This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0140
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council on the adoption of a Regulation of the European Parliament and of the Council concerning investigations conducted by the European Anti-fraud Office (OLAF) and repealing Regulation (EC) No 1073/1999 of the European Parliament and of the Council and of the Council Regulation (Euratom) No 1074/1999
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999
/* COM/2013/0140 final - 2006/0084 (COD) */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 /* COM/2013/0140 final - 2006/0084 (COD) */
2006/0084 (COD) KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar
l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet
immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li
tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 1. Sfond Data ta’ trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2006) 244 finali – 2006/0084 (COD): || l-4 ta’ Lulju 2006. Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: || mhux applikabbli Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: || l-20 ta’ Novembru 2008. Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: || is-17 ta' Marzu 2011. Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: || il-25 ta’ Frar 2013. 2. L-għan
tal-proposta mill-Kummissjoni Il-proposta emendata tal-Kummissjoni li
temenda r-Regolament (KE) 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija
mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tiffoka fuq
il-kjarifika tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni li jkunu
s-soġġett ta’ investigazzjonijiet mill-OLAF u fuq it-tisħiħ
tal-effiċjenza tal-investigazzjonijiet tiegħu, kif ukoll fuq
it-titjib tal-kooperazzjoni mal-imsieħba tiegħu (istituzzjonijiet u
korpi tal-UE, l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali).
Il-proposta għandha wkoll l-għan li tiċċara r-rwol tal-Kumitat
ta’ Superviżjoni tal-OLAF u li tistabbilixxi skambju ta’ fehmiet
mal-istituzzjonijiet f’livell politiku biex jiġu diskussi l-prijoritajiet
politiċi tal-Uffiċċju. 3. Kummenti
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill Fl-20 ta’ Novembru 2008,
il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni[1]
fl-ewwel qari skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni. Ressaq madwar
mitt emenda għall-proposta tal-Kummissjoni. F'Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat
proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija
mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar
ir-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999. Saru diskussjonijiet tripartitiċi
informali minn Ottubru 2011 sa Ġunju 2012, bil-ħsieb li
jintlaħaq ftehim fl-istadju tal-ewwel qari tal-Kunsill. Fl-4 ta’ Diċembru 2012
il-Kunsill ikkonferma l-qbil politiku tiegħu dwar it-test miftiehem, u
fil-25 ta’ Frar 2013, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni
tiegħu fl-ewwel qari. L-emendi kollha mressqa lill-proposta emendata
tal-Kummissjoni ġew maqbula matul id-diskussjonijiet tripartitiċi
informali. 4. Konklużjoni Il-Kummissjoni tista’ għalhekk
taċċetta l-emendi introdotti mill-Kunsill għall-proposta
tagħha. [1] Ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva
tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta
għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija
mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF),
P6_TA-PROV(2008) 553. Għar-rapport
ta’ preparazzjoni ara A6-0394/2008.