This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0778
Recommendation for a COUNCIL DECISION on the approval of the conclusion by the Commission, on behalf of the European Atomic Energy Community, of a Protocol to the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
/* COM/2013/0778 final */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0778 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fl-24 ta’ Settembru 2012
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja,
mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex tikkonkludi Protokoll
mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-ex
Repubblika tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, sabiex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Dawn in-negozjati bdew fit-18 ta'
Diċembru 2012 wara konsultazzjonijiet tekniċi mal- ex-Repubblika
Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-kwistjoni. Aktar ċikli ta' negozjati
saru fil-25 ta' Jannar u fl-10 ta' April 2013. Il-Gvern tal- ex Repubblika
Jugoslava tal-Maċedonja kkonferma l-qbil tiegħu mal-protokoll fil-25
ta' Ottubru 2013. Il-Protokoll huwa aġġornat biex jirrifletti
t-Tariffa Doganali tal-UE għall-2013 u l-abolizzjoni gradwali tad-dazji
taħt l-FSA. It-test tal-Protokoll hu mehmuż.. Il-Kummissjoni tipproponi li
l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-Komunità Ewropea
għall-Enerġija Atomika (KEEA) hija wkoll parti għall-Ftehim ta’
Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għall-konklużjoni
tal-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu,
skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi
l-KEEA. F'konformità
mal-Artikolu 101 tat-Trattat tal-KEEA, id-deċiżjoni li jiġi
ffirmat il-Ftehim tiġi adottata mill-Kummissjoni u d-deċiżjoni
li jiġi konkluż il-ftehim tiġi adottata mill-Kummissjoni
bl-approvazzjoni tal-Kunsill. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu
adottati deċiżjonijiet separati għall-iffirmar u
l-konklużjoni tal-Protokoll mill-UE u mill-KEEA. Għall-konklużjoni
tal-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill: –
jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni
mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex
Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari
t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni, Billi: (1)
Fl-24 ta’ Settembru 2012 il-Kunsill
awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-ex Repubblika Jugoslava
tal-Maċedonja sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta'
Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u l-ex Repubblika Jugoslava
tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. (2)
Dawn in-negozjati tlestew b’suċċess. (3)
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni,
tal-Protokoll għandha tiġi approvata f'dak li għandu x’jaqsam
ma’ kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Komunità
Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. (4)
L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma
soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta’
kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem
il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll
għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex
Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
("il-Protokol") hija b'dan approvata. It-test tal-Protokol huwa mehmuż
mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa
l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni
Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President