Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0942

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward l-emenda tal-Anness XII mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-lista ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern)

/* COM/2013/0942 final - 2013/0450 (NLE) */

52013PC0942

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward l-emenda tal-Anness XII mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-lista ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern) /* COM/2013/0942 final - 2013/0450 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra ("Ftehim ta' Assoċjazzjoni"), kien iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002.

L-Anness XII tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jistabbilixxi l-lista tal-entitajiet pubbliċi Ċileni koperti mill-impenji dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern.

Ir-Repubblika taċ-Ċilì tipproponi biex jiġi modifikat l-Anness XII. Il-proposta tikkonsisti fis-simplifikazzjoni tal-lista tal-entitajiet pubbliċi elenkati taħt kull Ministeru fl-Appendiċi 1A billi tinbidel bi klawżola omnikomprensiva li tiżgura li l-entitajiet kollha subordinati mal-Ministeri elenkati jiġu koperti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċileni jipproponu klawżola omnikomprensiva għall-entitajiet kollha fuq livell sottoċentrali (muniċipalitajiet) fl-Appendiċi 2A.

L-emenda ssuġġerita telimina l-bżonn għal bidliet futuri għall-Anness jekk jinbidlu l-entitajiet (jiġifieri fil-każ li jiġu maħluqa, magħquda jew soppressi servizzi, reġjuni, provinċji jew komuni dipendenti addizzjonali oħra). Barra minn hekk, billi l-kopertura taċ-Ċili fit-Titolu IV tal-Parti IV dwar l-Akkwisti tal-Gvern tibqa' l-istess, il-Kummissjoni Ewropea tikkonsidra din il-bidla bħala ta' natura purament formali u l-ebda aġġustament ta' kumpens mhu ġustifikat skont l-Artikolu 159(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Għall-kuntrarju, jintroduċi titjib raġonevoli għall-istruttura tal-Ftehim.

L-Appendiċi 1B u l-Appendiċi 2B tal-Anness XII, li jirreferu għall-kopertura tal-entitajiet ċentrali u sottoċentrali l-oħra kollha li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali, jibqgħu l-istess.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Mhux rilevanti billi din il-proposta, li formalment temenda l-Anness XII, ma tintroduċix kambjament fil-kamp ta' applikazzjoni.

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-Kunsill huwa mitlub biex jadotta pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjonidwar iċ-Cilì u l-Unjoni Ewropea li jemenda l-lista ta' entitajiet Ċileni li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

L-Artikolu 159 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jbassar il-possibbiltà li tiġi rettifikata l-kopertura tat-Titolu dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern u l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni huwa mogħti s-setgħa li tittieħed din id-deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Anness XII skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Il-proposta taqa' fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

2013/0450 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward l-emenda tal-Anness XII mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-lista ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra[1] ("Ftehim ta' Assoċjazzjoni"), kien iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002.

(2)       L-Anness XII mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprovdi lista ta' entitajiet fir-Repubblika taċ-Ċilì li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-gvern tat-Titolu IV tal-Parti IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

(3)       Ir-Repubblika taċ-Ċilì nnotifikat lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tagħha li timmodofika l-Anness XII fl-10 ta' Frar 2012 (b'informazzjoni addizzjonali notifikata fit-18 ta' Ottubru 2012). Wara din in-notifika, u skont l-Artikolu 159(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, il-Partijiet ikkunsidraw li mhuwiex xieraq li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jieħu deċiżjoni biex jimmodifika l-Anness rilevanti biex jirrifletti l-modifika notifikata mir-Repubblika taċ-Ċilì.

(4)       Il-modifika tikkonsisti f'(a) is-simplifikazzjoni tal-lista ta' entitajiet pubbliċi elenkati taħt kull Ministeru fl-Appendiċi 1A tal-Anness XII billi tiġi mibdula bi klawżola omnikomprensiva li tiżgura li l-entitajiet kollha subordinati mal-Ministeri elenkati huma koperti, u (b) l-introduzzjoni ta' klawżola omnikomprensiva għall-entitajiet kollha fuq livell sottoċentrali fl-Apendiċi 2 A.

(5)       Il-pożizzjoni li tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċazzjoni UE-Ċilì għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni anness,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni rigward l-emenda tal-Anness XII li jistabbilixxi l-lista ta' entitajiet Ċileni li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet stipulati bit-Titolu dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE, li temenda l-lista ta' entitajiet Ċileni li jakkwistaw skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu IV tal-Parti IV dwar Akkwist Pubbliku mill-Gvern, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan il-Kumitat annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAL-LAT TAD-DĦUL

1.           ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì rigward l-emenda tal-Anness XII mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li tistabbilixxi l-lista ta' entitajiet Ċileni li jipprovdu skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti IV (l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern).

2.           LINJI BAĠITARJI:

Kapitolu u Artikolu

Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata:

3.           IMPATT FINANZJARJU:

X         Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

¨         Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(EUR miljuni sa punt wieħed deċimali)

|| ||

Linja baġitarja || Dħul[2] || Perjodu ta’ sena, li jibda f’jj/xx/ssss || [Sena n]

Artikolu 120 || L-impatt fuq ir-riżorsi proprji || ||

Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

|| [n+1] || [n+2] || [n+3] || [n+4] || [n+5]

|| || || || ||

[1]               ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

[2]               Fir-rigward ta' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji tad-dwana) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tneħħija ta' 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir

Top