This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0368
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT Assessment of the 2013 national reform programme and stability programme for MALTA Accompanying the document Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on Malta’s 2013 national reform programme and delivering a Council Opinion on Malta’s 2013 stability programme for 2012-2016
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Valutazzjoni tal-programm ta' riforma nazzjonali u l-programm ta' stabbiltà tal-2013 għal MALTA Li jakkumpanja d-dokument Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm ta' riforma nazzjonali ta' Malta tal-2013 u l-għoti ta' Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Malta għall-perjodu 2012-2016
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Valutazzjoni tal-programm ta' riforma nazzjonali u l-programm ta' stabbiltà tal-2013 għal MALTA Li jakkumpanja d-dokument Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm ta' riforma nazzjonali ta' Malta tal-2013 u l-għoti ta' Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Malta għall-perjodu 2012-2016
/* SWD/2013/0368 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Valutazzjoni tal-programm ta' riforma nazzjonali u l-programm ta' stabbiltà tal-2013 għal MALTA Li jakkumpanja d-dokument Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm ta' riforma nazzjonali ta' Malta tal-2013 u l-għoti ta' Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà ta' Malta għall-perjodu 2012-2016 /* SWD/2013/0368 final */
Werrej Sommarju
Eżekuttiv. 3 1........... Introduzzjoni 5 2........... Żviluppi u sfidi ekonomiċi 6 2.1........ Żviluppi ekonomiċi riċenti
u prospetti 6 2.2........ Sfidi 7 3........... Valutazzjoni tal-aġenda
tal-politika. 10 3.1........ Politika fiskali u tassazzjoni 10 3.2........ Is-settur finanzjarju. 19 3.3........ Il-politiki tal-edukazzjoni, tas-suq tax-xogħol u dawk soċjali 22 3.4........ Miżuri strutturali li jippormwovu
t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. 26 3.5........ Modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni
pubblika. 30 4........... Tabella ta’ deskrizzjoni
ġenerali 33 5........... Anness. 36
Sommarju Eżekuttiv
Il-perspettiva ekonomika L-ekonomija domestika hi
projettata li jkollha prestazzjoni aħjar miż-żona tal-euro. Fl-2012,
il-PDG reali kiber b’0,8%, meta mqabbel ma’ tnaqqis ta’ 0,6% fiż-żona
tal-euro, u, skont it-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni
tal-2013, it-tkabbir se jaqbeż il-medja taż-żona tal-euro,
filwaqt li jiżdied għal 1,4% fl-2013 u għal 1,8 % fl-2014.
Il-qgħad huwa pprojettat li jibqa’ baxx u stabbli, li jonqos għal
6,3% fl-2013 u 6,1% fl-2014. Il-proċedura ta'
defiċit eċċessiv kien magħluq, imma l-konsolidazzjoni
fiskali tilfet il-momentum. Skont it-tbassir
tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-2013, l-iżbilanċ
ġenerali tal-gvern se jibqa’ taħt it-3% tal-PDG tal-limitu
tat-Trattat f'2013-14. Id-dejn tal-gvern huwa ogħla mil-livell limitu ta’
60 % tal-PDG u huwa mbassar li jkompli jiżdied, b’żieda minn
72,1% tal-PDG fl-2012 għal 74,9% tal-PDG fl-2014). Kwistjonijiet Ewlenin Malta qed tiffaċċja
sfidi integrati importanti li jaffettwaw is-sostenibbiltà tal-finanzi
pubbliċi tagħha u l-potenzjal tagħha ta' tkabbir, u kienet
waħda mill-pajjiżi identifikati mill-Kummissjoni bħala li qed
tesperjenza żbilanċi makroekonomiċi, partikolarment
għas-settur finanzjarju u l-finanzi pubbliċi. Malta għamlet progress
limitat fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għal kull pajjiż tal-2012. Fuq nota pożittiva, fil-qasam
tal-finanzi pubbliċi, ittieħdet azzjoni xierqa biex
tissaħħaħ il-konformità tat-taxxi u l-ġlieda kontra
l-evażjoni tat-taxxa, iżda riżultati konkreti għad iridu
jimmaterjalizzaw ruħhom. Miżuri rilevanti għalkemm
insuffiċjenti, ġew introdotti fis-suq tax-xogħol, b’mod
partikolari lejn it-tfassil ta’ strateġija tat-tluq bikri mill-iskola,
it-titjib tal-konnessjonijiet mal-edukazzjoni u t-taħriġ u
l-inkoraġġiment tal-impjieg tan-nisa. Ittieħdu wkoll passi
sabiex titjieb is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija.
Qegħdin jitħejjew riformi fis-sistema bankarja, iżda azzjoni
konkreta għad trid tittieħed. Fl-istess ħin, wara l-korrezzjoni
ta' defiċit eċċessiv, il-gvern illaxka l-pożizzjoni fiskali
tiegħu fl-2012, li wassal għal deterjorament notevoli
tad-defiċit baġitarju, nonkonformità mat-tnaqqis tad-dejn u punti ta'
referenza tat-tkabbir tan-nefqa u devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’
aġġustament lejn l-għan fuq terminu medju ta’ żmien. Barra
minn hekk, ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta lejn it-tisħiħ
tal-qafas fiskali, bi tnaqqas tal-preġudizzju tad-dejn fit-tassazzjoni
korporattiva, aktar riformi tas-sistema tal-pensjoni u l-indirizzar ta’ riskji
possibbli relatati mal-mekkaniżmu tal-indiċjar tal-pagi.
Fl-aħħar nett, il-miżuri meħuda fl-enerġija, il-klima
u t-trasport huma 'l bogħod milli jkunu biżżejjed fid-dawl
tal-kobor tal-isfidi f’dawn l-oqsma. L-isfidi identifikati b'hekk baqgħu
pjuttost l-istess matul is-sena li għaddiet. ·
Il-Finanzi pubbliċi: Id-defiċit
ġenerali tal-gvern qabeż it-3% tal-valur ta’ referenza tal-PDG,
filwaqt li l-qafas fiskali flessibbli u kwistjonijiet mal-konformità fiskali u
l-evażjoni tat-taxxa jfixklu l-kisba ta’ pożizzjoni fiskali soda.
Fit-tul, is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għadha f'riskju
minħabba nefqa ogħla projettata marbuta mal-età. ·
Is-Suq tax-xogħol: Nuqqasijiet
fil-ħiliet jkomplu joħolqu ostaklu għall-użu
effiċjenti tal-kapital uman. Filwaqt li kien hemm żieda fl-impjiegi
fis-segmenti kollha tas-suq tax-xogħol, inkluż fost il-ħaddiema
ikbar fl-età u n-nisa, ir-rata ta’ impjiegi tan-nisa jibqa’ l-iktar wieħed
baxx fl-UE (46,9% fl-2012). ·
Kompetittività: Iż-żamma
tal-kompetittività esterna hija essenzjali fid-dawl tal-livell għoli ta’
ftuħ kummerċjali tal-ekonomija. Filwaqt li l-mekkaniżmu
tal-indiċjar tal-pagi għandu karatteristiċi li jtaffu l-effetti
negattivi tiegħu, xorta jista' joffri sfida għall-flessibbiltà
tal-pagi reali u b’hekk fuq il-kompetittività u l-aġġustament tas-suq
tax-xogħol f’każ ta’ sitwazzjoni ekonomika negattiva ħafna. ·
L-Enerġija: Il-provvista
tal-enerġija tiddependi kważi esklużivament fuq
iż-żejt impurtat, li, miżjud mal-ineffiċjenzi
fid-distribuzzjoni, joħolqu ostakolu għall-kompetittività.
L-ilħuq tal-miri nazzjonali tal-2020 għall-enerġija u l-klima
għadu 'l bogħod b'mod sinifikanti, partikolarment fis-settur
tat-trasport. ·
Is-Settur finanzjarju: Riskji qrib it-terminu
relatati mad-daqs kbir tas-settur bankarju (kważi 800% tal-PDG) jidhru li
huma limitati. Il-banek domestiċi ewlenin, madankollu, huma vulnerabbli
għal żviluppi negattivi fis-suq immobiljari minħabba l-espożizzjoni
għolja tagħhom fil-forma ta’ self (aktar minn nofs tal-portafoll
tas-self kollu) u l-kollateral. L-ineffiċjenzi tas-sistema
ġudizzjarja jistgħu jfixklu l-infurzar effiċjenti ta’ kollateral
b’konsegwenzi potenzjalment negattivi fuq is-settur bankarju. .
1.
Introduzzjoni
F’Mejju 2012, il-Kummissjoni
pproponiet ħames rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiż (CSRs)[1]
għal politiki ta’ riforma ekonomiċi u strutturali f'Malta. Fuq
il-bażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
adotta sitt CSRs fil-forma ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.[2] Dawn is-CSRs
jikkonċernaw il-finanzi pubbliċi, is-suq tax-xogħol,
l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-sistema tal-enerġija u l-istabbiltà
finanzjarja. Dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD) jivvaluta l-istat
ta’ implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’Malta. Id-Dokument ta’ Ħidma
tal-Persunal jivvaluta miżuri ta’ politika fid-dawl tas-sejbiet
tal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir tal-Kummissjoni 2013 (AGS)[3] u t-tieni Rapport
annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR),[4] li kienu
ppubblikati f’Novembru 2012. L-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir
għall-2013 jippreżenta proposti tal-Kummissjoni biex jintlaħaq
il-fehim komuni neċessarju dwar il-prijoritajiet għal azzjoni
fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE fl-2012. Jidentifika ħames
prijoritajiet biex jiggwidaw lill-Istati Membri lejn tkabbir imġedded: li
nfittxu li nwettqu konsolidazzjoni fiskali differenzjata u li tiffavorixxi
t-tkabbir; ir-restawr tas-self lill-ekonomija; il-promozzjoni tat-tkabbir u
tal-kompetittività; l-indirizzar tal-qgħad u l-konsegwenzi soċjali
tal-kriżi; u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika. Ir-Rapport
tal-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-2012 jservi bħala strument inizjali
ta’ skrinjar biex jiddetermina jekk l-iżbilanċi makroekonomiċi
jeżistux jew huwiex probabbli li jkun hemm fl-Istati Membri. Huwa sab
sinjali pożittivi li żbilanċi makroekonomiċi fl-Ewropa qed
jiġu kkoreġuti. Biex jiżguraw li jinkiseb bilanċ mill-ġdid
komplut u durabbli, Malta u 13-il Stat Membru ieħor ġew
magħżula għal reviżjoni tal-iżviluppi
fl-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi emerġenti.[5] Fuq l-isfond tar-Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill tal-2012, l-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir tal-2013 u
r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-2012, Malta ppreżentat
aġġornamenti tal-programm nazzjonali ta’ riforma (NRP) tagħha
fit-30 ta’ April 2013 u tal-programm ta’ stabbiltà tagħha
fit-30 ta’ Mejju 2013. Dawn il-programmi jipprovdu informazzjoni
dettaljata dwar il-progress li sar minn Lulju 2012 u dwar pjanijiet futuri
tal-gvern. Din l-informazzjoni tipprovdi l-bażi għall-valutazzjoni
magħmula f’dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. Il-programm nazzjonali ta’
riforma kien ippreparat parzjalment fuq il-bażi ta' konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali u l-implimentazzjoni tiegħu hija
suġġett għall-valutazzjoni biannwali. Kemm il-programm
nazzjonali ta’ riforma u kif ukoll il-programm ta' stabbiltà ġew approvati
mill-Kabinett tal-Ministri. Malta żgurat il-koerenza bejn iż-żewġ
programmi, l-aktar f'termini ta’ xenarju makroekonomiku u interkonnessjonijiet
bejn oqsma fiskali u makroekonomiċi oħra, u ż-żewġ
programmi huma konsistenti mal-kodiċi ta’ kondotta u mal-gwida pprovduta
mill-Kummissjoni. Valutazzjoni
ġenerali L-analiżi
f’dan id-dokument twassal għall-konklużjoni li Malta għamlet
progress limitat dwar miżuri meħudin biex jiġu indirizzati CSRs
tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fuq nota
pożittiva, il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv ġiet
irrevokata wara d-defiċit ġenerali tal-gvern kien ta’ inqas minn
3 % tal-PDG fl-2011. Ir-rata tal-impjiegi kompliet titjieb b’mod
partikolari grazzi għal żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa
fis-suq tax-xogħol, filwaqt li attwalment għaddej il-bini
tal-interkonnettur tal-elettriku mal-Italja, li se jikkontribwixxi
għas-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija.
Mil-lat negattiv, il-qagħda fiskali kienet inqas stretta fl-2012, meta
d-defiċit għal darb oħra qabeż il-limitu ta’ referenza
tat-Trattat ta’ 3% tal-PDG, filwaqt li ma sar l-ebda progress sostanzjali biex
tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Malta
għadha 'l bogħod milli tilħaq il-miri nazzjonali għall-2020
għall-enerġija u l-klima u ma ġie rrappurtat l-ebda progress
fir-rigward riforma tal-mekkaniżmu tal-indiċjar tal-pagi. Kollox ma’
kollox, minkejja l-adozzjoni ta’ xi miżuri rilevanti, l-isforzi
politiċi ta' sikwit ma kellhomx biżżejjed ambizzjoni. L-isfidi identifikati
f’Lulju 2012 u riflessi fl-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir
għall-2013 jibqgħu validi. Fi żmien qasir, l-isfidi ewlenin huma
li l-finanzi pubbliċi jmmorru fuq triq sostenibbli b’mod kredibbli u biex
tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li jiġu
indirizzati wkoll l-ineffiċjenzi fis-sistema ġudizzjarja. Fit-terminu
ta’ żmien medju sa twil, huwa essenzjali li tiġi żgurata
s-sostenibbilità tal-finanzi pubbliċi u biex titkompla tiġi
diversifikata s-sistema tal-enerġija. It-tisħiħ
tal-kompetittività tal-ekonomija jeħtieġ ukoll l-assigurazzjoni ta'
riżultati aħjar għas-sistema edukattiva u ta’ taħriġ
sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.
2.
Żviluppi
u sfidi ekonomiċi
2.1.
Żviluppi ekonomiċi riċenti u prospetti Żviluppi
Ekonomiċi Riċenti Fl-2012, il-PDG reali kiber
b’0,8 %, xprunat mill-esportazzjonijiet u l-infiq pubbliku. Il-kummerċ
internazzjonali baqa' wkoll mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku fl-2012,
minkejja l-ambjent diffiċli, minħabba l-kompożizzjoni favorevoli
ta’ esportazzjonijiet u l-orjentazzjoni ġeografika tal-kummerċ, b’mod
partikolari ta’ merkanzija. Dan ikkontribwixxa biex ikun irranġat
id-defiċit tal-kont kurrenti ta’ Malta fl-2012. Barra minn hekk, l-infiq
pubbliku għoli konsiderevolment kontrabilanċjat id-dgħufija
fil-konsum privat u fl-investiment, għalkemm b’konsegwenzi negattivi fuq
il-bilanċ ġenerali tal-gvern. Is-suq tax-xogħol kellu
prestazzjoni aħjar milli l-medja taż-żona tal-euro
bil-ħolqien tal-impjiegi b’saħħtu, għalkemm jibda minn rati
baxxi ta’ impjegar u parteċipazzjoni, filwaqt li l-qgħad baqa’ baxx u
stabbli għal 6,4 % fl-2011 (11,4 % għaż-żona
tal-euro). Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, ir-rata
tal-inattività f'Malta tibqa’ l-ogħla fiż-żona tal-euro. Il-perspettiva ekonomika Il-prospetti ekonomiċi
huma mistennija li jitjiebu gradwalment matul terminu medju ta’ żmien.
Skont it-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni
tal-2013, it-tkabbir ekonomiku f’Malta se jkompli jkun aktar mill-medja
taż-żona tal-euro. Wara li mmodera għal 0,8 % fl-2012,
it-tkabbir reali tal-PDG huwa pprojettat li jżid għal 1,4 %
fl-2013 u imbagħad iktar għal 1,8 % fl-2014, sostnut b’irkupru
gradwali fid-domanda domestika. It-tkabbir huwa mistenni li jibqa’ jwassal
għall-ħolqien ta’ ħafna impjiegi u huwa mbassar li l-impjegar
ikompli jiżdied b’rata relattivament mgħaġġla,
prinċipalment bis-saħħa tal-parteċipazzjoni u tal-impjegar
li qed jiżdiedu fost il-ħaddiema nisa u dawk akbar fl-età,
ħaġa li twassal ukoll għat-tnaqqis tal-qgħad. Wara li
żied ħafna u f'daqqa fl-2012, il-prezz tal-inflazzjoni hu previst li
jsir aktar moderat, iżda li jibqa’ ogħla mill-medja għaż-żona
tal-euro. Ix-xenarju makroekonomiku
sottostanti l-SP u l-NRP huwa plawsibbli. Il-programm ta' stabbiltà Malti u
l-programm nazzjonali ta’ riforma għandhom l-istess xenarju
makroekonomiku. It-tkabbir tal-PDG reali projettat għal 2013-14
fiż-żewġ programmi huwa ftit inqas minn dik tal-2013
tas-servizzi tal-Kummissjoni fit-tbassir tar-rebbiegħa fuq domanda
domestika aktar dgħajfa u projezzjonijiet kemxejn inqas favorevoli tas-suq
tax-xogħol. Fis-snin imbiegħda tal-perjodu tal-programm, il-prospetti
tat-tkabbir għadhom kawti u huma skont it-tkabbir potenzjali kif stmat
mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-kontribuzzjoni ta’ riformi
strutturali għat-tkabbir huwa stmat li se jiżdied wara l-2014.
Il-programmi jinkorporaw l-impatt pożittiv ta' riformi strutturali
magħżula fuq il-prodott potenzjali. L-impatt annwali f’termini mhux
kumulattiv huwa stmat li jkun relattivament modest f'0,13 punti
perċentwali fl-2013 qabel ma żdied għal aktar minn 0,7 punti
perċentwali fl-2014, bis-saħħa tat-tnedija tal-interkonnettur
tal-elettriku mal-Italja. Minn hemm 'il quddiem, l-impatt pożittiv
tar-riformi strutturali hu mistenni li jimmodera gradwalment, sakemm
jilħaq 0,6 punti perċentwali fl-2017. 2.2.
Sfidi L-ekonomija Maltija
tiffaċċja sfidi li għandhom l-għeruq fit-tradizzjoni li
jaffettwaw it-tkabbir potenzjali tagħha. L-isfidi relatati mal-kamp
ta' applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni fiskali u s-sostenibbiltà fit-tul
tal-finanzi pubbliċi; it-titjib tal-kompetittività; id-diversifikazzjoni
tas-sistema tal-forniment ta’ enerġija u s-salvagwardja tal-istabbiltà
finanzjarja. Baqgħu pjuttost l-istess matul is-sena li għaddiet u
huma konsistenti mal-prijoritajiet politiċi stabbiliti
fl-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir tal-2013 adottat mill-Kummissjoni
f’Novembru 2012. Il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-istabbiltà
finanzjarja u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi
kienu wkoll identifikati bħala sfidi sabiex jiġu indirizzati
l-iżbilanċi makroekonomiċi fir-reviżjoni fil-fond tal-2013
għal Malta fil-kuntest tal-Proċedura għall-Iżbilanċ
Makroekonomiku (ara l-Kaxxa 1). Is-segwitu ta' konsolidazzjoni
fiskali u l-iżgurar li d-dejn pubbliku ma jitqegħedx fit-triq
tan-niżla jibqgħu sfida. Wara l-korrezzjoni ta' defiċit
eċċessiv fl-2011, il-konsolidazzjoni fiskali tilfet il-momentum
tad-defiċit fl-2012 u għal darb oħra qabżu l-limitu
tat-Trattat, li jċaqlaq il-bilanċ strutturali aktar 'il bogħod
milli l-għan ta’ terminu medju (MTO) ta’ pożizzjoni bilanċjata.
Sfidi fiskali addizzjonali fil-medda qasira huma n-natura nonvinkolanti ta’
qafas fiskali għal terminu medju, li ma jgħinx biex jankraw strateġija
ta’ konsolidazzjoni fiskali, u tas-sistema fiskali, li hija kkaratterizzata
minn konformità baxxa u evażjoni għolja tat-taxxa, anke minħabba
l-fenomenu ta’ xogħol mhux iddikjarat,[6]
filwaqt li l-preġudizzju tad-dejn fit-tassazzjoni korporattiva jibqa’.
L-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tibqa' sfida
minħabba ż-żidiet imbassra li jaqbżu l-medja tal-UE
fin-nefqa relatata mal-età fuq medda twila ta’ żmien, partikolarment
fl-oqsma tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa. Parteċipazzjoni
baxxa ħafna tas-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema ikbar fl-età u nisa,
flimkien man-nuqqas ta’ strateġija attiva komprensiva dwar ix-xjuħija
attiva, jżidu mal-kamp ta' applikazzjoni tal-isfida. Li jiġi żgurat li
l-ekonomija domestika tibqa’ kompetittiva huwa kruċjali fid-dawl
tal-ftuħ għoli kummerċjali ta' Malta. Meta jitqies id-daqs
tagħha u l-qagħda ġeografika, Malta tiddependi ħafna fuq
il-kummerċ għat-tkabbir u biex tissodisfa d-domanda domestika.
Għalhekk huwa essenzjali li l-ekonomija tibqa’ esternament kompetittiva.
Dan jimplika li tiġi żgurata li l-pagi jiżdiedu f’konformità
mal-produttività. Filwaqt li ma jidhirx li kien hemm ostakoli prinċipali
għall-prestazzjoni globali tas-suq tax-xogħol s’issa,
il-karatteristiċi tal-aġġustament awtomatiku għall-għoli
tal-ħajja (ġeneralment imsejjaħ COLA) jippreżentaw riskju
potenzjali għall-ekonomija, b’mod partikolari matul il-fażijiet
negattivi bil-qawwa taċ-ċiklu ekonomiku, billi jxekklu
l-aġġustament tal-pagi reali, li mbagħad jimpedixxu li
jintlaħaq l-ekwilibriju tas-suq tax-xogħol. Aktar promozzjoni
tar-riċerka u l-innovazzjoni hija wkoll kruċjali biex
il-kompetittività tibqa' miexja ’l quddiem. Għad hemm kamp ta'
applikazzjoni wiesa’ għal titjib fl-utilizzazzjoni tal-kapital uman. Minkejja
titjib notevoli fis-snin riċenti, b’mod partikolari rigward in-nisa,
ir-rata tal-impjiegi f’Malta għadha baxxa hekk kif l-impatt tal-miġja
tat-tfal jibqa’ sinifikanti.[7]
Nuqqasijiet fil-ħiliet li tfaċċaw bħala riżultat
tal-bidliet strutturali fl-ekonomija jirrappreżentaw ostaklu għal
użu effiċjenti tal-kapital uman. Sfidi partikolari jinkludu rata
għolja, għalkemm qed tonqos, ta’ tluq bikri mill-iskola, rendiment
baxx ta’ ħiliet bażiċi, livell li għadu modest ta’
edukazzjoni terzjarja, u sistema ta’ taħriġ vokazzjonali li teħtieġ
li tiġi mmodernizzata. Il-karatteristiċi
tas-sistema tal-enerġija jkomplu joħolqu sfida għall-potenzjal
tal-kompetittività ekonomika u l-prestazzjoni ambjentali. Il-provvista
tal-enerġija tiddependi kważi esklużivament fuq żejt
impurtat, li jrendi l-pajjiż vulnerabbli għal żidiet
fil-prezzijiet taż-żejt u jitfa’ pressjoni fuq il-bilanċ estern
tal-kummerċ, filwaqt li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli
għadu marġinali. L-ineffiċjenza tad-distribuzzjoni
tal-enerġija tikkontribwixxi wkoll għal tariffi għoljin
tal-elettriku għal kumpaniji, li mbagħad dan qed ikun ta’ ostaklu
għall-kompetittività. Għad hemm lok sinifikanti għat-titjib
tal-effiċjenza u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport, li
huwa ta’ importanza partikolari għall-kisba tal-mira fil-klima u,
fl-istess ħin, li jiġġenera tkabbir ekoloġiku.
Fl-aħħar nett, infrastruttura tar-riċiklaġġ tal-iskart
mhux adegwat qed idewwem il-progress ta' Malta lejn il-miri 2020. Il-preservazzjoni
tal-istabbiltà tas-settur finanzjarju hija sfida kontinwa għall-ekonomija
domestika. Is-settur bankarju ilu juri reżiljenza matul il-kriżi
finanzjarja internazzjonali. Madankollu, il-banek domestiċi jistgħu
jibbenefikaw minn aktar bafers kapitali b’saħħithom bħala
l-kopertura ta’ self inadempjenti b’dispożizzjonijiet li jibqgħu
relattivament baxx. Dan huwa partikolarment importanti minħabba
espożizzjoni għolja ħafna tal-banek għas-suq immobiljari,
kemm fil-portafolli ta’ self tagħhom u permezz ta’ kollateralizzazzjoni, u
tad-dejn korporattiv elevat. Barra minn hekk, id-daqs kbir ħafna
tas-settur finanzjarju, li sar xprun ewlieni għat-tkabbir
għall-ekonomija domestika, jqajjem sfidi superviżorji. Barra minn
hekk, nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja jistgħu jfixklu l-irkupru mgħaġġel
ta’ kollateral. Dan jista’ jitfa’ pressjoni fuq il-karti tal-bilanċ
tal-banek u jaffettwa deċiżjonijiet ta’ self. Kaxxa 1: Sommarju tar-reviżjoni bir-reqqa tal-2013 skont il-Proċedura għall-Iżbilanċ Makroekonomiku L-analiżi tar-reviżjoni fil-fond ta' żbilanċi identifikati fis-settur finanzjarju ta' Malta, b’mod partikolari fir-rigward tal-espożizzjoni tagħha għas-suq immobiljari kif ukoll fil-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostenibbiltà fuq medda medja ta’ żmien u fit-tul tagħhom. Il-kummenti ewlenin tar-rapport huma: · Wara l-istazzjonar ta' defiċits sostanzjali għall-biċċa l-kbira tal-aħħar għaxar snin li għaddew, il-bilanċ tal-kont kurrenti ġie aġġustat strutturalment u ilu f’direzzjoni 'l fuq mill-2009. Fatturi addizzjonali, bħal pożizzjoni pożittiva tal-investiment internazzjonali nett u l-pożizzjoni ta’ Malta bħala kreditur estern nett jikkontribwixxu lejn is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna. · Il-livell ta’ dejn privat huwa għoli, iżda hemm fatturi mitiganti. Jekk nibdew minn livell baxx, id-dejn domestiku żdied b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin, prinċipalment permezz tat-tkabbir ta' self ipotekarju. Madankollu, l-unitajiet domestiċi għad għandhom ġid finanzjarju nett imdaqqas. Id-dejn gross għoli korporattiv u l-ingranaġġ iqajmu aktar tħassib, iżda r-riskji potenzjali ttaffew minħabba għadd ta’ fatturi fosthom l-obbigi strutturali l-aktar fit-tul u d-diversifikazzjoni ta’ sorsi finanzjarji. · Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi hija f’riskju minħabba li l-projezzjonijiet kemm għan-nefqa fuq il-pensjonijiet u fuq il-kura tas-saħħa f’Malta huma ferm ogħla mill-medja tal-UE. Il-Gvern mhux qed jesperjenza problemi b’finanzjament tad-dejn, bis-saħħa tad-domanda domestika għolja għal titoli maħruġa, iżda garanziji Statali mdaqqsa lil kumpaniji tal-Istat, li wħud minnhom mhumiex fi stat finanzjarja soda, jirrappreżentaw riskju. · Il-maġġoranza tas-settur fìnanzjarju kbir ħafna huwa orjentat internazzjonalment b’rabta limitata ħafna mal-ekonomija domestika, u għalhekk ma joħloqx riskji kbar għall-istabbiltà domestika. Il-banek b’orjentament domestiku, filwaqt li finanzjament stabbli, għandhom espożizzjoni għolja għas-suq immobiljaru, filwaqt li l-attivitajiet ta’ banek domestiċi żgħar mhux ewlenin huma iktar riskjużi. · Minkejja xi sopravalutazzjoni u provvista żejda possibbli fis-suq immobiljaru, aġġustamenti kbar 'l isfel fil-prezzijiet fuq medda qasira ta’ żmien mhumiex mistennija hekk kif id-domanda hi robusta, filwaqt li l-karti tal-bilanċ tal-iżviluppaturi huma b’saħħithom biżżejjed li jippermettulhom jastjenu milli jbigħu bi prezzijiet mhux favorevoli, anki jekk l-istimi jissuġġerixxu li jista’ jkun hemm provvista żejda f’uħud mis-segmenti tas-suq.
3.
Valutazzjoni
tal-aġenda tal-politika
3.1.
Politika fiskali u tassazzjoni Żviluppi baġitarji u
dinamiċi tad-dejn Wara li llaxkaw il-qagħda
fiskali fl-2012, l-awtoritajiet qed jippjanaw biex iġibu
l-iżbilanċ taħt it-3% tal-limitu massimu tal-PDG fl-2013.
Wara li laħaq 3,3 % tal-PDG fl-2012, minn 2,8 % tal-PDG fl-2011,
Malta qed tippjana li tikkoreġi d-defiċit eċċessiv fl-2013
u li tkompli tnaqqas id-defiċit gradwalment, għal 0,8 % tal-PDG
fl-2016. Il-bilanċ favorevoli primarju huwa li jitjieb minn defiċit
ta’ 0,2 % tal-PDG fl-2012 għal bilanċ favorevoli ta’ 2,4 %
fl-2016. Dan jimplika l-progress gradwali lejn l-għan fuq terminu medju,
li huwa definit bħala pożizzjoni bilanċjata f'termini
strutturali (ma nbidilx mill-programm preċedenti), għalkemm
l-ilħuq reali tal-għan fuq terminu medju mhux ippjanat fil-perjodu
tal-programm. L-għan fuq terminu medju jirrifletti b’mod xieraq
ir-rekwiżiti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Ir-riżultat
tal-iżbilanċ ogħla milli kien ippjanat għall-2012 huwa
prinċipalment minħabba n-nefqa, filwaqt li l-mira tad-defiċit
għall-2013 jiddependi fuq id-dħul u l-kapaċità li jżommu
f’wiċċ l-ilma. Ir-riżultat tad-defiċit tal-2012 huwa
1.1 pps. tal-PDG ogħla mill-mira stabbilita fil-programm preċedenti.
Ir-riżultat agħar milli mistenni huwa dovut l-aktar għal nefqa
kurrenti ogħla, speċjalment il-kumpens tal-impjegati u
t-trasferimenti soċjali, filwaqt li dħul kurrenti kien
ġeneralment konformi mal-projezzjonijiet, għalkemm
b’kompożizzjoni differenti ta’ dħul dirett u indirett. In-nefqa
kurrenti kienet ta’ 1,3 % tal-PDG ogħla milli fl-2011, annullat
l-impatt ta’ ammont sinifikanti nett ta’ miżuri ta’ darba
għat-tnaqqis tad-defiċit (0,9 % tal-PDG), li tikkonsisti l-aktar
minn dħul mill-imposta ta' konċessjoni għall-operatur
tal-lotterija lokali[8]. Fl-2013 huwa ppjanat li d-defiċit jonqos għal
2,7 % tal-PDG, kemxejn agħar milli fl-aġġornament
preċedenti fl-isfond ta’ reviżjoni 'l isfel fit-tkabbir tal-PDG reali
(sa 1,4 % minn 2,0 % fil-programm preċedenti). Il-mira
tinkorpora l-impatt tal-baġit tal-2013 li ġie approvat mill-Parlament
f’April 2013[9], li jinkludi miżuri
espansjonarji fuq in-naħa tad-dħul kif ukoll tan-nefqa, b’impatt nett
ta’ żieda fid-defiċit ta’ 0,3 % tal-PDG (ara l-Kaxxa 2). It-tbassir
tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-2013, skont assunzjoni
tal-ebda bidla fil-politika, li d-defiċit tal-2013 se jibqa ’l fuq
mill-valur ta’ referenza fl-2013, għal 3,7 % tal-PDG, bid-differenza
mill-mira tal-awtoritajiet hija spjegata minn anqas tkabbir għal taxxi
kurrenti, speċjalment taxxi indiretti, minkejja xenarju makroekonomiku
sottostanti li huwa simili għal dak fil-programm ta’ stabbiltà. Għall-2014, id-differenza bejn il-mira tal-programm
ta’ stabbiltà u s-servizzi tal-Kummissjoni mbassra titwessa' għal 1,5 pps
tal-PDG. Hemm
riskji ċari li r-riżultati tad-defiċit ikunu agħar minn
dawk previsti. Id-żieda fid-dinamika projettata fid-dħul mit-taxxi
fl-2013-14, speċjalment fir-rigward ta' taxxi indiretti, ma tidhirx li
kienet spjegata bis-sħiħ permezz ta’ xenarju makroekonomiku
sottostanti, u lanqas hija sostnuta b’miżuri[10]. Il-programm
jipprovdi dettalji dwar xi punti speċifiċi biss (ara l-Kaxxa 2).
Hemm riskju ta’ xi nuqqasijiet fl-ilħuq tal-miri fl-ispiża tal-pagi
fis-settur pubbliku, minkejja l-impenn kontinwu tal-politika restrittiva dwar
ir-reklutaġġ fis-settur pubbliku, u fil-konsum intermedju,
minħabba l-esperjenza tas-snin li għaddew, partikolarment fin-nefqa
farmaċewtika. Min-naħa l-oħra, kif diġà ġara spiss
fil-passat, in-nefqa kapitali netta tista’ tkun iktar baxxa milli ppjanata u
taġixxi bħala protezzjoni. Fattur finali tar-riskju jirrelata
mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-enerġija l-Enemalta, li
jista' jeħtieġ aktar sussidji. Fl-2012,
id-defiċit strutturali żdied b’½ pp. tal-PDG u l-isforz strutturali
se jibqa' insuffiċjenti fl-2013-14. Id-deterjorament tal-bilanċ
strutturali fl-2012 jimplika devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’
aġġustament lejn l-għan fuq perjodu medju ta’ żmien.
Il-programm jippjana titjib annwali (ikkalkulat mill-ġdid) fil-bilanċ
strutturali[11]
ta’ ftit inqas minn ¾ pps tal-PDG bħala medja matul il-perjodu 2013-2016.
Dan hu konformi mal-limitu referenzjarju ta’ 0,5 pps fil-Patt
għall-Istabbiltà u t-Tkabbir għar-ritmu annwali tal-progress lejn
l-għan fuq medda medja taż-żmien, iżda l-isforz huwa ferm
aġġustat (fl-2013 huwa ppjanat li jkun ta’ madwar 1½ pp. tal-PDG). B’kuntrast
ma’ dan, skont it-tbassir tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni
tal-2013, it-titjib fil-bilanċ strutturali fl-2013 għandu jkun ferm
inqas, ¼ pp. biss tal-PDG, u li jirriżulta biss minn kontribuzzjoni
mnaqqsa minn miżuri ta’ darba biss; fl-2014, dan ikun marġinali.
Bl-istess mod, ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern, netta mill-miżuri
tad-dħul diskrezzjonali, hi mistennija li tikkontribwixxi għal
aġġustament strutturali annwali lejn l-għan ta’ terminu medju
b’0,5 pp. tal-PDG skont il-pjanijiet fil-programm ta’ stabbiltà (ħlief
fl-2015) iżda mhux skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni. F’din
tal-aħħar, fl-2012-2014, ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa tal-gvern,
netta minn kwalunkwe miżuri diskrezzjonarji fid-dħul, hija iktar
mir-rata aktar baxxa taħt il-valur referenzjarju tan-nefqa (ugwali
għal 0,24 % fl-2012-13 u 0,57 % fl-2014-16). Fuq il-bażi
ta' valutazzjoni globali tal-pjanijiet baġitarji ta’ Malta mal-bilanċ
strutturali bħala referenza, u inkluża analiżi tan-nefqa netta
mill-miżuri tad-dħul diskrezzjonali, it-triq ta’ aġġustament
lejn l-għan fuq terminu medju kif ippjanat fil-programm tidher li hi
xierqa, għalkemm ferm aġġustat. Madankollu, it-tbassir
tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-2013 jipprojetta
devjazzjoni sinifikanti ikbar mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-MTO
fl-2013-14. Il-proporzjon
tad-dejn gross ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika huwa ppjanat li
jkompli jiżdied sal-2014. Minn 72,1 % tal-PDG fl-2012,
il-proporzjon tad-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika huwa ppjanat li
jiżdied għal 74,2 % tal-PDG fl-2014, li mistenni li se jibqa’
taħt l-influwenza ta’ kemm l-effett valanga u l-aġġustament bejn
il-fondi u l-flussi (speċjalment fl-2013, minħabba l-injezzjoni ta’
ekwità ppjanata lil Air Malta). Mill-2015, id-dejn għandu jonqos
megħjun minn bilanċi favorevoli primarji li qed jiżdiedu u
aġġustament fil-fluss tal-istokk li jnaqqas id-dejn. Skont it-tbassir
tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-2013, il-proporzjon
tad-dejn huwa mistenni li jilħaq 74,9 % tal-PDG sal-2013.
Id-differenza mill-miri tal-programm hija minħabba bilanċ favorevoli
primarju inqas pożittiv milli mistenni, parzjalment ikkumpensat minn
aġġustament bejn il-fondi u l-flussi ogħla matul is-sentejn (u
dawn jirriflettu wkoll suppożizzjonijiet differenti dwar l-impatt ta’
garanziji għal ħlasijiet EFSF, self bilaterali lill-Greċja u
kontribuzzjonijiet kapitali lill-MES). L-istess riskji enfasizzati
għall-miri ta' defiċit japplikaw għall-pjanijiet tal-programm
għall-projezzjonijiet tad-dejn. Barra minn hekk, l-aġġustament
bejn il-fondi u l-flussi f'Malta jista' jkun ogħla milli pprojettat
fil-programm, minħabba li d-dejn b'garanzija mill-Gvern huwa għoli
(17,3 % tal-PDG fl-2012) meta mqabbel ma' Stati Membri oħrajn, b'60%
minnu kopert mill-korporazzjoni għall-utilità tal-enerġija pubblika
(Enemalta). Fid-dawl tal-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv
fl-2011, Malta tinsab f’perjodu tranżitorju ta’ tliet snin fir-rigward
tal-applikabbiltà tal-limitu referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, li beda
fl-2012. Skont il-pjanijiet fil-programm ta’ stabbiltà u wkoll fit-tbassir
tas-servizzi tal-Kummissjoni, Malta ma għamlitx biżżejjed
progress lejn il-konformità mal-kriterju tad-dejn fl-2012 u għalhekk qed
tirriskja li titqiegħed fil-PDE jekk ma jittieħdux miżuri korrettivi
u huwa wkoll projettat li tonqos milli tikkonforma fl-2013-14. B’mod
ġenerali, ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż
tal-2012 fil-qasam tal-konsolidazzjoni fiskali ma ġietx implimentata,
hekk kif ir-riżultat tal-2012 kien agħar minn dak immirat u kien
ogħla mit-3% tal-valur ta’ referenza tal-PDG, u dan jimplika devjazzjoni
mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-għan fuq terminu medju ta’
żmien. Barra minn hekk, il-miżuri li jirfdu l-istrateġija
mill-2013 'l quddiem mhumiex kollha deskritti fil-programm. Il-programm
jippjana ritmu ġeneralment xieraq ta’ aġġustament lejn
l-għan fuq terminu medju u tnaqqis gradwali fil-proporzjon tad-dejn wara
l-2014. B’kuntrast ma’ dan, il-projezzjoni tar-rebbiegħa tas-servizzi
tal-Kummissjoni tbassar titjib marġinali biss fil-bilanċ strutturali
u żieda kontinwa fil-proporzjon tad-dejn fl-2013-14. Kaxxa 2. Miżuri baġitarji ewlenin (% tal-PDG) || || || Dħul || Nefqa || || 2012 || || · Aktar effiċjenza fil-ġbir tad-dħul (0,5 %), l-aktar inċentivi pekjunjarji għat-tnaqqis tal-arretrati tal-VAT (0,2 %; ta' darba biss) · Imposti ta’ konċessjoni ogħla mill-operatur tal-lotterija lokali (0,6 %; ta' darba biss) · Ir-riforma tal-pensjonijiet (0,1 %) · Żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-vetturi Euro 1 sa 3 u eqdem (0,1 %) · Żieda f’diversi rati tat-taxxa tas-sisa (0,1 %) · Ħelsien mit-taxxa diretta għall-ġenituri bi tfal dipendenti (*0,1 %) || · Iffrankar nett fit-trasferimenti soċjali (-0,1 %) li jirriżulta minn sforzi miżjuda biex jitrażżan il-frodi tal-benfiċċji u l-impatt gradwali mir-riforma tal-pensjonijiet tal-2006, parzjalment ikkumpensat minn miżuri mmirati lejn l-appoġġ għall-familji bi tfal u anzjani li għandhom aktar minn 80 sena · Sussidju lill-fornitur tal-enerġija (0,3 %) · Żieda fin-nefqa kapitali netta (0,6 %), inkluż ir-ristrutturar tal-Air Malta (akkwiżizzjoni ta’ ekwità) (0,3 %) || || 2013 || || · Aktar effiċjenza fil-ġbir tad-dħul (0,2 %) · Ir-riforma tal-pensjonijiet (0,2 %) · Reviżjoni f’taxxa tar-reġistrazzjoni għal vetturi privati aktar nodfa (-0,1 %) · Żieda f’diversi rati tat-taxxa tas-sisa (0,1 %) · Reviżjoni fid-dħul tal-livell tat-taxxa (-0,2 %) || · Iffrankar nett fit-trasferimenti soċjali (-0,2 %) li jirriżulta mill-impatt gradwali tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2006, parzjalment ikkumpensat minn miżuri mmirati lejn l-appoġġ għall-familji bi tfal · Ristrutturar tal-Air Malta (akkwist ta’ ekwità) (0,6 %) || || 2014 || || · Ir-riforma tal-pensjonijiet (0,1 %) · Żieda f’diversi rati tat-taxxa tas-sisa (0,2 %) · Reviżjoni fid-dħul tal-livell tat-taxxa (-0,2 %) || · Iffrankar fit-trasferimenti soċjali li jirriżulta mill-impatt gradwali tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2006 (-0,3 %) · Ristrutturar tal-Air Malta (akkwist ta’ ekwità) (0,2 %) || || 2015 || || · Ir-riforma tal-pensjonijiet (0,1 %) · Żieda f’diversi rati tat-taxxa tas-sisa (0,2 %) · Reviżjoni fid-dħul tal-livell tat-taxxa (-0,2 %) || · Iffrankar fit-trasferimenti soċjali li jirriżulta mill-impatt gradwali tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2006 (-0,2 %) · Ristrutturar tal-Air Malta (akkwist ta’ ekwità) (0,6 %) || || 2016 || || · Ir-riforma tal-pensjonijiet (0,1 %) || · Iffrankar fit-trasferimenti soċjali li jirriżulta mill-impatt gradwali tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2006 (-0,2 %) || || Nota: L-impatt baġitarju fit-tabella huwa l-impatt irrappurtat fil-programm, jiġifieri mill-awtoritajiet nazzjonali. Sinjal pożittiv ifisser li d-dħul / in-nefqa j/tiżdied bħala konsegwenza ta’ din il-miżura. Il-grad ta’ dettall jirrifletti t-tip ta’ informazzjoni li saret disponibbli fil-programm ta’ stabbiltà. || · Sostenibbiltà fuq medda twila ta’
żmien Is-sostenibbiltà
tal-finanzi pubbliċi tidher li hija aktar diffiċli f’terminu medju sa
terminu twil ta’ żmien. Id-dejn tal-gvern huwa 'l fuq mill-limitu ta’
60 % tal-PDG u fuq xejra li qed tiżdied (72,1 % tal-PDG fl-2012,
ipprojettat li jitla’ għal 74,9 % tal-PDG fl-2014 skont it-tbassir
tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-projezzjoni tal-2013).
Projezzjonijiet tad-dejn fuq terminu medju ta’ żmien (ara l-Grafika
taħt it-Tabella V fl-Anness) jindikaw li l-implimentazzjoni
sħiħa tal-programm tista’ tpoġġi d-dejn fit-triq
tan-niżla sal-2020, iżda xorta jkun ogħla mis-60 %
tal-valur ta’ referenza tal-PDG. Malta ma tidhirx li qed taffaċċja
r-riskju ta’ stress fiskali fit-terminu qasir, iżda r-riskju miżjud
tas-sostenibbiltà fuq tul ta’ żmien medju u twil, minħabba tqabbil
ta’ pożizzjoni baġitarja inizjali li sejra għall-agħar u
l-impatt baġitarju ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. Riskji
jistgħu jiżdiedu jekk il-bilanċ strutturali primarju[12] jmur lura
għall-inqas valur osservat f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi se tibbenifika mit-tnaqqis
gross tad-dejn tal-gvern u trażżin fiż-żieda fin-nefqa
relatata mal-età fuq medda twila ta’ żmien. Riformi ulterjuri tas-sistema
tal-pensjonijiet f’Malta jistgħu jgħinu biex irażżnu
ż-żieda fin-nefqa marbuta mal-età pprojettata fuq terminu twil.
It-tkabbir projettat fin-nefqa marbuta mal-età hija ogħla sew mill-medja
tal-UE, biż-żieda fin-nefqa fuq il-pensjonijiet — inkluż
l-impatt tar-riforma tal-pensjonijiet tal-2006 — fejn dan jammonta għal
aktar min-nofs ta’ dan. Iż-żidiet leġiżlati fl-età
tal-irtirar huma pjuttost bil-mod. Meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra
tal-UE, l-età statutorja tal-irtirar fl-2012 kienet għadha fost l-aktar
baxxi kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. L-età tal-irtirar
huwa mistenni li tilħaq gradwalment 65 sena kemm għall-irġiel
kif ukoll għan-nisa biss fl-2027, billi 16-il Stat Membru jkunu diġà
laħqu jew qabżu dan il-livell fl-2020. Barra minn hekk, l-ebda
żidiet ulterjuri ma huma previsti wara l-ilħuq tal-65 sena, billi
sal-2060, 14-il Stat Membru se jkollhom età tal-irtirar leġiżlata ta’
67 sena jew ogħla. Il-PNR tal-2013 jiddikjara li l-awtoritajiet ma jarawx
urġenza fit-tħaffif taż-żieda leġiżlata fl-età
tal-irtirar u r-rabta tagħha mat-tul tal-ħajja bħala l-età medja
tat-tluq mis-suq tax-xogħol huwa mistenni li jikber b’mod aktar rapidu
mill-istennija tal-għomor sal-2030. Madankollu, huwa importanti li
wieħed jinnota li d-dewmien ta’ azzjoni iqajjem tħassib dwar l-ekwità
interġenerazzjonali peress li jpoġġi l-aġġustament
kollu tal-piż fuq dawk li jirtiraw wara l-2030. Azzjoni ta’ politika
meħuda s’issa mhijiex biżżejjed biex tkun żgurata
s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet. Fl-2012, wara parir
minn Grupp ta’ Ħidma indipendenti dwar il-Pensjonijiet, il-gvern waqqaf
task force sabiex jiżdied il-litteriżmu finanzjarju globali
tal-popolazzjoni Maltija u l-unità strateġika tal-pensjonijiet biex
teżamina għażliet għal riforma tal-pensjonijiet.
Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-introduzzjoni ta’ tielet pilastru
għas-sistema tal-pensjonijiet ġiet approvata mill-Parlament,
iżda għadha ma daħlitx fis-seħħ. Barra minn hekk, saru
diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali, iżda s’issa l-ebda
proposta konkreta għal riforma ulterjuri ma ġiet ippreżentata u
ma sar l-ebda progress dwar l-implimentazzjoni tal-elementi speċifiċi
mniżżla fir-Rakkomandazzjoni rilevanti tal-2012 tal-Kunsill għal
Malta, jiġifieri ż-żieda leġiżlata fl-etajiet
statutorji tal-irtirar, tiġi assoċjata mal-istennija tal-għomor
u tħeġġeġ it-tfaddil fil-pensjonijiet privati. Żieda
fir-rata tal-impjieg tal-ħaddiema ikbar fl-età, għalkemm insuffiċjenti
waħedha, tista' tikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata
s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Għal dan l-għan, il-gvern
introduċa bidliet leġiżlattivi biex jinkoraġġixxu lil
pensjonanti biex jaħdmu permezz ta’ rata mnaqqsa ta’ taxxa tad-dħul (15 %
fuq id-dħul tax-xogħol) iżda għadha ma ppreżentatx
strateġija għall-anzjanità attiva. Kollox ma’ kollox, ġie
rreġistrat progress limitat fl-implimentazzjoni tas-CSR. Pressjonijiet ta’
sostenibbiltà jistgħu wkoll jirriżultaw minn infiq relatat
mas-saħħa, fejn hemm lok għal żieda fl-effiċjenza. Malta
għandha waħda mill-ogħla żidiet projettati fl-UE għal
kura tas-saħħa (ara l-Kaxxa 3) u qed tiffaċċja sfidi
fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa. Meta mqabbla ma’
Stati Membri oħra, Malta tiddedika ftit riżorsi għal kura
ambulatorja u għandha dispożizzjoni limitata pubblika tal-kura
primarja bi ftit tobba ġeneralisti u infermiera. Fuq terminu twil ta’
żmien, id-disponibilità limitata ta’ kura ambulatorja tista’ twassal biex
tiżdied in-nefqa pubblika fuq kura fl-isptar. Kaxxa 3. Kura tas-saħħa Skont ir-Rapport ta’ Sostenibbiltà Fiskali tal-2012 u r-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2012, Malta tiffaċċja ħtieġa ogħla mill-medja tal-UE għal aġġustament fiskali strutturali fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Filwaqt li l-infiq pubbliku fuq il-kura tas-saħħa hu 5,7 % tal-PDG u taħt il-medja tal-UE ta’ 8,0 % tal-PDG, żieda pprojettata sal-2060 hija stmata bejn 2,9 u 3,6 % tal-PDG (1,1 sa 1,7 % fl-UE), xprunata minn fatturi demografiċi u mhux demografiċi[13]. Żieda addizzjonali fl-infiq ta’ + +1,0 % tal-PDG, skont ix-xenarju, tista’ tkun mistennija fil-qasam tal-kura fit-tul (+ +1,6 % tal-PDG fl-UE). B’mod ġenerali, il-popolazzjoni Maltija tgawdi minn stennija tal-għomor relattivament għolja, għalkemm għad hemm lok għal tnaqqis tar-rati ta’ mortalità tat-trabi u oġġettivi.[14] Il-provvista ta’ kura tas-saħħa pubblika hija universali u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mingħajr ħlas fil-waqt tal-użu. Madankollu, il-provvista ta’ servizzi ta’ kura primarja kosteffikaċi hija limitata minħabba li l-għadd ta’ infermiera u tobba tal-familja per capita u s-sehem tat-tobba ġeneralisti kollha huwa relattivament baxx.[15] Fl-istess ħin, filwaqt li formalment fis-seħħ, is-sistema ta’ tobba ġeneralisti li jaġixxu bħala l-purtinari għal aktar livelli ta’ kura ħafna drabi titħalla barra. Il-ġbir tad-dejta u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistema (il-bżonnijiet tas-saħħa, il-prodotti u l-kwalità ta’ riżultati) huwa xorta waħda limitat ħafna. Dawn il-fatturi jindikaw konġestjonijiet fil-forniment ta’ servizzi ta’ kura primarja u aktar żmien ta’ stennija għal kura fl-isptar. · Qafas Fiskali In-nuqqas
ta’ qafas fiskali vinkolanti jimmina l-kredibbiltà tal-istrateġija fiskali
tal-gvern. Il-qafas baġitarju fuq medda medja ta’ żmien mhuwiex
vinkolanti u ma hemm l-ebda regola fiskali biex jiġi żgurat li
l-istrateġija ta’ konsolidazzjoni tal-gvern hija msaħħa. Malta
għadha ma ttrasponietx id-Direttiva 2011/85/UE dwar l-oqfsa
baġitarji.[16]
Barra minn hekk, ir-regola tal-bilanċ tal-baġit strutturali, kif
previst fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza,
għadha ma ġietx introdotta fil-leġiżlazzjoni. Il-programm
ta’ stabbiltà jħabbar riforma tal-qafas baġitarju bil-għan li
jagħmlu aktar vinkolanti permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli fiskali. Qed
iħabbar ukoll pjanijiet biex jitwaqqaf Kunsill Fiskali, iżda azzjoni
konkreta għad trid tittieħed f’dawn l-oqsma. Sistema tat-taxxa Ġew introdotti xi
miżuri biex titjieb il-konformità mat-taxxa, iżda gwadanni konkreti
għad iridu jimmaterjalizzaw ruħhom. Fl-2012, il-Kunsill
irrakkomanda lill-awtoritajiet Maltin biex jsaħħu l-konformità
tat-taxxa, għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u jnaqqsu
l-inċentivi fir-rigward tal-livelli tad-dejn fit-tassazzjoni korporattiva.
Fir-rigward il-konformità tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa
internazzjonali, evalwazzjoni bejn il-pari kkoordinata mill-OECD tat stima
pożittiva għall-qafas legali u regolatorju għall-iskambju ta’
informazzjoni ta' Malta[17],
u rrakkomandat li din tkompli tiżviluppa l-iskambji ta’ informazzjoni
tagħha mal-imsieħba kollha rilevanti. Malta ffirmat ukoll it-Trattat
tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD ta' Assistenza Reċiproka
f’Ottubru 2012 u kkonkludiet għadd ta’ ftehimiet ma’ awtoritajiet
fiskali internazzjonali sabiex ikun faċilitat l-iskambju ta’
informazzjoni. Il-programm nazzjonali ta’ riforma tal-2013 iħabbar
analiżi tas-settur u l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’
verifika biex jiġu identifikati oqsma għat-titjib. Is-settur tal-kiri
tad-djar b’mod partikolari ġie identifikat bħala sors importanti ta’
evażjoni tat-taxxa u qed jitħejjew miżuri rilevanti. Barra minn
hekk, kapaċità għal persunal tal-awtoritajiet rilevanti qed
tissaħħaħ u d-dipartimenti responsabbli mill-VAT, it-taxxi
interni u l-ġbir tat-taxxa tad-dwana qegħdin jiġu amalgamati. Filwaqt
li dawn il-miżuri huma rilevanti, il-kredibbiltà tal-pjanijiet
politiċi u l-effettività tagħhom għal perjodu ta’ żmien
medju se tiddependi fuq implimentazzjoni t-tajba. Inċentivi fiskali
għal kumpaniji sabiex jidħlu għad-dejn għadhom għoljin
ħafna. Fl-2012, Malta spikkat bħala l-pajjiż bit-tieni
l-ogħla differenza bejn it-trattament fiskali tad-dejn u tal-iffinanzjar
tal-ekwità ta’ investiment ġdid, minħabba l-fatt li s-sistema
tat-taxxa tad-dħul fuq il-kumpaniji tippermetti d-deduċibbiltà
mit-taxxa ta’ pagamenti ta’ mgħax fuq id-dejn, iżda mhux
għall-iffinanzjar tal-ekwità. Dan il-preġudizzju tad-dejn jista’
jwassal għal ingranaġġ korporattiv eċċessivament
għoli, kif diskuss ukoll fl-analiżi fil-fond għal Malta
tal-2013, u allokazzjoni ineffiċjenti ta' kapital. Madankollu, l-ebda
politika rilevanti ta' azzjoni ma ttieħdet f’dan il-qasam. Il-ħtieġa
għall-konsolidazzjoni fiskali tista’ tipprovdi opportunità biex tiġi
simplifikata s-sistema tat-taxxa f’Malta. Minbarra dħul potenzjali
miż-żieda f'titjib fil-konformità tat-tassazzjoni, il-konsolidazzjoni
fiskali tista' tintlaħaq permezz ta’ twessigħ tal-bażijiet
tat-taxxa (b’mod partikolari, il-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni
tal-VAT jista' jitnaqqas) jew żieda fit-taxxi li huma l-inqas ta’
ħsara għat-tkabbir, bħal taxxi fuq il-proprjetà rikorrenti.
Malta tapplika biss tranżazzjoni ta' taxxa fuq il-proprjetà immobbli, u
l-ebda taxxi rikorrenti. It-twessigħ tal-bażi tat-taxxa li tista’
twassal biex il-finanzi pubbliċi anqas vulnerabbli għal bidliet settorjali
jirriżultaw minn riformi tat-taxxa fil-livell tal-UE.[18] 3.2.
Is-settur finanzjarju Is-settur finanzjarju baqa’
reżiljenti matul il-kriżi, iżda hemm sfidi. Is-sistema
bankarja tidher f’pożizzjoni tajba biex tiżgura biżżejjed
aċċess tal-SMEs għall-finanzjament. Il-profittabbiltà u rati ta’
likwidità baqgħu stabbli matul il-kriżi, u l-ebda bank ma kellu
bżonn jirrikorri għall-appoġġ mill-gvern. Rikors għal
finanzjament mill-Eurosystem kien ukoll limitat peress li l-banek żammew
likwidità suffiċjenti. Madankollu, espożizzjoni għolja tal-banek
domestiċi għas-settur immobiljaru għadu jippreżenta sfida.
Barra minn hekk, id-daqs kbir tas-settur finanzjarju globali meta mqabbel
mad-daqs tal-ekonomija jirrikjedi monitoraġġ mill-qrib. Fl-2012,
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Malta talbet lill-awtoritajiet biex
isaħħu il-provviżjonament tat-telf mid-djun fis-settur bankarju
u tnaqqas ir-riskji potenzjali li jirriżultaw minn espożizzjoni
tagħha għas-suq immobiljari. It-tweġiba tal-politika pjanata
hija rilevanti iżda mhux kompluta, li wasslet lill-Kummissjoni biex
tikkonkludi li Malta għamlet biss xi progress fl-implimentazzjoni tas-CSR. Is-settur bankarju jidher
robust, iżda d-daqs kbir tiegħu jitlob għal superviżjoni
stretta biex tipprevjeni l-akkumulazzjoni ta' żbilanċi. Is-settur
bankarju huwa kbir ħafna meta mqabbel mal-ekonomija domestika b’assi
totali ta’ madwar EUR 53,5 biljun (790 % tal-PDG) fl-aħħar
tal-2012, minn 4,2 % minn tmiem l-2011. Kif enfasizzat fir-reviżjoni
fil-fond għal Malta tal-2013, ir-riskji potenzjali li jirriżultaw
mid-daqs tas-settur huma limitati mill-fatt li l-maġġoranza tal-assi
jappartjenu lil istituzzjonijiet orjenatati internazzjonalment,
b'espożizzjoni limitata għall-ekonomija domestika. Minkejja li jbatu żieda
fis-self improduttiv, b’mod partikolari l-portafoll korporattiv, il-qalba
tal-profitabbiltà tal-banek domestiċi[19]
u l-proporzjonijiet ta’ solvenza ssaħħu fl-2012. Dawn il-banek
japplikaw mudell ta’ kummerċ bankarju relattivament konservattiv u
l-proporzjon tas-self relatat mad-depożitu aggregat tagħhom ivarja
bejn 70 % u 75 %. L-espożizzjoni tagħhom għal dawk li
mhumiex residenti huwa limitat b’madwar 8 % biss tal-assi totali investiti
tal-gvern fiż-żona tal-euro, istituzzjonali u titoli korporattivi fi
tmiem l-2011. Espożizzjoni għall-pajjiżi fil-programm tal-UE/IMF
tirrappreżenta madwar 2,5 %, prinċipalment fil-forma ta’
tqegħid f’xogħol ma’ banek.[20]
Filwaqt li riskji immedjati
għall-istabbiltà finanzjarja jidhru li huma limitati, huwa importanti li
s-settur bankarju, inkluż banek domestiċi mhux ewlenin u
internazzjonali, jibqgħu soġġetti għal superviżjoni
stretta. Żviluppi negattivi f’dawn il-banek jistgħu xorta
waħda jkollhom impatt fir-reputazzjoni internazzjonali ta'
ġurisdizzjoni, u b’hekk jaffettwaw il-fiduċja fis-sistema bankarja u
tnaqqis għall-prospetti ta’ tkabbir fil-ġejjieni. Għal dan
l-għan, il-ħolqien ta’ Bord Konġunt għall-Istabbiltà
Finanzjarja [21]
f’Jannar 2013 huwa pass tajjeb. Il-Bord se jkollu mandat wiesa’ biex
jissorvelja r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u jirrakkomanda
miżuri ta’ politika rilevanti. Madankollu, dawn ir-rakkomandazzjonijiet,
li għandhom ikunu bbażati fuq għodod definiti mill-Bord Ewropew
dwar ir-Riskju Sistemiku, mhumiex vinkolanti u l-Awtorità tas-Servizzi
Finanzjarji, ir-regolatur u l-kontrollur tal-industrija tas-servizzi
finanzjarji, huwa marbut legalment biss li jikkunsidra dan it-tibdil.
Għalhekk, filwaqt li hu rilevanti, il-livell ta’ kredibbiltà u ambizzjoni
ta’ din l-azzjoni politika għad irid jiġi evalwat. Qegħdin jitħejjew
pjanijiet ta’ politika għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.
L-analiżi fil-fond tal-2013 għal Malta tenfasizza r-riskji potenzjali
għall-istabbiltà finanzjarja relatata mal-espożizzjoni għas-suq
immobiljari u l-livell baxx ta’ dispożizzjonijiet għal self mhux
produttiv. Taħdidiet dwar azzjonijiet regolatorji biex jindirizzaw dawn
ir-riskji huma għaddejjin bejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji
ta’ Malta u l-Bank Ċentrali ta’ Malta. B’mod partikolari, il-pjanijiet
jinkludu klassifikazzjoni ta’ riskju relatat ma' espożizzjoni tas-suq
immobiljari taħt il-Pilastru II[22]
tal-Ftehim Basel II, li jesiġi li l-banek jżidu l-għarfien
tagħhom ta’ dawn ir-riskji u jieħdu azzjoni xierqa biex
jillimitawhom, filwaqt li jagħtu wkoll lis-superviżuri aktar awtorità
biex jissorveljaw u jintervjenu. Biex issaħħaħ
il-proviżjonament tat-telf mid-djun, l-awtoritajiet jipprevedu li
wieħed jersaq lejn mudell li jħares għall-futur
għar-rappurtar ta' indebolimenti. Bħala għodda kontraċiklika,
dan se jippermetti lill-banek biex ikunu mħejjija aħjar għal
żminijiet ta’ stress ekonomiku. Barra minn hekk, l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta tipprevedi aktar emendar
lir-regolamentazzjoni bankarja li titlob li l-istituzzjonijiet li diġà
jkollhom livell għoli ta’ assi delinkwenti sabiex iżidu aktar
dispożizzjonijiet biex jinħoloq bafer addizzjonali ta’ sikurezza.
Dawn ir-riformi għadhom fi stadju ta’ abbozzar, iżda l-awtoritajiet
qed jippjanaw biex jimplimentawhom sal-aħħar ta’ Settembru. Dawn huma
rilevanti, minħabba li dawn jikkontribwixxu sabiex jipproteġu
l-istabbiltà tal-banek. Filwaqt li l-awtoritajiet jinsistu li kwalunkwe azzjoni
għandha tiddaħħal bil-mod sabiex timminimizza kull impatt
negattiv fuq l-attività ekonomika, dewmien bla bżonn jista’ jdgħajjef
spinta potenzjali għall-kunfidenza li l-miżuri jistgħu
jġibu magħhom. Għalhekk, il-livell ta’ kredibbiltà u
l-ambizzjoni ta’ pjanijiet ta’ politika se jiddependi fuq l-implimentazzjoni
fil-ħin u sħiħa tagħhom. L-aċċess
għall-finanzjament għal Intrapriżi Maltin żgħar u ta’
daqs medju (SMEs) jistgħu jitqiesu adegwati. Azzjoni politika li
tiżgura li l-SMEs għandhom aċċess suffiċjenti
għal finanzjament kien wieħed sodisfaċenti. Il-gvern
ippreżenta portafoll xieraq għas-skemi ta’ appoġġ għal
intrapriżi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi,
bħall-Mikrofinanzjar, garanziji fuq self u tal-inizjattiva
tar-Riżorsi Ewropej Konġunti għal Intrapriżi Mikro u Medji
(JEREMIE). Minbarra s-settur bankarju li qed jaħdem tajjeb, dawn l-iskemi
jiżguraw li s-settur privat għandu aċċess adegwat
għall-finanzi adegwati biex jissodisfaw it-talbiet tiegħu. Aptit
għal finanzjament, madankollu, kien limitat f’dawn l-aħħar snin
minħabba l-ambjent ekonomiku dgħajjef kif ukoll minħabba dejn
korporattiv elevat. 3.3.
Il-politiki tas-suq tax-xogħol, tal-edukazzjoni u dawk soċjali Il-prestazzjoni
tas-suq tax-xogħol kompliet ittejjeb iżda tkomplija fl-attenzjoni
politika hija ġġustifikata. Li jibdew minn livell baxx,
l-għadd totali ta’ impjiegi f’Malta kompla jikber ukoll fl-2012 (ksib ta'
1,8 punti perċentwali għall-kuntrarju ta' tnaqqis żgħir
fl-UE). Kien irrappurtat qligħ fis-segmenti kollha tas-suq
tax-xogħol, inkluż fost il-ħaddiema mdaħħla
fiż-żmien u, notevolment, in-nisa. Madankollu, ir-rata ta’ impjiegi
tan-nisa tibqa’ l-aktar waħda baxxa fl-UE. Dan jirrifletti wkoll li
għad hemm taħlita inadegwata ta’ miżuri tajbin
għall-familja u arranġamenti flessibbli tax-xogħol. Nuqqasijiet
fil-ħiliet relatati mas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ ukoll
ikomplu joffru sfida għall-użu effiċjenti tal-kapital uman.
Fl-2012, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għal Malta inkludiet CSR dwar
il-ħtieġa li jitjiebu r-rabtiet bejn is-sistema edukattiva u s-suq
tax-xogħol u biex tiġi indirizzata r-rata għolja ta’ tluq bikri
mill-iskola u l-qabża bejn is-sessi fl-impjiegi. Fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni,
Malta għamlet xi progress fl-implimentazzjoni din is-CSR.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill sejħet ukoll għal riforma
tal-mekkaniżmu tal-indiċjar tal-pagi f’Malta, iżda ma sar l-ebda
progress biex tiġi implimentata din ir-rakkomandazzjoni. L-edukazzjoni u
t-taħriġ Il-miżuri diġà
fis-seħħ sabiex jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola huma passi
fid-direzzjoni t-tajba, soġġetti għal implimentazzjoni xierqa.
Ir-rata ta’ tluq bikri mill-iskola tnaqqset b’mod sinifikanti f’dawn
l-aħħar snin, iżda tibqa’ fost l-ogħla fl-UE.[23]
Il-miżuri meħuda fl-2011-12 juru li l-gvern u l-istituzzjonijiet
edukattivi huma konxji ta’ din l-isfida. Strateġija nazzjonali li tiffoka
fuq il-prevenzjoni, l-intervent u l-miżuri kompensatorji tnediet
għall-konsultazzjoni f’April. Azzjoni ta’ politika għalhekk ġiet
rilevanti, iżda sistema komprensiva ta’ monitoraġġ biex
tiġbor u tanalizza l-informazzjoni biex tirfed l-istrateġija
nazzjonali għadha mhijiex fis-seħħ. Il-livell ta’ kredibbiltà se
jkun ddeterminat permezz tal-implimentazzjoni xierqa tal-pjanijiet
politiċi fis-seħħ. B’mod ġenerali, jista’ jiġi
konkluż li kien hemm xi ftit progress lejn l-implimentazzjoni
tar-rakkomandazzjoni li jsejjaħ għal passi biex jitnaqqas it-tluq
bikri mill-iskola. Sforzi ta' politika fl-edukazzjoni
u t-taħriġ inżammu, iżda l-isfidi ewlenin jibqgħu
validi. Iż-żewġ skemi ta’ apprendistat eżistenti wrew
riżultati pożittivi fl-2012 hekk kif terz tal-parteċipanti
deċidew li jkomplu l-edukazzjoni u aktar minn nofshom kienu kapaċi li
jsibu xogħol. Biex titjieb aktar l-effiċjenza tal-iskemi u tiġi
modernizzata s-sistema ta’ taħriġ vokazzjonali, l-awtoritajiet
jipprevedu l-ħolqien ta’ skema waħda ta’ apprendistat nazzjonali li
tista' utilment tkopri aktar livelli ta’ kwalifiki u karigi. Iktar fl-istess vena,
il-kumitat tal-ħiliet settorjali ppjanat se jsir operattiv fit-tieni kwart
tal-2013 u Strateġija ta’ Tagħlim tul il-Ħajja qed tiġi
mħejjija. Il-ħtieġa li jogħlew il-livelli tal-ħiliet u
jiġi indirizzat it-tlaqqigħ ħażin fil-ħiliet huwa
stabbilit biex isiru dejjem aktar rilevanti fil-futur bħala
ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ
Vokazzjonali (Cedefop) li jipprojetta l-mudell tal-impjiegi sal-2020 li
jiġu kkaratterizzati minn impjiegi aktar medji u ta' kwalifiki
għoljin.[24]
Minkejja l-miżuri li ddaħħlu, Malta għadha
fil-biċċa l-kbira trendi inqas mill-medja tal-UE f’termini ta’ kisba
ta’ edukazzjoni terzjarja, għalkemm dan l-aħħar xejriet
pożittivi f’parteċipazzjoni fi u l-gradwazzjoni mill-edukazzjoni
għolja jindikaw titjib possibbli fil-ġejjieni. Is-sehem
tal-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ xorta
għadu baxx meta mqabbla mal-UE (7% kontra 9% fl-2012). Minħabba
n-natura fit-tul ta’ bosta miżuri maħluqa biex jippromwovu t-tqabbil
tal-ħiliet, għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt
tagħhom, iżda l-prinċipji ġenerali jmorru fid-direzzjoni
t-tajba. Il-parteċipazzjoni
fis-suq tax-xogħol u l-impjiegi Ir-rata ta’ attività tan-nisa
qed tkompli tiżdied, anki grazzi għal azzjoni ta’ politika li
l-għan ewlieni tagħha hi li titjieb ir-rikonċiljazzjoni
tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. F’dawn
l-aħħar snin, gwadanji mdaqqsa fir-rati tal-parteċipazzjoni u
tal-impjiegi tan-nisa rriżultaw li ntlaħaq l-għan tal-impjieg
għall-2020 diġà fl-2012. Madankollu, ir-rata tal-impjiegi għadha
fost l-aktar baxxi fl-UE u għalhekk l-intenzjoni li tiġi riveduta
l-mira, kif mistqarr fil-NRP 2013, hi milqugħa.[25] Il-gwadanji huma
ċertament, sa ċertu punt, minħabba "effett koorti"
favorevoli, minħabba li ż-żgħażagħ, li jkunu
bħala medja livell ogħla ta’ kisbiet akkademiċi, jidhru li huma
iktar ħerqana li jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol (ara
l-Kaxxa 4). Il-Gvern qed jappoġġa din ix-xejra permezz ta’
miżuri xierqa biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni
tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. Ċentri
ġodda tal-indukrar tat-tfal amministrati direttament mill-awtoritajiet
pubbliċi jew fi sħubija mas-settur privat kienu mwaqqfa,
għalkemm b’xi dewmien. Faċilitajiet privati tal-kura tat-tfal huma
disponibbli wkoll. Spejjeż għoljin u ħinijiet tal-ftuħ ta'
spiss inkonvenjenti, madankollu, jidhru li jfixklu l-effiċjenza ta’ dawn
il-faċilitajiet. Barra minn hekk, programmi fl-iskejjel ta' waranofsinhar
ġew mħabbra bil-għan li jipprovdu servizzi ta’ kura ta’ wara
l-iskola fi ħdan l-istrutturi ta' skejjel, biex b’hekk titnaqqas
id-distanza bejn il-ħinijiet regolari tal-iskola tax-xogħol ta'
ġenituri, u diversi inċentivi fiskali ġew stabbiliti
għall-familji li jibagħtu lit-tfal tagħhom għal
faċilitajiet privati tal-kura tat-tfal. Miżuri addizzjonali
introdotti fl-2012, sabiex dawn irawmu r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol
mal-ħajja familjari jinkludu estensjoni tal-liv tal-maternità u
inċentivi ġodda fis-sistema tat-taxxa fuq l-introjtu fis-sistema
tat-taxxa fuq l-introjtu tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu.
Kollox ma’ kollox, il-miżuri stabbiliti fir-rigward il-promozzjoni ta’
parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jidhru li huma rilevanti
u kredibbli. Madankollu, ir-rata tal-impjiegi f’Malta għadha 'l
bogħod mill-medja tal-UE, li teħtieġ sforz kontinwu ta’ politika.
Kaxxa 4: Il-karatteristiċi u l-evoluzzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol f’Malta Il-parteċipazzjoni min-nisa fis-suq tax-xogħol hija baxxa ħafna f’Malta. Fl-2011, il-lakuna fl-impjiegi mal-UE27 għan-nisa ta’ età ta’ 15-il sena jew aktar kien ta’ iktar minn 25pps. L-inattività fost in-nisa tista’ tkun attribwibbli fil-biċċa l-kbira għal raġunijiet kulturali, flimkien ma’ nuqqas ta’ biżżejjed politiki adegwati ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Tabilħaqq, il-profil tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol f’Malta hu stramb, b’attività għolja ħafna fost in-nisa iżgħar fl-età segwit minn tnaqqis kbir (ara l-Panew A) mis-snin meta jkollhom it-tfal, f’kuntrast qawwi fl-UE27. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol f’Malta, kienet f'xejra pożittiva mill-bidu tas-snin 90[26], b'titjib minn madwar 30 % għal 44,1 % fl-2011. Kif muri fil-Panew B, hemm effett koorti li faċli tara, hekk kif in-nisa iżgħar fl-età qed jagħżlu li jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu fl-impjieg. Bħala konsegwenza, id-diskrepanza mal-medja tal-UE qed toqrob madwar il-gruppi ta’ età. Kisba edukattiva ogħla, kif rifless f’żieda ta’ 50 % fis-sehem tan-nisa fl-età ta’ bejn 25 u 34 b'tal-anqas edukazzjoni sekondarja avvanzata bejn l-2000 u l-2009, ċertament kellha rwol f’dan it-titjib. Għadd ta’ politiki u prattiċi privati, bħal żieda fid-disponibbiltà ta’ faċilitajiet pubbliċi għall-indukrar tat-tfal, u bidla fl-attitudnijiet ta' amministrazzjoni fost l-intrapriżi Maltin lejn l-għoti ta’ arranġamenti ta’ xogħol aktar flessibbli, setgħu wkoll ikkontribwew. Fl-aħħar nett, fis-snin riċenti l-effett “ħaddiem miżjud” seta’ daħal fis-seħħ, hekk kif aktar u aktar djar jsibuha diffiċli biex iżommu l-livell tal-għajxien biss fuq introjtu wieħed. Grafika: Żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol Panew A: Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol skont il-grupp ta’ età || Panew B: Paragun Cross-cohort bejn ir-rati ta’ parteċipazzjoni skont l-età Sors: Eurostat Hekk kif il-koorti
iżgħar jixjieħ, id-distakk fil-parteċipazzjoni tal-UE27
huwa mistenni li jonqos. Madankollu, l-impatt ta’ meta ssir ġenitur
għadu sinifikanti hekk kif id-diskrepanza fl-impjiegi bejn in-nisa
fl-età ta’ 25 sa 49 snin bi u mingħajr tfal baqgħet fil-biċċa
l-kbira l-istess mill-2005. Għalhekk, iż-żamma tal-isforzi
politiċi bl-għoti ta’ faċilitajiet tal-kura tat-tfal u
miżuri tajbin oħrajn favur il-familja hija importanti biex in-nisa
jkunu jistgħu jdumu aktar fis-suq tax-xogħol. Il-mekkaniżmu
tal-indiċjar awtomatiku tal-pagi jista' jkun ta’ sfida potenzjali
għall-flessibbiltà tal-pagi, iżda hemm karatteristiċi ta’
mitigazzjoni. Il-mekkaniżmu tal-indiċjar tal-pagi ta' Malta
għandu għadd ta’ żvantaġġi potenzjali li jista’
jkollhom implikazzjonijiet negattivi fuq il-kompetittività u
l-aġġustament tas-suq tax-xogħol billi ttellef
l-aġġustament tal-pagi reali, b’mod partikolari matul
il-fażijiet ħżiena ħafna fiċ-ċiklu ekonomiku.
Speċifikament, hu minqux fil-liġi u obbligatorju għall-ekonomija
kollha kemm hi; l-indiċi tal-prezz jinkludi wkoll komponenti importati
volatili ħafna, u dan jagħmel l-ekonomija vulnerabbli għal
xokkijiet jew min-naħa tal-provvista ta’ kummerċ jew f'termini ta'
xokkijiet ta' kummerċ (bħal qabża 'l fuq fil-prezzjiet
taż-żejt) li jista’ jwassal għal żidiet fil-prezzijiet
tal-pagi; u żieda b’rata fissa tista’ twassal għal kompressjoni
tal-pagi, u għalhekk potenzjalment tista’ tiskoraġġixxi
d-domanda għal ħaddiema bi ħlas aktar baxx. Is-sistema
għandha impatt fuq il-finanzi pubbliċi kif ukoll permezz
tal-indiċjar ta’ firxa ta’ trasferimenti soċjali u l-pagi tas-settur
pubbliku. Madankollu, ir-riskji potenzjali huma kemxejn mitigati mill-fatt li
s-sistema tirrappreżenta biss kumpens parzjali għall-inflazzjoni
għal pagi mar-referenza “bażi” tal-pagi (li jammonta għal madwar
60 % tal-paga medja u huwa ogħla mill-paga minima attwali). Barra
minn hekk, il-mekkaniżmu fih klawżoli ta' deroga fuq il-livell mikro
u makro. Is-sistema deċentralizzata ta’ negozjar tal-pagi fil-livell
tal-kumpanija tippermetti livell raġonevoli ta’ flessibilità fis-salarji
mal-attivitajiet ekonomiċi. Rieżami possibbli tas-sistema se tkun
iġġustifikata jekk jimmaterjalizzaw ir-riskji msemmija hawn fuq Il-faqar u
l-esklużjoni soċjali Numru ta’ miżuri ġew
stabbiliti biex irażżnu ż-żieda mir-riskju tal-faqar u
l-esklużjoni soċjali. Is-sehem tal-popolazzjoni totali ta’ nies
fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f’Malta hu inqas
mill-medja taż-żona tal-euro u tqabbel partikolarment b’mod
favorevoli mal-Istati Membri l-ġodda. Madankollu, l-għadd ta’ nies
f’riskju rat tkabbir iktar dinamiku f’Malta f’dawn l-aħħar snin.
L-awtoritajiet qed jimmiraw li jilħqu l-għan tal-2020 billi jiġu
mmirati gruppi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal, l-anzjani u l-persuni li
jgħixu f’familji bi dħul baxx. Għal dan l-għan, numru ta’
miżuri ġew implimentati sabiex itejbu l-impjegabbiltà, l-assistenza
finanzjarja u l-prospetti ta' xiri ta' dar ta’ dawk li jgħixu fir-riskju
tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali. Miżuri biex jindirizzaw
il-faqar tat-tfal jinkludu studju biex nifhmu aħjar l-għeruq
tal-fenomenu u t-tisħiħ tal-provvista ta' kura 'l barra mid-dar
għal tfal li ma jistgħux jgħixu mal-ġenituri tagħhom. 3.4.
Miżuri strutturali li jippormwovu t-tkabbir ekonomiku u
l-kompetittività Ineffiċjenzi fis-sistemi
ta’ enerġija u trasport, dipendenza għolja fuq iż-żejt
importat kif ukoll l-intensità baxxa ta’ R&Ż ikomplu joħolqu
sfidi għall-kompetittività tal-ekonomija Maltija. It-tkabbir
tal-produttività f’Malta baqa’ lura meta mqabbel mal-medja taż-żona
tal-euro matul l-aħħar għaxar snin u ġie notevolment iktar
dgħajjef milli fl-Istati Membri l-Ġodda. Is-sistema tat-trasport u
l-provvista u d-distribuzzjoni tal-enerġija jibqgħu ineffiċjenti
u Malta għadha 'l bogħod milli tilħaq l-miri nazzjonali
tagħha ta’ Ewropa 2020 tal-ambjent u l-klima. Barra minn hekk, l-intensità
relattivament baxxa ta' R&Ż toħloq ostakli għal pass
ulterjuri 'l quddiem lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien li
jagħtu spinta 'l quddiem għat-tkabbir tal-produttività. Fl-2012, ir-Rakkomandazzjonijiet
tal-Kunsill għal Malta kellhom CSR dwar il-ħtieġa li titnaqqas
id-dipendenza tal-ekonomija fuq iż-żejt impurtat permezz
tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, it-trawwim tal-effiċjenza
fl-użu tal-enerġija u l-prijoritizzazzjoni fl-iżvilupp tal-infrastruttura.
Fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, Malta għamlet xi progress
fl-implimentazzjoni ta' dan is-CSR. Klima, trasport u ambjent Progress dwar it-tnaqqis
tal-emissjonijiet biex jilħqu l-mira nazzjonali għall-2020 huwa baxx.
Malta hija klassifikata fost l-aħħar tal-Istati Membri tal-UE
fir-rigward id-distanza projettata mill-miri tal-emissjonijiet tagħhom
għall-2020. Sakemm ma titteħidx azzjoni deċiżiva biex nimxu
lejn ekonomija b’użu baxx tal-karbonju, Malta se jkollha tagħmel
użu tal-krediti tal-karbonju sabiex jiġi evitat nuqqas ta’
konformità. Taħt l-Istrateġija Ewropa 2020, Malta impenjat ruħha
biex tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra f’setturi mhux
koperti mill-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet minn 5 %
(meta mqabbla mal-livell tal-2005), iżda skont l-aħħar
projezzjonijiet tal-gvern l-emissjonijiet huma minflok mistennija li
jiżdiedu bi 33 % matul dan il-perjodu. L-intensità kumplessiva
tal-enerġija u tal-karbonju tal-ekonomija Maltija hija fil-biċċa
l-kbira tagħha konformi ma’ dawk tal-pari tagħha, iżda
d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni ta’ żejt tal-fjuwil tqil
tnaqqas ir-ritmu tal-progress biex jintlaħqu l-miri dwar il-klima u
l-enerġija. L-emissjonijiet tat-trasport tat-triq f’Malta żdiedu bi
kważi 6 % bejn l-2005 u l-2010, meta mqabbla mat-tnaqqis b’iktar minn
3 % fl-UE. Is-settur tal-iskart, li jserraħ ħafna fuq tal-iskart
tal-miżbla, ikkontribwixxa aktar għaż-żieda
fl-emissjonijiet tul dan il-perjodu. Huwa improbabbli, madankollu, li Malta
tilħaq il-mira u l-għanijiet ta’ riċiklaġġ tal-2020
tal-Pjan Direzzjonali għall-Effiċjenza tar-Riżorsi (li
prattikament tkun eliminata l-miżbla) mingħajr sforzi addizzjonali
sinifikanti, inklużi sistemi ta’ inċentiv li jiffavorixxu
l-prevenzjoni u l-ġbir separat. Għad hemm lok sinifikanti
għat-titjib tal-effiċjenza u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur
tat-trasport. Is-settur tat-trasport bit-triq huwa responsabbli għal
madwar nofs l-emissjonijiet totali li ġejjin minn setturi mhux tal-ETS
koperti mill-mira u l-projezzjonijiet nazzjonali jimmiraw għal żieda
qawwija fl-emissjonijiet sal-2020.[27]
Rata għolja ħafna ta’ motorizzazzjoni mqabbla mal-età tal-flotta
tal-karozzi, netwerk ineffiċjenti tat-toroq u preferenza stabbilita
għal trasport privat irriżultaw f’żieda sinifikanti ta' problemi
tal-konġestjoni fit-toroq u fl-emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk,
miżuri li jtejbu 112 km ta’ netwerk tat-toroq strateġiċi
arterjali u ta' distribuzzjoni (inklużi 51 km ta’ toroq eżistenti
TEN-T) u sabiex titjieb l-effikaċja tat-trasport pubbliku se jkunu
importanti biex jiżguraw mobbiltà interna sostenibbli. Ir-riforma
tat-trasport pubbliku, imnedija fl-2011 u ppjanata sabiex tiġi mitmuma
fl-2015, s’issa rriżultat f'użu modest biss tat-trasport pubbliku. Miżuri
introdotti biex jagħmlu l-flotta tal-karozzi aktar sostenibbli, bħal
livell minimu ta’ bijofjuwils fil-fjuwil tal-pitrolju fil-mezzi kollha
tat-trasport, it-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi differenzjata,
skema ta’ skrappjar ta’ karozzi u appoġġ finanzjarju kontinwu għal
vetturi elettriċi u ibridi huma rilevanti lejn id-diversifikazzjoni u
naqqset id-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-karburanti. Madankollu, meta
wieħed jikkunsidra l-kobor tal-isfida fis-settur tat-trasport, dawn
il-miżuri ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-miri
nazzjonali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-impenji fit-trasport. Enerġija Is-settur
tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għaddej minn bidliet importanti, li
jżidu l-effiċjenza. L-estensjoni tal-impjant tal-enerġija
ta’ Delimara tpoġġiet f’użu kummerċjali
f’Diċembru 2012, li wassal għal kisbiet notevoli
fl-effiċjenza billi tippermetti impjant qadim li jiġi sostitwit. L-interkonnettur
tal-elettriku mal-Italja ser iġib bidliet importanti lis-sistema
tal-enerġija. Malta mhux se tibqa’ tkun gżira tal-enerġija
iżolata, il-provvista tal-enerġija ser tkun aktar sikura u
l-ġenerazzjoni tal-elettriku — irħas. Barra minn hekk, żieda
fil-kapaċità tfisser li l-impjant tal-enerġija tal-Marsa
ineffiċjenti jkun jista' jintefa, li se jtejjeb l-effiċjenza ġenerali
u imbagħad jista’ jikkontribwixxi għal tariffi orħos
tal-enerġija. Il-konnessjoni tal-grid tal-elettriku tal-Ewropa
kontinentali se ssaħħaħ ukoll l-opportunità li jintegraw
l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli, u b’hekk tgħin biex
titnaqqas l-akbar rikors għal żejt tal-fjuwil tqil
fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-proġett huwa issa miexi bi pass
pożittiv u hu mistenni li jsir operattiv fl-2014. Barra minn hekk,
il-Gvern qed jieħu passi lejn bidla minn fjuwil tqil għal gass
naturali likwifikat (LNG) irħas u aktar favur l-ambjent bħala sors
ewlieni tal-enerġija, li, jekk implimentati kif suppost, se
jikkontribwixxu wkoll lejn it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-ġenerazzjoni u
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-gass
għandu preferibbilment jinkiseb minn terminal LNG, li jista' jitqies
bħala pass intermedju qabel pipeline tal-gass, għalkemm
il-fattibbiltà ta’ dan tal-aħħar huwa dubjuż minħabba
d-daqs żgħir tas-suq domestiku. Is-sitwazzjoni finanzjarja
diffiċli ta’ utilità tal-enerġija tal-Istat Enemalta għadha qed
tippreżenta sfida għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u
għall-finanzi pubbliċi. L-Enemalta għandha dejn akkumulat
ta’ EUR 687 miljun u għalhekk tirrappreżenta obbligazzjoni
kontinġenti sinifikanti għall-finanzi pubbliċi.[28] Standard and
Poor’s baxxiet il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija għal sentejn
konsekuttivi minħabba spejjeż għoljin[29] u profittabbiltà
fqira tagħha.[30]
Kien hemm ukoll telf fit-tul fid-distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll
minħabba problemi biex tal-kejl bil-miters u l-kontijiet. Dawn il-fatturi
jissuġġerixxu li l-vijabbiltà tal-kumpanija bbażata fuq
il-qagħda attwali mhix sostenibbli. Barra minn hekk, Malta ma applikatx
għal deroga temporanja mill-obbligu biex tbigħ b’irkant kwoti
tal-karbonju lil impjanti tal-enerġija, sabiex Enemalta issa se jkollha
tħallas għal dawn il-kwoti, li jista’ jżid il-problemi
finanzjarji tal-kumpanija. Iżda jibqa’ l-fatt li l-attività
mal-interkonnettur tal-elettriku ġdid u t-tnaqqis b’mod gradwali
tal-impjant tal-enerġija ineffiċjenti tal-Marsa huma mistennija biex
itaffu l-problemi finanzjarji tal-Enemalta u jistgħu jgħinu
lill-kumpanija ssostni l-investimenti biex ittejjeb l-effiċjenza
tagħha u r-reputazzjoni ambjentali. Il-vijabbiltà tal-kumpanija se
tiddependi kruċjalment fuq it-tariffi tal-elettriku li jaqblu
mal-ispejjeż ta' ġenerazzjoni u t-trażmissjoni. Is-sehem tal-elettriku prodott
minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli jibqa’ baxx ħafna. Skont
l-aħħar dejta disponibbli għall-2011, il-perċentwali ta’
enerġija li tiġġedded, f’termini ta’ konsum gross finali ta’
enerġija kien 0,4 % li hu, sostanzjalment iktar baxx mill-ewwel mira
interim prevista għall-2011-12 (2,1 %). Għalhekk, Malta
għadha l-agħar interpretu fl-UE f’dan il-qasam u hija b'mod
sinifikanti lura milli tilħaq il-mira tagħha għall-2020.
L-isforzi biex tintlaħaq il-mira jiddependu l-aktar fuq tliet
proġetti għall-enerġija mir-riħ fuq skala kbira. Iżda,
il-progress huwa kajman — valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-akbar
proġett tas-Sikka l-Bajda ġiet sottomessa lill-awtorità tal-ippjanar
(MEPA), iżda hemm bżonn ta’ valutazzjoni addizzjonali. Fuq nota
pożittiva, l-adozzjoni ta’ skemi ta’ kapaċità iżgħar,
bħall-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajċi, il-ħiters
tal-ilma solari u turbini microwind, qabżu l-livell mira tal-gvern,
iżda dawn l-iskemi jagħtu kontribuzzjoni relattivament
żgħira lejn l-ilħiq tal-mira għall-2020. Għalhekk,
il-potenzjal għall-importazzjoni tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli
permezz tal-interkonnettur mal-Italja jew l-użu ta' trasferimenti
statistiċi puri jistgħu jiġu esplorati wkoll.[31] Il-PNR tal-2013
iħabbar it-tnedija ta’ strateġija komprensiva dwar l-enerġija
rinnovabbli, li jesplora sorsi oħra ta’ enerġija, notevolment
l-enerġija mill-baħar, biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi
sal-aħħar tas-sajf 2013. Rigward it-titjib tal-effiċjenza
tal-enerġija, il-gvern żied l-isforzi tiegħu permezz ta'
politiki rilevanti, bl-appoġġ tal-fondi tal-UE, li hija
ħaġa pożittiva. Kollox ma’ kollox, l-azzjoni politika bi
tweġiba għar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż
biex titnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt impurtat, iżżid
l-isforzi biex tippromwovi l-użu effiċjenti tal-enerġija u
żżid is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kienet
rilevanti u kredibbli, iżda jidher li mhijiex ambizzjuża
biżżejjed minħabba l-kobor tal-isfida. Riċerka u innovazzjoni Il-mira relattivament modesta
nazzjonali għan-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp
intlaħqet. Il-livell ta' nefqa fuq riċerka u żvilupp
(0,73 % tal-PDG fl-2011, qabża 'l fuq minn 0,67 % tal-PDG
fl-2010) diġà laħaq u għadda l-mira nazzjonali ta' Ewropa 2020
grazzi għal żidiet kemm fl-ogħla edukazzjoni u l-infiq
tan-negozji (li minnhom iktar minn 80 % huma minfuqa minn kumpaniji
b'sjieda barranin). Il-mira nazzjonali, madankollu, hija modesta meta
ġġudikata kontra l-mira mistqarra tal-gvern li tinbena ekonomija
bbażata fuq l-għarfien mar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba
tagħha. Għalhekk, l-intenzjoni li tirrevedi l-mira, iddikjarata
fl-NRP tal-2013, hija milqugħa tajjeb. Peress li n-negozji
fil-biċċa l-kbira jiffinanzjaw ir-riċerka tagħhom stess u
l-gvern ċentrali jipprovdi finanzjament għal riċerka pubblika u
istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, finanzjament trasversali bejn dawn
is-setturi huwa baxx ħafna, u dan idgħajjef qligħ miksub. Jinżammu l-isforzi
tal-politika li saru s'issa biex jippermettu progress lejn ekonomija
bbażata fuq l-għarfien. L-abbozz tal-Pjan Strateġiku
Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-2011-2020
jżomm l-orjentazzjoni tan-negozju b’saħħitha fl-oqsma
tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa
u l-bijoteknoloġija, l-enerġija u t-teknoloġiji ambjentali kif
ukoll il-valur miżjud tal-manifattura u s-servizzi. Fl-2012, Il-Kunsill
Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija nieda Programm għall-Kummerċjalizzazzjoni
li jgħin kumpaniji orjentati fir-riċerka u innovattivi, megħjuna
minn diversi inizjattivi mmirati (pereż. “Business First”, one-stop-shop
għan-negozji, u “Fond Fiduċjarju għal R&Ż&I”
mwaqqfa permezz tal-Università ta’ Malta). Barra minn hekk, numru ta’ setturi
tal-industrija ġew identifikati għal speċjalizzazzjoni futura,
bħal logħob diġitali fejn strateġija ġiet ippubblikata
fil-bidu tal-2012 biex jibnu l-pedamenti għall-iżvilupp tal-industrija
tal-logħob tal-azzard f’Malta. Barra minn hekk, l-NRP tal-2013
iħabbar pjanijiet biex jipprovdi aktar trawwim leġiżlattiv u
qafas regolatorju għall-iżvilupp ta' servizzi finanzjarji
innovattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għadha
għaddejja u għadd ta’ bidliet leġiżlattivi biex jiġu
implimentati fl-2013 qed jiġu kkunsidrati. Allinjament insuffiċjenti
tal-Abbozz tal-Pjan Strateġiku Nazzjonali għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni 2011-20 mar-rekwiżiti għal “strateġija dwar
ir-riċerka u l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni
intelliġenti” (RIS3) u rabtiet dgħajfa bejn l-istituzzjonijiet
tal-għarfien u n-negozji jxekklu aktar progress. Għal dan
l-għan, il-gvern biħsiebu jiffinalizza Strateġija Innovattiva
ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti li se tidentifika setturi
b’potenzjal kbir għal tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni sat-tielet
kwart tal-2013. Funzjonament tas-suq intern Għad hemm sfidi b’rabta
mal-iffunzjonar xieraq tas-suq intern. Prattiki diskriminatorji
tal-ipprezzar jidhru li jippersistu, jostakolaw l-aċċess indaqs
għal ċittadini mhux Maltin li huma residenti jew għandhom
il-ħsieb li jsiru residenti f’Malta għal xi servizzi
bażiċi, bħal telefonija, utilitajiet u t-trasport pubbliku.
Tressqu għadd ta’ ilmenti minn ċittadini tal-UE residenti f’Malta, li
wasslu għall-bidu ta’ proċeduri ta’ ksur mill-Kummissjoni Ewropea.
Sadanittant, l-awtoritajiet varaw għadd ta’ inizjattivi rilevanti biex
jtejbu l-funzjonament tas-suq intern bħall-att dwar in-negozji
ż-żgħar, l-impenn sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u
l-inizjattiva tal-ekonomija soċjali. Filwaqt li l-implimentazzjoni
tal-ewwel tnejn huwa avvanzat sew, il-proġett tal-ekonomija soċjali
għadu f’fażi inizjali ta’ żvilupp. 3.5.
Modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika Minkejja li ġeneralment
hemm ambjent li jiffavorixxi n-negozju, li jibbenefika minn attenzjoni politika
sinifikanti, l-amministrazzjoni pubblika tbati minn ineffiċjenzi
b’implikazzjonijiet negattivi għall-attività ekonomika. Numru ta’
riformi tejbu l-kapaċità tal-amministrazzjoni pubblika sabiex
tappoġġja qafas ta' ambjent tan-negozju ġeneralment favur l-FDI
u l-SMEs. Madankollu għad fadal diskrepanzi importanti, inkluż
fis-sistema ġudizzjarja, li jaffettwaw ukoll il-kapaċità li jassorbu
fondi tal-UE. L-ambjent tan-negozju Ingħatat attenzjoni
politika sinifikanti fl-ambjent tan-negozju għall-SMEs. Id-Direttiva
dwar il-Ħlasijiet Tard ġiet trasposta fil-liġi Maltija fl-2012.
Dan kien milqugħ mill-partijiet interessati, għalkemm xi artikoli
fid-Direttiva setgħu ma ġewx trasposti kif intenzjonat, li jista’
jfixkel l-utilità tagħha. Barra minn hekk, l-Att dwar in-Negozji
Żgħar (Malta), għodda leġiżlattiva importanti li
trawwem l-irwol tal-SMEs għat-tkabbir u l-kompetittività, ilha topera minn
Ġunju 2011. B’mod partikolari, tpoġġi ‘test tal-SMEs’
fis-seħħ sabiex tidentifika l-impatt potenzjali ta’ kull
leġiżlazzjoni ġdida proposta dwar imprendituri żgħar
huwa mistenni li jwassal għal riżultati pożittivi. Għadha
trid tiġi implimentata bis-sħiħ, madankollu. It-twaqqif ta’ “Negozju
l-ewwel” one-stop-shop kienet inizjattiva oħra importanti biex ittaffi
l-piż amministrattiv fuq l-SMEs u l-attività tiegħu fl-2012 tidher li
qed tipproduċi riżultati pożittivi. Biex jiffavorixxi
l-komunikazzjoni mal-komunità tan-negozji, ġie stabbilit Kunsill
Konsultattiv għal Intrapriżi. Il-livell ta’ ambizzjoni f’dan il-qasam
għad jista' jiżdied u l-Kunsill jidher li mhux suffiċjentement
indipendenti mill-gvern. Kollox ma’ kollox, l-azzjoni politika biex jitjieb
l-ambjent tan-negozju kienet rilevanti u ambizzjuża. Implimentazzjoni f’ċerti
oqsma, madankollu, kienet sodisfaċenti, sitwazzjoni li xxekkel
il-kredibbiltà kumplessiva tal-istrateġija tal-gvern. L-amministrazzjoni
pubblika L-ineffiċjenzi
jpoġġu l-assorbiment korrett u fil-ħin tal-fondi tal-UE
f’riskju. Ċifri disponibbli sal-aħħar tal-2011 juru li Malta
tesperjenza problemi sinifikanti bl-assorbiment tal-fondi tal-UE.[32] Filwaqt li r-rata
ta’ għażla tal-proġetti huwa fuq l-istess livell tal-medja
tal-UE, ir-rata tan-nefqa hi ferm taħtha, speċjalment għall-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew.
Id-dewmien huwa minħabba kemm kapaċità amministrattiva
insuffiċjenti u proċeduri kkumplikati u twal, b’mod partikolari
fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u permessi ambjentali. L-introduzzjoni
tal-akkwist elettroniku, attwalment biss fis-seħħ għal proġetti
li jiswew iktar minn EUR 120 000, parzjalment, tista’ tgħin
billi jitħaffef il-proċess, iżda ma’ tmiem il-perjodu ta’
pprogrammar li qed joqrob hemm riskju dejjem akbar li mhux l-iffinanzjar kollu
disponibbli tal-UE se jkun assorbit u l-għanijiet indikati mhumiex se
jintlaħqu. Madankollu, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll
għall-fondi tal-UE jidhru li qed jitħaddmu b’mod sodisfaċenti u
r-rata ta’ żbalji huwa baxx ħafna. Barra minn hekk,
it-tranżizzjoni sħiħa tal-akkwist elettroniku, kif imħabbar
fl-NRP tal-2013, tista' tikkontribwixxi wkoll sabiex itejbu l-amministrazzjoni
tal-fondi tal-UE. Is-sistema ġudizzjarja Is-sistema ġudizzjarja
ta’ Malta tidher li tbati minn nuqqasijiet. Sistema ġudizzjarja
effiċjenti hija element prinċipali ta’ ambjent li jiffavorixxi
n-negozju. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja[33] tal-UE tenfasizza
li ż-żmien meħtieġ biex jiġu riżolti
każijiet mhux kriminali, u b’mod partikolari, każijiet ċivili u
kummerċjali hija waħda mill-itwal fl-UE. L-għadd ta’
każijiet pendenti fil-qorti ġenerali huwa għoli u r-rata ta’
każijiet magħluqa hija baxxa, li jindika li jinqalgħu iktar
każijiet kull sena milli jiġu solvuti. Proċeduri twal ta’
insolvenza jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja. L-ineffiċjenza
fis-sistema ġudizzjarja tista' tfixxkel l-irkupru mgħaġġel
ta’ kollateral fi żminijiet ta’ stress ekonomiku, u b’hekk tirriżulta
f’telf dirett tal-bżonnijiet u rikapitalizzazzjoni fis-settur bankarju, u
li taffettwa deċiżjonijiet ta’ self ta' istituzzjonijiet finanzjarji.
Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba espożizzjoni għolja
tal-banek domestiċi għas-suq immobiljari f’forma ta’ kollateral.
Ir-rapport Doing Business tal-Bank Dinji jindika nuqqasijiet
fis-soluzzjoni ta’ proċeduri ta’ insolvenza, kif rifless f’irkupru baxx
ħafna ta’ valur tal-assi għall-kredituri u t-tul ta’ żmien ta'
proċeduri. Dan jidher ukoll li huwa r-riżultat ta’ falliment
ineffiċjenti tal-proċeduri ta’ liġi, fejn Malta hija
klassifikata l-aħħar fl-UE.[34]
L-awtoritajiet nedew riforma
ambizzjuża tas-sistema. Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2013
ħabbar it-tnedija ta' proċess ta’ riforma ġudizzjarja
komprensiva. Kummissjoni speċjalizzata ġiet maħtura biex twettaq
rieżami tas-sistema u tirrakkomanda miżuri ta’ politika. It-termini
tar-rieżami huma wesgħin u jinkludu, fost l-oħrajn,
ir-responsabilizzazzjoni tal-imħallfin, il-qrati ċivili, is-sistema
ta’ għajnuna legali, l-użu tat-teknoloġiji tal-informatika,
l-amministrazzjoni ta’ każijiet, mekkaniżmi ta’ soluzzjoni
alternattiva tat-tilwim u l-implimentazzjoni ta’ ġustizzja ta'
riparazzjoni. Il-pjanijiet ta’ politika huma rilevanti u ambizzjużi u
l-kredibbiltà tagħhom se tiddependi fuq li jirrispettaw l-iskeda
stabbilità, li biha l-Kummissjoni maħtura għandha tippreżenta
r-rakkomandazzjonijiet tagħha sal-aħħar ta’ Ġunju u
l-implimentazzjoni għandha tibda sa tmiem is-sena.
4.
Tabella ta’
deskrizzjoni ġenerali
Impenji għall-2012 || Valutazzjoni fil-qosor Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) CSR 1: Issaħħaħ l-istrateġija baġitarja fl-2012 permezz ta’ miżuri addizzjonali permanenti, sabiex tiżgura li jkun hemm progress adegwat lejn l-OTM u li żżomm id-defiċit taħt it-3 % tal-PDG mingħajr rikors lejn miżuri ta’ darba. Tkompli l-konsolidazzjoni fiskali b’pass xieraq, biex wara li jseħħ dan, sabiex tagħmel progress suffiċjenti lejn l-OTM, inkluż li tilħaq il-valur referenzjarju għan-nefqa, kif ukoll lejn konformità mal-valur referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn, billi tispeċifika l-miżuri konkreti bħala sostenn għall-miri tad-defiċit mill-2013, filwaqt li tkun lesta li tieħu miżuri addizzjonali f’każ ta’ nuqqasijiet. Timplimenta, sa tmiem l-2012 l-aktar tard, qafas fiskali multiannwali bbażat fuq ir-regoli u vinkolanti. Iżżid il-konformità fiskali u tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, u tnaqqas l-inċentivi fir-rigward tal-livelli tad-dejn fit-tassazzjoni korporattiva. || Is-CSR ma ġietx implimentata. Ir-riżultat tal-2012 kien agħar minn dak immirat u kien ogħla mit-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG, u dan jimplika devjazzjoni mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-għan fuq terminu medju ta’ żmien. Barra minn hekk, mhux il-miżuri kollha li jirfdu l-istrateġija mill-2013 'il quddiem huma mniżżla fil-programm. Il-programm jippjana ritmu ġeneralment xieraq ta’ aġġustament lejn l-għan fuq terminu medju u tnaqqis gradwali fil-proporzjon tad-dejn wara l-2014. B’kuntrast ma’ dan, il-projezzjoni tar-rebbiegħa tas-servizzi tal-Kummissjoni tbassar titjib marġinali biss fil-bilanċ strutturali u żieda kontinwa fil-proporzjon tad-dejn fl-2013-14. Ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta għar-riforma tal-qafas fiskali jew biex jiġi indirizzat il-preġudizzju tad-dejn fit-tassazzjoni koporattiva. Sar xi progress fiż-żieda tal-konformità tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, iżda riżultati konkreti għad iridu jimmaterjalizzaw ruħhom. CSR 2: Tieħu azzjoni, mingħajr iktar dewmien, biex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, inkluż b’żieda fl-età effettiva tal-irtirar, inkluż permezz ta’ aċċellerazzjoni sinifikanti taż-żieda progressiva fl-età statutorja tal-irtirar meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni preżenti u permezz ta’ rabta ċara bejn l-età statutorja tal-irtirar u l-istennija tal-għomor, u miżuri li jħeġġu t-tfaddil għal pensjoni privata. Tieħu miżuri sabiex iżżid il-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema iktar avvanzati fl-età fil-forza tax-xogħol u tiskoraġġixxi l-użu ta’ skemi ta’ rtirar kmieni. || Malta m'għamlet l-ebda progress fl-implimentazzjoni ta’ din is-CSR f’termini tar-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet. Sar biss progress limitat f’termini ta’ attirazzjoni ta' ħaddiema aktar anzjani fis-suq tax-xogħol. L-inċentivi fiskali li daħlu fis-seħħ, flimkien ma’ riforma tal-pensjoni attwali, għenu biex isaħħu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema akbar fl-età, għalkemm dan il-grupp ta’ età kbira għad għandu potenzjal ta’ tkabbir. Strateġija għall-anzjanità attiva għad trid tingħata. CSR 3: Tieħu passi sabiex tnaqqas ir-rata għolja ta’ tluq bikri mill-iskola. Iżżomm l-isforzi politiċi fis-sistema edukattiva biex tqabbel il-ħiliet mitluba mis-suq tax-xogħol. Ittejjeb il-provvista u l-affordabbiltà ta’ ċentri tal-kura tat-tfal u ta’ barra mill-iskola, bl-għan li jitnaqqas id-distakk bejn is-sessi fl-impjiegi. || Malta għamlet xi progress fl-implimentazzjoni din is-CSR. Il-miżuri kontra t-tluq bikri mill-iskejjel diġà fis-seħħ jidhru li huma fid-direzzjoni t-tajba, filwaqt li l-implimentazzjoni korretta tagħhom u l-evalwazzjoni tal-impatt tagħhom se tkun kruċjali. Madankollu, il-kwistjoni għadha qasam ta’ tħassib u l-kamp ta' applikazzjoni għal azzjoni ulterjuri jibqa’ hemm. Minħabba n-natura fit-tul ta’ bosta miżuri maħluqa biex jippromwovu t-tlaqqigħ tal-ħiliet, għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom, iżda l-prinċipji ġenerali jidhru li jmorru fid-direzzjoni t-tajba. Malta qiegħda wkoll b’mod pożittiv tindirizza l-kwistjoni ta’ faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u ta’ barra mill-iskola, għalkemm għad hemm lok għal titjib. CSR 4: Tieħu l-passi neċessarji ulterjuri biex tirriforma, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f’konformità mal-prattiki nazzjonali, is-sistema ta’ negozjar tal-pagi u l-indiċjar tal-pagi, sabiex dawn jirriflettu aħjar l-iżviluppi fil-produttività tal-ħaddiema, u tnaqqas l-impatt tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq l-indiċi. || Ma sar l-ebda progress dwar din is-CSR. CSR 5: Sabiex tonqos id-dipendenza ta’ Malta fuq iż-żejt impurtat, iżżid l-isforzi biex tippromwovi l-użu effiċjenti tal-enerġija u żżid il-proporzjon tal-enerġija ġġenerata minn sorsi rinnovabbli, billi timmonitorja bir-reqqa l-mekkaniżmi eżistenti ta’ inċentiv u tipprijoritizza t-tkomplija tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż billi tinbena konnessjoni tal-elettriku ma’ Sqallija. || Kien hemm progress limitat fl-implimentazzjoni ta’ din is-CSR. Fl-2012, Malta allokat fondi strutturali għal enerġija rinnovabbli biex tiffrankalhom fis-settur tat-trasport u l-iskart. Għalkemm dan iffoka fondi fuq il-produzzjoni tal-enerġija koperti mill-ETS u RES tal-mira ewlenija, ġegħelhom imorru lil hinn mill-indirizzar ta' setturi mhux tal-ETS fejn l-emissjonijiet qed jiżdiedu lil hinn mill-mira impenjata. Huwa mistenni li l-proġett tal-Interkonnettur se jkun implimentat sal-aħħar tal-2013, iżda dan ġie imdewwem qabel. Għalkemm Malta tista' tiffaċċja problemi fl-implimentazzjoni ta' xi proġetti tar-riħ, hemm ċertament kamp ta' applikazzjoni għall-promozzjoni ta' RES ieħor. Pereżempju spejjeż tal-elettriku minn PV għandhom ikunu baxxi minħabba li hemm ħafna radjazzjoni solari. Ukoll l-użu ta’ bijokarburanti importati jista’ jkun ikkunsidrat. Fi kwalunkwe każ Malta jeħtiġilha jkollha strateġija dwar kif għandha tissodisfa l-miri tagħha għall-enerġija rinnovabbli. CSR 6: Biex issaħħaħ is-settur bankarju, għandha tieħu miżuri biex tnaqqas ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-espożizzjoni kbir għas-suq immobiljari. Tieħu miżuri biex tkompli ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet f’każ ta’ telf minn indeboliment. || Malta għamlet xi progress fl-implimentazzjoni ta' din is-CSR. Iż-żewġ regolaturi nazzjonali, il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, bdew taħditiet dwar ir-riformi tal-Att Bankarju. Il-miżuri ppjanati huma rilevanti, iżda għadhom fl-istadju tal-abbozzar. Ewropa 2020 (miri nazzjonali u progress) Rata ta’ impjiegi fil-mira: || 63,1% (2012) – Malta qabżet il-mira modesta tal-2020 ta' 62,9%. Mira ta' R&Ż: 0,68% tal-PDG || 0,73% tal-PDG (2011) — Malta diġà qabżet il-mira modesta għall-2020 L-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra: Il-Mira Nazzjonali: żieda limitata sa + 5 % (meta mqabbla mal-emmissjonijiet tal-2005, l-emissjonijiet ETS li mhumiex koperti minn din il-mira nazzjonali) || Il-bidla fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra bejn l-2005 u l-2010: +10 % Skont l-aħħar projezzjonijiet nazzjonali sottomessi lill-Kummissjoni u filwaqt li jitqiesu l-miżuri eżistenti, huwa mistenni li l-mira mhux se tintlaħaq: + 33 % fl-2020 meta mqabbel mal-2005 (previżjoni ta’ lakuna ta’ 28 punt perċentwali meta mqabbla mal-mira). Il-mira tal-enerġija rinnovabbli 10 % Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-modi kollha tat-trasport: 10 % || Is-sehem mit-total tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija kien 0,4 % fl-2011 u 0,0 % fis-settur tat-trasport. (Sors: Eurostat. April 2013. Għall-2011, ilmenti ta' bijofjuwils rappurtati b'mod formali skont l-Artikolu 17 u 18 tad-Direttiva 2009/28/KE huma inklużi). Il-mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020: 22 % tal-mira ta’ ffrankar tal-enerġija jew 235.254toe sal-2020 (b’mira intermedjarja għall-2014 ta’ 15 % jew 144.876toe). Dan jimplika l-ilħuq ta' livell tal-2020 ta' konsum primarju ta' enerġija ta' 0.825 Mtoe u konsum final ta' enerġija ta' 0.493 Mtoe. || Malta stabbilixxiet mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija f’konformità mal-Artikoli 3 u 24 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (2012/27/UE) Madankollu, Malta tat kif meħtieġ, it-termini ta’ livell assolut ta’ konsum tal-enerġija primarja u finali fl-2020, u pprovdiet informazzjoni dwar il-bażi fuq liema d-dejta ġiet ikkalkulata. Mira tat-tluq bikri mill-iskola: il-mira ta' 29% kienet ibbażata fuq ċifri qodma u llum mhijiex tajba. Mira ġdida hija mistennija li tiġi stabbilita fix-xhur li ġejjin. || Dejta sħiħa skont il-klassifikazzjoni l-ġdida hija disponibbli biss wara l-2010 u għalhekk mhijiex komparabbli ma’ dejta sa 2009. Rata tat-tluq bikri mill-iskola: 22,6% fl-2012; 23,6 % fl-2011; 24,8 % fl-2010; Mira għall-edukazzjoni terzjarja: 33 % || Rata tal-edukazzjoni terzjarja: 21,5 % fl-2010; 21,4 % fl-2011; 22,4 % fl-2012; Sar progress limitat biex tintlaħaq il-mira. Mira tar-riskju ta’ faqar jew tal-esklużjoni soċjali: || 88,000 f’riskju (2011)
5.
Anness
Tabella I. Indikaturi Makroekonomiċi
Tabella II. Paragun tal-iżviluppi u l-previżjonijiet
makroekonomiċi
Tabella III. Kompożizzjoni tal-aġġustament
baġitarju
Tabella IV. Dinamika tad-dejn Tabella V. Indikaturi ta’ sostenibbiltà. Tabella VI. Indikaturi ta’ tassazzjoni Tabella VII. Indikaturi tas-suq tax-xogħol Tabella VIII: Indikaturi tas-suq tax-xogħol u dawk soċjali Tabella IX. Indikaturi tal-prestazzjoni fis-suq tal-prodotti u tal-politika Tabella X. Tkabbir Ekoloġiku [1]
COM(2012) 321 final tat-30 ta' Mejju 2012 [2]
ĠU C 219 tal-24 ta’ Lulju 2012 [3]
COM (2012) 750 finali [4]
COM (2012) 751 finali [5] 13-ir
reviżjoni fil-fond ġew ippubblikati fl-10 ta’ April 2013.
Filwaqt li magħżul għal reviżjoni fil-fond fl-AMR,
Ċipru kien fl-aħħar mill-aħħar mhux rivedut taħt
il-Proċedura għall-Iżbilanċ Makroekonomiku (MIP)
minħabba l-preparazzjonijiet avvanzati għal programm ta’ assistenza finanzjarja. [6] Manwel
Debono (2012), Malta, May 2012 – Undeclared Work Update, Malta European
Employment Observatory; http://www.eu-employment-observatory.net/resources/reports/UndeclaredWorkUpdate-Malta.pdf. [7]
Id-diskrepanza fl-impjiegi meta mqabbla mal-medja tal-UE hija
partikolarment kbira għan-nisa u għall-ħaddiema ikbar fl-età. [8] Il-programm
ma jidentifikax dawn il-punti bħala ta’ darba biss. Skont il-programm,
miżuri ta’ darba fl-2012 ammontaw għal 0,1% tal-PDG. [9] Fl-aħħar
ta’ Novembru 2012, il-gvern preċedenti ppreżenta l-abbozz
tal-baġit tal-2013 li naqas milli jirċievi l-approvazzjoni
parlamentari. F’April 2013, il-Gvern il-ġdid ippreżenta u
approva l-baġit tal-2013, li kien fil-biċċa l-kbira simili
għal dak li kien oriġinarjament ppreżentat f’Novembru 2012
u kien ibbażat fuq mira ta' żbilanċ għall-2012 ta’ 2,3%
tal-PDG, punt perċentwali 1 inqas mir-riżultat notifikat. [10] Fl-2014,
id-differenza fil-projezzjonijiet tat-tkabbir kienet marġinali imma
l-kompożizzjoni hija differenti, bil-programm li jassumi ritmu aħjar
għall-ħolqien tax-xogħol. [11] Bilanċ
nett aġġustat ċiklikament ta' miżuri ta’ darba u dawk
temporanji, ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq
il-bażi tat-tagħrif provdut fil-programm, permezz tal-użu
tal-metodoloġija komunament maqbula. [12]
Il-bilanċ tal-baġit tal-gvern aġġustat b’mod
ċikliku, nett ta’ miżuri ta’ darba u miżuri temporanji u
pagamenti ta’ interessi. Bilanċ primarju attwali jista’ jkun indikatur
qarrieqi peress li dan jirrifletti wkoll effetti temporanji tad-devjazzjonijiet
ċikliċi tar-riżultar mit-tendenza sottostanti tiegħu.
Il-bilanċ strutturali primarju jippermetti li wieħed jifred dawn
l-influwenzi temporanji ta’ differenza fil-produzzjoni fuq il-bilanċ
primarju tal-gvern u li jkun hemm stampa ċara tal-prestazzjoni
baġitarja. [13]
Skont ix-xenarji ta’ referenza tal-Grupp ta’ Ħidma dwar
it-Tixjiħ, kif ippubblikat fir-Rapport ta' Tixjiħ tal-2012,
disponibbli f'http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2012/2012-ageing-report_en.htm. [14]
Il-mortalità tat-trabi f’Malta hija ta’ 5.5 għal kull 1,000
twelid tal-ħajja (4,1 f’UE), rati ta’ mortalità maneġġabbli jew
evitabbli , jiġifieri dawk li jistgħu jiġu mnaqqsa
fil-preżenza ta’ kura f’waqtha u effettiva, huma għoljin f’sensiela
ta’ kawżi importanti ta’ mwiet (AMIEHS, 2011, http://amiehs.lshtm.ac.uk/). [15]
F’Malta, hemm madwar 71,2 tobba ġeneralisti għal kull
100,000 abitant (99,3 fl-UE) u s-sehem ta’ tobba ġenerali fost it-tobba
kollha huwa ta’ 21 % (31 % fl-UE). [16]
L-iskadenza legali għat-traspożizzjoni hija l-31 ta’
Diċembru 2013. Madankollu, il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern
tal-Istati Membri taż-żona tal-euro impenjaw ruħhom li
jittrasponu sal-aħħar tal-2012. [17]
Il-“fażi 1” tal-evalwazzjoni bejn il-pari mwettqa skont
il-Forum Globali tal-OECD dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni
fuq Għanijiet ta’ Taxxa. Aktar informazzjoni hija disponibbli http://www.oecd.org/countries/malta/peerreviewreportofmalta-phase1legalandregulatoryframework.htm
[18]
L-industrija tal-logħob remot timpjega madwar 4% tal-forza
tax-xogħol totali. Malta bħalissa teżenta dawn l-attivitajiet
mill-VAT. Madankollu, mill-2015, il-VAT għandha tiġi imposta fuq
il-bażi ta’ fejn ikun jinsab il-klijent li tista’ taffettwa l-attrazzjoni
ta’ Malta għall-industrija b’konsegwenzi potenzjalment negattivi
għall-ġbir tat-taxxa korporattiva u l-impjiegi. [19]
Skont il-metodoloġija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, dawn
huma l-banek li huma l-aktar rilevanti għal stabbiltà finanzjarja
domestika minħabba li n-negozju prinċipali tagħhom huwa
l-ġbir ta' depożiti tar-residenti u l-provvista ta' self lil
residenti. Dawn jammonta għal madwar 97% ta’ kull self tar-residenti u
96 % tad-depożiti tar-residenti kollha. [20]
Ara Central Bank of Malta, Financial Stability Report 2011,
September 2012. [21]
Il-Bord Konġunt għall-Istabbiltà Finanzjarja se
jikkonsisti f’żewġ membri mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u
l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta kull wieħed. Dan
għandu jkun presedut mid-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, li se
jkollu l-vot deċiżiv jekk l-erba’ Membri jonqsu milli jilħqu
ftehim dwar politika ta' rakkomandazzjoni. [22]
Filwaqt li l-Pilastru I jiffissa parametru ġenerali dwar
ir-rekwiżit għal adegwatezza tal-kapital rekwiżit, il-Pilastru
II jippermetti lis-superviżuri nazzjonali sabiex jindirizzaw iktar riskji
idjosinkratiċi. Inkluż riskju taħt il-Pilastru II li jagħti
lir-regolaturi nazzjonali firxa usa’ ta’ għodod biex jissorveljaw
il-livell ta' riskju ta' banek u li japplikaw ġudizzju prudenzjali jekk
ir-riskji huma meqjusa bħala għolja wisq. [23]
Ċifri dwar it-Tluq Bikri mill-Iskola huma taħt
analiżi mill-uffiċċju Malti tal-Istatistika u l-Eurostat
minħabba klassifikazzjoni ġdida ta’ ċerti kwalifiki fil-livell
sekondarju. Skont id-dejta l-ġdida, ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola
tal-2012 kienet madwar 10 punti perċentwali inqas mill-metodoloġija
l-antika. Fil-preżent, ċifri skont il-klassifikazzjoni l-ġdida
huma disponibbli biss wara l-2010 u għalhekk mhumiex komparabbli ma’ dawk
sa 2009. Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritajiet waslu biex jippreżentaw mira
ġdida għall-2020, abbażi tad-dejta l-ġdida. [24]
Iż-żieda hija mbassra li tiġi primarjament fin-numru
ta’ professjonisti u tekniċi. Fl-istess ħin, id-domanda għal
kwalifika baxxa tal-impjiegi, li attwalment tirrappreżenta sehem
ħafna ikbar fit-total f’Malta meta mqabbel mal-medja
għaż-żona tal-euro, huwa li jkun hemm tnaqqis ċar. [25]
Il-mira nazzjonali attwali tal-2020 ta’ 62,9% hija aktar baxxa
mill-projezzjoni tal-2020 ta’ 65,4% minn Grupp ta’ Ħidma dwar
it-Tixjiħ użata fir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2012. [26]
Ara wkoll Caruana, Kevin. Female Labour Market Participation in
Malta: A Lisbon Agenda Perspective, Bank of Valletta Review, No. 33, Spring
2006 [27]
Ir-rapport tal-EEA annwali tal-emissjonijiet tal-GHG u x-xejriet
fl-Unjoni Ewropea, 2012 [28]
Pjan ta’ ristrutturar ta' dejn għall-Enemalta, adottat
mill-awtoritajiet f’Diċembru 2012, jikkonċerna madwar nofs
id-dejn attwali tal-kumpanija (li, fi tmiem l-2010 u li jinkludi biss self
mill-bank u self ieħor, kien jammonta għal EUR 687 miljun, jew
EUR 836 miljun meta jiżdiedu wkoll miżuri relatati
mal-kummerċ u ammonti pagabbli oħrajn). Id-dejn tal-Enemalta jammonta
għal madwar 60% gross tad-dejn garantit mill-gvern. [29]
Spejjeż għoljin jirriflettu l-fatt li l-impjant
tal-enerġija ineffiċjenti ħafna tal-Marsa għadu qed
jintuża, lil hinn sew mill-ħajja ppjanat tiegħu, li jinolvi
multi għax qed jinqabżu l-limiti ambjentali. [30]
Bħala riżultat ta’ intervent mill-gvern, minkejja li huma
diġà għoljin meta mqabbla ma’ standards tal-UE għas-settur
korporattiv, it-tariffi tal-elettriku f’Malta ma jirriflettux għal kollox
l-ispejjeż. [31] Id-Direttiva
dwar l-Enerġija Rinnovabbli tippermetti l-użu ta’ mekkaniżmi
kooperattivi biex tinkiseb il-mira globali għall-enerġija
rinnovabbli. Dan il-prinċipju ma jistax japplika għall-kisba tal-mira
tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport. [32]
Il-politika ta’ koeżjoni: Ir-Rapport
strateġiku tal-2013 fuq il-programm ta' implimentazzjoni għal 2007-13
disponibbli f' http://ec.europa.eu/regional_policy/how/policy/doc/strategic_report/2013/strat_report_2013_mt.pdf
[33]
http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/files/justice_scoreboard_communication_en.pdf
[34] http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/business_dynamics_final_report_en.pdf