This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0732
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council on the adoption of the Regulation (EU) No .../2013 of the European Parliament and of the Council on the common organisation of the markets in fishery and aquaculture products, amending Council Regulations (EC) No 1184/2006 and (EC) No 1224/2009 and repealing Council Regulation (EC) No 104/2000
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
/* COM/2013/0732 final - 2011/0194 (COD) */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 /* COM/2013/0732 final - 2011/0194 (COD) */
2011/0194 (COD) KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar
l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura,
li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009
u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 1. Sfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2011) 416 finali – 2011/0194(COD): || it-13 ta' Lulju 2011. Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || it-28 ta' Marzu 2012. Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: || l-4 ta' Mejju 2012. Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || it-12 ta' Settembru 2012. Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: || . Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || is-17 ta' Ottubru 2013. 2. Objettiv tal-proposta
tal-Kummissjoni L-għan ta'
din il-proposta huwa li tikkontribwixxi għall-objettivi tar-riforma
tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari għall-ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-akkwakultura. L-Organizzazzjoni
Komuni tas-Suq (OKS) fil-prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura beħsiebha
tissimplifika l-leġiżlazzjoni attwali u tnaqqas il-piż
amministrattiv, biex timplimenta loġika ġdida ta' intervent, biex
issaħħaħ ir-rwol tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OP) u
biex tinforma aħjar lill-konsumaturi. 3. Kummenti dwar
il-pożizzjoni tal-Kunsill 3.1 Kummenti ġenerali dwar
il-pożizzjoni tal-Kunsill: Il-Kummissjoni
taqbel mal-pożizzjoni tal-Kunsill, li l-ftehim politiku ta' kompromess
bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iżomm il-punti prinċipali
tal-proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri, 1) is-simplifikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni, tal-proċeduri u tal-obbligi ta' rappurtar,
kif ukoll it-tnaqqis tal-piż ammininistrattiv għall-operaturi,
l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni, 2) l-eliminazzjoni immedjata
tal-mekkaniżmi għall-irtirar ta' ħut mis-suq u l-introduzzjoni
ta' mekkaniżmu għal għajnuna unika għall-ħażna
ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, 3)
l-għoti ta' setgħa lill-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi biex
ikollhom rwol ikbar fl-ippjanar u l-ġestjoni kollettiva tal-attivitajiet
tas-sajd u l-akkwakultura biex tinkiseb politika sostenibbli tas-sajd u
tal-akkwakultura, inkluża l-eliminazzjoni tal-iskart. 3.2 Emendi magħmula
mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: Il-Parlament Ewropew introduċa
146 emenda fil-partijiet kollha tal-proposta tal-Kummissjoni. Waqt
it-trijalogi, l-emendi tal-Parlament Ewropew ġew irriveduti u nnegozjati.
Uħud minnhom ġew integrati bis-sħiħ fil-pożizzjoni
tal-Kunsill fl-ewwel qari. Dan kien il-każ għall-emendi 1, 7,
30, 89, 104, 130, 131 u 134, kif ukoll l-emenda li tikkonċerna l-irkaptu
tas-sajd. Għall-biċċa l-kbira tal-emendi
tal-Parlament Ewropew, il-pożizzjoni tal-Kunsill ġiet ifformulata
b'tali mod li tirrappreżenta l-punti prinċipali tal-pożizzjoni
tal-Parlament. Dan kien il-każ għall-emendi 2, 3, 23, 27, 29,
32, 36, 38, 39, 74, 97, 111, 113, 128, 133, 135 u 139. L-emenda 123
toħloq l-obbligu għall-Kummissjoni li tressaq rapport ta' fattibbiltà
dwar l-għażliet għal skema tal-ekotikketta. L-emendi 43 u 44 eliminaw il-miżura
li tikkonċerna t-tqassim mingħajr ħlas, mill-Organizzazzjonijiet
tal-Produtturi, ta' prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet
filantropiċi jew karitatevoli. 3.3 Dispożizzjonijiet
ġodda introdotti mill-pożizzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan
ir-rigward Il-Kunsill introduċa
dispożizzjonijiet ġodda li jikkonċernaw il-funzjonament ta'
Organizzazzjonijiet tal-Produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali
(l-Artikolu 18a il-ġdid), l-informazzjoni obbligatorja (l-Artikolu 42,
il-punti 2 sa 5) u d-deżinjazzjoni kummerċjali
(l-Artikolu 43, il-punti 2 u 3). Il-Kunsill elimina l-Artikolu 38 relatat
mal-fond kollettiv. Il-Kummissjoni tista' taċċetta dawn
il-bidliet peress li ma jbiddlux l-objettiv prinċipali tal-proposta
tal-Kummissjoni. Madankollu, tinnota b'dispjaċir l-eliminazzjoni ta'
4 Artikoli li jipprevedu atti delegati li kellhom jippermettu
lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'mod flessibbli għas-sitwazzjonijiet
tas-suq li jinbidlu b'mod stabbli u li kellhom jippermettu wkoll lill-Kummissjoni
tipprovdi aktar dettalji ta' natura teknika fir-regoli li jridu jiġu
adottati biex jipprovdu lis-settur b'aktar preċiżjoni dwar l-obbligi
li dawn iridu josservaw (L-Artikolu 24 jikkonċerna l-kundizzjonijiet
għar-rikonoxximent ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi u r-regoli dwar
il-verifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri, l-Artikolu 33 relatat
mal-kontenut tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni,
l-Artikolu 41 dwar id-definizzjoni tal-istandards komuni ta'
kummerċjalizzazzjoni u l-Artikolu 46 jikkonċerna l-informazzjoni
obbligatorja għall-konsumaturi u d-definizzjoni tal-kriterji minimi
għall-informazzjoni volontarja). Il-Kunsill introduċa wkoll
Artikolu 53a ġdid li jikkonċerna t-tkomplija tar-regoli attwali
li jistabbilixxu standards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni. Fin-nuqqas ta'
atti delegati dwar id-definizzjoni tal-istandards, din id-dispożizzjoni
hija xierqa biex tispeċifika li se jibqgħu japplikaw l-atti li
attwalment huma fis-seħħ. 3.4 Problemi li nqalgħu
fl-adozzjoni tal-pożizzjoni fl-ewwel qari u l-pożizzjoni
tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward: Matul il-finalizzazzjoni tan-negozjati,
il-koleġiżlaturi estendew is-setgħat ta' implimentazzjoni
għall-formula ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent
tal-Organizzazzjonijiet tal-Produrtturi u għall-format u l-istruttura
tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, rispettivament.
Il-Kummissjoni tista' taċetta din l-estensjoni fuq il-bażi li ma
tissupplimenta l-ebda dispożizzjoni tal-att ta' kodeċiżjoni
iżda pjuttost tiffaċilita l-implimentazzjoni uniformi tal-OKS. Il-Kummissjoni
tqis li r-riforma tal-OKS naqset milli ttejjeb aktar l-informazzjoni
għall-konsumaturi dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura billi
telimina d-dispożizzjonijiet għad-"data
tal-qabda/tal-ħsad" u għar-rekwiżiti ta' tikkettar
għall-prodotti ppreservati u ppreparati (id-deżinjazzjoni
kummerċjali u l-provenjenza). 4. Konklużjoni Il-Kummissjoni tista' taqbel
mal-pożizzjoni tal-Kunsill li hija r-riżultat tan-negozjati
mal-Parlament Ewropew. Minkejja dan, il-Kummissjoni
tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja fir-rigward ta' ċerti
dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar: Il-Kummissjoni tinnota b'dispjaċir li
l-ftehim bejn il-koleġiżlaturi elimina mill-proposta tal-Kummissjoni
l-obbligu li tiġi indikata d-"data tal-qabda" u d-"data
tal-ħsad" għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura,
rispettivament. Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dati jipprovdu informazzjoni
essenzjali għall-konsumaturi. L-indikazzjoni tad-dati tal-qabda u
l-ħsad huma b'mod ċar ta' benefiċċju għas-sajjieda u
l-bdiewa fuq skala żgħira tal-Unjoni, u jippromwovu kanali ta'
distribuzzjoni qosra għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Il-Kummissjoni tinnota wkoll b'dispjaċir li l-koleġiżlaturi
eliminaw mill-proposta tal-Kummissjoni l-applikazzjoni ta' ċerti
rekwiżiti ta' tikkettar għall-prodotti ppreservati u ppreperati,
jiġifieri l-isem kummerċjali, il-metodu ta' produzzjoni u
l-provenjenza. Il-Kummissjoni temmen li dawn ir-rekwiżiti jwieġbu
għad-domanda pubblika li dejjem tikber ta' informazzjoni dwar il-kontenut
ta' prodotti ppreservati u ppreparati. Din hija wkoll kwistjoni essenzjali
għall-kredibbiltà u l-valur tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tixtieq tisħaq li t-titjib
fit-tikkettar propost hawn fuq mill-Kummissjoni, mhux se jimponi l-ebda
piż sproporzjonat fuq l-industrija tas-sajd peress li dawn ikomplu jibnu
fuq ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà eżistenti. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-bidla introdotta
mill-ġuristi lingwisti fl-Artikolu 42(1)(e) dwar it-test tal-ftehim
politiku li ntlaħaq fit-tijalogu informali
tat-8 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal
Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti tas-sajd
u l-akkwakultura (l-Artikolu 35(1)(e) il-ġdid tad-dokument 12005/13).
Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija li, kif ġie maqbul matul
it-trijalogu informali tat-8 ta' Mejju 2013, l-immarkar jew
it-tikkettar xieraq għandu jindika d-data ta' durabbiltà minima,
mingħajr l-ebda kwalifika addizzjonali, għall-prodotti kollha tas-sajd
u tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 42(1) (l-Artikolu 35(1)
il-ġdid tad-dokument 12005/13) li jinbiegħu lill-konsumatur
finali. L-introduzzjoni tal-kliem "fejn xieraq" fl-aħħar
tal-Artikolu 42(1)(e) (l-Artikolu 35(1)(e) il-ġdid
tad-dokument 12005/13) se toħloq nuqqas ta' ċertezza legali u se
tipperikola l-kisba tal-objettiv li titjieb it-trasparenza
għall-konsumaturi.