This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0052
Proposal for a COUNCIL DIRECTIVE adapting certain directives in the field of public procurement, by reason of the accession of Croatia
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
/* COM/2013/052 final - 2013/0031 (NLE) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/052 final - 2013/0031 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li
tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku hija
meħtieġa minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea fil-futur qrib. It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1]
ġie ffirmat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011. L-Artikolu Artikolu 3(3) tat-Trattat
tal-Adeżjoni jipprevedi li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju
2013 sakemm l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati
qabel dik id-data. L-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni
jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex, qabel id-dħul,
jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter alia,
fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja[2].
Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti
għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat
tal-Adeżjoni. L-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni
jipprovdi li fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni
jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti
meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi
tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, (jekk l-att oriġinali kien adottat
mill-Kummissjoni) għandhom jadottaw l-atti meħtieġa. Il-punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim
politiku fuq sett ta' adattamenti biex jiġu adottati mill-istituzzjonijiet
li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni
tat-Trattat tal-Adeżjoni; Il-Partijiet Għolja Kontraenti tat-Trattat
tal-Adeżjoni, stiednu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn
l-adattamenti qabel l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att
tal-Adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex
titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Il-proposta preżenti għal Direttiva
tal-Kunsill tkopri d-direttivi kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jeħtieġu addattament tekniku minħabba l-adeżjoni
tal-Kroazja fil-qasam tal-akkwist pubbliku – tikkorrispondi għal Kapitolu
5 tan-negozjati. Din il-proposta hija parti minn serje ta' proposti
għal direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li jiġbru
flimkien l-adattamenti tekniċi għad-direttivi tal-Kunsill kif ukoll
għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu
mal-kapitoli tan-negozjati fi proposti separati għal direttivi differenti
tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tkun iffaċilitata
t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri
fl-ordnijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom. Il-pakkett ta’
proposti għal atti legali li l-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Kunsill
huwa kompost minn din is-serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill fuq
naħa waħda, kif ukoll proposta għal regolament wieħed
tal-Kunsill li jkopri r-regolamenti u d-deċiżjonijiet relevanti
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-regolamenti u
d-deċiżjonijiet tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa
f'konformità mal-approċċ li kien ittieħed fil-passat
għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[4]. Huwa previst li l-atti legali kollha inklużi
f’dan il-pakkett se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea fl-istess data. Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra
inklużi f’dan il-pakkett se jqisu l-adattamenti tekniċi għall-acquis
li kienu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma li jkun provdut
biżżejjed żmien għall-proċessi leġiżlattivi
involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni ta' wara u
l-obbligi ta’ notifika mill-Istati Membri rigward direttivi min-naħa
l-oħra. L-addattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa mal-acquis
ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-1
ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti rilevanti nfushom jew
magħmula fi stadju aktar tard permezz ta' proċedura xierqa. Barra
minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha informalment tipprovdi lista ta’ tali
leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta' Lulju 2013. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Minħabba li din il-proposta hi ta' natura
purament teknika u ma tinvolvix għażliet politiċi,
konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma
jagħmlux sens. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali għal din il-proposta
hijaa l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’
proporzjonalità jiġu osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-UE hija
meħtieġa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5
(3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti tekniċi għal atti
legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta tirrispetta l-prinċipju
ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-TUE) għax ma tmurx lil hinn
minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet
segwiti. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
baġitarja tal-Unjoni. 2013/0031 (NLE) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam
tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikulari l-Artikolu 50 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, BIlli: (1) Skont l-Artikolu 50
tal-Att tal-Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel
l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u
l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti fl-Att
tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi
b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dan
il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma
kienx adottat mill-Kummissjoni.. (2) L-Att Finali tal-Konferenza
li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti
Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal
atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba
l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn
l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif
meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. (3) Id-Direttivi 2004/17/KE[5], 2004/18/KE[6] u 2009/81/KE[7] għandhom ikunu emendati
skont dan, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u
2009/81/KE jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness. Artikolu 2 1. L-Istati Membri jadottaw u
jippubblikaw, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma'
din id-Direttiva. Minnufih huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk
id-dispożizzjonijiet. Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet
mid-data tal-adeżjoni Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu
akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali
tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali
referenza. 2. L-Istati Membri jikkomunikaw
lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol
fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul
fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati
Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS AKKWIST PUBBLIKU 1. 32004
L 0017: Id-Direttiva
2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li
tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi
tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004,
p. 1): (a)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I
'Entitajiet kontraenti fis-setturi tat-trasport jew id-distribuzzjoni tal-gass
jew tas-sħana' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta
Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu
rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew
it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz
lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u
d-distribuzzjoni ta’ gass u enerġija termali u l-provvista ta' gass jew
enerġija termali lil netwerks fissi, bħall-entitajiet involuti
fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq il-Liċenzja għat-twettiq
ta' attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija
(il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).' (b)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness II
'Entitajiet kontraenti fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasport jew
tad-distribuzzjoni ta' elettriku' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta
Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu
rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew
it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz
lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u
d-distribuzzjoni tal-elettriku u l-provvista tal-elettriku lil netwerks fissi,
bħall-entitajiet involuti fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq
il-Liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tal-enerġija skont
l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).' (c)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III
'Entitajiet kontraenti fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasport jew
tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta
Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu
rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew
it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz
lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni
tal-ilma tax-xorb u l-provvista tal-ilma tax-xorb lil netwerks fissi,
bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-gvern lokali li
jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-ilma jew servizzi
tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09 u 130/11).' (d)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV
'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' servizzi tal-ferrovija' wara l-entrata
għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta
Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu
rwieħhom fl-attività tal-provvista jew it-tħaddim ta’ netwerks li
jipprovdu servizz lil pubbliku fil-qasam ta' trasport bil-ferrovija.' (e)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness V
'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' servizzi urbani tal-ferrovija,
tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-karrozza tal-linja' wara l-entrata
għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att
dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont
regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività tal-provvista jew
it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam
tal-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, linji tat-tramm, trolleybus,
karozzi tal-linja u tal-funikular, bħall-entitajiet li jaħdmu
fl-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar
l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00,
59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11,
90/11).' (f)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VI
'Entitajiet kontraenti fis-settur tas-servizzi postali' wara l-entrata
għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmijin
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali
Nru 90/11) li, f'konformità ma' regolamenti speċjali, jipprovdu servizzi
postali u servizzi oħrajn li mhumiex ikkunsidrati bħala servizzi
postali taħt l-Artikolu 112, il-paragrafu 4 tal-Att.' (g)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII
'Entitajiet kontraenti fis-setturi ta' esplorazzjoni għal u estrazzjoni
ta' żejt jew gass' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att
dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont
regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw
mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew
iħaffru għaż-żejt u l-gass, bħall-entitajiet involuti
f’attivitajiet imsemmija skont l-Att tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali
75/09 u 49/11).' (h)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VIII
'Entitajiet kontraenti fis-setturi ta' esplorazzjoni għal u estrazzjoni
tal-faħam u karburanti solidi oħra' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att
dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont
regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw
mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew
iħaffru għall-faħam u fjuwils solidi oħra,
bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att
tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali 75/09 u 49/11).' (i)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX
'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' port marittimu jew intern jew
faċilitajiet ta' terminals oħra' wara l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att
dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont
regolamenti speċjali, jingaġġaw fl-attivitajiet li jirrelataw
mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu
disponibbli portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals
oħra tat-trasport għal operaturi tat-trasport fuq il-baħar jew
fuq ix-xmajjar, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont
l-Att dwar il-Portijiet tal-Baħar u l-Qasam Marittimu (il-Gazzetta
Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).' (j)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness X
'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' stallazzjonijiet tal-ajruporti' wara
l-entrata għal Franza: 'Il-Kroazja L-entitajiet kontraenti msemmija
fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att
dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont
regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw
mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu
disponibbli ajruporti u tagħmir tat-terminals ieħor lil operaturi
tat-trasport bl-ajru, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija
skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).' 2. 32004
L 0018: Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri
għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi,
kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi
pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114): (a)
dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III
'Lista ta' korpi u kategoriji ta' korpi governati mil-liġi pubblika kif
imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9)' wara l-entrata għal
Franza: 'XI – IL-KROAZJA L-awtoritajiet kontraenti msemmijin
fl-Artikolu 5, paragrafu 1, punt 3 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne
novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali
Nru 90/11), jiġifieri persuni ġuridiċi stabbiliti
għall-fini speċifiku li jissodisfaw ħtiġijiet fl-interess
pubbliku, li m'għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali u li
jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: –
huma ffinanzjati mill-Baġit Statali jew
mill-baġit lokali jew mill-baġit tal-unita ta’ awtogvernanza
reġjonali jpersuni oħra ġuridiċi f'iktar minn 50%, jew –
huma soġġetti għas-superviżjoni
tal-ġestjoni minn korpi statali, unitajiet ta' awtogovernanza lokali u
reġjonali jew persuni ġuridiċi oħra bħal dawn, jew –
għandhom bord ta’ sorveljanza, bord
amministrattiv jew maniġerjali, li aktar minn nofs il-membri tiegħu
huma appuntati minn korpi tal-istat, ta' awtogovernanza lokali u reġjonali
jew persuni ġuridiċi oħra bħal dawn. Pereżempju: – Agency Alan d.o.o.; – APIS IT d.o.o – Aġenzija
tal-Appoġġ għas-Sistemi tal-Informazzjoni u
għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni; - Grupp taż-Żfin Folkloristiku
Nazzjonali tal-Kroazja “Lado”; – Autocesta Rijeka – Zagreb d.d. (awtostrada
Rijeka – Zagreb); - CARnet (Netwerk Akkademiku u ta' Riċerka
Kroat); - Ċentri ta’ għajnuna u kura; - Ċentri ta‘ benessri soċjali; - Djar ta’ kura soċjali; - Ċentri ta‘ kura tas-saħħa; - L-arkivji tal-Istat; - L-Istitut Statali għall-Ħarsien
tan-Natura; - Fondi għall-Finanzjament tad-Dekummissjonar
tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Krško u għar-Rimi tal-Iskart
Radjoattiv ta' NEK u Fjuwil Nukleari Użat; Il-Fond għall-Imdemnifikazzjoni ta' Proprjetà
Maqbuda; - Il-Fond għar-Rikostruzzjoni u
l-Iżvilupp ta' Vukovar; - Fond għar-Riabilitazzjoni Professjonali
u l-Impjieg ta' Nies b'Diżabilità; - Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u
l-Effiċjenza tal-Enerġija; - L-Akkademja tax-Xjenza u l-Arti Kroata; - Il-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u
l-Iżvilupp – Hrvatska kontrola zračne plovidbe d.o.o.
(Kontroll Kroat Ltd.); – Hrvatska lutrija d.o.o. (Lotterija Kroata); - Fondazzjoni tal-Wirt Kroat; - Kamra tal-Agrikoltura Kroata - Radju Televixin Kroati; - Assoċjazzjoni Kroata tal-Kultura
Teknoloġika; – Hrvatske autoceste d.o.o. (Awtostradi Kroati
Ltd.); – Hrvatske ceste d.o.o. (Toroq Kroati Ltd.); – Hrvatske šume d.o.o. (Foresti Kroati); - Hrvatske vode (Kumpannija Kroata
għall-Ġestjoni tal-Ilma); - Ċentru Awdjoviżiv Kroat; - Iċ-Ċentru Kroati
għat-tgħammir taż-żwiemel – Irziezet tal-Istat
taż-żwiemel ta' Đakovo u Lipik; - Iċ-Ċentru Kroat
għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali; - Ċentru Kroat għall-Azzjoni
fil-Minjieri; - Ċentru Kroat għad-Dokumentazzjoni
tal-Memorji tal-Gwerra Interna; - Il-Kumitat Olimpiku Kroat; - L-Operatur tas-Suq tal-Enerġija Kroat; - Il-Kumitat Paraolimpiku Kroat; -Ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat; - L-Istitut Kroat għall-Konservazzjoni; - Il-Federazzjoni Sportiva Kroata
għall-Persuni neqsin mis-Smigħ; - L-Istitut Kroat għall-Mediċina ta'
Emerġenza; - L-Istitut Nazzjonali Kroat għas-Saħħa
Pubblika; - L-Istitut Kroat għas-Saħħa
Mentali; - L-Istitut Kroat tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni; - L-Istitut Kroat għall-Istandards; - L-Istitut Kroat għat-Telemediċina; - L-Istitut Kroat għat-Tossikoloġija u
għal kontra d-Doping; L-Istitut Nazzjonali Kroat
għall-Mediċini tat-Trasfużjoni; Is-Servizz Kroat għall-Impjiegi ; L-Istitut Kroat għall-Protezzjoni
tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol; - L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni
tas-Saħħa; - L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni
tas-Saħħa tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; – Jadrolinija (kumpanija tat-tbaħħir); - Istituzzjoni Pubblika Kroata
taċ-Ċentru Olimpiku; - Istituzzjonijiet pubbliċi
għall-edukazzjoni għolja; - L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali
pubbliċi; - L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali
naturali; - L-Istituti xjentifiċi pubbliċi; - Teatri, mużewijiet, galleriji, libreriji u
istituzzjonijiet oħra fil-qasam tal-kultura imwaqqfa mir-Repubblika
tal-Kroazja jew unitajiet tal-awtogovernanza lokali u reġjonali; - Penitenzjarji; - Sptarijiet kliniċi; - Ċentri ta' sptarijiet kliniċi; - Kliniċi; – “Miroslav Krleža” Istitut tal-Lessikografija; - Awtoritajiet tal-Port - Sanatorji; - Spiżeriji mwaqqfa mill-unitajiet
tal-awtogovernanza reġjonali; – Matica hrvatska (Matriċi Kroat); - Ċentru Internazzjonali
għall-Arkeoloġija taħt l-Ilma; - Il-Librerija Nazzjonali u tal-Università; - Il-Fondazzjoni Nazzjonali
għall-Appoġġ tal-Istandard tal-Għixien għall-Istudenti
u t-Tfal tal-Iskola; - Fondazzjoni nazzjonali għall-Iżvilupp
tas-Soċjetà Ċivili; - Fondazzjoni Nazzjonali għax-Xjenza,
l-Edukazzjoni Ogħla u l-Iżvilupp Teknoloġiku tar-Repubblika
tal-Kroazja; Iċ-Ċentru Nazzjonali
għall-Evalwazzjoni Esterna tal-Edukazzjoni; - L-Aġenzija Nazzjonali
għall-Edukazzjoni Ogħla; - Il-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza; - Il-Gazzetta Uffiċjali – (Narodne novine
d.d.); - L-istituti edukattivi/korrettivi; - L-Istituzzjonijiet edukattivi imwaqqfa
mir-Repubblika tal-Kroazja jew unitajiet lokali u reġjonali tal-awtogovernanza; - Sptarijiet ġenerali; – Plovput d.o.o. (kumpanija tal-Istat inkarigata
mis-sikurezza tan-navigazzjoni); - Polikliniċi; - Sptarijiet speċjali; - Ir-Reġistru Ċentrali ta’ Persuni
Assigurati; - Iċ-Ċentru tal-Università
għall-Kompjuters; - Assoċjazzjonijiet sportivi; - Federazzjonijiet sportivi; - Istituzzjonijiet tat-trattament mediku ta'
emerġenza; - Istituzzjonijiet tal-kura palljattiva; - Istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa; - Il-Fondazzjoni ta' Solidarjetà tal-Pulizija; - Ħabsijiet; - Istitut għar-Restawr ta' Dubrovnik; -Istitut għaż-Żerriegħa u
Nebbieta; - Istituti tas-saħħa pubblika; - Iċ-ċentru Tekniku tal-Ajrunawtika
(Zrakoplovno – tehnički centar d.d.); - L-amministrazzjonijiet tat-toroq tal-kampanja. (b)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV
"Awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali" wara l-entrata għal
Franza: 'IL-KROAZJA 1. Korpi statali tar-Repubblika tal-Kroazja: - Il-Parlament Kroat; - il-President tar-Repubblika tal-Kroazja; - L-Uffiċċju tal-President
tar-Repubblika tal-Kroazja; - L-Uffiċċju tal-President
tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju; - Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja; - Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika
tal-Kroazja - Il-Ministeri; - l-uffiċċji tal-istat; - l-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-istat; - L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni
tal-istat tal-kontea; - Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika
tal-Kroazja; - Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja; - Qrati; - Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat; - L-Uffiċċji tal-avukat tal-Istat; - Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat; - L-uffiċċji tal-Ombudsman; - Il-Kummissjoni tal-Istat
għas-Superviżjoni ta' Proċeduri ta' Akkwist Pubbliku; Il-Bank Nazzjonali Kroat; - L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat; 2. Aġenziji u uffiċċji tal-istat: Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili Kroata; - L-Aġenzija tal-Midja Elettronika; L-Aġenzija għall-Investigazzjoni
tal-Aċċidenti u l-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru; - L-Aġenzija għal Sħubija
Pubblika-Privata; - L-Aġenzija għall-Kwalità u
l-Akkreditazzjoni fil-Kura tas-Saħħa; - L-Aġenzija għal Prodotti
Mediċinali u Apparati Mediċi; - L-Aġenzija għall-Mobilità u
l-Programmi tal-UE; - L-Aġenzija tal-Linji Kostali u t-Traffiku
Marittimu; - L-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni
tal-Forti Tvrđa f'Osijek; - L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u
t-Taħriġ tal-Għalliema; - L-Aġenzija għat-Tagħmirta'
Pressjoni; - L-Aġenzija għall-Assigurazzjoni
tal-Pretensjonijiet tal-Ħaddiema f'Każ ta' Falliment ta' Min
Iħaddimhom; L-Aġenzija tal-Pagamenti
għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali; L-Aġenzija tal-Art Agrikola; - L-Aġenzija għat-Tranżazzjonijiet
u l-Medjazzjoni fi Propjetajiet Immobbli; - L-Aġenzija għal Zoni ta' Perikolu ta'
Atmosfera Esplożiva; - L-Aġenzija għall-Iżvilupp
Reġjonali tar-Repubblika tal-Kroazja; - L-Aġenzija Regolatorja tas-Suq Ferrovjarju; - L-Aġenzija għall-Awditjar tas-Sistema
ta' Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea; - L-Aġenzija tas-Sigurtà tat-Trasport
bil-Ferrovija; - L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u
t-Taħriġ Vokazzjonali u l-Edukazzjoni għall-Adulti; - L-Aġenzija għall-Ġestjoni
tal-Propjetà tal-Istat; - L-Aġenzija għall-Passaġġi
tal-Ilma Interni; - L-Aġenzija Ambjentali Kroata; - L-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tad-Dejta
Personali; - L-Aġenzija Kroata għall-Kompetizzjoni; - L-Aġenzija għax-Xjenza u l-Edukazzjoni
Ogħla - L-Aġenzija Statali
għall-Assigurazzjoni tad-Depożiti u r-Rijabilitazzjoni tal-Banek; - L-Aġenzija Finanzjarja; - L-Aġenzija Kroata għall-Ikel; - L-Aġenzija Kroata għan-Negozji
Żgħar; - L-Aġenzija Superviżorja Kroata
tas-Servizzi Finanzjarji; - L-Aġenzija Kroata
għall-Ħażniet taż-Żejt Obbligatorji; - L-Aġenzija Kroata tal-Komunikazzjonijiet
Elettroniċi u tal-Posta; - L-Aġenzija ta' Akkreditazzjoni Kroata; - L-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija
Kroata; - L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kroata; - L-Aġenzija Agrikola Kroata; - L-Aġenzija Ċentrali tal-Finanzi u
tal-Kuntratti. (c)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX A
"Kuntratti għal Xogħlijiet Pubbliċi' wara l-entrata
għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". (d)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX B
'Kuntratti għal provvisti Pubbliċi' wara l-entrata għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". (e)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX C
'Kuntratti għal SERVIZZi Pubbliċi' wara l-entrata għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". 3. 32009
L 0081: Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri
għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u
servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u
s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU
L 216, 20.8.2009, p. 76): (a)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII
Parti A "Kuntratti taX-Xogħlijiet' wara l-entrata għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". (b)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII
Parti B "Kuntratti tal-provvisti' wara l-entrata għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". (c)
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII
Parti C 'Kuntratti tas-SERVIZZi' wara l-entrata għal Franza: '- fil-Kroazja, "Sudski
registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar
Republike Hrvatske"; ". [1] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10. [2] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21. [3] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95. [4] ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1. [5] ĠU L 134, 30.4.2004,
p. 1. [6] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. [7] ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.