This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0174
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on multiannual funding for the action of the European Maritime Safety Agency in the field of response to pollution caused by ships and to marine pollution caused by oil and gas installations
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass
/* COM/2013/0174 final - 2013/0092 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass /* COM/2013/0174 final - 2013/0092 (COD) */
MEMORANDUM
TA’ SPJEGAZZJONI 1.
GĦAN TAL-PROPOSTA L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà
Marittima ("l-Aġenzija" jew "l-EMSA") li ġiet
stabbilita fl-2002[1], ġiet assenjata, fl-2004[2], kompiti
fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar. Meta
titqies in-natura fuq terminu twil tar-responsabbiltà tal-Aġenzija
għar-reazzjoni għat-tniġġis, it-tlestija effiċjenti u
bir-reqqa tal-kompiti involuti teżiġi sigurtà finanzjarja xierqa
abbażi ta' impenn pluriennali. Għalhekk, fl-2006
l-leġiżlatur tal-UE stabbilixxa finanzjament pluriennali
għall-azzjoni tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni
għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri għall-perjodu
mill-2007 sal-2013[3]. Din il-proposta leġiżlattiva tfittex li ġġedded
il-finanzjament pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020 fil-qafas
tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda[4]. 2.
ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-MIŻURA PROPOSTA 2.1. Kuntest L-aċċident tal-baħar fuq skala
kbira tat-tanker taż-żejt ERIKA f'Diċembru 1999 li kien
jinvolvi tixrid estensiv ta' żejt wassal għall-ħolqien
tal-Aġenzija fl-2002. Fid-dawl tat-tixrid taż-żejt ikkawżat
mill-aċċident tat-tanker taż-żejt PRESTIGE
f'Novembru 2002, l-Aġenzija ġiet fdata b'kompiti u obbligi
speċifiċi fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis
ikkawżat minn vapuri. L-Aġenzija adottat Pjan ta' Azzjoni
f'Ottubru 2004 għal stat ta' tħejjija u reazzjoni
għat-tniġġis miż-żejt (minn hawn 'il quddiem
"il-Pjan ta' Azzjoni taż-Żejt"). F'Ġunju 2007,
ġie adottat it-tieni Pjan ta' Azzjoni għal stat ta' tħejjija u
reazzjoni għat-tniġġis minn sustanzi perikolużi u
noċivi (minn hawn 'il quddiem "il-Pjan ta' Azzjoni HNS")[5]. Il-Bord Amministrattiv tal-EMSA jaġġorna
ż-żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni bħala parti mill-Programmi ta'
Ħidma annwali tal-Aġenzija. F'Marzu 2010, il-Bord Amministrattiv
approva strateġija fuq ħames snin[6] li fiha
żewġ temi rilevanti għar-reazzjoni għat-tniġġis
ikkawżat mill-vapuri. L-ewwel nett, it-tema nru 8 tiżviluppa
r-rwol tal-EMSA fir-rigward ta' rimi illegali minn vapuri (kwistjonijiet ta'
infurzar, titjib ulterjuri tal-CleanSeaNet bl-integrazzjoni tal-informazzjoni
dwar il-pożizzjoni tal-vapuri). It-tieni nett, it-tema nru 12
tittratta l-istat tat-tħejjija u r-reazzjoni għat-tniġġis
tal-baħar. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni
pproponiet modifika għar-Regolament dwar l-EMSA f'Ottubru 2010 li,
fost oħrajn, jipprevedi estensjoni espliċita tal-attivitajiet ta'
reazzjoni għat-tniġġis biex jiġu koperti
aċċidenti minn installazzjonijiet taż-żejt u l-gass lil
hinn mill-kosta[7]. Barra minn hekk, f'din il-proposta ssuġġeriet ukoll biex
l-assistenza tal-EMSA tiġi estiża għall-pajjiżi ġirien
tal-UE inklużi l-attivitajiet ta' reazzjoni għat-tniġġis.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim dwar il-proposta
f'April 2012, u r-Regolament ġie adottat f'Jannar 2013[8] jikkonferma d-dispożizzjonijet imsemmija qabel. . 2.2. Ħidmiet attwali tal-EMSA
fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis F’konformità mar-Regolament 2038/2006 u
mad-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn
vapuri[9], it-tliet kompiti ewlenin tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni
għal tniġġis ikkawżat minn vapuri huma dawn: (a) Assistenza operazzjonali lill-Istati
Membri L-Aġenzija toffri netwerk ta’ bastimenti
lesti biex jintużaw b’reazzjoni għal tixrid ta' żejt biex
jikkumplimentaw il-kapaċità tal-Istati Membri meta jiġu affettwati
minn dan it-tip ta' tixrid. Tipprovdi wkoll is-servizz “CleanSeaNet” li huwa
servizz ta’ individwazzjoni u monitoraġġ ta’ tixrid ta’ żejt,
bl-użu tas-satellita, u n-netwerk “MAR-ICE” li jipprovdi informazzjoni
dwar it-tixrid ta’ sustanzi kimiċi. L-istati kostali affettwati
jistgħu jitolbu l-intervemt ta' bastimenti ta' reazzjoni f'każ ta'
tixrid ta' żejt permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni
Ċivili[10]. Integrazzjoni mingħajr xkiel mal-mekkaniżmi ta' reazzjoni
tal-Istati Membri titwettaq permezz ta' parteċipazjoni regolari f'eżerċizzji
nazzjonali u reġjonali. (b) Kooperazzjoni u koordinazzjoni L-Aġenzija tikkoordina mal-esperti
mill-Istati Membri li huma responsabbli għal reazzjoni f'każ ta'
tniġġis, kif ukoll ma' Ftehimiet Reġjonali eżistenti u
mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). (c) Informazzjoni L-Aġenżija tiġbor, tanalizza u
xxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet
fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar. Sommarju tar-riżultati (2007 - Settembru 2012) L-istat tat-tħejjija għat-tniġġis tal-baħar u s-servizz ta' reazzjoni tal-EMSA kif ukoll ir-riżultati assoċjati ewlenin li saru disponibbli bl-użu tal-qafas ta' finanzjament pluriennali eżistenti huma murija hawn taħt. Netwerk ta’ bastimenti lesti biex jintużaw b’reazzjoni għal tixrid ta' żejt: Attwalment hemm 16-il kuntratt attiv biex tiġi pprovduta kopertura għall-baċini tal-ibħra reġjonali kollha madwar l-Unjoni Ewropea. 18-il bastiment, b'kapaċità medja ta' ħżin ta' żejt irkuprat ta' madwar 3500m3 jistgħu jiġu mmobilizzati simultanjament u jkunu lesti biex ibaħħru fi żmien 24 siegħa. || Il-bastimenti tal-EMSA pparteċipaw f'36 eżerċizzju operazzjonali internazzjonali (transfruntier) mill-2007 s'issa. Il-parteċipazzjoni f'eżerċizzji tiffaċilita l-integrazzjoni tas-servizzi tal-EMSA mal-mekkaniżmi ta' reazzjoni tal-Istati Membri. CleanSeaNet Ġew ipprovduti iktar minn 12 000 immaġni bis-satellita minn meta tnieda s-servizz f'April 2007, medja ta' iktar minn 2000 immaġni fis-sena. || Ġew immonitorjati iktar minn 1 000 miljun km2. || Madwar 200 okkorrenza ta' rimi fis-sena ġew ikkonfermati mill-Istati Membri wara sorveljanza "fuq il-post". Reazzjoni għal Inċidenti Is-servizzi ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-EMSA ntużaw f'total ta' 25 inċident mill-2007 s'issa. L-appoġġ ta' emerġenza mogħti lill-istati kostali milquta inkluda: Bastimenti ta' reazzjoni, Immaġnijiet bis-satellita, Attivazzjoni tal-MAR-ICE, u Għarfien espert fuq is-sit. || L-appoġġ ta' emerġenza jinkludi erba' mobilizzazzjonijiet ta' bastimenti ta' reazzjoni fl-Ewropa. || L-appoġġ ta' emerġenza jinkludi pakkett wieħed ta' assistenza lill-Istati Uniti tal-Amerika matul l-inċident tad-Deepwater Horizon. L-aqwa prattika: Żvilupp u promozzjoni L-EMSA ospitat 20 laqgħa u grupp ta' ħidma ta' esperti. (Dan minbarra t-taħriġ regolari mal-uffiċjali ta' servizz tal-Istati Membri fir-rigward ta' CleanSeaNet u/jew laqgħat mal-operaturi tal-bastimenti tan-Netwerk.) || Ippubblikat seba' inventarji dwar aspetti differenti tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri u l-politiki u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tagħhom. || Ħadet ħsieb il-ġestjoni tal-programm ta' skambju ta' uffiċjali pubbliċi "EMPOLLEX" li ffaċilita l-iskambju ta' 21 espert bejn l-Istati Membri minn meta nbeda f'Ġunju 2008. || Żviluppat għodda waħda ta' deċiżjoni ta' reazzjoni għall-applikazzjoni ta' aġenti dispersivi matul inċident. Ikkoordinat studji speċifiċi meta kienu meħtieġa (eż. Studju dwar il-faċilitajiet tar-rimi, Studju dwar Pjattaforma sikura: l-iżvilupp ta' rekwiżiti għall-bastimenti biex joperaw f'atmosferi perikolużi) 2.3. Kompiti futuri Kif spjegat hawn fuq, bid-dħul
fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament Kostituttiv f’Jannar 2013,
l-EMSA rċeviet il-kompiti l-ġodda li ġejjin fil-qasam
tar-reazzjoni għat-tniġġis. a) L-azzjonijiet attwali ta' reazzjoni
tal-EMSA f'każ ta' "tniġġis ikkawżat mill-vapuri"
se jkopri wkoll "tniġġis tal-baħar ikkawżat minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass", b) Is-servizz eżistenti tal-EMSA,
il-CleanSeaNet se "jimmonitorja wkoll id-daqs u l-impatt ambjentali
tat-tniġġis tal-baħar miż-żejt ikkawżat minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass", c) Il-kopertura ġeografika attwali
(l-Istati Membri u l-pajjiżi ta' adeżjoni) hija estiża
għall-"Pajjiżi sħab tal-Viċinat Ewropew u
għall-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Memorandum ta' Qbil dwar
il-Kontroll mill-Istat tal-Port". Permezz ta' dan, il-bastimenti tal-EMSA
jistgħu jintużaw fiż-żona kollha tal-baċini
tal-ibħra reġjonali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tipproponi li l-ammont allokat
għandu jestendi biss għall-ewwel żewġ kompiti
b’finanzjament inizjali biex jibdew jitwettqu ż-żewġ kompiti
mingħajr ma jiġu kompromessi dawk eżistenti. It-tielet kompitu
għandu jiġi ffinanzjat minn programmi eżistenti tal-UE
għall-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea
tal-Viċinat (il-programm SAFEMED għall-Baħar Mediterran u
l-programmi fl-ambitu tal-inizjattiva TRACECA għall-Baħar l-Iswed).
Mil-lat baġitarju u ta' ġestjoni tal-programmi jitqies iktar xieraq
li dan il-kompitu l-ġdid jiġi ffinanzjat mill-qafas eżistenti
ta' appoġġ tal-UE għal dawn il-pajjiżi. 2.4. Evalwazzjoni tal-attivitajiet
attwali tal-EMSA fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis Skont ir-Regolament 1406/2002,
l-Aġenzija ressqet rapporti dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja
tal-pjanijiet ta' azzjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena sal-2012.
Dawn ir-rapporti huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-aġenzija.
Mill-2013, ir-rappurtar se jiġi integrat fir-Rapport Annwali tal-Attività
tal-Aġenzija. Barra minn hekk, f'Mejju 2011
il-Kummissjoni ressqet rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament 2038/2006[11]. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq kontribuzzjoni komprensiva
mill-Aġenzija, kif approvat mill-Bord Amministrattiv tal-EMSA,
inklużi konsultazzjoni mal-partijiet interessati u xenarji dettaljati[12]. Il-Bord Amministrattiv tal-EMSA - b'mod partikolari permezz
tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, il-baġit u r-rapport annwali -
il-Qorti tal-Awdituri u l-Awtorità Baġitarja permezz tal-proċedura
ta' kwittanza qed jissuperviżaw u jimmonitorjaw l-azzjoni
tal-Aġenzija. Iż-żewġ konklużjonijiet
ewlenin minn dawn l-attivitajiet ta' evalwazzjoni huma: (1) Il-baġit iddedikat
għar-reazzjoni għat-tniġġis huwa adegwat u (2) Il-miżuri ffinanzjati huma
kosteffiċjenti, jipprovdu valur miżjud u l-ġestjoni tagħhom
hija xierqa. 2.5. Evalwazzjoni ex ante
tal-attivitajiet proposti Twettqet evalwazzjoni ex ante li hija
mehmuża ma' din il-proposta (dokument SEC(2013)xxx). Tikkonferma
l-utilità u l-effiċjenza tal-qafas finanzjarju pluriennali u tiddetermina
l-ammont li għandu jiġi allokat. 3. Elementi
ġuridiċi tal-proposta 3.1. Bażi ġuridika Il-bażi ġuridika għall-proposta
hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, li serva ta’ bażi ġuridika
għar-Regolament 2038/2006 skont il-verżjoni preċedenti
tat-Trattat. 3.2. Prinċipji
tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u
tal-proporzjonalità huma rrispettati bis-sħiħ, peress li l-azzjoni
tal-Aġenzija tippreżenta l-livell Ewropew ta' sistema ddifferenzjata
ta' reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u minn
installazzjonijiet lil hinn mill-kosta. Il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet
jinbdew minħabba talbiet li jsiru mill-Istati kostali milquta. Il-fatt li
l-UE hija parti kontraenti għall-organizzazzjonijiet reġjonali li
ġejjin jista' jispjega l-koordinazzjoni mill-qrib fil-livell
reġjonali: ·
il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent
tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta'
Ħelsinki kif irriveduta fl-1992); ·
il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni
tal-Baħar Mediterran kontra t-Tniġġis (il-Konvenzjoni ta'
Barċellona) u għal għadd ta' protokolli tagħha; ·
il-Ftehim għall-kooperazzjoni dwar kif
għandu jiġi trattat it-tniġġis tal-Baħar
tat-Tramuntana minn żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim
ta' Bonn); ·
il-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent
tal-baħar tal-Atlantiku tal-Grigal (il-Konvenzjoni OSPAR); ·
il-Ftehim ta' Kooperazzjoni għall-protezzjoni
tax-xtut u l-ilmijiet tal-Atlantiku tal-Grigal kontra t-tniġġis,
(il-Ftehim ta' Lisbona), flimkien mal-Protokoll Addizzjonali tiegħu, li
għadhom ma daħlux fis-seħħ. L-Unjoni qed tinnegozja wkoll adeżjoni
mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed kontra
t-Tniġġis (il-Konvenzjoni ta' Bukarest). 3.3. Għażla
tal-istrument Regolament huwa l-istrument ġuridiku
l-iktar xieraq biex jiġi stabbilit qafas finanzjarju pluriennali. Dan
l-istrument kien diġà ntgħażel fl-2006. 4. Implikazzjoni
Baġitarja Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq il-Kummissjoni
tipproponi li terġa' tipprovdi għal pakkett finanzjarju pluriennali
biex jiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni għall-perjodu
mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020
li jikkoinċidi mal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Skont
il-pakkett tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2011 "Baġit
għall-Ewropa 2020" u l-prattika attwali l-ammont għandu
jittieħed mill-Intestatura 1 "Tkabbir Intelliġenti u
Inklużiv". Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi l-allokazzjoni ta'
ammont ta' EUR 160.5 miljun għall-perjodu ta' referenza. Iktar
dettalji jingħataw fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva u
fl-evalwazzjoni ex ante mehmuża. L-ammonti annwali għandhom jiġu
awtorizzati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura
baġitarja. 5. Kontenut
tal-proposta Il-proposta ssegwi mill-qrib l-istruttura
tar-Regolament 2038/2006 bl-adattamenti meħtieġa. Tikkonsisti
mit-tmien Artikoli li ġejjin: ·
Artikolu 1: Għan ·
Artikolu 2: Definizzjonijiet ·
Artikolu 3: Kamp ta' Applikazzjoni ·
Artikolu 4: Finanzjament tal-Unjoni ·
Artikolu 5: Monitoraġġ ta'
kapaċitajiet eżistenti ·
Artikolu 6: Protezzjoni tal-interessi
finanzjarji tal-Unjoni ·
Artikolu 7: Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ·
Artikolu 8: Dħul fis-seħħ 2013/0092 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar finanzjament pluriennali
għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u
għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet
taż-żejt u tal-gass (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-proposta ntbagħtet
lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[14], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[15], Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru
1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-27 ta’ Ġunju 2002[16]
stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (minn hawn ’il quddiem
l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u
effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis
mill-vapuri. (2) Ir-Regolament (KE)
Nru 724/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-31 ta' Marzu 2004[17], li
emenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, assenja lill-Aġenzija kompiti
ġodda fl-oqsma tal-prevenzjoni u tar-reazzjoni għat-tniġġis
ikkawżat minn vapuri, wara l-aċċidenti li seħħu
f'ilmijiet Ewropej, b'mod partikolari dawk tat-tankers taż-żejt
"Erika" u "Prestige". (3) Ir-Regolament (UE)
Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013[18], li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, assenja
lill-Aġenzija kompiti fir-rigward tar-reazzjoni
għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass u estenda s-servizzi tal-Aġenzija
lill-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea
tal-Viċinat. (4) Ir-Regolament (KE)
Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta' Diċembru 2006[19]
stabbilixxa finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija
Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal
tniġġis ikkaġunat minn bastimenti li jiskadi
fil-31 ta' Diċembru 2013. (5) Għall-finijiet li
jiġu implimentati l-kompiti ta’ prevenzjoni u ta' reazzjoni
għat-tniġġis mill-vapuri, fit-22 ta’ Ottubru 2004
l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta Pjan ta’ Azzjoni għal stat
ta' tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt,
li jiddetermina l-attivitajiet tal-Aġenzija b'reazzjoni
għat-tniġġis miż-żejt u huwa maħsub għal
użu ideali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli
għall-Aġenzija. Fit-12 ta' Ġunju 2007, il-Bord
Amministrattiv adotta Pjan ta' Azzjoni għal Stat ta' Tħejjija u
Reazzjoni għat-Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u
Noċivi. Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1406/2002,
iż-żewġ pjanijiet ta' azzjoni jiġu aġġornati kull
sena permezz ta' programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija. (6) L-azzjoni ta' reazzjoni
kontra t-tniġġis tal-Aġenzija, kif speċifikata
fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni, hija marbuta mal-attivitajiet fl-oqsma
tal-informazzjoni, tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni u fuq kollox mal-provvediment
ta' assistenza operazzjonali lill-Istati milquta billi jingħataw, fuq
talba, bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis biex
jiġġieldu kontra t-tniggis taż-żejt u tipi oħra ta'
tniġġis, bħal dak ikkawżat minn sustanzi perikolużi u
noċivi. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni partikolari
lil dawk iż-żoni identifikati bħala l-iktar vulnerabbli
mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żona oħra
fil-bżonn. (7) L-attivitajiet
tal-Aġenzija f'dan il-qasam ma għandhomx jeżoneraw lill-Istati
kostali mir-responsabbiltà tagħhom li jkollhom għal-lest
mekkaniżmi xierqa ta' reazzjoni għat-tniġġis u
għandhom jikkonformaw mal-arranġamenti eżistenti ta'
kooperazzjoni billi jipprovdu għal assistenza reċiproka f'każ
ta' inċident ta' tniġġis marittimu. L-Unjoni ngħaqdet ma'
organizzazzjonijiet reġjonali varji u qed tħejji l-adeżjoni ma'
organizzazzjonijiet reġjonali oħra. (8) L-azzjoni tal-Aġenzija
għandha tiġi kkoordinata mal-attivitajiet tal-ftehimiet bilaterali u
reġjonali li l-Unjoni ngħaqdet magħhom. Fil-każ ta'
inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha
tassisti lill-Istat(i) milqut(a), u l-operazzjoni ta' tindif għandha
titmexxa taħt l-awtorità ta' dan/dawn l-Istat(i). (9) L-Aġenzija għandu
jkollha rwol attiv fiż-żamma u l-iżvilupp tas-servizz ta'
immaġnijet bis-satellita għas-sorveljanza, l-individwazzjoni bikrija
tat-tniġġis u l-identifikazzjoni tal-vapuri jew
tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass responsabbli. Din
is-sistema għandha ttejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u l-effikaċja
tar-reazzjoni għat-tniġġis. (10) Il-mezzi addizzjonali li
għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati affettwati
għandhom ikunu disponibbli permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju
tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta' Novembru 2007[20]. (11) Sabiex tkun żgurata
l-implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’sistema
vijabbli u kosteffettiva għall-finanzjament, b’mod partikolari,
l-assistenza operazzjonali lill-Istati milquta. (12) Għalhekk għandha
tiġi pprovduta sigurtà finanzjarja għall-finanzjament tal-kompiti
fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis u
ta' azzjonijiet oħra assoċjati abbażi ta' impenn pluriennali.
L-ammonti annwali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu
ddeterminati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura
baġitarja annwali. (13) L-ammonti li għandhom
jiġu impenjati għall-finanzjament għar-reazzjoni kontra
t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu
mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020,
skond il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Għalhekk għandu
jiġi pprovdut pakkett finanzjarju li jkopri l-istess perjodu. (14) L-appoġġ
tal-Aġenzija għall-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u
bil-Politika Ewropea tal-Viċinat għandu jiġi ffinanzjat permezz
ta' programmi eżistenti tal-Unjoni għal dawn il-pajjiżi u
għalhekk ma għandux jagħmel parti minn dan il-qafas finanzjarju
pluriennali. (15) Sabiex ikun hemm allokazzjoni
ideali tal-impenji u titqies kwalunkwe bidla li jkollha x'taqsam ma'
attivitajiet b'reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri,
jeħtieġ li jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu
tal-bżonnijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok
għal addattament tal-impenji finanzjarji annwali. (16) Skont ir-Regolament (UE)
Nru 100/2013 li jemenda r-Regolament 1406/2002, l-Aġenzija
għandha tirrapporta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-qafas
pluriennali fir-rapport annwali tagħha. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistipula
l-arranġamenti dettaljati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
għall-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha fil-qasam tar-reazzjoni
għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u installazzjonijiet
taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta, skont l-Artikoli 1 u 2
tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament
id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) "żejt" tfisser żejt
mhux maħdum fi kwalunkwe forma inkluż żejt mhux raffinat,
żejt kombustibbli, ħama, skart ta' żejt u prodotti raffinati kif
stabbilit mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-istat ta' Tħejjija,
Reazzjoni u Kooperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990; (b) "sustanzi perikolużi u
noċivi" tfisser kwalunkwe sustanza minbarra ż-żejt li, jekk
tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli
għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-riżorsi
ħajjin u lill-ħajja tal-baħar, tagħmel ħsara lil
faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra
tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar l-istat ta' Tħejjija,
Reazzjoni u Kooperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn
Sustanzi Perikolużi u Noċivi, 2000. Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi allokata lill-Aġenzija
bl-għan li tiffinanzja l-azzjonijiet fil-qasam tar-reazzjoni
għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u minn tniġġis
tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u
tal-gass lil hinn mill-kosta bħal dawk imsemmija fil-Pjanijiet ta' Azzjoni
tal-Aġenzija għall-istat ta' tħejjija u reazzjoni
għat-tniġġis miż-żejt u għall-istat ta'
tħejjija u reazzjoni għat-tniġġis minn sustanzi
perikolużi u noċivi, b'mod partikolari dawk relatati ma': (a) informazzjoni, b'mod partikolari
l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet,
bħal strumenti għall-monitoraġġ tat-tbattil tat-tankijiet
tal-vapuri u għall-monitoraġġ ta' pjattaformi lil hinn
mill-kosta għal rilaxxi operazzjonali u tixrid aċċidentali; (b) kooperazzjoni u koordinazzjoni u
l-provvediment lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ta' assistenza teknika u
xjentifika fil-qafas tal-attivitajiet rilevanti tal-Mekkaniżmu tal-UE
tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u
tal-ftehimiet reġjonali rilevanti; (c) assistenza operazzjonali u appoġġ,
fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal vapuri kontra t-tniġġis
lesti biex jintużaw, tagħmir tas-satellita u immaġnijiet
bis-satellita, azzjonijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati
milquta fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew apposta
ikkawżat minn vapuri jew tniġġis tal-baħar minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta. Artikolu 4 Finanzjament tal-Unjoni Il-pakkett finanzjarju
għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3
għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020
għandu jkun ta' EUR 160.500.00 espress fi prezzijiet attwali. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom
jiġu ddeterminati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas
finanzjarju. F'dan ir-rigward, il-finanzjament meħtieġ tal-assistenza
operazzjonali lill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(c) għandu
jiġi ggarantit. Artikolu 5 Monitoraġġ ta' kapaċitajiet
eżistenti Sabiex jiġu ddefiniti r-rekwiżiti
għall-provvediment ta' assistenza operazzjonali mill-Aġenzija,
bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, l-Aġenzija
għandha tistabbilixxi fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi
pubbliċi u, fejn disponibbli, dawk privati ta' reazzjoni
għat-tniġġis u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni assoċjati
fir-reġjuni varji tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija
bl-informazzjoni meħtieġa biex jitsabbilixxu din il-lista. Il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija
għandu jqis din il-lista qabel ma jiddeċiedi dwar l-attivitajiet
tal-Aġenzija ta' reazzjoni għat-tniġġis fil-qafas
tal-programmi ta' ħidma annwali. Artikolu 6 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji
tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija
għandhom jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan
ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu
protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli
effikaċi u bl-irkupru ta’ kwalunkwe ammont imħallas mhux kif dovut u,
fejn jinstabu xi irregolaritajiet, b’penali effikaċi, proporzjonali u dissważivi,
skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95[21] u (Euratom, KE) Nru 2185/96[22], u
r-Regolament (KE) Nru 1073/1999[23]
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 2. Għall-azzjonijiet tal-Unjoni
ffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi
fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu
jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew
kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew
ommissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li
jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew baġits
fejn il-ġestjoni tkun f'idejn l-Unjoni Ewropea, minħabba entrata jew
nefqa mhux iġġustifikata. 3. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija
għandhom, kull waħda fl-isfera tal-kompetenza rispettiva tagħha,
jiżguraw li jinkiseb l-aqwa valur meta mqabbel mal-ammont minfuq
fil-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Artikolu 7 Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu Abbażi tal-informazzjoni pprovduta
mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament
Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux
iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017. Ir-rapport, li
għandu jiġi stabbilit mingħajr preġudizzju għar-rwol
tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, għandu jistabbilixxi
r-riżultati tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija
fl-Artikolu 4 fir-rigward tal-impenji u n-nefqa li jkopru l-perjodu bejn
l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2016. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummisjoni
għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament
b'mod partikolari sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam
tal-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u
t-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-installazzjonijet
taż-żejt u tal-gass, speċjalment it-tniġġis
ikkawżat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u
noċivi. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President
[…] […] DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament
pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà
Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat
minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[24] 06:
Enerġija u Trasport 0602:
Politika tat-trasport intern, bl-ajru u marittimu 060203:
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima 06020302:
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, Miżuri kontra
t-tniġġis Implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet relatati mar-reazzjoni għat-tniġġis
ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis ikkawżat minn
installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva x Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
preparatorja[25] ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni
eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Għanijiet/valur
miżjud tal-UE skont Ewropa 2020. L-Aġenzija
tikkontribwixxi għal trasport marittimu sikur u sostenibbli
għall-ekonomija tal-UE u għaċ-ċittadini tal-UE. Dan huwa
konformi b'mod sħiħ mat-tliet prijoritajiet ta' Ewropa 2020: -
Tkabbir intelliġenti: l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq
l-għarfien u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tikkontribwixxi
għall-iżvilupp tal-ogħla standards tekniċi possibbli
għall-bastimenti, b'hekk tippromwovi l-għarfien u l-innovazzjoni. -
Tkabbir sostenibbli: il-promozzjoni ta' ekonomija iktar effiċjenti
fir-riżorsi, iktar ekoloġika u iktar kompetittiva. L-Aġenzija
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti u
r-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar f'oqsma differenti.
It-trasport marittimu se jikkontribwixxi għall-inizjattiva ewlenija
"Ewropa effiċjenti fir-riżorsi". L-Aġenzija se jkollha
r-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tas-settur. -
Tkabbir inklużiv: it-trawwim ta' ekonomija b'ħafna impjiegi li
twassal għal koeżjoni soċjali u territorjali. Fir-rigward
tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi, it-trasport marittimu
huwa element essenzjali biex jiġu żgurati l-integrazzjoni u
l-koeżjoni territorjali fl-UE. L-Aġenzija tikkontribwixxi biex
it-trasport marittimu jkun sikur u sostenibbli għall-UE. 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Qasam tal-baġit 06 02 Għan speċifiku Nru 3 Titjib fis-sikurezza tat-trasport Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
06020302 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima 1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i)
mistenni/ja Speċifika l-effetti
li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi
fil-mira. Tipprovdi
sigurtà finanzjarja f'perspettiva pluriennali lill-azzjoni tal-Aġenzija
fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-EMSA
żviluppat indikaturi tal-prestazzjoni, li jiġu ppubblikati
fil-programmi ta' ħidma annwali tagħha. Dawn jiġu mmonitorjati
b'mod kostanti mill-Bord Amministrattiv. Ir-rapporti annwali tal-Aġenzija
huma l-għodda ewlenija ta' monitoraġġ. 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien Li
l-EMSA tkun tista' tikkonkludi l-kuntratti pluriennali u tagħmel
l-ippjanar baġitarju meħtieġ. 1.5.2. Il-valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-involviment
tal-UE huwa stipulat fir-Regolament Kostituttiv tal-EMSA 1406/2002 kif
emendat; din il-proposta se tipprovdi valur miżjud billi tippermetti
ppjanar u nfiq aħjar tal-flus tal-UE. 1.5.3. Tagħlimiet miksuba minn
esperjenzi simili fil-passat L-evalwazzjoni
speċifika tal-EMSA fl-2008 kif ukoll l-evalwazzjoni ġenerali
tal-Aġenziji tal-UE fl-2009 t-tnejn li huma wrew valur miżjud
ipprovdut mill-Aġenzija. F’Mejju 2011
il-Kummissjoni ssottomettiet ir-rapport tagħha ta' nofs it-terminu
bir-referenza COM(2011)286 kif previst bl-Artikolu 8
tar-Regolament 2038/2006. Is-Servizz
tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu għal dan
il-għan fl-2009 fir-rigward tan-netwerk ta' bastimenti ta' reazzjoni lesti
f'każ ta' tixrid ta' żejt. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn Il-proposta
hija koerenti mal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza
marittima tal-UE, b'mod partikolari mar-Regolament Kostituttiv
tal-EMSA 100/2013 għar-rieżami tal-mandat tal-Aġenzija.
Il-proposta hija segwitu għar-Regolament 2038/2006 li se jiskadi
fl-aħħar tal-2013. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien limitat –
x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 –
x Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 (flimien ma' pagamenti pendenti) o Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’
żmien illimitat 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[26] ¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni x Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
x korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[27] –
¨ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta' servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu
speċifikati) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. L-aġenziji
kollha tal-UE jaħdmu skont sistema stretta ta' monitoraġġ li
tinvolvi kapaċità ta' awditjar intern, is-Servizz tal-Awditjar Intern
tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri
u l-Awtorità Baġitarja. Din is-sistema stipulata fir-Regolament
Kostituttiv tal-EMSA se tibqa' tapplika. 2.2. Sistema ta' ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) L-ebda
riskju. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst(i) Mhux
applikabbli 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika l-miżuri
ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-miżuri
kontra l-frodi skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Kostituttiv tal-EMSA
jibqgħu japplikaw. Barra minn hekk, il-proposta għandha Artikolu
speċifiku dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i · Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...…….] || AD/AMD ([28]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[29] || mill-pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1a || 06.02.03.02 [Kontribuzzjoni lill-EMSA Titolu III Miżuri kontra t-Tniġġis] || AD || IVA || LE || LE || LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) espressi fi prezzijiet attwali Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv || || DĠ: MOVE || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit 06.02.03.02 || Impenji || (1) || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 || Pagamenti || (2) || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004 || Approprjazzjonijiet iffinanzjati ta' natura amministrattiva Mill-pakkett ta' programm speċifiċi[31] || || || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit: Mhux applikabbli || || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || TOTAL tal-approprjazzjonijet għal DĠ MOVE || Impenji || = 1 + 3 || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 || Pagamenti || = 2 + 3 || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004 || TOTAL tal-approprjazzjonijet operazzjonali || Impenji || (4) || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 || Pagamenti || (5) || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004 || TOTAL tal-approprazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTAURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || = 4 + 6 || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 || Pagamenti || = 5 + 6 || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ” miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL DĠ: MOVE || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL DĠ MOVE || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTAURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 Pagamenti || 19,926 || 22,239 || 23,318 || 20,245 || 23,268 || 23,833 || 25,175 || 158,004 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprazzjonijiet operazzjonali –
x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: L-approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) Indika għanijiet u riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta’ riżultat || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta' riżultati || Kost totali Titjib fis-Sikurezza tat-Trasport || || || || || || || || || || || || || || || || Netwerk ta' Bastimenti ta' Reazzjoni[32] || Għadd ta' bastimenti disponibbli għal mobilizzazzjoni simultanja || Madwar EUR 0.95 M/bastiment/sena || 19 || 15,620 || 19 || 16,150 || 19 || 17,100 || 19 || 17,600 || 19 || 19,975 || 19 || 20,000 || 19 || 21,000 || 19 || 127,445 CleanSeaNet || Għadd ta' immaġnijiet bis-satellita pproċessati fis-sena || Madwar EUR 2.05 / immaġni bis-satellita || 2000 || 3,605 || 2000 || 3,850 || 2000 || 3,900 || 2000 || 4,550 || 2000 || 4,050 || 2000 || 4,350 || 2000 || 4,400 || 14,000 || 28,705 Kooperazzjoni u koordinazzjoni / Informazzjoni || Attivitajiet mal-Istati Membri inklużi t-taħriġ u l-istudji || Mhux kwantifikabbli || MHUX APPLIKABBLI || 0,450 || MHUX APPLIKABBLI || 0,600 || MHUX APPLIKABBLI || 0,600 || MHUX APPLIKABBLI || 0,650 || MHUX APPLIKABBLI || 0,650 || MHUX APPLIKABBLI || 0,700 || MHUX APPLIKABBLI || 0,700 || MHUX APPLIKABBLI || 4,350 KOST TOTALI || || 19,675 || || 20,600 || || 21,600 || || 22,800 || || 24,675 || || 25,050 || || 26,100 || || 160,500 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprazzjonijiet amministrattivi –
o Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: miljuni ta' EUR (sa 3
ċifri wara l-punt deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta'
riżorsi umani –
x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
riżorsi umani –
o Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt: 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
o Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali
attwali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, billi
tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. Il-proposta tikkonċerna l-qafas finanzjarju
pluriennali għall-perjodu 2014-2020. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[33]. Spjega dak li hu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament
stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri
wara l-punt deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total Kontribuzzjoni tal-EFTA min-Norveġja u l-Islanda kkalkulata bħala 2 % tal-baġit || 0,472 || 0,407 || 0,466 || 0,407 || 0,481 || 0,481 || 0,496 || 3,210 TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 20,147 || 21,007 || 22,066 || 23,207 || 25,156 || 25,531 || 26,596 || 163,710 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. [1] Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li
jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà
(ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1). [2] Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004
(ĠU L 129, 31.4.2004, p. 1). [3] Ir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar
finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea
għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis
ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002
(ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1. Ara wkoll ir-rettifika fil-ĠU
L 30, 3.2.2007, p. 12). [4] "Baġit għall-Ewropa 2020" COM(2011)500
u COM(2011)398, it-tnejn bid-data 29.6.2011. [5] Iż-żewġ
pjanijiet ta' azzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EMSA
taħt:
http://www.emsa.europa.eu/opr-documents/action-plans.html
[6] Id-dokument
huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EMSA fil-link li ġej:
http://www.emsa.europa.eu/documents/item/145-emsa-5-year-strategy.html
[7] COM(2010)611,
28.10.2010. [8] Regolament
(UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li
jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima
Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 30). [9] Id-Direttiva 2005/35/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005
dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta'
sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11). [10] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2007/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi
Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 314,
1.12.2007, p. 9). [11] COM(2011)
286, 23.5.2011. [12] Il-kontribuzzjoni
tal-EMSA hija disponibbli fuq: http://www.emsa.europa.eu/opr-documents/item/617-multi-annual-funding-mid-term-report-emsas-contribution.html [13] ĠU
C , , p. . [14] ĠU
C , , p. . [15] ĠU
C , , p. . [16] ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. [17] ĠU L 129, 31.4.2004, p. 1. [18] ĠU L 39 of 9.2.2013, p.30. . [19] ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1. [20] ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9. [21] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. [22] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [23] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1. [24] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività. [25] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a)
jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [26] Id-dettalji tal-metodi ta'
ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli
fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [27] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [28] AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD =
Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [29] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [30] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [31] Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet
tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [32] Dan jinkludi ammonti għal eżerċizzji fuq
il-baħar kif ukoll EUR 6.02 M
għall-adattament ta' għadd ta' bastimenti eżistenti
għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar ikkawżat
minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. [33] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim
Interistituzzjonali.