This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0096
COMMISSION STAFF WORKING PAPER EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying document to the Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending COUNCIL REGULATION (EC) No 207/2009 of 26 February 2009 on the Community trade mark and the Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL to approximate the laws of the Member States relating to trade marks (recast)
COMMISSION STAFF WORKING PAPER SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u l- Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (tfassil mill-ġdid)
COMMISSION STAFF WORKING PAPER SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u l- Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (tfassil mill-ġdid)
/* SWD/2013/096 final */
COMMISSION STAFF WORKING PAPER SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u l- Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (tfassil mill-ġdid) /* SWD/2013/096 final */
COMMISSION STAFF WORKING PAPER SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 207/2009
tas-26 ta' Frar 2009
dwar it-trade mark Komunitarja
u l-
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks
(tfassil mill-ġdid) 1. kuntest Fl-Ewropa, trade mark tista' tiġi rreġistrata
fuq livell nazzjonali fl-uffiċċji tal-proprjetà industrijali (PI) tal-Istati
Membri, jew f’livell tal-UE bħala trade mark Komunitarja (“CTM”) fl-Uffiċċju
għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) f’Alicante
(“UASI”). Mis-snin disgħin, meta nħoloq l-acquis
tat-trade mark, la d-Direttiva dwar it-TM u lanqas ir-Regolament tas-CTM ma ġew
soġġetti għal tibdil prinċipali. L-ambjent
tan-negozju, madanakollu, inbidel b’mod sinifikanti matul dawn l-aħħar żewġ
deċennji. 2. Definizzjoni tal-problema Iż-żewġ problemi ewlenin identifikati
jirrigwardaw l-ewwel id-disposizzjonijiet diverġenti tal-qafas regolatorju
eżistenti u, it-tieni, il-livell baxx ta’ kooperazzjoni bejn l-uffiċċji
tat-trade marks. L-ewwel nett, id-Direttiva ma tkoprix
l-aspetti proċedurali, il-livell ta’ armonizzazzjoni dwar il-liġi sostantiva
(inklużi dispożizzjonijiet li mhumiex obbligatorji) ma jkunx biżżejjed, u hemm
biss bażi legali b’mod vag għall-kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji
nazzjonali tal-PI fir-Regolament tas-CTM. It-tieni, sabiex tintlaħaq u tkun żgurata
l-kumplimentarjetà u l-interoperabbiltà bejn is-CTM u s-sistemi nazzjonali,
l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (UASI) u l-uffiċċji nazzjonali
tal-PI għandhom jikkooperaw mill-qrib. Madankollu, minbarra n-nuqqas ta' bażi legali ċara, hemm żewġ elementi
oħra li jxekklu l-kooperazzjoni. Dawn
l-elementi huma faċilitajiet tekniċi insuffiċjenti (it-tagħmir tal-IT)
tal-uffiċċji nazzjonali, u l-fatt li m’għandhomx ir-riżorsi finanzjarji
meħtieġa biex jiżviluppaw, jibdew u jmexxu, fuq perjodu fit-tul, għodod komuni,
eż. bażijiet ta’ dejta għat-trade marks konġunti b’faċilitajiet ta’ tiftix
onlajn. Il-problemi msemmija hawn fuq għandhom
sensiela ta’ konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-industrija. Dawn in-nuqqasijiet mhux biss jillimitaw
l-aċċessibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni tat-trade marks, jinvolvu ħafna
inċertezza legali, u jixħtu r-relazzjoni komplimentarja bejn is-CTM u s-sistemi
nazzjonali f’riskju, iżda wkoll jgħawwġu l-kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji,
b’konsegwenzi negattivi ulterjuri fuq il-kompetittività tal-UE. Mingħajr bidliet xierqa, il-kundizzjonijiet
attwali, li mhumiex tal-aħjar livell għan-negozji Ewropej u
għall-kumplimentarjetà sottożviluppata bejn is-sistemi tat-trade marks aktarx li
se jmorru għall-agħar. Kien hemm xi tentattivi promettenti biex
jinstabu soluzzjonijiet prattiċi għal faċilità tal-kooperazzjoni bejn l-UASI u
l-uffiċċji nazzjonali tal-PI, notevolment fil-kuntest tal-Fond ta'
Kooperazzjoni tal-UASI. Madankollu,
din l-esperjenza żvelat in-nuqqasijiet ċari tal-qafas attwali
għall-kooperazzjoni, u wriet il-limiti tal-kooperazzjoni msejsa fuq
arranġamenti volontarji. Għalhekk, minkejja inizjattivi ta’
kooperazzjoni eżistenti, il-benefiċċji sostenibbli mhumiex żgurati, u l-benefiċċji
tal-inizjattivi eżistenti ta’ kooperazzjoni se joħolqu kostijiet jekk
is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi. B’riżultat ta’ dan, l-uffiċji l-oħra tal-PI
jaqgħu lura f’termini ta’ effiċjenza, inqas ma dawn isiru attraenti vis-à-vis
s-sistema tas-CTM, bir-riskju li s-sidien tat-trade marks jieqfu għal kollox
milli jużawhom, u jagħżlu CTM minflok. Fuq medda twila ta’ żmien, dan jista’ jhedded il-vijabilità tas-sistemi
nazzjonali, kuntrarju għall-għan ta’ preservazzjoni tat-trade marks nazzjonali
flimkien mas-CTMs f’sistema ta’ koeżistenza armonjuża u kumplimentari. 3. Sussidjarjetà L-Artikolu 118(1) tat-TFUE jippermetti
l-istabbiliment ta’ miżuri għall-ħolqien ta’ drittijiet tal-PI unitarji biex
jipprovdu protezzjoni madwar l-UE, inkluż l-istabbiliment ta' awtorizzazzjoni,
koordinazzjoni u arranġamenti ta’ superviżjoni ċentralizzati għall-Unjoni
kollha. L-adozzjoni ta’ miżuri
għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b’Regolament
jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom
l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, hija prevista
bl-Artikolu 114 tat-TFUE. Is-CTM hija titolu awtonomu tal-proprjetà
intellettwali fl-UE. Il-leġiżlatur
tal-UE biss huwa intitolat li jagħmel il-modifiki meħtieġa għar-Regolament
sabiex itejjeb u jissimplifika s-sistema tas-CTM. L-istess japplika għall-emendi meħtieġa tad-dispożizzjonijiet
korrispondenti li huma diġà parti mid-Direttiva dwar it-TM. Barra minn hekk, peress li l-problemi
identifikati ma jippermettux kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji tal-UE
(b’aktar konsegwenzi negattivi fuq il-kompetittività tagħhom), huwa
rakkomandabbli li jiġu adottati miżuri li jistgħu jtejbu l-funzjonament tas-Suq
Intern. Dawn il-miżuri, li jimmiraw
lejn l-estensjoni tal-livell attwali ta’ approssimazzjoni permezz tad-Direttiva
dwar it-TM, jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-UE, speċjalment minħabba
l-bżonn li tiġi żgurata koerenza mas-sistema tas-CTM. Fl-aħħar nett, billi l-UASI huwa aġenzija
regolatorja tal-UE, soluzzjoni għall-kundizzjonijiet tal-qafas sfavorevoli li
jfixklu l-kooperazzjoni effettiva mal-uffiċċji nazzjonali jistgħu wkoll
jinstabu biss fil-livell tal-UE. 4. Għanijiet L-għan ġenerali tal-analiżi huwa li tiġi
mmodernizzata s-sistema tat-trade mark fl-Ewropa, biex b'hekk tissaħħaħ
il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE permezz tat-titjib tal-aċċessibbità
tas-sistemi ta’ TM (kostijiet imnaqqsa; żieda fil-veloċità u l-prevedibbiltà), tingħata ċertezza legali
għan-negozji kollha fl-UE, u tkun żgurata l-koeżistenza u l-komplementarjetà
bejn l-UE u s-sistemi nazzjonali. L-għanijiet speċifiċi huma li tiżdied
il-konverġenza tad-Direttiva tat-TM mar-Regolament tas-CTM, u li jiżdied
il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali tal-PI. Fl-aħħar nett, l-għanijiet operazzjonali huma
li tinkiseb aktar approssimazzjoni tal-proċeduri tat-trade mark u ta’
kwistjonijiet sostantivi, li jkun ipprovdut inċentiv regolatorju xieraq
għall-kooperazzjoni, li tinbena l-kapaċità ta’ kooperazzjoni teknika fil-livell
nazzjonali tal-uffiċċji tat-TM, u li jiġi żgurat finanzjament fit-tul għal
attivitajiet ta’ kooperazzjoni. 5. Analiżi u tqabbil ta’ għażliet ta’
politika u l-impatti tagħhom Kienu kkunsidrati għażliet ta’ politika għal
kull wieħed mill-għanijiet operazzjonali u mkejla skont il-kriterji
tal-effikaċja (l-ilħuq tal-għanijiet) u l-effiċjenza (il-ħin meħtieġ, in-nefqa
totali u l-proporzjonalità). 5.1. L-approssimazzjoni
tal-liġijiet u proċeduri dwar it-trade marks Għażla 1 (ta’
xenarju bażi): Ma jkunx hemm aktar
armonizzazzjoni, minkejja l-ħtieġa apparenti għal aktar allinjament fil-qafas
legali eteroġenju. Għażla 2
(approssimazzjoni parzjali): L-approssimazzjoni
tal-liġijiet nazzjonali u l-koerenza tagħhom mas-sistema tas-CTM tiġi estiża
biex tiġbor (i) l-allinjament tar-regoli proċedurali prinċipali mar-Regolament
tas-CTM, (ii) l-allinjament ta’ aktar aspetti tal-liġi sostantivi indirizzati
fir-Regolament tas-CTM, u (iii) it-tnaqqis ta’ disposizzjonijiet mhux
obbligatorji fid-Direttiva tat-TM, f’konformità mar-Regolament tas-CTM. Jitqies li dan l-eżerċizzju ta’ allinjament
limitat ikun fattibbli għall-Istati Membri u jista’ jsir f’perjodu ta’ żmien
raġonevoli. Billi l-kisba
tal-għanijiet identifikati tkun inċerta ħafna, jekk l-approssimazzjoni
titwettaq fuq bażi volontarja (subalternattiva 2a), jidher xieraq li
l-armonizzazzjoni ssir minn strument legalment vinkolanti
(is-subalternattiva 2b). Għażla 3
(approssimizzazzjoni totali): L-approssimazzjoni
tkun ibbażata fuq l-Għażla 2 iżda tinkludi l-aspetti kollha li jibqgħu ta’
liġi u proċeduri sostantivi dwar it-trade marks. L-approssimazzjoni tkun jew volontarja (3a) jew obbligatorja (3b). Madankollu, l-analiżi tal-problemi eżistenti ma
wrietx ħtieġa ċara għal approssimazzjoni ta’ skala sħiħa tad-dispożizzjonijiet
kollha tat-trade marks. Barra minn
hekk, l-Istati Membri ma jidhrux li huma lesti għal ċaqlieqa daqstant
estensiva. B’riżultat ta’ dan,
l-Għażla 3 tkun sproporzjonata għall-ħtiġijiet attwali u l-fattibbilltà
politika tagħha tkun inċerta ferm. Għażla 4
(ġabra unika ta’ regoli): Il-liġijiet
nazzjonali dwar it-trade marks jkunu mibdula kompletament minn ġabra unika ta’
regoli li tistabbilixxi regoli uniformi madwar l-UE. Bħala riżultat, l-uffiċċji nazzjonali kollha jkunu japplikaw
dispożizzjonijiet identiċi. Madankollu,
anki aktar mill-Għażla 3, din l-għażla tkun sproporzjonata b’mod ċar u
għandha tiġi skartata mill-ewwel. Objettiv 1 — l-approssimazzjoni tal-liġijiet dwar it-trade marks[1] || || Effikaċja || Effiċjenza || Totali Approssimazzjoni akbar tal-liġijiet u l-proċeduri dwar it-TM || Żmien meħtieġ || Kost totali || Proproporzjo nalità 1. Linja bażi || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 2. Approssimazzjoni parzjali || || || || || 2a. Volontarja || ? || -- || - || + || - 2b. Obbligatorja || ++ || + || - || + || ++ 3. Approssimizzazzjoni totali || || || || || 3a. Volontarja || ? || -- || -- || - || - 3b. Obbligatorja || ++ || -- || -- || -- || +/- 4. Ġabra unika ta’ regoli || ++ || -- || -- || -- || +/- L-Għażla selezzjonata 2b mistennija li
jkollha effett pożittiv kbir fuq l-utenti kollha tas-sistema tat-trade marks,
speċjalment l-SMEs. Fuq perjodu
fit-tul, din għandha tikontribwixxi biex titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja
tal-proċeduri fl-uffiċċji nazzjonali tal-PI u eventwalment twassal għal
iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż. Fl-aħħar
nett, ikun ta’ benefiċċju ċar għall-UASI, fid-dawl tal-idea li s-sistema
tas-CTM tittieħed bħala punt ta’ riferiment, u għall-kompitu tal-Uffiċċju ta’
appoġġ u ta’ koordinazzjoni tal-isforzi fil-konverġenza tal-prassi u l-għodod
mal-uffiċċji nazzjonali. Barra minn
hekk, waħda mill-miżuri ta’ armonizzazzjoni prijoritarji, l-introduzzjoni
tas-sistema “one-class-per-fee”, (klassi għal kull tariffa) se tkun
akkumpanjata minn aġġustament xieraq tal-applikazzjoni tas-CTM, minn tariffa
ta’ tiġdid u tariffi għal klassijiet, li addizzjonalment se jibbenefikaw minnu
l-utenti. 5.2. Bażi
legali ċara nieqsa għall-kooperazzjoni Għażla 1 (ta’
xenarju bażi): L-ebda bażi legali
speċifika għall-kooperazzjoni ma tkun ipprovduta. Għażla 2: Tiġi stabbilita bażi legali ċara li tippermetti lill-UASI u
lill-uffiċċji nazzjonali li jikkooperaw (kooperazzjoni fakultattiva) bl-għan li
jiġu armonizzati l-prattiki u li jiġu żviluppati għodod u bażijiet ta’ dejta
komuni. Fid-dawl tan-natura mhux
obbligatorja tagħha, wieħed ma jistax jippretendi li l-uffiċċji kollha jieħdu
sehem. Għażla 3: L-uffiċċji nazzjonali u l-UASI ikunu obbligati li
jikkooperaw (kooperazzjoni obbligatorja). L-għanijiet ta’ kooperazzjoni jkunu speċifikati b’mod ċar biex
jippermettu l-monitoraġġ tal-ksib tagħhom. Bħala riżultat, is-sehem tal-uffiċċji kollha jkun żgurat u jkun eħfef
għalihom biex jiġġustifikaw, lill-awtoritajiet baġitarji tagħhom,
l-allokazzjoni ta’ riżorsi għal proġetti komuni ma’ uffiċji oħra tal-PI, u
aktar faċli għall-UASI li jivvalida internament in-nefqa tiegħu fuq
l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Objettiv 2 - l-istabbiliment ta' bażi legali xierqa
għall-kooperazzjoni || || Effikaċja || Effiċjenza || Totali Inċentiv akbar għal kooperazzjoni || Żmien meħtieġ || Kost totali || Proporzjo nalità 1. Linja bażi || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 2. Bażi legali għal kooperazzjoni fakultattiva || ? || + || + || ? || ? 3. Bażi legali għal kooperazzjoni obbligatorja || ++ || + || + || + || + L-Għażla 3 selezzjonata tiżgura s-sehem
sħiħ fil-proċess ta’ prattiki konverġenti u fl-iżvilupp ta’ għodod komuni, u
għalhekk tissodisfa l-aspettattivi tal-utenti. Għall-uffiċċji nazzjonali, l-għażla selezzjonata tkun twassal
għal kisbiet sinifikanti fl-effiċjenza u fl-ispiża fuq perjodu medju sa perjodu
fit-tul. L-uffiċċji nazzjonali jkunu
kapaċi jibnu fuq l-esperjenza miksuba fil-kuntest tal-Fond ta’ Kooperazzjoni
tal-UASI , u jiżviluppaw aktar il-qafas eżistenti li jkun jiffaċilita
tranżizzjoni bla problemi. L-UASI
wera biċ-ċar il-kapaċità tiegħu biex jittratta b’mod effettiv u fi żmien qasir
ma’ proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala kbira bħal dawn u jkun jista’ wkoll
jikseb benefiċċji minn proġetti komuni. 5.3. Il-bini
tal-kapaċità ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta' faċilitajiet tekniċi Għażla 1: Tħalli f’idejn kull uffiċċju PI biex jakkwista
u jiżviluppa l-faċilitajiet meħtieġa. Għażla 2: Tagħmilha possibbli li l-faċilitajiet u l-għodod meħtieġa jkunu
aċċessibbli lill-Uffiċji tal-PI f’qafas ta’ kooperazzjoni volontarja. Għażla 3: Tkun tiżgura li l-faċilitajiet meħtieġa jkunu aċċessibbli permezz ta’
qafas ta’ kooperazzjoni obbligatorju. Din l-għażla biss tiggarantixxi li l-uffiċċji kollha jibbenefikaw u
jimpenjaw ruħhom għall-iżvilupp ta’ għodod u ta’ bażijiet ta' dejta komuni. Objettiv 3 - il-bini ta’ kapaċità teknika fl-uffiċċji nazzjonali
tal-PI || || Effikaċja || Effiċjenza || Totali Sigurtà akbar għall-ksib tal-faċilitajiet || Żmien meħtieġ || Kost totali || Proporzjo nalità 1. Linja bażi || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 2. Aċċess għal għodda fakultattiv || ? || ? || + || + || ? 3. Aċċess għal għodda mandatorju || ++ || + || + || + || + Skont l-għażla 3 li saret, l-utenti
jistgħu jiġu mistennija li jaffaċċaw soluzzjonijiet tal-IT konverġenti u
teknoloġikament aġġornati. Dan se
jirriżulta f’żieda fl-aċċessibbiltà, iktar effiċjenza u spejjeż imnaqqsa. L-Uffiċji tal-PI
jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa bis-saħħa tat-titjib fl-aċċess
għall-iżvilupp fl-IT. Mill-għażla
magħżula jibbenefika ukoll l-UASI. 5.4. Il-bini
ta’ kapaċità ta’ kooperazzjoni rigward il-finanzjament 5.4.1. Finanzjament
b’mod ġenerali Għażla 1: Kull uffiċċju tal-PI u l-UASI jġorru l-kostijiet
kollha tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom. Dan jimpedixxi lill-Istati Membri milli jieħdu sehem fi skemi ta’
kooperazzjoni, u, għalhekk, din l-għażla ma tasalx għall-kisba tal-għan
identifikat. Għażla 2: L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Madankollu, ikun improbabbli ħafna li tista’ tkun
disponibbli kontribuzzjoni sostanzjali mill-baġit tal-UE meta wieħed iqis
ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. Għażla 3: Il-finanzjament ikun mill-baġit tal-UASI, bl-użu
ta’ parti mid-dħul annwali tal-UASI. Ikun identifikat mekkaniżmu ta’ finanzjament xieraq, inkluż mekkaniżmi ta’
kontroll li jiggarantixxu li l-fondi jintużaw biss għal skopijiet speċifiċi
identifikati, u suġġetti għall-kriterji ta' konformità. L-UASI akkumula bilanċ pożittiv sostanzjali li huwa diġà użat
parzjalment għal proġetti tal-Fond ta’ Kooperazzjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati baġitarji annwali tal-UASI dejjem jaqbżu
n-nefqa operazzjonali tal-Uffiċċju. Għalhekk,
l-attivitajiet il-ġodda ta’ kooperazzjoni jistgħu jew jiġu ffinanzjati minn
introjtu annwali u/jew minn bilanċ pożittiv eżistenti, u b’hekk tkun żgurata
d-disponibbiltà ta’ finanzi suffiċjenti. Il-kost ta’ attivitajiet ta’
kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali jkun jammonta minn
EUR 17-il miljun sa EUR 20 miljun fis-sena, li jikkorrispondu għal
madwar 10 % tal-introjtu operazzjonali tal-UASI. Il-previżjonijiet
tal-baġit juru li l-għażla 3 ma tkunx tikkawża żbilanċ fil-baġit tal-UASI. Objettiv 4 —
L-iżgurar ta’ finanzjament fit-tul Għażliet || Kriterji ta’ valutazzjoni Żgurar ta’ finanzjament fit-tul || Effikaċja (ilħuq tal-objettivi) || Effiċjenza || Evalwazzjoni ġenerali Sigurtà akbar ta’ finanzjament || Żmien meħtieġ || Kost totali 1. Finanzjament mill-SM || 0 || 0 || 0 || 0 2. Finanzjament mill-baġit tal-UE || ? || ? || 0 || - 3. Finanzjament mill-baġit tal-UASI || ++ || ++ || 0 || ++ 5.4.2. Finanzjament
mill-baġit tal-UASI — il-mekkaniżmu ta’ finanzjament Ir-rapport janalizza żewġ mudelli possibbli
ta’ finanzjament: finanzjament
permezz ta’ somom f’daqqa fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ allokazzjoni miftiehma
(3.1a) u finanzjament stimulat mill-proġetti bbażat fuq għotjiet (3.2a). Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, ir-rapport sab li
l-għażla tal-aħħar tkun aktar adattata biex jinkisbu l-għanijiet identifikati. l-użu tal-baġit
tal-UASI — il-mekkaniżmu ta’ finanzjament L-għażliet marbuta mal-finanzjament mill-baġit tal-UASI Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament || Effikaċja:(objettiv l-iżgurar ta’ finanzjament fit-tul) || Effiċjenza || Valutazzjoni ġenerali Il-preċiżjoni tal-finanzjament || Il-kumplessità u t-trasparenza 1a. Somom f’daqqa bbażati fuq l-allokazzjoni || +/- || - || - || - 2a. Finanzjament stimulat mill-proġetti bbażat fuq l-għotjiet || ++ || ++ || + || ++ 5.4.3. Finanzjament
mill-baġit tal-UASI — sors ta’ finanzjament Wara analiżi tal-għażliet, b’mod partikolari
l-iffinanzjar mill-baġit operattiv tal-UASI (3.1b), minn introjtu speċifiku
tal-UASI (3.2b) u bl-użu ulterjuri tar-riżerva finanzjarja akkumulata (3.3b),
jidher tabilħaqq xieraq li l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni jiġu ffinanzjati
mill-introjtu annwali tal-UASI b’mod ġenerali. L-użu tal-baġit
tal-UASI — sors ta’ finanzjament L-għażliet marbuta mal-finanzjament mill-baġit tal-UASI Sors ta’ finanzjament || Effikaċja:(objettiv: l-iżgurar ta’ finanzjament fit-tul) || Effiċjenza || Valutazzjoni ġenerali Preċiżjoni tal-finanzjament || Rilevanza (sors vs. l-għan) || Riskju għall-baġit tal-UASI 1b. Finanzjament mill-baġit operattiv || ++ || + || 0 || +/- || + 2b. Finanzjament minn introjtu speċifiku (tariffi ta’ tiġdid) || ++ || - || - || 0 || 0 3b. L-użu tas-surplus (żieda fl-allokazzjoni lill-Fond ta’ Kooperazzjoni) || -- || + || 0 || 0 || - 5.4.4. Impatti
tal-għażla magħżula L-utenti jibbenefikaw b’mod ċar
mir-riżultati tal-iskema l-ġdida ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda impatt fuqhom minħabba l-użu
tal-baġit tal-UASI biex jiffinanzja proġetti komuni flimkien mal-uffiċċji
nazzjonali tal-PI. Il-fatt li
jiġu pprovduti fondi suffiċjenti biex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’
kooperazzjoni jkun jippermetti lill-uffiċċji nazzjonali tal-PI li jieħdu sehem
u jimpenjaw ruħhom għal proġetti ta’ kooperazzjoni komuni fuq bażi fit-tul. Il-finanzjament tal-attivitajiet ta’
kooperazzjoni mill-UASI ikollu impatt sinifikanti fuq il-baġit tiegħu. Jista’ jiġi konkluż li l-baġit tal-UASI jkun
jista’ jieħu n-nefqa addizzjonali relatata mal-finanzjament ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni
mal-uffiċċji nazzjonali mir-riżultati operazzjonali annwali tiegħu, filwaqt li
jitqies l-impatt tal-aġġustament tat-tariffi tal-UASI minħabba l-introduzzjoni
tas-sistema “one-class-per-fee”(klassi għal kull tariffa).
Għaldaqstant, l-għażla magħżula ma tikkawżax żbilanċ
fil-baġit tal-UASI. 6. Monitoraġġ u Evalwazzjoni Tliet snin wara l-iskadenza tad-data
tal-għeluq tat-traspożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw
lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda
tad-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ dawn
l-inputs, il-Kummissjoni tista’ tfassal rapport, inkluża evalwazzjoni
tal-effettività tal-miżuri meħuda. Barra
minn hekk, l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati mill-baġit tal-UASI
jkunu kontrollati u monitorjati f’konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli
għall-Uffiċċju, notevolment fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti. Il-progress f’termini ta’ konverġenza
tal-prattiki u tal-għodod jista’ jitkejjel kull sena, fuq il-bażi ta’ rapporti
sommarji tal-UASI. Ħames snin wara
d-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament tas-CTM (u, jekk ikun japplika, anki
tad-Direttiva tat-TM), il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-qafas legali
l-ġdid għall-kooperazzjoni, b’attenzjoni partikolari fuq il-mekkaniżmu ta’
finanzjament għall-kooperazzjoni. L-analiżi
għandha tkun ibbażata fuq rapporti sommarji annwali mħejja mill-UASI. [1] Sistema ta’ punteġġ: effett pożittiv: minn kemmxejn pożittiv (+) sa pożittiv ħafna (++);
effett negattiv: minn kemmxejn negattiv (−) għal negattiv ħafna (--); Riżultat inċert: (?); l-ebda impatt: 0.