Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0054

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007 (15113/2013 – C8-0004/2014 – 2013/0184(NLE))

    ĠU C 289, 9.8.2016, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/77


    P8_TA(2014)0054

    Protokoll dwar Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007 (15113/2013 – C8-0004/2014 – 2013/0184(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2016/C 289/13)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15113/2013),

    wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007 (1),

    wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0004/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0030/2014),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex il-Protokoll jiġi approvat;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU L 331, 16.12.2009, p. 5.


    Top