-Istati Membri mhumiex obligati li jipprevedu penali amministrattivi meta l-liġi nazzjonali tipprevedi penali fis-sistema ta’ ġustizzja kriminali.

    (46)

    Sabiex jissaħħaħ l-effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u sabiex tixxandar informazzjoni dwar ksur ta' regoli li jista' jolqot ħażin il-ħarsien tal-konsumaturi, il-penali u l-miżuri li jiġu imposti għandhom ikunu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkustanzi ddefiniti sew. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-penali u miżuri oħrajn li jiġu imposti għandhom jiġu ppubblikati b'mod anonimu fejn il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

    (47)

    Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta’ ksur, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir , li jipprovdu ħarsien xieraq għal dawk li jirrappurtaw tali ksur . Madankollu, din id-Direttiva ma timplikax li l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet amministrattivi biex iwettqu investigazzjonijiet kriminali.

    (48)

    Din id-Direttiva għandha tirreferi kemm għal penali kif ukoll għal miżuri amministrattivi oħrajn, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom bħala penali jew miżura oħra skont il-liġi nazzjonali.

    (49)

    Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda r-reati kriminali.

    (49a)

    L-informaturi dwar prattiċi ħżiena (“whistleblowers”) iressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom jidentifikaw u jippenalizzaw każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-iżvelar jista’ jiġi skoraġġit minħabba biża’ ta’ ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ proċeduri adegwati għar-rappurtar ta’ ksur. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiżgura li jkunu fis-seħħ arranġamenti adegwati sabiex l-iżvelaturi jkunu mħeġġa javżaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u biex ikollhom protezzjoni minn ritaljazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna rappurtata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u proċeduri biex jiżguraw id-drittijiet tad-difiża tal-persuna rappurtata u d-dritt ta' smigħ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lil din il-persuna kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lil din il-persuna.

    (50)

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; u l-obbligi ta' kondotta tal-operazzjonijiet b'rabta ma' pakketti ta' prodotti ta' investiment bl-imnut fl-assigurazzjoni, kif ukoll b'rabta ma' proċeduri u formoli għat-tressiq ta’ tagħrif dwar il-penali. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Meta tasal biex tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u f’waqtha tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (51)

    L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u ħarsien xieraq tal-konsumaturi mal-Unjoni kollha. Bħala entità b’kompetenza esperta mill-iktar speċjalizzata, li madankollu għandha kapaċitajiet limitati, l-AEAPX tista' tkun fdata biss bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta' proposti li ma jeħtieġux għażliet ta’ politika, sabiex jitressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

    (52)

    Permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE, u skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 […], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati kif inhu stipulat f'din id-Direttiva dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, dwar l-obbligi tal-kondotta tal-operazzjonijiet b'rabta mal-pakketti ta' prodotti ta' investiment bl-imnut, kif ukoll mal-implimentazzjoni ta' standards tekniċi u dwar il-proċeduri u l-forom għat-tressiq ta' informazzjoni dwar il-penali. Dawn l-atti ddelegati u standards tekniċi u implimentattivi għandhom jiġu abbozzati mill-AEAPX.

    (53)

    Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] (8) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] (9) għandhom jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-AEAPX fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

    (54)

    Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inhi mnaqqxa fit-Trattat.

    (55)

    Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (10), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis ġustifikata t-trażmissjoni ta' tali dokumenti.

    (55a)

    L-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw it-tmexxija tajba tan-negozju minn intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni, kemm jekk dawn jitmexxew taħt id-dritt tal-istabbiliment u kemm jekk taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effettività tas-superviżjoni, l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom ikunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar- riassigurazzjoni, irrispettivament mill-importanza tal-impriża kkonċernata għall-istabilità finanzjarja globali tas-suq.

    (55b)

    Din id-Direttiva m'għandhiex tkun wisq ta’ piż għal impriżi tal-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju. Waħda mill-għodod li biha jista’ jinkiseb dak l-objettiv hija l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dak il-prinċipju għandu japplika kemm għar-rekwiżiti imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u kemm għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni.

    (56)

    Reviżjoni ta’ din id-Direttiva għandha ssir tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, sabiex tqis l-iżviluppi tas-suq u żviluppi f’oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, u l-esperjenzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

    (57)

    Id-Direttiva 2002/92/KE għandha għalhekk tiġi revokata .

    (58)

    L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali tad-Direttiva 2002/92/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li baqgħu ma nbidlux jitnissel mid-Direttiva 2002/92/KE.

    (59)

    Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2002/92/KE,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU I

    KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, ▐ minn persuni naturali jew ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ jkunu stabbiliti fih.

    2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni li jipprovdu servizzi ta' medjazzjoni għal kuntratti ta' assigurazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-kuntratt ta' assigurazzjoni jeħtieġ biss l-għarfien tal-kopertura ta' assigurazzjoni li hija provduta;

    (b)

    il-kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkunx kuntratt ta' assigurazzjoni tal-ħajja;

    (c)

    il-kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkopri l-ebda riskju ta' responsabbiltà;

    (d)

    l-attività professjonali ewlenija tal-persuna mhijiex ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni.

    (e)

    l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-forniment ta' oġġetti minn kwalunkwe fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri r-riskju ta’ waqfien minħabba ħsara, telf jew ħsara fl-oġġetti provduti minn dak il-fornitur;

    (f)

    l-ammont tal-primjum annwali għall-kuntratt ta' assigurazzjoni, wara li tiġi applikata prorata biex twassal għal ammont annwali, ma jeċċedix EUR 600.

    3.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal servizzi ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni pprovduti b'rabta ma' riskji u impenji li jinsabu barra l-Unjoni .

    Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-liġi ta' Stat Membru fir-rigward ta' negozju ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f'pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jwettqu jew li jkunu awtorizzati li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f'dak is-suq.

    Din id-Direttiva m'għandhiex tirregola attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f'pajjiżi terzi.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha l-intermedjarji tal-assigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz.

    3a.     Din id-Direttiva għandha tiggarantixxi li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur ikun jista’ jibbenefika minn standards kumparabbli. Din id-Direttiva għandha tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b’termini ugwali bejn l-intermedjarji kemm jekk ikunu marbuta ma’ impriża ta’ assigurazzjoni u kemm jekk le. Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk il-medjazzjoni fi prodotti tal-assigurazzjoni ssir permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni, sakemm dawn ikollhom japplikaw regoli simili għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Dan għandu jitqies mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1.    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    (1)

    “impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12);

    (2)

    “impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (3)

    “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew it-twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, il-konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew għajnuna fl-amministrazzjoni jew prestazzjoni ta’ dawk il-kuntratti . L-attivitajiet ta’ konsulenza dwar, il-proposta jew il-konklużjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jitqiesu bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni, anki jekk jitwettqu minn impjegat ta’ impriża tal-assigurazzjoni f’kuntatt dirett mal-persuna assigurata, mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni.

    L-għoti ta' informazzjoni dwar kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar skont il-kriterji magħżula mill-konsumaturi permezz ta' websajt jew tip ieħor ta' midja u l-mili ta' lista tal-klassifika ta' prodott tal-assigurazzjoni, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew l-iskont fuq primjums, meta fi tmiem il-proċess il-konsumatur ikun f'qagħda li jikkonkludi direttament kuntratt ta' assigurazzjoni bl-użu ta' websajt jew tip ieħor ta' midja għandhom jitqiesu bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni.

    L-ebda attività minn dawk li ġejjin ma għandha titqies bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

    (a)

    l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumatur fuq bażi inċidentali fil-kuntest ta' attività professjonali oħra, jekk il-fornitur ma jiħux passi addizzjonali biex jgħin lill-konsumatur fil-konklużjoni jew fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni;

    (b)

    is-sempliċi provvista ta’ dejta u tagħrif dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji tal-assigurazzjoni jew impriżi ta’ assigurazzjoni, jew ta’ tagħrif dwar prodotti ta’ assigurazzjoni jew dwar intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni lil detenturi potenzjali ta’ poloz.

    (4)

    “prodott ta’ investiment ibbażat fuq assigurazzjoni ” tfisser prodott tal-assigurazzjoni li joffri valur ta' maturità jew ta' ċediment u fejn il-valur ta' maturità jew ta' ċediment ikun espost kompletament jew parzjalment, b'mod dirett jew indirett għal oxxiljazzjonijiet fis-suq, u li ma jinkludix:

    (a)

    prodotti li mhumiex tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE, (Klassijiet ta' Assigurazzjoni mhux tal-Ħajja);

    (b)

    kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja fejn il-benefiċċji skont il-kuntratt jitħallsu biss mal-mewt jew fir-rigward ta' inkapaċità minħabba korriment, mard jew diżabilità;

    (c)

    prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, huma rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul mal-irtirar, u li permezz tagħhom l-investitur ikun intitolat għal ċerti benefiċċji;

    (d)

    skemi ta' pensjoni okkupazzjonali li huma uffiċjalment rikonoxxuti u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE jew id-Direttiva 2009/138/KE;

    (e)

    prodotti tal-pensjoni individwali li skont il-liġi nazzjonali jkunu jeħtieġu kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u fejn min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott tal-pensjoni jew il-fornitur;

    (5)

    “intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser persuna naturali jew ġuridika, għajr impriża tal-assigurazzjoni jew l-impjegati tagħha , li, bi ħlas, tibda jew issegwi medjazzjoni fl-assigurazzjoni;

    (6)

    “medjazzjoni fir-riassigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta' konsulenza, proposti jew twettiq ta' xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta' kuntratti ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew tal-konklużjoni ta' dawk il-kuntratti, jew l-għajnuna fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta' pretensjoni, inkluż meta mwettqa minn impriża tar-riassugurazzjoni mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju ta' riassigurazzjoni;

    L-ebda attività minn dawn li ġejjin ma għandha titqies bħala medjazzjoni fir-riassigurazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

    (a)

    il-provvista ta' tagħrif b'rabta ma' inċident partikulari fil-kuntest ta' attività oħra professjonali, sakemm l-għan ta' dik l-attività ma jkunx li jgħin lill-konsumatur fil-konklużjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta' riassigurazzjoni;

    (aa)

    il-ġestjoni tal-pretensjonijiet ta’ impriża tar-riassigurazzjoni fuq bażi professjonali, u l-aġġustament tat-telf u l-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet;

    (b)

    is-sempliċi għoti ta’ dejta u tagħrif dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji tar-riassigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew ta’ tagħrif dwar prodotti tar-riassigurazzjoni jew dwar intermedjarju jew impriża tar-riassigurazzjoni lil detenturi potenzjali ta’ poloz;

    (7)

    “intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika, għajr impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħha , li, bi ħlas, tibda jew issegwi medjazzjoni fir-riassigurazzjoni;

    (8)

    “intermedjarju ta’ assigurazzjoni abbinata” tfisser kull persuna li twettaq l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni għal jew f’isem impriża waħda jew , fil-każ ta' prodotti tal-assigurazzjoni li ma jikkompetux ma' xulxin, bosta impriżi tal-assigurazzjoni , jew f’isem intermedjarju tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar , iżda li ma tiġborx primjums jew ammonti maħsuba għall-konsumatur , u li ▐ taġixxi taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew intermedjarji tal-assigurazzjoni, dejjem jekk l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li l-persuna taġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħhom ma jaġixxux huma stess taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża oħra jew intermedjarju ieħor tal-assigurazzjoni;

    Kull persuna li twettaq attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni b'mod addizzjonali għall-attività prinċipali professjonali tagħha għandha wkoll titqies bħala intermedjarju ta’ assigurazzjoni abbinata li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża waħda jew diversi impriżi tal-assigurazzjoni għall-prodotti li jikkonċernawhom rispettivament jekk l-assigurazzjoni tkun komplementarja għall-oġġetti jew is-servizzi pprovduti fil-qafas ta’ din l-attività prinċipali professjonali;

    (9)

    “konsulenza” tfisser l-għoti ta’ rakkomandazzjoni personali lil konsumatur, jew fuq talba tiegħu jew b'inizjattiva tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni;

    (10)

    “kummissjoni ta’ kontinġenza” tfisser rimunerazzjoni fil-forma ta’ kummissjoni bbażata fuq il-ksib ta’ miri jew limiti miftiehma minn qabel , relatati mal-volum ta’ negozju li l-intermedjarju jkun wettaq mal-assiguratur ;

    (11)

    ''riskji kbar'' tfisser riskji kbar kif definit fl-Artikolu 13(27) tad-Direttiva  2009/138/KE ;

    (12)

    “Stat Membru tad-domiċilju” tfisser:

    (a)

    fejn l-intermedjarju huwa persuna naturali, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu;

    (b)

    fejn l-intermedjarju jkun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

    (13)

    “Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih intermedjarju ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jkollu preżenza jew stabbiliment permanenti jew jipprovdi servizzi, u li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu;

    (14)

    “mezz li jservi fit-tul” tfisser mezz li jservi fit-tul kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

     

    (16)

    “rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva  2009/138/KE ;

    (17)

    “post ewlieni tan-negozju” tfisser il-post mnejn jiġi ġġestit in-negozju ewlieni;

    (18)

    “rimunerazzjoni” tfisser kull kummissjoni, tariffa, imposta jew ħlas ieħor, inkluż kwalunkwe tip ta’ benefiċċju ekonomiku jew benefiċċju in natura , kif ukoll inċentivi oħra, li jiġu offruti jew li jingħataw b’rabta ma’ attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni;

    (19)

    “prattika ta’ abbinar” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ prodott tal-assigurazzjoni f'pakkett ma' prodotti jew servizzi distinti anċillari oħra fejn il-prodott tal-assigurazzjoni ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat;

    (20)

    “prattika ta’ gruppar” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ prodott tal-assigurazzjoni f’pakkett ma' prodotti jew servizzi distinti anċillari oħra fejn il-prodott tal-assigurazzjoni ikun disponibbli wkoll b’mod separat għall-konsumatur, iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal meta jiġi offrut flimkien mas-servizzi anċillari;

    (20a)

    '“prodott” tfisser kuntratt tal-assigurazzjoni li jkopri riskju wieħed jew aktar;

    (20b)

    “bejgħ bl-imnut'” tfisser mhux professjonali.

    2.     Sabiex ikun garantit li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur ikun jista’ jibbenefika minn standards komparabbli, huwa essenzjali li din id-Direttiva tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali bejn l-intermedjarji kemm jekk huma marbuta ma’ impriża tal-assigurazzjoni u kemm jekk le. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza li fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jippromwovu kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali.

    KAPITOLU II

    REKWIŻITI TA' REĠISTRAZZJONI

    Artikolu 3

    Reġistrazzjoni

    1.   Ħlief kif inhu pprovdut fl-Artikolu 4, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) , fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. L-impriżi tal-assigurazzjoni u  tar-riassigurazzjoni rreġistrati fl-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE (14), id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba li jerġgħu jirreġistraw fil-qafas ta’ din id-Direttiva.

    Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal- assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 għal dawk l-intermedjarji. B'mod partikolari, fil-każ ta' intermedjarji ta' assigurazzjoni abbinata, jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew minn assoċjazzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni, jew minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta' awtorità kompetenti.

    L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew taħt ir-responsabbiltà tal-intermedjarju , l-intermedjarju tal-assigurazzjoni mhux se jkun meħtieġ li jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni fl-Artikolu 3(7)(a) u (b) u l-entità responsabbli tal-assigurazzjoni għandha tiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u dispożizzjonijiet oħra stipulati f’din id-Direttiva. ▐ L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-persuna jew l-entità li tassumi r-responsabbiltà għall-intermedjarju għandha tirreġistra dak l-intermedjarju.

    L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-persuni kollha naturali li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew f'intermedjarju rreġistrat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi u għandhom ukoll jispeċifikaw fir-reġistru l-ismijiet tal-persuni naturali fi ħdan l-amministrazzjoni li tkun responsabbli għan-negozju ta' medjazzjoni.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn reġistru wieħed għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni sakemm jippreskrivu l-kriterji li skonthom l-intermedjarji għandhom ikunu reġistrati.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni onlajn li tikkonsisti f'formola unika tar-reġistrazzjoni disponibbli fuq sit tal-internet; din il-formola għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-intermedjarji u għall-impriżi tal-assigurazzjoni, b'mod li tkun tista' timtela direttament onlajn.

    3.   L-Istati Membri għandhom jaraw li jiġi stabbilit punt ta' informazzjoni uniku li jippermetti aċċess faċli u ta' malajr għall-informazzjoni minn dawn ir-reġistri varji, li għandhom ikunu kompilati elettronikament u aġġornati l-ħin kollu. Dan il-punt ta' informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji ta' identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 . Ir-reġistru għandu jindika wkoll il-pajjiż jew il-pajjiżi li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    4.   L-AEAPX għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu negozju transfruntier skont il-Kapitolu IV. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif relevanti lill-AEAPX mingħajr dewmien. Dan ir-reġistru għandu juri ħolqa għas-sit elettroniku ta’ kull awtorità kompetenti relevanti f'kull Stat Membru. Ir-reġistru għandu jiġbor ħoloq elettroniċi għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u r-reġistru għandu jkun aċċessibbli minn dawk l-istess siti elettroniċi. L-AEAPX għandu jkollha dritt ta' aċċess għad-dejta maħżuna hawn. L-AEAPX u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw din id-dejta. Is-suġġetti tad-dejta b'dettalji personali li jistgħu jinħażnu u jiġu skambjati, għandhom ikunu intitolati għal aċċess u jkollhom id-dritt li jkunu infurmati b'mod xieraq.

    L-AEAPX għandha tistabbilixxi sit elettroniku b’ħoloq għal kull punt uniku ta’ informazzjoni stabbilit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3).

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni – inklużi dawk abbinati – u ta’ intermedjarji tar-riassigurazzjoni, tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti professjonali preskritti fl-Artikolu 8.

    L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li intermedjarji tal-assigurazzjoni – inklużi dawk abbinati – u intermedjarji tar-riassigurazzjoni li ma jibqgħux jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti jitneħħew immedjatament mir-reġistru. Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti. Fejn meħtieġ, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b'dik it-tneħħija.

    5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jirreġistrawx intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni sakemm l-intermedjarju ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 , jew intermedjarju ieħor jew impriża oħra jerfgħu r-responsabbiltà li jiżguraw li l-intermedjarju jissodisfa dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 3(1)(3).

    5a.     Intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rreġistrati għandhom ikunu jistgħu jibdew u jwettqu l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fl-Unjoni kemm permezz tal-libertà tal-istabbiliment u kemm permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    Intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun qed jopera taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jekk għandu l-intenzjoni li jipprovdi lil detentur tal-polza, li huwa stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni huwa stabbilit, b’kuntratt tal-assigurazzjoni relatat ma’ riskju li jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni huwa stabbilit.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'dokument li jippermetti lil kull parti interessata tivverifika li huma debitament reġistrati, billi tikkonsulta kwalunkwe reġistru msemmi fil-paragrafu 2 .

    Dak id-dokument għandu tal-anqas jipprovdi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 16(a)  (i) u (iii) u (b)  (i) u (iii) , u, fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem/ismijiet tal-persuna/i naturali msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    L-Istat Membru għandu jirrikjedi li d-dokument jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu meta l-intermedjarju kkonċernat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jibqax reġistrat.

    6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-applikazzjonijiet mingħand intermedjarji biex jiġu inklużi fir-reġistru jiġu ttrattati fi żmien xahrejn mit-tressiq ta’ applikazzjoni kompluta, u għandhom jipprovdu wkoll li l-applikant jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom miżuri xierqa implimentati li jippermettulhom jimmonitorjaw, b'mod kontinwu, jekk intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunux għadhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jitolbu evidenza ta’ dan li ġej bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni mingħand l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għajr fil-każ ta' intermedjarji abbinati u intermedjarji fejn entità oħra tal-assigurazzjoni tieħu r-responsabbiltà li tiżgura li l-intermedjarju jissodisfa dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 3(1)(3).

    (a)

    li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, ikunux persuni naturali jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni fl-intermedjarju li jaqbeż l-10 %, u rigward l-ammonti ta' dawk il-parteċipazzjonijiet;

    (b)

    li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni rigward l-identità ta’ persuni li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

    (c)

    li juru, b'mod sodisfaċenti, li t-tali parteċipazzjonijiet jew rabtiet mill-qrib ma jfixklux it-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li għalihom japplika l-Artikolu 3(7) jinfurmawhom mingħajr dewmien fejn tkun tbiddlet l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 3(7)(a) u (b).

    8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jċaħħdu r-reġistrazzjoni fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna naturali jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet li jinqalgħu fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu t-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-istess awtoritajiet kompetenti.

    8a.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawk il-persuni li eżerċitaw attività ta’ medjazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2014, li kienu ddaħħlu f’reġistru u li kellhom livell ta’ taħriġ u esperjenza simili għal dak meħtieġ minn din id-Direttiva, jiddaħħlu awtomatikament fir-reġistru li ser jinħoloq, ladarba jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u (4).

    KAPITOLU III

    PROĊEDURA TA’ REĠISTRAZZJONI SIMPLIFIKATA – DIKJARAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET

    Artikolu 4

    Proċedura ta’ dikjarazzjoni għall-forniment ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni anċillari; ġestjoni professjonali ta’ pretensjonijiet jew ta’ servizzi ta’ stimar tad-danni

    1.   Ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 3 ma għandhomx japplikaw għal intermedjarju tal-assigurazzjoni li jwettaq medjazzjoni fl-assigurazzjoni fuq bażi anċillari, sakemm l-attivitajiet tiegħu ma jilħqux il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-attività professjonali ewlenija tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni mhijiex ta’ medjazzjoni tal-assigurazzjoni;

    (b)

    l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun medjatur biss għal ċerti prodotti tal-assigurazzjoni li huma komplimentari għal prodott jew servizz, u jidentifika dawn biċ-ċar fid-dikjarazzjoni;

    (c)

    il-prodotti tal-assigurazzjoni kkonċernati ma jkoprux l-assigurazzjoni tal-ħajja jew riskji ta’ responsabbiltà, ħlief fejn tali kopertura tkun tikkomplementa prodott jew servizz li l-intermedjarju joffri fl-attività professjonali ewlenija tiegħu ;

    (ca)

    l-intermedjarju jaħdem taħt ir-responsabbiltà ta' intermedjarju reġistrat.

     

    3.   Intermedjarju tal-assigurazzjoni li jkun soġġett għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jressaq, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, dikjarazzjoni li fiha jinforma lill-awtorità kompetenti rigward l-identità, l-indirizz u l-attivitajiet professjonali tiegħu.

    4.   L-intermedjarji li jkunu soġġetti għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, III, IV, V, VIII, IX u tal-Artikoli 15 u 16 ta' din id-Direttiva.

    4a.     L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti ta' reġistrazzjoni fl-Artikolu 3 għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4, jekk huma jqisu li dan hu neċessarju fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

    KAPITOLU IV

    IL-LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U L-LIBERTÀ TA' STABBILIMENT

    Artikolu 5

    Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

    1.   Kull intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkollu l-ħsieb li jwettaq negozju fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.

    (a)

    l-isem, l-indirizz u kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju;

    (b)

    l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju beħsiebu jopera;

    (c)

    il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

    (d)

    il-klassijiet relevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;

    (e)

    prova tal-għarfien u tal-kapaċità professjonali.

    2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tibgħat l-istess informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tikkomunika mingħajr dewmien li tkun irċeviet l-informazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-Istat Membru ospitanti, u li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tibda n-negozju tagħha fl-Istat Membru ospitanti.

    Kif ikun irċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti għandu jaċċetta esperjenza preċedenti fl-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni, kif iddemostrata minn prova ta' reġistrazzjoni jew minn dikjarazzjoni fl-Istat Membru tad-domiċilju, bħala evidenza tal-għarfien u l-kapaċità meħtieġa.

    3.   Il-prova tar-reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni preċedenti għandha tiġi stabbilita permezz ta’ evidenza tal-ħruġ tar-reġistrazzjoni, jew b'dikjarazzjoni rċevuta mill-awtorità jew entità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-applikant, li dan għandu jressaq b'appoġġ għall-applikazzjoni tiegħu mressqa lill-Istat Membru ospitanti.

    4.   Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b'dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli jkun prattiku li dan isir, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

    4a.     Intermedjarju reġistrat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni skont il-“libertà tas-servizzi” jekk:

    (a)

    iwettaq medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni ma’ jew għal detentur ta’ polza li joqgħod jew hu stabbilit fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju;

    (b)

    kwalunkwe riskju li jrid jiġi assigurat ikun jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju;

    (c)

    dan jikkonforma mal-paragrafi 1 u 4.

    Artikolu 6

    Eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment

    1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil kull intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkun beħsiebu jeżerċita l-libertà ta' stabbiliment tiegħu biex jistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li jinnotifika l-ewwel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, u li jibgħatlu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni, fejn applikabbli, tal-intermedjarju;

    (b)

    l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun qed jippjana li jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti;

    (c)

    il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

    (d)

    il-klassijiet relevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;

    (e)

    programm ta’ operazzjonijiet li jispjega l-attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni li għandhom jitkomplew, u l-istruttura organizzattiva tal-istabbiliment; għandu jindika wkoll l-identità tal-aġenti fejn l-intermedjarju jkun beħsiebu jużahom;

    (f)

    l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti mnejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

    (g)

    l-isem ta’ kwalunkwe persuna responsabbli għall-ġestjoni tal-istabbiliment jew tal-preżenza permanenti.

    1a.     Intermedjarju tal-assigurazzjoni jopera skont il-libertà ta' stabbiliment jekk iwettaq in-negozju tiegħu fi Stat Membru ospitanti għal perjodu ta’ żmien indefinit permezz ta’ preżenza permanenti f’dak l-Istat Membru.

    2.   Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhiex raġunijiet sodi biex tqis inadegwata l-istruttura organizzattiva jew il-qagħda finanzjarja tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fil-mira, għandha tikkomunika dan, fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tiegħu għandu jinnotifika li jkun irċevieha mingħajr dewmien. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-Istat Membru ospitanti, u li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tibda n-negozju tagħha fl-Istat Membru ospitanti.

    3.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.

    4.   Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b'dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli jkun prattiku li dan isir, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

    Artikolu 7

    Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti

    1.   Jekk il-post ewlieni tan-negozju ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tista' taqbel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex taġixxi bħallikieku kienet l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tal-obbligi fil-Kapitoli VI, VII u VIII ta' din id-Direttiva. Fl-eventwalità ta' tali ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni u lill-AEAPX mingħajr dewmien.

    2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tassumi r-responsabbiltà li tiżgura li s-servizzi pprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha jkunu konformi mal-obbligi stipulati fil-Kapitoli VI u VII, kif ukoll f'miżuri li jiġu adottati b'konsegwenza tagħhom.

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-istabbiliment, kif ukoll li tirrikjedi l-bidliet li jkunu strettament meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tinforza l-obbligi tal-Kapitoli VI u VII u l-miżuri li jiġu adottati b'konsegwenza tagħhom, fir-rigward tas-servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha.

    3.   Fejn l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet sodi biex jikkonkludi li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jaġixxi fit-territorju tiegħu taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jew permezz ta' stabbiliment, ma jkunx konformi ma' xi obbligu stipulat f'din id-Direttiva, għandu jirreferi s-sejbiet tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, li min-naħa tagħha għandha tieħu l-miżuri xierqa. F'każijiet fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkompli jaġixxi b'mod li huwa b'mod ċar ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jkun soġġett għall-miżuri li ġejjin:

    (a)

    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, inkluż billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu wettqu l-ksur milli jibdew tranżazzjonijiet ġodda fit-territorju tagħha; l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-Kummissjoni b'tali miżuri mingħajr dewmien;

    (b)

    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010; f'dan il-każ, l-AEAPX tista' taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu, f'każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tal-Istat Membru tad-domiċilju.

    4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jaċċertaw li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkollu stabbiliment fit-territorju tagħhom ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati f'dak l-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tagħti setgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrekjedu li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jtemmu s-sitwazzjoni.

    F'każijiet fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkompli jaġixxi b'mod li huwa b'mod ċar ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jkun soġġett għall-miżuri li ġejjin:

    (a)

    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, inkluż billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu wettqu l-ksur milli jibdew aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tagħha; l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-Kummissjoni b'tali miżuri mingħajr dewmien;

    (b)

    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010; f'dan il-każ, l-AEAPX tista' taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu, f'każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tal-Istat Membru tad-domiċilju.

    KAPITOLU V

    REKWIŻITI ORGANIZZATTIVI OĦRA

    Artikolu 8

    Rekwiżiti professjonali u organizzattivi

    1.   L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, ▌u l-membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, għandu jkollhom l-għarfien u l-kapaċità xierqa, kif stabbilit mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju jew tal-impriża, biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom b'mod adegwat▌.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌ l-membri tal-persunal tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid u tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jfittxu medjazzjoni fl-assigurazzjoni bħala l-attività professjonali prinċipali , jaġġornaw regolarment l-għarfien u l-kapaċità tagħhom li jkunu xierqa għall-funzjoni li qed iwettqu u s-suq relevanti.

    Biex jiġi żgurat li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu segwiti, hemm bżonn li jiġu sodisfati żvilupp professjonali kontinwu u taħriġ suffiċjenti u xieraq għall-persunal tagħhom ta' mill-inqas 200 siegħa fuq perjodu ta' ħames snin, jew numru proporzjonat ta' sigħat fejn ma tkunx l-attività prinċipali tagħhom, L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll il-kriterji li jkunu stabbilixxew sabiex il-persunal ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-kompetenza tagħhom. Tali kriterji għandhom jinkludu lista ta’ kwalunkwe kwalifika li huma jirrikonoxxu.

    Għal dan l-għan, l-Istati Membri għadu jkollhom mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jikkontrollaw, jivvalutaw, u jiċċertifikaw l-għarfien u l-ħiliet permezz ta’ korpi indipendenti.

    L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b'konformità mal-attività partikulari ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni u l-prodotti li dwarhom issir medjazzjoni, partikolarment jekk l-attività professjonali prinċipali tal-intermedjarju ma tkunx ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fil-każi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), u fir-rigward tal-ħaddiema tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni mdaħħlin fil-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandha tivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f'konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u, fejn meħtieġ, għandhom jipprovdu lil dawk l-intermedjarji b'taħriġ li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.

    L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-persuni naturali kollha li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon raġonevoli tal-persuni fi ħdan l-istruttura ta' amministrazzjoni ta' dawn l-impriżi li huma responsabbli għall-medjazzjoni fir-rigward ta' prodotti ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f'medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

    2.   L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, dawk direttament involuti fil-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ tal-prodott għandu jkollhom kondotta tal-pulizija nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b'relazzjoni ma' offiżi kriminali serji marbuta ma' reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma' attivitajiet finanzjarji▌.

    L-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li impriża tal-assigurazzjoni tivverifika r-reputazzjoni tajba ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni.

    L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-persuni naturali kollha li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istruttura tal-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi u ta' kull impjegat direttament involut f'medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit .

    3.   L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandu jkollhom assigurazzjoni ta' indemnità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal- Unjoni jew xi garanzija oħra komparabbli kontra responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, tal-anqas għal EUR 1 250 000 applikabbli għal kull pretensjoni u aggregat ta' EUR 1 850 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha, sakemm dik l-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli tkun diġà provduta minn impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar- riassigurazzjoni jew impriża oħra li għan-nom tagħha l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollu s-setgħa li jaġixxi jew dik l-impriża tkun assumiet ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tal-intermedjarju.

    4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-konsumaturi kontra l-inabbiltà tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni li jittrasferixxi l-primjum ta' impriża tal- assigurazzjoni jew li jittrasferixxi l-ammont ta' pretensjoni jew jirritorna l-primjum lill-persuna assigurata.

    Dawk il-miżuri għandu jkollhom xi waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:

    (a)

    dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi jew kuntratt li skonthom flus imħallsa mill-konsumatur lill-intermedjarju jiġu meqjusa li tħallsu lill-impriża, filwaqt li flus imħallsa lill-impriża mill-intermedjarju ma jitqisux li tħallsu lill-konsumatur sakemm il-konsumatur ma jkunx effettivament irċevihom;

    (b)

    rekwiżit li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkollhom kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievu, soġġett għal minimu ta' EUR 18,750 ;

    (c)

    rekwiżit li l-flus tal-konsumaturi għandhom ikunu trasferiti permezz ta' kontijiet tal-konsumaturi strettament segregati u li dawn il-kontijiet m'għandhomx jintużaw biex jirrimborżaw kredituri oħra fil-każ ta' falliment;

    (d)

    rekwiżit li jiġi stabbilit fond ta' garanzija.

    5.   It-twettiq ta' attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandu jirrikjedi li r-rekwiżiti professjonali stipulati f'dan l-Artikolu jitwettqu fuq bażi permanenti.

    6.   L-Istati Membri għandhom isaħħu r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu jew iżidu rekwiżiti oħrajn għal intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni reġistrati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

    7.   L-AEAPX għandha tirrevedi l-ammonti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 regolarment sabiex jingħata kont tal-bidliet tal-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet tal-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha sseħħ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u reviżjonijiet suċċessivi ħames snin wara d-data tar-reviżjoni ta' qabel.

    L-AEAPX għandha tiżviluppa standards regolatorji li jadattaw l-ammont bażi f'euro msemmi fil-paragrafi 3 u 4 bil-perċentwal tal-bidla f'dak l-Indiċi matul il-perjodu ta' bejn id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u d-data tal-ewwel reviżjoni, jew bejn id-data tal-aħħar reviżjoni u d-data tar-reviżjoni l-ġdida, aġġustat sa l-eqreb euro.

    L-AEAPX għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u r-reviżjonijiet suċċessivi ħames snin wara d-data tar-reviżjoni ta' qabel.

    Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

    8.    L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw:

    (a)

    il-kunċett tal-għarfien suffiċjenti u l-kompetenza xierqa tal-intermedjarju u tal-membri tal-persunal ta’ impriżi tal-assigurazzjoni meta dawn iwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tiegħu, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

    (b)

    kriterji xierqa biex jiġi ddeterminat, b'mod partikulari, il-livell tal-kwalifiki professjonali, l-esperjenzi u l-ħiliet meħtieġa għat-twettiq tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni;

    (c)

    il-passi li wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li jittieħdu mill-intermedjarji u l-membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jaġġornaw l-għarfien u l-kapaċità tagħhom, permezz ta’ żvilupp professjonali, bil-għan li jżommu livell xieraq ta’ prestazzjoni.

    8a.     Fejn Stat Membru tad-domiċilju jirreġistra intermedjarju tal-assigurazzjoni li jkun akkwista kwalifiki jew esperjenza professjonali fi Stat Membru ieħor, għandu jqis il-kwalifiki u l-esperjenza, wara li jikkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u  (17) tal-Kunsill u l-livell tal-kwalifiki kif inhu definit fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja stabbilit skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18).

    Artikolu 9

    Pubblikazzjoni ta’ regoli ġenerali tal-kondotta

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa, mill-awtoritajiet kompetenti, tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali relevanti li jħarsu l-interess ġenerali, u li huma applikabbli għat-twettiq tan-negozju tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fit-territorji tagħhom.

    2.   Stat Membru li jipproponi li japplika, u li effettivament japplika, dispożizzjonijiet li jirregolaw lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni minbarra dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f'din id-Direttiva, għandu jiżgura li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet ikun proporzjonali għall-ħarsien tal-konsumaturi. L-Istat Membru għandu jkompli jimmonitorja dawk id-dispożizzjonijiet biex jiżgura li jibqgħu proporzjonali.

    3.   L-AEAPX għandha tressaq folja standardizzata ta’ informazzjoni għar-regoli ġenerali tal-kondotta, li għandha timtela mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru. Il-formola għandha tinkludi ħoloq għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta. Tali informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'mod regolari, u l-AEAPX għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tagħha bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, bir-regoli kollha ġenerali nazzjonali tal-kondotta kklassifikati f'oqsma rilevanti differenti tal-liġi.

    4.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ kuntatt responsabbli għall-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta fl-istess Stat Membru. Tali punt ta’ kuntatt għandu jkun awtorità kompetenti xierqa.

    5.   L-AEAPX għandha teżamina f'rapport, u tinforma lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta ppubblikata mill-Istati Membri, kif imsemmi f'dan l-Artikolu fil-kuntest tal-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva u tas-Suq Intern qabel … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

    Artikolu 10

    Awtoritajiet kompetenti

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta' dawk id-dmirijiet.

    2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali. M’għandhomx ikunu impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew assoċjazzjonijiet li l-membri tagħhom direttament jew indirettament jinkludu impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni .

    3.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu id-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod effikaċi.

    Artikolu 11

    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri

    1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji għandhom jikkooperaw sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jekk ikunu ġew soġġetti għal penali msemmija fil-Kapitolu VIII u dik l-informazzjoni x'aktarx twassal għat-tneħħija mir-reġistru ta' dawk l-intermedjarji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw kull informazzjoni relevanti fuq it-talba ta' awtorità.

    3.   Il-persuni kollha mitluba li jirċievu jew jikxfu informazzjoni b'konnessjoni ma' din id-Direttiva għandhom ikunu marbuta b'segretezza professjonali, bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE (19) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE (20).

    Artikolu 12

    Ilmenti

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi u partijiet oħra interessati, speċjalment assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, li jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. L-ilmenti għandhom jirċievu risposta fil-każijiet kollha.

    Artikolu 13

    Rimedji barra l-qorti

    1.    Skont id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (21) u r-Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (22), l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ lmenti ta’ rimedju li jkunu xierqa, effikaċi, imparzjali u indipendenti, għas-soluzzjoni barra l-qorti ta’ tilwim bejn intermedjarji tal-assigurazzjoni u konsumaturi, kif ukoll bejn impriżi tal-assigurazzjoni u konsumaturi, bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-impriżi u l-intermedjarji kollha tal-assigurazzjoni jieħdu sehem fil-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qrati, fejn il-proċedura tirriżulta f’deċiżjonijiet li jistgħu jkunu vinkolanti għall-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, kif xieraq, u l-klijent .

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw fis-soluzzjoni tat-tilwim transfruntier .

    2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom dwar l-isem, l-indirizz u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entitajiet tal-ADR li huma koperti bihom, u li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim potenzjali bejniethom u l-konsumaturi.

    2b.     L-intermedjarji tal-assigurazzjoni fi ħdan l-Unjoni involuti f’bejgħ onlajn u onlajn transkonfinali għandhom jinformaw lill-konsumaturi bil-pjattaforma tal-ADR, jekk ikun applikabbli u bl-indirizz elettroniku tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, prominentement u permanentement fuq il-websajts tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif ukoll permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, jekk l-offerta issir permezz ta' dak il-messaġġ. Għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ADR. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jinformaw ukoll lill-konsumaturi bil-pjattaforma tal-ADR meta konsumatur iressaq ilment lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, lil sistema ta’ ġestjoni ta’ lmenti tal-konsumatur operat mill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew lil ombudsman ta’ kumpanija.

    2c.     Fejn konsumatur jibda proċedura għal soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim stipulata fil-liġi nazzjonali kontra intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ tilwim li jikkonċerna drittijiet u obbligi stabbiliti taħt din id-Direttiva, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandha tkun meħtieġa tipparteċipa f’din il-proċedura.

    2d.     Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien u mal-entitajiet responsabbli għal proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-qorti msemmija f'dan l-Artikolu, u safejn dan ikun permess mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni fis-seħħ.

    Artikolu 14

    Restrizzjoni fuq l-użu tal-intermedjarji

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jużaw is-servizzi tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw is-servizzi ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni biss ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jew tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew tal-persuni li jkunu ssodisfaw il-proċedura ta’ dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

    KAPITOLU VI

    REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI U REGOLI TAL-KONDOTTA TAL-OPERAZZJONIJIET

    Artikolu 15

    Prinċipju ġenerali

    1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni, meta jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi jew għall-konsumaturi, dejjem għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust , b'mod li wieħed jista' jafda, b'unur u b'mod professjonali, bi qbil mal-aħjar interessi tal-konsumaturi tagħhom.

    2.   Kull tagħrif, inklużi komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni tindirizza lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali, għandu jkun ġust, ċar, u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom dejjem ikunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali.

    Artikolu 16

    Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal- assigurazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jiżguraw li:

    (a)

    qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni, jew jekk ikun hemm xi bidla materjali fid-data għall-iżvelar lill-konsumaturi relatata mal-intermedjarju wara l-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni – inkluż jekk abbinat – għandu jiżvela li ġej lill-konsumaturi:

    (i)

    l-identità u l-indirizz tiegħu, u l-fatt li huwa intermedjarju tal-assigurazzjoni;

    (ii)

    jekk tipprovdix jew le xi tip ta’ konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;

    (iii)

    il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12 li jippermettu lill-konsumaturi u partijiet oħra interessati jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta' lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 13;

    (iv)

    ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih u l-mezzi għall-verifikazzjoni li jkun ġie rreġistrat; kif ukoll

    (v)

    jekk l-intermedjarju jkunx qed jirrappreżenta l-konsumatur jew inkella jkun qed jaġixxi għal u f'isem l-impriża tal-assigurazzjoni;

    (b)

    qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni għandha tiżvela li ġej lill-konsumaturi:

    (i)

    l-identità u l-indirizz tagħha, u l-fatt li hija impriża tal-assigurazzjoni;

    (ii)

    jekk tipprovdix jew le xi tip ta’ konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;

    (iii)

    il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12 li jippermettu lill-konsumaturi u partijiet oħra interessati jirreġistraw ilmenti dwar impriżi ta' assigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta' lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 13.

    Artikolu 17

    Kunflitti ta' interess u trasparenza

    1.   Qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni, intermedjarju ta’ assigurazzjoni ▌għandu jipprovdi lill-konsumatur b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10 % tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f'impriża partikolari tal-assigurazzjoni;

    (b)

    jekk impriża partikolari tal- assigurazzjoni jew impriża principali ta' impriża partikolari tal-assigurazzjoni jkollhiex parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10 % tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni;

    (c)

    rigward il-kuntratt propost, jekk:

    (i)

    jagħtix parir abbażi ta’ analiżi ġusta u peronsali , jew

    (ii)

    hux qiegħed taħt obligazzjoni kuntrattwali li jwettaq negozju ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni esklussivament ma' impriża waħda jew aktar tal- assigurazzjoni. F'dak il-każ, huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta' dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni, jew

    (iii)

    ma jkunx taħt obligazzjoni kuntrattwali li jwettaq negozju ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni esklussivament ma' impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni u ma jagħtix parir abbażi ta' analiżi ġusta u personali . F'dak il-każ, huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta' dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni li magħhom jista', u fil-fatt iwettaq, in-negozju tiegħu;

     

    (e)

    jekk, b'rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni, jaħdimx:

    (i)

    abbażi ta’ tariffa, jiġifieri r-rimunerazzjoni mħallsa direttament mill-konsumatur; jew

    (ii)

    abbażi ta’ kwalunkwe tip ta’ kummissjoni, jiġifieri r-rimunerazzjoni inklu ża fil-primjum tal-assigurazzjoni; jew

    (iii)

    abbażi ta’ kombinazzjoni ta’ (i) u (ii);

     

    (ea)

    jekk b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni is-sors ta’ rimunerazzjoni huwa:

    (i)

    id-detentur tal-polza;

    (ii)

    l-impriża tal-assigurazzjoni;

    (iii)

    intermedjarju ieħor tal-assigurazzjoni;

    (iv)

    kombinazzjoni ta’ (i), (ii) u (iii);

    Informazzjoni addizzjonali taf tkun meħtieġa mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 17a;

     

    2.    Il-konsumatur għandu d-dritt li jitlob l-informazzjoni dettaljata addizzjonali għal dik imsemmija fil-paragrafu 1(f).

    3.   L-impriża ▌tal-assigurazzjoni , meta tbigħ assigurazzjoni direttament lill-konsumaturi, għandha wkoll tinforma lill-konsumatur jekk titħallasx xi rimunerazzjoni varjabbli lil impjegat minn tagħhom għad-distribuzzjoni u l-ġestjoni tal-prodott tal-assigurazzjoni inkwistjoni.

    5a.     F'każijiet ta' kunflitt ta' interessi u biex tiġi stimulata l-kompetizzjoni ġusta, il-konsumatur għandu jkun provdut b'informazzjoni dwar l-elementi kwantitattivi relevanti fir-rigward tal-kunċetti imsemmija fil-paragrafu unti 1 (e a) u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dwar l-istess kundizzjonijiet. Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru.1094/2010, l-AEAPX għandha tiżviluppa, sal-31 ta' Diċembru 2015, u taġġorna perjodikament, linji gwida biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 17a

    Żvelar ta’ informazzjoni

    L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu rekwiżiti ta’ żvelar addizzjonali għall-medjaturi tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni dwar l-ammont ta’ rimunerazzjoni, tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji rigward l-għoti ta’ intermedjazzjoni bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jafferma kundizzjonijiet ekwi bejn il-kanali kollha tad-distribuzzjoni, ma jgħawwiġx il-kompetizzjoni, u jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, u li l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw jibqgħu proporzjonati għal-livell intenzjonat tal-protezzjoni tal-konsumaturi.

    Artikolu 18

    Konsulenza, u standards għall-bejgħ▌

    1.    Fejn tingħata konsulenza qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni – inkluż jekk abbinat – jew l-impriża tal-assigurazzjoni, għandhom jispeċifikaw , fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-konsumatur:

    (a)

    id-domandi u l-bżonnijiet ta’ dak il-konsumatur;

    (b)

    ▌lill-konsumatur ir-raġunijiet bażiċi għal xi parir ipprovdut lill-konsumatur dwar prodott speċifikat ta’ assigurazzjoni ▌.

    2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jiġu modulati skont il-komplessità tal- prodott ta' assigurazzjoni li jkun ġie propost u skont il-livell ta' riskju finanzjarju għall-konsumatur irrelevanti mir-rotta ta’ distribuzzjoni magħżula .

    3.   Meta l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni ▌jagħtu parir abbażi tal-analiżi ġusta tagħhom , huma obbligati li jagħtu l-parir fuq il-bażi ta’ analiżi ġusta ta’ numru kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq, biex ikunu jistgħu jagħmlu rakkomandazzjoni personali fl-aqwa interess tal-konsumatur , skont il-kriterji professjonali, fir-rigward ta’ liema kuntratt ta’ assigurazzjoni jkun l-iżjed adatt biex jilħaq il-ħtiġijiet tal-konsumatur.

    4.   Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, jingħatax jew le parir, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-konsumatur bit-tagħrif rilevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, f’forma li tinftiehem, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità tal-prodott tal-assigurazzjoni u t-tip ta’ konsumatur. Għandu jiġi provdut f'forma ta' karta tal-informazzjoni standardizzata permezz ta' dokument tal-informazzjoni dwar il-prodott (PID) bi kliem sempliċi. Irid ikollu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

    (a)

    informazzjoni dwar it-tip ta' assigurazzjoni;

    (b)

    deskrizzjoni tar-riskji assigurati u r-riskji esklużi;

    (c)

    il-mezzi ta’ pagament ta’ primjums u t-tul ta’ żmien tal-pagamenti;

    (d)

    esklużjonijiet;

    (e)

    obligi fil-bidu tal-kuntratt;

    (f)

    obligi fil-bidu tal-perjodu tal-kuntratt;

    (g)

    obbligi fil-każ li jsir klejm;

    (h)

    il-perjodu tal-kuntratt inklużi d-data tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt;

    (i)

    mezzi biex jispiċċa l-kuntratt.

    4a.     Il-paragrafu 4 ma japplikax għal:

    (a)

    prodotti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4a tar-Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (23) ; jew

    (b)

    il-bejgħ ta' prodotti tal-investiment tal-assigurazzjoni msemmija fil-Kapitolu VII ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 19

    Eżenzjonijiet għall-informazzjoni u klawżola ta’ flessibbiltà

    1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 mhix meħtieġa li tiġi pprovduta meta l-intermedjarju jew l-impriża tal- assigurazzjoni jagħmilha ta' medjatur f'assigurazzjoni ta' riskji kbar, fil-każ ta' medjazzjoni minn intermedjarji jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew b'rabta ma' konsumaturi professjonali kif speċifikat fl-Anness .

    2.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konformi mal-liġi tal- Unjoni . L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AEAPX u lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet nazzjonali.

    2a.     L-Istati Membri li jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet iktar stretti li japplikaw għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta’ kundizzjonijiet indaqs u li l-piż amministrattiv li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet huwa proporzjonat mal-benefiċċji ta’ ħarsien tal-konsumatur.

    3.   Sabiex jiġi stabbilit livell għoli ta' trasparenza bil-mezzi kollha xierqa, l-AEAPX għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi b'rabta ma' dispożizzjonijiet nazzjonali tkun ukoll ikkomunikata lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni tal-konsumaturi u lill-impriżi tal-assigurazzjoni.

    Artikolu 20

    Kundizzjonijiet ta' informazzjoni

    1.   L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 16, 17 u 18 għandha tiġi kkomunikata lill-konsumaturi:

    (a)

    fuq il-karta;

    (b)

    b'mod ċar u preċiz, li jiftiehem mill-konsumatur; kif ukoll

    (c)

    f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju, jew fl-Istat Membru tal-impenn, jew f'xi lsien ieħor miftiehem bejn il-partijiet. Dan għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta lill-konsumatur b'mezz minn dawn li ġejjin:

    (a)

    bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul, għajr il-karta, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4; jew

    (b)

    permezz ta’ websajt, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.

    3.   Madankollu, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tiġi pprovduta bl-użu ta' mezz li jservi fit-tul għajr il-karta jew permezz ta’ websajt, għandha tingħata kopja fuq il-karta lill-konsumatur fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas.

    4.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul għajr il-karta, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-użu tal-mezz li jservi fit-tul huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur; kif ukoll

    (b)

    il-konsumatur ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni fuq il-karta u fuq il-mezz li jservi fit-tul, u jkun għażel dak il-mezz l-ieħor.

    5.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta permezz ta’ websajt jekk tkun indirizzata personalment lill-konsumatur, jew jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 permezz ta’ websajt huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur;

    (b)

    il-konsumatur ikun qabel li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tingħatalu permezz ta’ websajt;

    (c)

    il-konsumatur ikun ġie mgħarraf b'mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-paġna tal-istess websajt fejn tista' tiġi aċċessata l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18;

    (d)

    jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tibqa' aċċessibbli fuq il-websajt tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-konsumatur ikollu bżonn jaċċessah.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-għoti ta’ informazzjoni bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul għajr il-karta jew permezz ta’ websajt għandu jitqies xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur, jekk ikun hemm evidenza li l-konsumatur ikollu aċċess regolari għall-internet. L-għoti mill-konsumatur ta’ indirizz tal-posta elettronika għall-finijiet tal-istess negozju għandu jitqies bħala tali evidenza.

    7.   Fil-każ ta' bejgħ bit-telefon, l-informazzjoni minn qabel mogħtija lill-konsumatur għandha tkun skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni minn distanza ta' servizzi finanzjarji lill-konsumatur. Barra minn hekk, wara li l-konsumatur ikun għażel li jakkwista l-informazzjoni b'mod ieħor apparti fuq karta skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur skont il-paragrafu 1 jew 2 minnufih wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' assigurazzjoni.

    Artikolu 21a

    Prattiki ta' rbit u ta' gruppar

    1.     Meta assigurazzjoni tiġi offruta flimkien ma' servizz jew prodott anċillari ieħor bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim jew pakkett, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jinformaw u joffru lill-konsumatur il-possibilità li jinxtraw komponenti differenti li jipprevedu b'mod konġunt jew separati evidenza separata tal-primjum jew il-prezzijiet għal kull komponent. Dan ma għandux jevita l-medjazzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni b'livelli differenti ta' politiki ta' kopertura tal-assigurazzjoni jew tar-riskji ta' ħafna assigurazzjonijiet.

    2.     Fejn ir-riskji li jirriżultaw minn tali ftehim jew pakkett offruti lil konsumatur għandhom il-possibilità li jkunu differenti mir-riskji assoċjati mal-komponenti meħuda separatament, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, fuq talba tal-konsumatur, jipprovdu deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew il-pakkett u l-mod li bih l-interazzjoni tiegħu tbiddel ir-riskji.

    3.     L-AEAPX, f'kooperazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat, b'mod partikolari, sitwazzjonijiet li fihom il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat ma jikkonformax mal-Artikolu 15(1).

    4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni jipprovdu parir, huma jiżguraw li l-pakkett globali tal-prodotti tal-assigurazzjoni jissodisfaw it-talbiet u l-bżonnijiet tal-konsumaturi.

    5.     L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri addizzjonali aktar riġidi jew jintervjenu fuq bażi ta' każ b'każ biex jipprojbixxu l-bejgħ ta' assigurazzjoni flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett meta jistgħu juru li tali prattiki huma ta' detriment għall-konsumaturi.

    KAPITOLU VII

    REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAL-ĦARSIEN TAL-KONSUMATURI B'RABTA MAL-PRODOTTI TA’ INVESTIMENT FL-ASSIGURAZZJONI

    Artikolu 22

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu japplika rekwiżiti addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għal attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, fejn dawn jitwettqu b'rabta mal-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq investiment fl-assigurazzjoni minn dawn li ġejjin :

    (a)

    intermedjarju tal-assigurazzjoni;

    (b)

    impriża tal-assigurazzjoni.

    Artikolu 23

    Kunflitti ta’ interess

    1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jidentifikaw kunflitti ta’ interess bejniethom, inklużi l-maniġers, l-impjegati u l-intermedjarji abbinati tal-assigurazzjoni, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-konsumaturi tagħhom, jew bejn konsumatur u ieħor, li jinqalgħu fit-twettiq ta' kwalunkwe attività tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni.

    2.   Fejn l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi jsiru mill-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikoli 15, 16 u 17 ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b'kunfidenza raġonevoli, li jiġu evitati r-riskji ta’ ħsara lill-interessi tal-konsumaturi ▌ l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiżvelaw biċ-ċar lill-konsumatur in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess , kif inhu xieraq, qabel ma jsir in-negozju f'isem l-istess konsumatur.

    2a.     L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu:

    (a)

    isir b’mezz durabbli; u

    (b)

    jinkludi dettall biżżejjed, billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-konsumatur, sabiex ikun possibbli li l-konsumatur jieħu deċiżjoni infurmata rigward l-attivitajiet ta' medjazzjoni tal-assigurazzjoni li fil-kuntest tiegħu jinħoloq il-kunflitt ta’ interess.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 sabiex :

    (a)

    tiddefinixxi l-passi ▌ li wieħed jista' raġonevolment jistenna li jittieħdu mill-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex dawn jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jiżvelaw kunflitti ta' interess meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni;

    (b)

    tistabbilixxi kriterji xierqa biex jiġu stabbiliti t-tipi ta’ kunflitt ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi jew ta’ konsumaturi potenzjali tal-intermedjarju jew impriża tal-investiment.

    Artikolu 24

    Prinċipji u tagħrif ġenerali lill-konsumaturi

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni, fit-twettiq tagħhom ta’ xi attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni ma' konsumaturi jew għalihom, jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali, skont l-interessi tal-konsumaturi, u jikkonformaw, b'mod partikulari, mal-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25.

    2.   Kull tagħrif, inklużi komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni tindirizza lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali, għandu jkun ġust, ċar, u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom ikunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali.

    3.   Għandu jiġi pprovdut tagħrif xieraq lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali dwar dan li ġej :

    (a)

    l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u s-servizzi tagħhom : meta tingħata konsulenza, it-tagħrif għandu jispeċifika jekk dik il-konsulenza hix qed tingħata fuq bażi indipendenti, u jekk hix imsejsa fuq analiżi wiesgħa jew iktar ristretta tas-suq, u għandu jindika jekk l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni humiex se jipprovdu lill-konsumatur b’valutazzjoni kontinwa ta’ kemm il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni huwa rakkomandabbli għall-konsumaturi ;

    (b)

    prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni u strateġiji proposti ta’ investiment dan għandu jinkludi gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investimenti f’dawk l-istrumenti jew f'dak li jirrigwarda strateġiji partikulari ta’ investiment; ▐

    (ba)

    l-ispejjeż u t-tariffi assoċjati kollha relatati mal-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni jew servizzi anċillari li jridu jinkludu l-ispiża tal-konsulenza, fejn relevanti, l-ispiża tal-istrument finanzjarju rakkomandat jew offrut għall-bejgħ lill-klijent u l-mod kif il-klijent jista' jħallas għalih, flimkien ma' kwalunkwe pagament lil parti terza; [Em. 8]

    3a.     L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi kollha, inklużi l-ispejjeż u t-tariffi b'rabta mas-servizz ta' intermedjazzjoni u l-prodott tal-assigurazzjoni li ma jirriżultawx mill-okkorrenza ta' riskji sottostanti fis-suq, għandhom jiġu aggregati biex jippermettu lill-klijent jifhem l-ispiża ġenerali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq ir-rendiment tal-investiment, kif ukoll, jekk jintalab mill-klijent, lista mqassma skont l-oġġetti. Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, tal-anqas kull sena, tul il-perjodu ta' validità tal-investiment.

    L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafu 6a għandha tiġi pprovduta f'format li jinftiehem b'tali mod li l-klijenti jew il-klijenti potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz tal-investiment u tat-tip speċifiku ta' prodott ta' investiment fl-assigurazzjoni li qed jiġi offrut u, konsegwentement, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f'format standardizzat. [Em. 9]

    4.   It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi pprovdut b’mod li jista’ jinftiehem, b’tali mod li l-konsumaturi jew konsumaturi potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji tat-tip ta' prodott speċifiku tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jkun qed jiġi offrut, u b’konsegwenza ta’ dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati. Dan it-tagħrif jista’ jiġi pprovdut f’format standardizzat bi qbil mal-Artikolu 18(4) .

    5.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li fejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jinfurmaw lill-konsumatur li l-konsulenza dwar l-assigurazzjoni tingħata fuq bażi indipendenti, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiżvelaw lill-konsumatur in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni :

    (a)

    il-firxa ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni li fuqhom tkun ibbażata r-rakkomandazzjoni u, b’mod partikolari, jekk il-firxa hijiex limitata għal prodotti ta’ assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju li jirrappreżenta lill-konsumatur;

    5a.     Barra dan l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu aktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux fi flus minn partijiet terzi rigward l-għoti ta’ konsulenza dwar assigurazzjoni. Dak jista’ jinkludi l-ħtieġa li tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji bħal dawn jiġu restitwiti lill-klijenti jew jiġu bbilanċjati b’tariffi mħallsa mill-klijent.

    L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li fejn intermedjarju jgħarraf lill-klijent li l-konsulenza tkun qiegħda tingħata b’mod indipendenti, l-intermedjarju għandu jivvaluta għadd kbir biżżejjed ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq li jkunu ddiversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u l-emittenti jew il-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żguat li l-għanijiet tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod adatt u ma jiġux limitati għall-prodotti tal-assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju▌.

    5b.     Intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jżomm u jħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li jieħu l-passi raġonevoli kollha mfassla sabiex jipprevjenu li l-kunflitti ta’ interess kif imsemmija fl-Artikolu 23 jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tiegħu.

    Kumpanija tal-assigurazzjoni li toħloq strumenti finanzjarji għall-bejgħ lill-klijenti għandha żżomm, tħaddem u teżamina mill-ġdid proċess għall-approvazzjoni ta' kull prodott tal-assigurazzjoni jew adattamenti sinifikanti għall-prodotti tal-assigurazzjoni eżistenti qabel ma dawn jiġu kkummerċjalizzati jew imqassma lill-klijenti.

    Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandha tispeċifika suq identifikat fil-mira ta' klijenti aħħarija fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti għal kull prodott u jiżgura li jiġu vvalutati r-riskji relevanti kollha għal tali suq identifikat fil-mira u li l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba hija konsistenti mas-suq identifikat fil-mira.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni għandha teżamina mill-ġdid ukoll fuq bażi regolari l-istrumenti finanzjarji offruti jew kummerċjalizzati mid-ditta, filwaqt li tqis kwalunkwe avveniment li jista' materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq identifikat fil-mira, biex tal-anqas tivvaluta jekk il-prodott jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq identifikat fil-mira u jekk l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata. [Em. 11]

    6.   L-AEAPX għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat billi jiġu identifikati, b'mod partikolari, sitwazzjonijiet li fihom il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat ma jikkonformax mal-paragrafu 1.

    7.   Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 33 biex tispeċifika l-prinċipji li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom ▌meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom jikkunsidraw :

    (a)

    in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

    (b)

    in-natura tal-prodotti offerti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni ;

    Artikolu 25

    Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-konsumaturi

    1.   Meta jipprovdu konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiksbu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur jew tal-konsumatur potenzjali fil-qasam rilevanti tal-investiment għat-tip speċifiku ta' prodott ▌, kif ukoll fir-rigward tal-qagħda finanzjarja u l-għanijiet ta’ investiment tal-konsumatur jew tal-konsumatur potenzjali, sabiex l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali l-attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew il-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li huma xierqa għall-konsumatur jew konsumatur potenzjali.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni, meta jwettqu attivitajiet oħrajn ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitolbu lill-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali rigward l-għarfien u l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni offert jew mitlub, sabiex l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew il-prodott ibbażat fuq l-assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-konsumatur.

    Fejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont is-subparagrafu ta’ qabel dan, li l-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni ma jkunx xieraq għall-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija ta’ dan lill-konsumatur jew konsumatur potenzjali. Din it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

    Fejn il-konsumaturi jew konsumaturi potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li ▌mhumiex f'qagħda li jiddeterminaw jekk il-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni fil-mira huwiex xieraq għalihom . Din it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

    2a    . L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni biex, meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni li jikkonsistu biss mill-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-konsumatur, jipprovdu dawk l-attivitajiet lill-konsumaturi tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu l-informazzjoni jew jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

    (a)

    l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:

    (i)

    kuntratti li jipprovdu biss l-eponiment tal-investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont id-Direttiva …/…/UE [MiFID] u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskji involuti; or

    (ii)

    investimenti oħra bbażati fuq l-assigurazzjoni mhux kumplessa għar-raġuni ta' dan il-paragrafu;

    (b)

    l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-konsumatur jew konsumatur potenzjali;

    (c)

    il-konsumatur jew konsumatur potenzjali jkunu ġew informati b'mod ċar, f'format standardizzat jew le, li fl-għoti ta' din l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tat-twettiq relevanti tar-regoli tan-negozju;

    (d)

    l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 23.

    3.   L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu rekord li jinkludi dokument wieħed jew aktar, ▌li jkun ġie miftiehem bejnu u l-konsumatur, u li jkun stipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, kif ukoll kundizzjonijiet oħra li skonthom l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jwettqu l-attivitjiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni għall-konsumatur . Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’referenza għal dokumenti jew testi legali oħrajn.

    4.   ▌L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-konsumatur b'rapporti adegwati dwar l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni pprovduta ▌. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-konsumaturi, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tal-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mwettqa għall-konsumatur , u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mal-attivitajiet imwettqa f’isem il-konsumatur. ▐

    Meta tiġi pprovduta konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni titranġa mal-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur b'dikjarazzjoni f'format durabbli dwar kemm huwa rakkomandabbli billi jispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-konsumatur.

    Fil-każ li l-ftehim jiġi konkluż bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni b'distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tal-valutazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju jew l-impriża ta' investiment jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-adegwatezza b'mezz durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun marbut b'xi ftehim.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 33 biex tispeċifika l-prinċipji li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom ▌meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom jikkunsidraw:

    (a)

    in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

    (b)

    in-natura tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati, inklużi t-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji u ta’ depożiti bankarji msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva …/…/UE [MiFID] ;

    (ba)

    in-natura konsumistika jew professjonali tal-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali .

    5a.     L-AEAPX għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskju involut skont il-paragrafu 3(a).

    KAPITOLU VIII

    PENALI U MIŻURI OĦRA

    Artikolu 26

    Penali u miżuri amministrattivi oħrajn

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali u miżuri amministrattivi oħrajn tagħhom ikunu effiċjenti, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għall-impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f’każ ta’ ksur, jistgħu jiġu applikati penali u miżuri amministrattivi oħrajn lill-membri tal-korp maniġerjali tagħhom, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu responsabbli għall-ksur.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu l-penali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali jew miżuri oħra jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri , filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma sodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 . L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu dokumenti jew informazzjoni oħra skont deċiżjoni formali, li għandha tindika bażi legali għat-talba ta' informazzjoni, l-iskadenza għall-konformità u d-dritt tas-suġġett li jfittex rieżami ġudizzjarja tad-deċiżjoni .

    Artikolu 27

    Pubblikazzjoni tal-penali

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tippubblika ▌kwalunkwe penali jew miżura oħra li tkun ġiet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva▌, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, kif ukoll l-identità tal-persuni responsabbli għalih , sakemm il-penali jew miżuri oħra jkunu saru finali u ma jkunux suġġetti għal appell jew rieżami ġudizzjarja . Fejn il-pubblikazzjoni tkun tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali b’mod anonimu.

    Artikolu 28

    Ksur

    1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal dan li ġej:

    (a)

    intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jkunx irreġistrat fi Stat Membru u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) jew tal-Artikolu 4;

    (b)

    persuna li tipprovdi attivitajiet anċillari ta' assigurazzjoni mingħajr ma tkun ressqet dikjarazzjoni kif inhu stipulat fl-Artikolu 4, jew li tkun ressqet tali dikjarazzjoni iżda li, fir-rigward tagħha, ma jintlaħqux ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4;

    (c)

    impriża jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jużaw is-servizzi ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni ta’ persuni li la jkunu rreġistrati fi Stat Membru u lanqas ma jissemmew fl-Artikolu 1(2), u li ma jkunux ressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 4;

    (d)

    intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkun kiseb reġistrazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 3;

    (e)

    intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriża tal-assigurazzjoni, li jonqsu milli jilħqu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8;

    (f)

    impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet skont il-Kapitoli VI u VII.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u miżuri amministrattivi oħra li jistgħu jkunu applikati jinkludu mill-inqas dan li ġej:

    (a)

    stqarrija pubblika, li tindika l-persuna naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

    (b)

    ordni li titlob lill-persuna naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;

    (c)

    fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3;

    (d)

    projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ▌li jinżammu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f’intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew f’impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni;

    (e)

    fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża ewlenija, il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża ewlenija ulterjuri fis-sena kummerċjali preċedenti;

    (f)

    fil-każ ta’ persuna naturali, penali amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. kif ukoll

    Fejn il-benefiċċju mnissel mill-ksur jista’ jkun iddeterminat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell massimu ma jkunx inqas mid-doppju tal-ammont ta’ dak il-benefiċċju.

    Artikolu 29

    Applikazzjoni effettiva tal-penali

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' penali jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta’ penali amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun xieraq :

    (a)

    il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

    (b)

    il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli;

    (c)

    is-saħħa finanzjarja tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli;

    (d)

    l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna naturali jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

    (e)

    it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

    (f)

    il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti; kif ukoll

    (g)

    ksur preċedenti mill-persuna naturali jew ġuridika responsabbli.

    3.   Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot is-setgħa tal-Istati Membri ospitanti li jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom, li huma kuntrarji għad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati fl-interess ġenerali. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li jipprevjenu lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed jiksru l-liġi milli jibdew xi attivitajiet oħra fit-territorji tagħhom.

    Artikolu 30

    Rapportar tal-ksur

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar, lill-awtoritajiet kompetenti, ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva.

    2.   L-arranġamenti msemmija għandhom jinkludu mill-inqas:

    (a)

    proċeduri speċifiċi għall-wasla ta’ rapporti u s-segwitu tagħhom;

    (b)

    ħarsien xieraq , inkluża l-anonimità fejn ikun xieraq, għal dawk li jirrappurtaw il-kummissjoni ta' ksur imwettaq fi ħdanhom; kif ukoll

    (c)

    il-protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna naturali li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

    L-identità tal-persuni li jirrapportaw u li huma allegatament responsabbli għall-ksur għandhom jibqgħu kunfidenzjali f'kull stadju, sakemm l-iżvelar tiegħu ma jkunx meħtieġ skont il-liġi nazzjonali għar-raġuni ta' inkjesti jew proċedimenti legali sussegwenti.

    Artikolu 31

    Tressiq tal-informazzjoni lill-AEAPX b’rabta mal-penali

    1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kull sena lill-AEAPX b’informazzjoni aggregata rigward il-miżuri jew il-penali amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 26.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-AEAPX b’informazzjoni aggregata rigward il-miżuri jew il-penali amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 26.

    2.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat miżura jew penali amministrattiva lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tirrapporta dak il-fatt lill-AEAPX.

    3.   L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar il-proċeduri u l-forom għat-tressiq tal-informazzjoni kif inhu msemmi f’dan l-Artikolu.

    L-AEAPX għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

    Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

    KAPITOLU IX

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 32

    Protezzjoni tad-Data

    1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri skont din id-Direttiva.

    2.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir mill-AEAPX skont din id-Direttiva.

    Artikolu 33

    Atti ddelegati

    Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 34, li jikkonċernaw l-Artikoli ▌23, 24 u 25.

    Artikolu 34

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

    2.   Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli ▌23, 24 u 25, għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli ▌23, 24 u 25 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali revoka għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ir-revoka ma għandha tolqot il-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

    4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli ▌23, 24 u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 34a

    Iżjed dispożizzjonijiet għall-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji

    1.     Minkejja kull limitu ta’ żmien previst għall-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozzi tagħha f'intervalli ta' 12-il xahar, 18-il xahar jew 24 xahar.

    2.     Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta standards tekniċi regolatorji fejn il-ħin tal-iskrutinju tal-Parlament Ewropew jitnaqqas għal xahrejn, inkluż kwalunkwe estensjoni, minħabba vaganzi.

    3.     L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jikkonsultaw il-Parlament Ewropew matul l-istadji ta' abbozzar tal-istandards tekniċi regolatorji, b'mod partikolari fejn hemm tħassib rigward il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    4.     Fejn il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ikun irrifjuta standards tekniċi regolatorji u jkun hemm inqas minn ġimagħtejn qabel is-sessjoni parzjali plenarja ta' wara, il-Parlament Ewropew jista' jestendi ż-żmien tiegħu għall-iskrutinju sas-sessjoni parzjali plenarja ta' wara.

    5.     Fejn standards tekniċi regolatorji jkunu ġew irrifjutati u l-kwistjonijiet identifikati jkollhom kamp ta' applikazzjoni limitat, il-Kummissjoni tista' tadotta skeda mħaffa biex isir abbozz ta' standard tekniku regolatorju rivedut.

    6.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-mistoqsijiet kollha tal-Parlament Ewropew li jitqajmu b'mod formali permezz tal-President tal-kumitat kompetenti jitwieġbu minnufih qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji.

    Artikolu 35

    Rieżami u evalwazzjoni

    1.   Sa … [Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni prattika tar-regoli stipulati f'din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq bl-imnut tal-prodotti tal-investiment, kif ukoll l-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, tar-Regolament …/…/UE [dwar dokumenti ta’ informazzjoni ewlenija għall-prodotti ta’ investiment], u ta’ Direttiva …/…/UE [MiFID II]. Dan l-eżami għandu jinkludi wkoll analiżi speċifika tal-impatt tal-Artikolu 17(2), filwaqt li titqies il-qagħda tal-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi tal-intermedjazzjoni għall-kuntratti għajr dawk tal-klassijiet speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2002/83/KE, u l-impatt tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 17(2) dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju.

    2.   Wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tressaq is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.    Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhomx setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

    Artikolu 36

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ▌. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

    Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-AEAPX u bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

    1a.     L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 minn … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri , dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha tkun ifformulata dik id-dikjarazzjoni.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 37

    Tħassir

    Id-Direttiva 2002/92/KE titħassar b'effett minn … [ 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

    Artikolu 38

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 39

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Għall-Kunsill


    (1)  Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).

    (2)   Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji, li tħassar id-Direttiva 2004/39/KE (ĠU …)

    (3)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

    (4)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

    (5)  Id-Direttiva Nru 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

    (6)   Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/EC u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali') (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

    (7)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

    (8)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikulari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħturin mill-Istati Membri (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

    (9)  Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    (10)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

    (11)  Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar akkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

    (12)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

    (13)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

    (14)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3).

    (15)  Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

    (16)  Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

    (17)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

    (18)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).

    (19)  Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1).

    (20)  Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26KE. Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 fuq il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assikurazzjoni diretta tal-ħajja u d-Direttivi li jemendaw 79/267/KEE u 90/619/KEE (tielet Direttiva fuq l-assikurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, 9.12.1992, p. 1).

    (21)  Id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill .. dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU …).

    (22)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU …).

    (23)  Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (ĠU …).

    ANNESS I

    KONSUMATURI PROFESSJONALI

    Konsumatur professjonali huwa konsumatur li għandu l-esperjenza, l-għarfien u l-kompetenza esperta biex jieħu d-deċiżjonijiet għalih innifsu u jivvaluta sewwa r-riskji li jilqa'. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala professjonisti fis-servizzi u l-attivitajiet tal-assigurazzjoni u fil-prodotti tal-investiment kollha għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

    1.

    Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

    1a.

    Intermedjarji ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni

    2.

    Impriżi kbar li jissodisfaw tnejn mir-rekwiżiti li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpanija:

    total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000

    fatturat nett: EUR 40 000 000

    fondi proprji: EUR 2 000 000.

    3.

    Il-gvernijiet nazzjonali▌.

     

    ANNESS II

    DOKUMENTI TA' SPJEGAZZJONI

    Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.

    Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata, għar-raġunijiet li ġejjin:

    Il-kumplessità tad-Direttiva u tas-settur ikkonċernat:

    Il-qasam tal-assigurazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni huwa partikularment ikkumplikat, u jista' jkun tekniku ħafna mill-perspettiva ta’ professjonisti li mhumiex speċjalizzati fih. Fin-nuqqas ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni strutturati sew, il-kompitu tas-superviżjoni tat-traspożizzjoni jkun sproporzjonalment impenjattiv mil-lat ta’ ħin. Din il-proposta tirrappreżenta reviżjoni li fiha ġie rriformulat it-test tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni (IMD). Anki jekk ħafna mid-dispożizzjonijiet ma nbidlux fis-sustanza tagħhom, iddaħħlu għadd ta’ dispożizzjonijiet ġodda, u għadd ta’ dispożizzjonijiet eżistenti ġew riveduti jew tħassru. L-istruttura, il-forma, u l-preżentazzjoni tat-testi huma għalkollox ġodda. L-istruttura l-ġdida kienet meħtieġa biex tagħti ordni iktar ċara u iktar loġika lid-dispożizzjonijiet legali, iżda se twassal għall-bżonn ta’ approċċ strutturat matul is-superviżjoni tat-traspożizzjoni.

    Uħud mid-dispożizzjonijiet fid-Direttiva proposta jista' jkollhom impatt fuq għadd ta’ oqsma tal-ordni legali nazzjonali, bħal-liġi tal-kumpaniji, kummerċjali jew tat-taxxa, jew oqsma leġiżlattivi oħra fl-Istati Membri. Jistgħu jolqtu wkoll il-liġi nazzjonali sekondarja, inklużi Atti u r-regoli ġenerali tal-kondotta tal-operazzjonijiet għall-Intermedjarji Finanzjarji jew tal-Assigurazzjoni. L-interrelazzjoni ta’ kwistjonijiet ma' dawn l-oqsma kollha ġirien taf tfisser, skont is-sistema f'kull Stat Membru, li wħud mid-dispożizzjonijiet jiġu implimentati permezz ta' regoli ġodda jew diġà eżistenti minn dawk l-oqsma; għandha tkun disponibbli stampa ċara tagħhom.

    Il-konsistenza u l-interrelazzjoni ma' inizjattivi oħra:

    Din il-proposta tressqet għall-adozzjoni bħala parti minn “Pakkett dwar il-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi”, flimkien mal-proposta PRIPs dwar l-iżvelar ta’ prodotti (ir-Regolament dwar dokumenti ta’ informazzjoni ewlenija dwar prodotti tal-investiment li jemenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/65/KE) u UCITS V. L-inizjattiva tal-PRIPs għandha l-għan li tiżgura approċċ orizzontali koerenti għall-iżvelar tal-prodotti fir-rigward ta’ prodotti tal-investiment u prodotti tal-assigurazzjoni b'elementi ta’ investiment (l-hekk imsejħa “investimenti fl-assigurazzjoni”), u se jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar prattiċi ta' bejgħ fir-reviżjonijiet tal-IMD u tal-MiFID (Direttiva dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji). Barra minn hekk, il-proposta hija konsistenti u kumplimentari ma' leġiżlazzjoni u politiki oħrajn tal-UE, b'mod partikulari fl-oqsma tal-ħarsien tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-investituri u s-superviżjoni prudenzjali, bħas-Solvenza II (id-Direttiva 2009/138/KE), il-MiFID II (ir-riformulazzjoni tal-MiFID), u l-inizjattiva PRIPs imsemmija aktar 'il fuq.

    L-IMD il-ġdida jibqa' jkollha l-karatteristiċi ta’ strument legali ta’ “armonizzazzjoni minima”. Dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-IMD, jekk meħtieġ, għall-finijiet tal-ħarsien tal-konsumaturi. Madankollu, l-istandards minimi tal-IMD se jittellgħu b'mod sinifikanti. Barra minn hekk, id-direttiva tikkunsidra klawżola ta’ reviżjoni, u sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-funzjonament ta’ dawk ir-regoli, il-Kummissjoni teħtieġ tkun f'pożizzjoni li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom mill-bidu nett.

    Kapitolu dwar l-investment fl-assigurazzjoni: It-test tal-proposta jinkludi Kapitolu li jdaħħal rekwiżiti addizzjonali ta’ ħarsien tal-konsumaturi b'rabta mal-prodotti tal-investiment fl-assigurazzjoni.

    Hemm rieda politika qawwija biex tali dispożizzjonijiet ikunu implimentati, iżda fl-istess ħin, ftit li xejn hemm esperjenza għax dan huwa qasam ġdid. Għaldaqstant, huwa tal-ikbar importanza li l-Kummissjoni tirċievi dokumenti ta' traspożizzjoni dwar kif l-Istati Membri jkunu taw seħħ lil tali dispożizzjonijiet.

    L-ispeċifitajiet tal-prodotti ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja madankollu għandhom jiġu kkunsidrati fil-linji gwida tal-Livell 2. B’konformità mal-prinċipju analogu fl-Artikolu 3 tal-MIFID II, għandu jiġi kkunsidrat reġim analogu għall-assigurazzjonijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva f’livell nazzjonali u fil-linji gwida tal-kumitat konġunt. Il-persuni li jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni b’rabta ma’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards ta’ kondotta applikabbli għall-kuntratti kollha tal-assigurazzjoni kif ukoll mal-istandards imtejba applikabbli għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni. Kwalunkwe persuna li taġixxi ta’ intermedjarju fi prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni għandha tkun irreġistrata bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni.

    Piż amministrattiv addizzjonali mit-talbiet ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni mingħand l-Istati Membri mistenni li jkun baxx: Kif issemma iktar 'il fuq, it-test kurrenti ilu fis-seħħ sa mill-2002 (meta ġiet adottata d-Direttiva oriġinali). Għaldaqstant, ma jkunx ta’ piż għall-Istati Membri li jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom, bħalma ilhom ħafna jagħmlu għall-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni. Il-piż amministrattiv addizzjonali, mistenni li jkun baxx, mit-talbiet ta' dokumenti ta' spjegazzjoni mingħand l-Istati Membri, fir-rigward tal-partijiet il-ġodda tad-Direttiva hija proporzjonata, u meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex din tkun tista' taqdi l-kompitu tagħha ta' superviżjoni tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    Abbażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni temmen li r-rekwiżit li jiġu pprovduti dokumenti ta’ spjegazzjoni fil-każ tad-Direttiva proposta huwa proporzjonat, u ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan li jitwettaq b'mod effiċjenti l-kompitu ta’ superviżjoni ta’ traspożizzjoni preċiża.


    Top