Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0112

    P7_TA(2014)0112 Adattament ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0751 – C7-0386/2013 – 2013/0365(COD)) P7_TC1-COD(2013)0365 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 285, 29.8.2017, p. 169–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 285/169


    P7_TA(2014)0112

    Adattament ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE) ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0751 – C7-0386/2013 – 2013/0365(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2017/C 285/29)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0751),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 53(1), 62, 100(2), 114, 168(4), points (a) u (b), 172, 192(1), 207, 214(3) u 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0386/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 (2),

    wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati, kif approvat fit-3 ta’ Marzu 2011 mill-Konferenza tal-Presidenti,

    wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (3), b’mod partikolari l-punt 15 tiegħu u l-Anness 1 ta’ miegħu,

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva (4),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta’ setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (5),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0011/2014),

    A.

    Billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta sa tmiem l-2012 kemm kien għad fadal fis-seħħ atti leġiżlattivi li fihom referenza għall-proċedura leġiżlattiva bi skrutinju, bil-għan li tħejji l-inizjattivi leġiżlattivi xierqa u b’hekk tlesti għalkollox l-adattament għall-qafas legali l-ġdid; billi l-objettiv imħabbar kien li, sa tmiem is-seba’ mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġiżlattivi kollha; billi l-Kummissjoni ressqet il-proposti li jissodisfaw dan l-impenn, għalkemm ħafna aktar tard milli kien mistenni;

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    (2)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

    (4)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 6.

    (5)  Testi adottati, P7_TA(2014)0127.


    P7_TC1-COD(2013)0365

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2), 53(1), 62, 100(2), 114, 168(4)a, 168(4)b, 172, 192(1), 207, 214(3), 338(1), tiegħu

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    It-Trattat ta' Liżbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti ta' delega), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti implimentattivi).

    (2)

    Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegi ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondu fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/EC (3).

    (3)

    Huwa neċessarju li għadd ta’ atti diġà fi-seħħ li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju u li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 290(1) TFUE, jkunu adattati mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

    (4)

    Meta l-Kummissjoni tipprepara atti ta' delega abbażi tal-atti ta' delega adattati minn dan ir-regolament, huwa ta’ importanza partikolari li twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (5)

    Huwa neċessarju li għadd ta’ atti diġà fis-seħħ li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju u li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 291(2) TFUE, jkunu adattati mal-Artikolu 291 tat-TFUE.

    (6)

    Meta jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (7)

    Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat taliżbona, huwa wkoll meħtieġ li jiġu emendati għadd ta’ atti legali diġà fis-seħħ li jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju billi jitħassru ċerti miżuri koperti minn dik il-proċedura.

    (8)

    Dan ir-regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.

    (9)

    Ladarba l-adattamenti u l-emendi li għandhom isiru b'dan ir-regolament jikkonċernaw biss proċeduri, fil-każ tad-direttivi, huma ma għandhomx għalfejn ikunu trasposti mill-Istati Membri.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ta' dan ir-regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-regolament.

    2.   Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ma' dan ir-regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont il-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 3 ta' dan ir-regolament.

    Artikolu 2

    1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li tadotta atti ta' delega tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu . [Em. 1]

    3.   Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. It-tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att ta' delega jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perijodu għall-oġġezzjonijiet għandu jkun ta’ tliet xhur, li għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, fir-rigward tal-atti delegati adottati skont ir-regolamenti elenkati fil-punti 12  (5) , 13  (6) , 14  (7) , 16  (8) u 18  (9) tat-Taqsima F, u l-punt 21  (10) tat-Taqsima G, tal-Anness I. [Em. 2]

    6.   Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ma' dan ir-regolament jipprevedu li l-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE hija mnaqqsa skont il-punt (b) tal-Artikolu 5a(5) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jkunu stabbiliti għal xahar.

    Artikolu 3

    1.   L-atti ta' delega adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien, u għandhom japplikaw sakemm ma titqajjimx oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att ta' delega lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun saret il-proċedura ta’ urġenza.

    2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta' delega b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 2(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    Artikolu 4

    1.   Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.   Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II għall-użu tal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 5

    Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE (11), Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Em. 61, 62 u 63] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (12) huma emendati kif stipulat fl-Anness III għal dan ir-regolament.

    Artikolu 6

    Dan ir-regolament ma jinċidix il-proċeduri pendenti li fuqhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Artikolu 7

    Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi ,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  Opinjoni tal-21 ta' Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

    (4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (5)   Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6).

    (6)   Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 fuq l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17).

    (7)   Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1).

    (8)   Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23).

    (9)   Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1).

    (10)   Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

    (11)  Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' 24 metru tul jew aktar (ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1).

    (12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

    ANNESS I

    Dispożizzjonijiet ta' atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adatti għar-reġim tal-atti ta' delega (1).

    A.

    NETWERKS TA’ KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA

    -1.

    Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)

    Artikolu 9(3)* [Em. 4]

    1.

    Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell EU.

    Artikolu 3(1), punt a**

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 5(2)

    2.

    Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)

    Artikolu 26(7) Artikolu 27a(5) [Em. 5]

    Artikolu 35

    3.

    Id-Direttiva Nru 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)

    Artikolu 9b(3) Artikolu 10(4)

    Artikolu 13a(4)

    Artikolu 15(4) Artikolu 17(6a) Artikolu 19(4) [Em. 6]

    B.

    AZZJONI KLIMATIKA

    4.

    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020.

    Artikolu 3(2) [Em. 7]

    Artikolu 3(6)

    Artikolu 11(3)

    5.

    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE

    Article 3d(3)

    Artikolu 3f(9)

    Artikolu 10(4)

    Artikolu 10a(1)

    Artikolu 10a(7)

    Artikolu 10a(8)

    Artikolu 10a(13)

    Artikolu 11a(8)

    Artikolu 11a(9)

    Artikolu 11b(7)

    Artikolu 14(1)

    Artikolu 15 il-ħames paragrafu

    Artikolu 16(12) [Em. 8]

    Artikolu 19(3)

    Artikolu 22

    Artikolu 24(1), punt (b)

    Artikolu 24(3)

    Artikolu 24 a(1)

    Artikolu 24 a(2)

    Artikolu 25(2)

    Artikolu 25 a(1)

    Anness IV, Parti A

    C.

    ENERĠIJA

    6.

    Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (tfassil mill-ġdid)

    Artikolu 6

    D.

    INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA

    7.

    Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 8

    Artikolu 14(2)

    Artikolu 14(3)

    8.

    Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)

    Artikolu 8(1) , punt (a)

    Artikolu 8(1), punt (b), flimkien mal-Artikolu 9(3) [Em. 9]

    E.

    AMBJENT

    9.

    Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE;

    Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu [Em. 10]

    Artikolu 6(7)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 15

    10.

    Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi] (EMAS), li jħassar Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

    Artikolu 16(4)

    Artikolu 17(3)

    Artikolu 30(6) Artikolu 46(6) [Em. 11]

    Artikolu 48(2)

    F.

    STATISTIKA

    11.

    Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità.

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 5(1) [Em. 12]

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 7(3)

    12.

    Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 **** [Em. 13]

    Artikolu 3(6)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu6(3) dwar l-adozzjoni ta’ “miżuri relatati mal-istandards komuni ta’ kwalità” flimkien mal-Artikolu 15(1)(c) dwar l-adozzjoni ta’ “standards komuni ta’ kwalità”

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 15(1)

    13.

    Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin **** [Em. 14]

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 6(3) dwar l-adozzjoni ta’ “standards komuni ta’ kwalità” flimkien mal-Artikolu 9(2), punt (a)

    Artikolu 9(2), punt (b)

    Artikolu 9 (2), punt (c) għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ “standards ta’ kwalità komuni xierqa”

    14.

    Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom **** [Em. 15]

    Artikolu 7(4) dwar l-adozzjoni ta’ “kriterji komuni tal-kontroll tal-kwalità” flimkien mal-Artikolu 12(3), punt (c) dwar id-definizzjoni ta’ “kriterji ta’ kwalità”

    Artikolu 12(3)

    15.

    Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 7(3)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 9(4) dwar l-adozzjoni ta’ “rekwiżiti ta’ kwalità u kull miżura meħtieġa biex tkun evalwata jew imtejba l-kwalità”

    Artikolu 9(4) għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ “l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità” [Em. 16]

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 13

    16.

    Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani **** [Em. 17]

    Artikolu 4(3) għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ “standards ta’ kwalità komuni”

    Artikolu 10

    17.

    Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 15(5) flimkien mal- punt (a) tal- Artikolu 15(2)(a) dwar “id-definizzjoni tal-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja li għandha tiġi inkluża f’kull qasam tal-komponent traversali u l-lista tal-varjabbli ta’ mira inklużi fil-komponent lonġitudinali, inkluż l-ispeċifikazzjoni tal-kodiċijiet varjabbli”

    Artikolu 15(5) flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 15(2) dwar id-definizzjoni tal-“format tekniku għat-trażmissjoni lill-Eurostat”, Artikolu 15(5) flimkien mal-punt (b) tal-Artikolu 15(2)

    Artikolu 15(5) flimkien mal- punt (c) tal- Artikolu 15(2)(c);

    Artikolu 15(5) flimkien mal-punt (d) tal-Artikolu 15(2)

    Artikolu 15(5) flimkien mal- punt (e) tal- Artikolu 15(2)(e)

    Artikolu 15(5) flimkien mal- punt (f) tal- Artikolu 15(2)(f) [Em. 18]

    18.

    Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol **** [Em. 19]

    Artikolu 2(4)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 11, punt (a)

    Artikolu 11, punt (b)

    Artikolu 11, punt (d)

    Artikolu 11, punt (e)

    Artikolu 11, punt (f) dwar l-adozzjoni tal-“kriterji separati ta’ kwalità għal dejta attwali jew b'lura trażmessa”

    Artikolu 11, punt (i)

    Anness, punt 3

    19.

    Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru

    Artikolu 5

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 10(2)

    20.

    Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart

    Artikolu 1(5)

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 6(2) , punt (a)

    Artikolu 6(2) , punt (b)

    Artikolu 6 (2) , punt (c) għal dak li jirrigwarda “definizzjoni ta’ kriterji evalwazzjoniji ta’ kwalità”

    Artikolu 6 (2), punt (c) għal dak li jirrigwarda “l-kontenut tar-rapporti dwar il-kwalità” [Em. 20]

    Artikolu 6(2), punt (d)

    Artikolu 8(3)

    L-Anness I, it-Taqsima 7, il-punt 1

    L-Anness II, it-Taqsima 7, il-punt 1

    G.

    SUQ INTERN U SERVIZZI

    21.

    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE****

    Artikolu 14(1)

    Artikolu 14(2) [Em. 21]

    22.

    Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE

    Artikolu 68(1)***

    Artikolu 69(2)***

    H.

    MOBBILTÀ U TRASPORT

    23.

    Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri

    Artikolu 13

    Artikolu 14(1)

    Artikolu 14(2)

    24.

    Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

    Artikolu 10(3)

    25.

    Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet

    Artikolu 10 (2)**

    Artikolu 10(3)** [Em. 22]

    26.

    Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

    Artikolu 15

    27.

    Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar

    Artikolu 8, punt (a), l-ewwel inċiż

    Artikolu 8 , punt (b) [Em. 23]

    I.

    SAĦĦA U KONSUMATURI

    28.

    Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi.

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 13(8)

    Artikolu 14(2)

    Artikolu 15(1)

    Article 15(2)**

    Artikolu 16(8)

    Artikolu 16(9)**

    Artikolu 18(2) [Em. 24]

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 31(1) **

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 31(3)

    29.

    Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/EEC and 91/414/EEC

    Artikolu 8(4) l-aħħar sentenza flimkien mal- punt (b) tal- Artikolu 78(1)(b) mal-

    Artikolu 17, it-tieni subparafrafu flimkien mal-punt (d) tal-Artikolu 78(1)

    Artikolu 25(3) flimkien mal- punt (e) tal- Artikolu 78(1)(e)

    Artikolu 26 flimkien mal- punt (f) tal- Artikolu 78(1)(f)

    Artikolu 27(2) flimkien mal- punt (h) tal- Artikolu 78(1)(h)

    Artikolu 29(4) flimkien mal-punt (g) tal-Artikolu 78(1)

    Artikolu 29(6) l-ewwel subparagrafu , it-tieni sentenza, flimkien mal- punt (c) tal- Artikolu 78(1)(c)

    Artikolu 30(3) flimkien mal- punt (i) tal- Artikolu 78(1)(i)

    Artikolu 52(4) l-aħħar subparafrafu flimkien mal- punt (j) tal- Artikolu 78(1)(j) mal-

    Artikolu 54(5) flimkien mal- punt (k) tal- Artikolu 78(1)(k)

    Artikolu 58(2) flimkien mal- punt (l) tal- Artikolu 78(1)(l)

    Artikolu 65(1) flimkien mal- punt (m) tal- Artikolu 78(1)(m)

    Artikolu 68 it-tielet subparafrafu flimkien mal- punt (n) tal- Artikolu 78(1)(n)

    Artikolu 78(1) , punt (a)

    Anness II, punt 3.6.5 [Em. 25]

    30.

    Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 1774/2002

    Artikolu 5 (1)**

    Artikolu 5 (2)*

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 6 (2)*

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 15(1)

    Artikolu 17(2)

    Artikolu 18(3)

    Artikolu 19(4)

    Artikolu 20(11)

    Artikolu 21(6)

    Artikolu 27

    Artikolu 31(2)

    Artikolu 32(3)

    Artikolu 40 , punt (a)

    Artikolu 40 , punt (b)

    Artikolu 40, punt (c) Artikolu 40, punt (d) Artikolu 40, punt (e)

    Artikolu 40 , punt (f)

    Artikolu 41(1) Artikolu 41(3)

    Artikolu 42(2) , punt (a)

    Artikolu 42(2) , punt (b)

    Artikolu 42(2) , punt (c)

    Artikolu 42, punt (d)

    Artikolu 43(3)

    Artikolu 45(4)

    Artikolu 48(7) , punt (a)

    Artikolu 48(7) , punt (b)

    Artikolu 48 (7), punt (c)

    Artikolu 48 (7) , punt (d) [Em. 26]

    Artikolu 48(8)

    31.

    Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE

    Artikolu 6(2)**

    Artikolu 7(2)

    Artikolu 10(5) *

    Artikolu 17(4)

    Artikolu 20(2)

    Artikolu 26(3) [Em. 27]

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 32(4)

    32.

    Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    L-Artikoli 13(2)

    Artikolu 18**[Em. 28]

    Artikolu 19(3)

    Artikolu 24(4)

    33.

    Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE

    Artikolu 8(2)**

    Artikolu 22**

    Artikolu 25(3)

    34.

    Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel

    Artikolu 9(2)

    Artikolu 23(4), it-tieni sentenza[Em. 29]

    Artikolu 24(3)*

    Artikolu 30(1)*

    Artikolu 30(2)*

    Artikolu 30(3)*

    Artikolu 30(5)

    Artikolu 31*

    35.

    Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97

    Artikolu 17(5)

    36.

    Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 7(5)*

    Artikolu 7(6)**

    37.

    Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel

    Artikolu 3(3)**

    Artikolu 4 it-tieni sub-paragrafu

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) [Em. 30]

    Artikolu 6(6)

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 8(5)**

    38.

    Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 1(4)

    Artikolu 3, punt (d)

    Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 4(1), is-sitt subparagrafu

    Artikolu 4(5)

    Artikolu 8(2) Artikolu 13(3) Artikolu 13(4) Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu, punt (b) Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu Artikolu 18(5), it-tieni subparagrafu, punt (b)

    Artikolu 28(4) , punt (b)

    Artikolu 28(6), punt (a), punt (ii) [Em. 31]

    39.

    Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 8(6) Artikolu 9(4) [Em. 32]

    Artikolu 28**

    40.

    Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

    Artikolu 12(4)

    Artikolu 3(2) Artikolu 14(1), l-ewwel inċiż Artikolu 14(1), it-tieni inċiż

    Artikolu 14(1) it-tielet inċiż

    Artikolu 15(2)

    Artikolu 24(4)

    Artikolu 26(1)

    Artikolu 32 is-sitt subparagrafu paragrafu [Em. 33]

    Artikolu 47(3)

    41.

    Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE

    Artikolu 29, l-ewwel sub-paragrafu paragrafu **

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (a)

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (b)**

    Artikolu 29, it-tieni paragrafu, punt (c)**

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (d)**

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (e)**

    Artikolu 29, it-tieni paragrafu, punt (f)**

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (g)**

    Artikolu 29, it-tieni subparagrafu paragrafu, punt (h)

    Artikolu 29, it-tieni paragrafu, punt (i) [Em. 34]

    42.

    Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(5)**

    Artikolu 5(4) dwar l-adozzjoni ta’ “ammonti minimi ta’ vitamini u minerali”

    Artikolu 5(4) dwar l-adozzjoni ta’ “ammonti massimi ta’ vitamini u minerali” Artikolu 12(3) [Em. 35]

    43.

    Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali

    Artikolu 7(2)**

    Artikolu 8(1)**

    Artikolu 8(2), it-tieni inċiż


    (1)  Għal raġunijiet ta’ informazzjoni, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 huma indikati f’dan l-Anness bi ** u dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 u għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *** u d-dispożizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) huma indikati f’dan l-Anness bi **** . [Em. 3]

    ANNESS II

    Dispożizzjonijiet ta' atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adattati għar-reġim tal-atti implimentattivi (1).

    A.

    NETWERKS TA’ KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA

    1.

    Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)

    Artikolu 9 (3)* [Em. 36]

    2.

    Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)

    Artikolu 26(7) Artikolu 27 a(5) [Em. 37]

    3.

    Id-Direttiva Nru 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)

    Artikolu 9b(3) Artikolu 10(4) Artikolu 15(4) Artikolu 17(6)a Artikolu 19(4) [Em. 38]

    B.

    AZZJONI KLIMATIKA

    4.

    Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewrpopew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 rigward l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emmissjonijiet tagħhom ta' gassijiet b'effett serra biex jissodisfaw l-impenji Komunitarji tat-tnaqqis tal-emmissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra sal-2020

    Artikolu 3(2) [Em. 39]

    5.

    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE

    Artikolu 11 a(8) Artikolu 16(12) [Em. 40]

    C.

    INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA

    6.

    Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)

    Artikolu 8(1) flimkien mal-Artikolu 9(3) [Em. 41]

    D.

    AMBJENT

    7.

    Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi] (EMAS), li jħassar Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE

    Artikolu 46(6) [Em. 42]

    E.

    STATISTIKA

    8.

    Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità.

    Artikolu 5(1) [Em. 43]

    9.

    Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93

    Artikolu 6 (3) dwar l-adozzjoni tal-“kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità” flimkien mal-Artikolu 15(1), punt (c) dwar l-adozzjoni tal-“kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità”

    10.

    Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin

    Artikolu 6(3) dwar l-adozzjoni tal-“kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità” flimkien mal-Artikolu 9(2), punt (c) dwar id-definizzjoni tal-“kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità”

    11.

    Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom

    Artikolu 7(4) dwar l-adozzjoni ta' “l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità” flimkien mal-Artikolu 12(3), punt (c) dwar id-definizzjoni ta' “l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità”

    12.

    Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi

    Artikolu 9(4) għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ “l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità” [Em. 44]

    13.

    Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

    Artikolu 4(3) għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni tal-“kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità”

    14.

    Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC)

    Artikolu 8(3) Artikolu 15(5) flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) dwar id-definizzjoni tal-“format tekniku għat-trażmissjoni lill-Eurostat”, Artikolu 15(5) flimkien mal-Artikolu 15(2)(b) Artikolu 15(5) flimkien mal-Artikolu 15(2)(d) [Em. 45]

    15.

    Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol

    Artikolu 8(2) flimkien mal-Artikolu 11, punt (f) dwar l-adozzjoni tal-“kontenut tar-rapporti tal-kwalità”

    16.

    Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart

    Artikolu 6(2) għal dak li jirrigwarda l-adozzjoni tal-“kontenut tar-rapporti ta' kwalità” [Em. 46]

    F.

    SUQ INTERN U SERVIZZI

    17.

    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE

    Artikolu 14(2) [Em. 47]

    G.

    MOBBILTÀ U TRASPORT

    18.

    Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet

    Artikolu 10 (3)** [Em. 48]

    19.

    Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar

    Artikolu 8(a) L-ewwel inċiż [Em. 49]

    H.

    SAĦĦA U KONSUMATURI

    20.

    Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi.

    Artikolu 18(2) [Em. 50]

    21.

    Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/EEC and 91/414/EEC

    Artikolu 17 it-tieni subparafrafu flimkien mal-Artikolu 78(1)(d) Artikolu 29(4) flimkien mal-Artikolu 78(1)(g) [Em. 51]

    22.

    Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar Regolament (KE) Nru 1774/2002

    Artikolu 40(c) Artikolu 40(d) Artikolu 40(e) Artikolu 41(1) Artikolu 41(3) Artikolu 42 (2) (d) Artikolu 45(4) Artikolu 48(7) (c) [Em. 52]

    23.

    Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE

    Artikolu 7(2) Artikolu 10 (5)* Artikolu 26(3) [Em. 53]

    24.

    Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment talimiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Artikolu 18** [Em. 54]

    25.

    Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel

    Artikolu 6(1) Artikolu 6(2) [Em. 55]

    26.

    Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

    Artikolu 13(3) Artikolu 13(4) Artikolu 17(3) l-ewwel subparagrafu Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu, punt (b) Artikolu 18(5) l-ewwel subparagrafu Artikolu 18(5), it-tieni subparagrafu, punt (b) Artikolu 28(6)(a)(ii) [Em. 56]

    27.

    Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem

    Artikolu 8(6) Artikolu 9(4) [Em. 57]

    28.

    Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

    Artikolu 3(2) Artikolu 14(1) l-ewwel inċiż Artikolu 14(1) it-tieni inċiż Artikolu 15(2) Artikolu 26(1) [Em. 58]

    29.

    Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE

    Artikolu 29 it-tieni subparagrafu i) [Em. 59]

    30.

    Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel

    Artikolu 5(4) dwar l-adozzjoni ta’ “ammonti massimi ta’ vitamini u minerali” [Em. 60]

    (1)  Għal finijiet ta’ informazzjoni, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 huma indikati f’dan l-Anness b’**

    ANNESS III

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva lid-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE, Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 [Em. 61]

    A.

    AMBJENT

    (1)

    Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

    (2)

    Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 jitħassar.

    (b)

    fl-Artikolu 30, il-paragrafu 6 jitħassar. [Em. 62]

    B.

    MOBBILTÀ U TRASPORT

    (3)

    Fil-punt (a) tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/70/KE, it-tieni inċiż għandu jitħassar.

    C.

    SAĦĦA U KONSUMATURI

    (4)

    Fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, paragrafu 4, it-tieni sentenza hija mħassra.

    (5)

    Fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/46/KE, jitħassar it-tielet (3) paragrafu [Em. 63]

    D.

    GĦAJNUNA UMANITAJRA

    (6)

    Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, jitħassar l-ewwel (1) paragrafu.


    Top