EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0657

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IS-6 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2012

/* COM/2013/0657 final */

52013DC0657

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IS-6 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2012 /* COM/2013/0657 final */


WERREJ

1........... PROĊEDURA TAL-BAĠIT. 3

2........... QAGĦDA FINANZJARJA U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET. 6

3........... L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2012. 8

4........... KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2012  9

5........... IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT. 11

6........... TQASSIM SKONT IT-TIP TA’ NEFQA.. 12

Anness 1 Anness 2 Anness 3 Anness 4-I Anness 4-II Anness 5 Anness 6 || Proċedura tal-baġit għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-FAEG tal-2012 Parti tal-baġit tal-FAEG mill-baġit tal-UE mill-2006 sal-2012 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2012 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2012. Dħul assenjat. C4 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2012. Dħul assenjat. C5 Eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG skont l-Artikolu u l-Istat Membru – Sena finanzjarja 2012 Evoluzzjoni tat-tqassim tan-nefqa tal-FAEG għas-snin finanzjarji mill-2007 sal-2012

Nota: Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dettaljat huwa mehmuż ma' dan ir-rapport. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma (bl-ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit tal-internet Europa tad-DĠ għall-Agrikoltura (http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_en.htm).

1.           PROĊEDURA TAL-BAĠIT[1]

1.1.        Abbozz tal-Baġit 2012

L-Abbozz tal-Baġit (Draft budget - DB) għall-2012 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fl-20.4.2011. L-approprjazzjonijiet għall-impenji proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013, ammontaw għal total ta' EUR 44 179.7 miljun.

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit għall-2012 fil-25.7.2011, fejn naqqas l-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-FAEG b’EUR 535.5 miljun, meta mqabbla mad-DB tal-Kummissjoni, għal EUR 43 644.2 miljun. Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit għal-2012 fis-26.10.2011, fejn żied l-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-FAEG b’EUR 271.9 miljun, meta mqabbla mad-DB tal-Kummissjoni, għal EUR 44 451.6 miljun.

1.2.        Ittra ta' Emenda għall-2012

Fil-25.10.2011, il-Kummissjoni adottat l-Ittra ta’ Emenda (Amending Letter – AL) Nru 3 għad-DB 2012, u stabbilixxiet ir-rekwiżiti tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-FAEG għal EUR 44 091.6 miljun. Dan l-ammont kien EUR 88.1 miljun inqas meta mqabbel ma' dak previst għall-Abbozz tal-Baġit. Dan it-tnaqqis kien dovut l-aktar għaż-żieda tad-dħul assenjat disponibbli mistenni fl-2012 b'EUR 291 miljun. B'mod speċifiku, id-dħul assenjat previst fid-DB 2012 kien jammonta għal EUR 791 miljun. Dan l-ammont żdied għal EUR 1 010 miljun fl-Ittra ta' Emenda għall-2012.

1.3.        Adozzjoni tal-Baġit 2012

Intlaħaq ftehim dwar il-baġit tal-FAEG għall-2012 fil-proċedura ta' konċiljazzjoni ta' Novembru 2011. Dan il-baġit ġie adottat mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Diċembru 2011. Il-baġit kien jinkludi approprjazzjonijiet għall-impenji u approprjazzjonijiet għal pagamenti kif ġej:

– Approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 43 603.4 miljun u approprjazzjonijiet għal pagamenti ta' EUR 43 601.3 miljun għal miżuri tas-suq u għajnuniet diretti agrikoli (qasam ta' politika 05 - Agrikoltura u Żvilupp Rurali).

– Approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 335.8 miljun u approprjazzjonijiet għal pagamenti ta' EUR 245.5 miljun għal miżuri veterinarji u fitosanitarji (qasam ta' politika 17 - Saħħa u Ħarsien tal-Konsumaturi).

– Approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 30.5 miljun u approprjazzjonijiet għal pagamenti ta' EUR 29.1 miljun għas-swieq tas-sajd (qasam ta' politika 11 - Affarijiet Marittimi u Sajd).

L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji fil-baġit għall-FAEG kienu jammontaw għal EUR 43 969.6 miljun u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti tiegħu kienu jammontaw għal EUR 43 876 miljun. Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti tirriżulta mill-fatt li, għal ċerti miżuri li huma implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri għandhom x’jaqsmu prinċipalment mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, mal-istrateġija politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura kif ukoll mas-sajd u mal-miżuri veterinarji u fitosanitarji.

B'mod speċifiku, mill-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-FAEG ivvutati għall-qasam ta' politika 05 li jammontaw għal EUR 43 603.4 miljun, EUR 3 230.8 miljun kienu previsti għal miżuri tas-suq taħt il-kapitolu 05 02, EUR 40 510.7 miljun kienu previsti għal għajnuniet diretti taħt il-kapitolu 05 03, - EUR 192,7 miljun kienu previsti għall-awditjar tan-nefqa agrikoli taħt il-kapitolu 05 07, u EUR 45,8 miljun għall-istrateġija u l-koordinazzjoni ta' politika taħt il-kapitolu 05 08. 

Ara l-Anness 1 għal aktar dettalji.

1.4.        Dħul assenjat lill-FAEG[2]

Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji taħt id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib, huwa indikat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża biex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. F’każ li xi parti minn dan id-dħul ma tintużax, din il-parti tingħadda awtomatikament għas-sena tal-baġit ta’ wara.

Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit għall-2012, saret stima ta' dan id-dħul għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena tal-baġit 2012, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena tal-baġit 2011 għall-2012. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 1 010 miljun, u tqieset meta l-Awtorità tal-Baġit adottat il-baġit għall-2012. B’mod speċifiku:

– Id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 600 miljun u EUR 150 miljun rispettivament, filwaqt li d-dħul mill-imposta tal-ħalib ġie stmat għal EUR 55 miljun. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li mistenni jinġabar matul is-sena tal-baġit 2012 ġie stmat għal EUR 805 miljun.

– Ġie stmat li d-dħul assenjat li mistenni jiġi ttrasferit mis-sena tal-baġit 2011 għall-2012 se jammonta għal EUR 205 miljun.

Fil-baġit tal-2012, il-Kummissjoni allokat dan id-dħul, li oriġinarjament kien ġie stmat għal EUR 1 010 miljun, għal żewġ skemi. B’mod speċifiku:

– EUR 310 miljun ġew assenjati għall-fondi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, u

– EUR 700 miljun ġew assenjati għall-iskema ta' pagament uniku (għajnuniet diretti).

Għal dawn iż-żewġ skemi, l-Awtorità tal-Baġit eventwalment ivvutat għal approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 496 miljun u EUR 30 472 miljun rispettivament, skont il-proposti tal-Kummissjoni. Is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvutati u d-dħul assenjat imsemmi hawn fuq jikkorrispondu għal stima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’ EUR 806 miljun għall-fondi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix, u ta’ EUR 31 172 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku.

1.5.        Ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor[3]

L-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, jiġu ttrattati bħala dħul assenjat maħsub biex jiffinanzja l-għajnuna għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor u l-għajnuniet l-oħra previsti fil-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. Għas-snin tas-suq 2006/07 sal-2008/09, dawn l-ammonti kienu relatati mal-kwoti kwantitattivi taz-zokkor, ix-xiropp tal-inulina u tal-isoglukożju miżmuma mill-operaturi f’kull Stat Membru, u kienu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Fond.

Fiż-żmien meta kien sar il-baġit tal-2012, kien mistenni li ammont ta’ EUR 832.2 miljun ikun ittrasferit mis-sena baġitarja 2011 għal dik tal-2012.

1.6.        Parti mill-baġit tal-FAEG fit-total tal-baġit tal-UE

Il-parti finali tal-baġit tal-FAEG (approprjazzjonijiet għall-impenji) mill-baġit totali tal-UE għall-perjodu 2006–2012 tidher fl-Anness 2.

2.           QAGĦDA FINANZJARJA U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET

2.1.        Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.1.     Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2012

f’EUR ||

It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1) || Approprjazzjonijiet għall-impenji || Approprjazzjonijiet għall-pagamenti || It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2) || Tbassir

1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom || 43 969 637 305 || 43 875 978 049 || 1. Approvazzjoni tal-konformità || 600 000 000

1a. Approprjazzjonijiet taħt il-ġestjoni kondiviża || 43 540 900 000 || 43 540 900 000 || 2. Irregolaritajiet || 150 000 000

1b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta ċentralizzata (3) || 428 737 305 || 335 078 049 || 3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib || 55 000 000

2. Baġit ta' Emenda Nru 6/2012 || -65 420 000 || 17 000 000 || 4. Ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor (4) || 0

3. Trasferimenti għall- / mill-FAEG matul is-sena || 71 000 || 10 614 720 || Tbassir totali ta’ AR || 805 000 000

4. Approprjazzjonijiet finali tal-FAEG, li minnhom || 43 904 288 305 || 43 903 592 769 || ||

4 a. Approprjazzjonijiet taħt il-ġestjoni kondiviża || 43 540 900 000 || 43 540 900 000 || ||

4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || 363 388 305 || 362 692 769 || ||

(1)    L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit 2012 wara li jitnaqqas id-dħul assenjat li mistenni inġabar għall-2012, kif ukoll id-dħul assenjat li mistenni jiġi ttrasferit mill-2011 għall-2012 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002. (2)    AR: Dħul assenjat li għandu jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.)[4], imma l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fir-rimarki dwar il-baġit. (3)    78% tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għandhom x’jaqsmu man-nefqa għal miżuri veterinarji u fitosanitarji taħt il-qasam ta’ politika 17 – Saħħa u Ħarsien tal-Konsumaturi. Il-bqija għandhom x’jaqsmu man-nefqa għall-istrateġija u koordinazzjoni ta’ politika taħt il-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali (15%), u mas-swieq tas-sajd taħt il-qasam ta’ politika 11 – Affarijiet Marittimi u Sajd (7%). (4) Dan id-dħul jintuża sabiex jipprovdi approprjazzjonijiet għall-pagament tal-għajnuniet tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. Dan il-Fond intemm fit-30/9/2012.

2.1.2.     Eżekuzzjoni baġitarja tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2012

f’EUR

|| Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji || Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti

Ġestjoni kondiviża (1) || 44 495 484 915.34 || 44 495 484 915.34

Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || 359 808 478.00 || 347 851 305.54

Total (inkluż il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor) Il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor Total (għajr il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor) || 44 855 293 393.34 109 698 527.03 44 745 594 866.31 || 44 843 336 220.88 109 698 527.03 44 733 637 693.85

(1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti bid-dħul assenjat riċevut imnaqqas għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 588 043 789.62.

Għas-sena finanzjarja 2012, it-total tal-approprjazzjonijiet għall-impenji li ntużaw realment ammonta għal EUR 44 855 293 393.34, filwaqt li t-total tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti ammonta għal EUR 44 843 336 220.88.

2.1.3.     Eżekuzzjoni tal-baġit ta’ approprjazzjonijiet ivvutati – Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata mġarrba mill-Kummissjoni

f’EUR ||

Nefqa taħt ġestjoni diretta ċentralizzata || Approprjazzjonijiet għall-impenji || Impenji mħassra || Approprjazzjonijiet għal pagamenti || Trasferiment għall-2013 (2)

Approprjazzjonijiet (C1) (1) || 363 388 305.00 || - || 362 692 769.11 || -

Eżekuzzjoni (C1) || 358 622 779.47 || - || 341 045 358.37 || 16 140 424.02

Approprjazzjonijiet imħassra || 4 765 525.53 || - || 5 506 986.72 || -

(1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet tal-baġit ivvutati. Dan l-ammont jinkludi l-Baġit ta' Emenda 6/2012, li jinvolvi trasferimenti għall- / mill-FAEG EUR -65 349 000.00 għall-approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 27 614 720.11 għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti (2) Approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss jiġu ttrasferiti għall-2013

Kienu previsti approprjazzjonijiet għall-impenji ta’ EUR 363.4 miljun għan-nefqa taħt il-ġestjoni diretta ċentralizzata fil-baġit tal-2012. Ammont ta’ EUR 358.6 miljun ġie impenjat fl-2012. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 4.8 miljun, ġie kkanċellat. 74.4% tal-approprjazzjonijiet għall-impenji jikkonċernaw il-qasam ta' politika 17 - Nefqa għal miżuri sanitarji u fitosanitarji. Il-bqija għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali (17.2%) u l-qasam ta’ politika 11 – Sajd (8.4%).

Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-FAEG imwettqa fir-rigward tan-nefqa taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati. It-trasferiment awtomatiku għall-2013, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 16.1 miljun.

2.2.        Pagamenti ta’ kull xahar

2.2.1.     Pagamenti ta' kull xahar lill-Istati Membri bil-ġestjoni kondiviża

2.2.1.1.  Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[5] jistipula fl-Artikolu 15 li “il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti ta’ kull xahar ... għan-nefqa effettwata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri matul ix-xahar ta’ referenza” . Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa.

Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret, u jkunu disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri[6]. L-aġġornament tan-nefqa u tad-dħul li jsir kull xahar fil-kotba huwa suġġett għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi tad-dikjarazzjoni dettaljata[7]. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-proċedura tal-kontijiet.

Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16.10.2011 sal-15.10.2012 huma koperti mis-sistema ta’ pagamenti ta’ kull xahar. Il-pagamenti li jifdal isiru direttament mill-Kummissjoni għal għadd limitat ta’ miżuri.

Għas-sena finanzjarja 2012, l-ammont nett totali tal-pagamenti ta' kull xahar imwettqa, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni u korrezzjonijiet oħra, kien EUR 43 588 043 789.62.

2.2.1.2.  Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta' kull xahar għall-2012

Għas-sena finanzjarja 2012, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra minn hekk, deċiżjoni addizzjonali dwar pagamenti ta' kull xahar, li taġġusta dawk li ngħataw diġà għan-nefqa totali li saret matul is-sena, ġiet adottata f’Diċembru 2012.

3.           L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2012

3.1.        L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG

L-impenji tal-baġit tal-2012 twettqu bis-sħiħ, u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti twettqu b'rata ta' 99% wara li tqies id-dħul assenjat tas-sena ttrasferita, u bl-esklużjoni tat-twettiq tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. 

Fil-fatt, l-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 44 745.6 miljun. Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit; bl-użu tal-ammont sħiħ tad-dħul assenjat ta' EUR 441.4 miljun ittrasferit mill-2011; u bl-użu ta' parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2012, li ammontat għal EUR 408.9 miljun minn total ta' EUR 899.6 miljun/ 

Fil-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għal miżuri tas-suq ammontat għal EUR 3 406 miljun, u għall-għajnuniet diretti ammontat għal EUR 40 880 miljun. In-nefqa mġarrba għal ċerti miżuri tas-suq u għajnuniet diretti qabżet l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, u kienet parzjalment koperta bi trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn partiti oħra tal-baġit, u parzjalment mid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG. 

Barra minn hekk, l-ammont totali ta’ implimentazzjoni msemmi qabel jinkludi nefqa għall-qasam ta' politika 11 - Miżuri tas-suq tas-sajd ta' EUR 30.5 miljun, kif ukoll nefqa li tammonta għal EUR 268.4 miljun għall-qasam ta’ politika 17 - Miżuri veterinarji u fitosanitarji.

Għad-dettalji tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-Anness 3.

L-Anness 5 jagħti tqassim tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont il-partita u skont l-Istat Membru.

4.           KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2012

Hawn isfel jidher kummentarju fil-qosor dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG għall-2012, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul assenjat disponibbli fl-2012, ibbażat fuq dettalji li jidhru fl-Anness 3.

4.1.        Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli

4.1.1.     Daħla

Il-pagamenti totali għal dan il-kapitoli tal-baġit ammontaw għal EUR 3 406 miljun, u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit li ammontaw għal EUR 3 230.8 miljun, kif ukoll minn dħul assenjat li ammont għal EUR 177.4 miljun, li ntuża biex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħaxix. Il-bilanċ li fadal tad-dħul assenjat miġbur fl-2012, li ammonta għal EUR 143.4 miljun, ġie ttrasferit għall-2013. (NB: Id-dettalji għal din it-taqsima jidhru fil-punt 4.1.3 hawn isfel). Fil-partiti fejn l-approprjazzjonijiet tal-baġit intefqu inqas milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli ġew trasferiti għal partiti oħra tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif meħtieġ.

4.1.2.     Programmi tal-ikel

L-Istati Membri implimentaw kważi bis-sħiħ il-pjan tal-2012 għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, l-Istati Membri ħallsu spejjeż pendenti għall-kostijiet amministrattivi u tat-trasport għall-pjanijiet tas-snin ta’ qabel. Dan irriżulta f'eżekuzzjoni eċċessiva ta’ EUR 15.1 miljun għall-approprjazzjonijiet tal-baġit 2012    

4.1.3.     Frott u ħaxix 

L-infiq għal dan is-settur ammont għal EUR 1 071.2 miljun, u l-implimentazzjoni eċċessiva tiegħu kien dovut l-aktar għall-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-għajnuna lil gruppi ta' produtturi għar-rikonoxximent preliminari, minħabba l-għadd kbir ta' gruppi ta' produtturi li daħlu f'din l-iskema wara n-notifika mingħand l-Istati Membri f'Jannar 2011, li kienet il-bażi għall-istima baġitarja tal-2012. F'dak li jirrigwarda l-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet ta' prodotturi, l-infiq tal-Istati Membri kien iżgħar meta mqabbel mal-bżonnijiet stmati tal-baġit tal-2012, billi l-ħlas tagħhom tal-ewwel pagamenti għal pjanijiet approvati għall-2012 kien inqas minn dak stmat oriġinalment, u fl-aħħar ma ħallsux ammont reżidwali stmat skont il-miżuri dwar l-E-coli. Fl-aħħar nett, għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, ċerti Stati Membri ġġarrbu nfiq li baqa' inqas mill-allokazzjoni baġitarja tagħhom għas-sena skolastika 2011/12, filwaqt li għas-sena skolastika 2012/2013, li beda fl-1.8.2012, l-ebda nfiq ma ġġarrab mill-Istati Membri sa tmiem is-sena baġitarja tal-2012. Dan l-infiq se jsir u jiġi ddikjarat matul il-baġit tal-2013.

4.1.4.     Il-prodotti tas-settur tal-inbid

Il-miżura ewlenija ffinanzjata f'dan is-settur hija l-programmi nazzjonali ta' appoġġ għall-inbid, li għalihom żewġ Stati Membri ġġarrbu nfiq kemxejn aktar baxx meta mqabbel mal-ammonti previsti fil-programmi tagħhom. Madankollu, il-programmi kollha l-oħra previsti taħt din l-iskema ġew implimentati bis-sħiħ, u dan irriżulta f'implimentazzjoni globali ta' aktar minn 98.4% tal-approprjazzjonijiet previsti tal-2012. L-Istati Membri ġġabbru inqas infiq għall-ħlas tal-bilanċi pendenti għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli, li ntemmet fl-2011, meta mqabbel mal-ammont previst fil-baġit. 

4.1.5.     Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-implimentazzjoni nieqsa tas-settur kienet dovuta l-aktar għall-infiq aktar baxx imġarrab mill-Istati Membri għall-għajnuna għall-ħżin privat għall-butir, minħabba l-volum aktar baxx ta' butir maħżun taħt din l-iskema, u għall-ħalib tal-iskola, minħabba li l-kwantitajiet imqassma kienu inqas minn dawk miżmuma fil-baġit tal-2012. Madankollu, ta' min wieħed jiftakar li l-baġit tal-2012 għal din il-partita żdied b'9 miljun mill-Awtorità Baġitarja, meta mqabbel mal-bżonnijiet inizjali ta' EUR 81 miljun mitluba mill-Kummissjoni fl-Ittra ta' Emendar tagħha Nru 3/2012.

4.1.6.     Ċanga u vitella

It-tnaqqis fir-rati ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għal-laħam u l-annimali ħajjin li sar f'April 2012 wassal għall-eżekuzzjoni nieqsa tal-baġit f'dan l-artikolu, b'EUR 7.5 miljun għall-esportazzjonijiet ta' laħam frisk u ffriżat, u b'EUR 1.3 miljun għall-esportazzjonijiet ta' annimali ħajjin.  

4.2.        Kapitolu 05 03: Għajnuniet diretti

L-approprjazzjonijiet ivvutati għal dan il-kapitolu tal-baġit tal-2012 ammontaw għal EUR 40 510.7 miljun, filwaqt li l-pagamenti diretti ammontaw għal madwar EUR 40 880 miljun. Dan il-livell ta’ nefqa tal-FAEG 2012 kien ogħla meta mqabbel ma’ dak tal-2011, l-aktar minħabba l-introduzzjoni progressiva u kontinwa ta’ dawn l-għajnuniet għall-UE-12 f'dik l-istess sena. Parti mill-iskema ta’ pagament uniku kienet prevista li tiġi ffinanzjata minn dħul assenjat, u għalhekk, dan wassal biex ġiet prevista l-implimentazzjoni eċċessiva apparenti li kienet koperta minn dan id-dħul. It-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ivvutati minn partiti oħra tal-baġit koprew l-infiq imġarrab għal ċerti skemi oħra f'dan il-kapitolu.

4.3.        Kapitolu 05 07: Verifika tan-nefqa agrikola

4.3.1.     Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola

Dan l-artikolu jinkludi prinċipalment l-ammonti kkreditati lill-baġit tal-FAEG permezz tal-korrezzjonijiet mill-approvazzjoni tal-kontijiet u min-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi għall-pagamenti lill-benefiċjarji. Madankollu, din is-sena l-Kummissjoni wettqt korrezzjonijiet globalment pożittivi lill-kontijiet tal-Istati Membri, li ammontaw għal madwar EUR 28.5 miljun, inklużi l-korrezzjonijiet negattivi imposti fuq l-Istati Membri mill-penali għan-nuqqas ta' rispett tal-iskadenzi għall-pagamenti taħt il-partita tal-baġit 05 07 01 06. Il-baġit tal-2012, adottat mill-Awtorità Baġitarja, ammonta għal – EUR 200 miljun għall-approvazzjoni negattiva ta’ korrezzjonijiet tal-kontijiet fl-istess partita tal-baġit. Il-Kummissjoni għalqet dan il-kont bit-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati li ammontaw għal EUR 228.6 miljun minn partiti oħra tal-baġit fejn kienet saret eżekuzzjoni nieqsa.

Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-konformità ta' kontijiet tas-snin ta' qabel, saru korrezzjonijiet pożittivi li ammontaw għal EUR 36.2 miljun mill-Kummissjoni sa tmiem is-sena. Il-baġit tal-2012 ma żammx approprjazzjonijiet għal tali korrezzjonijiet pożittivi, li eventwalment ġew iffinanzjati billi ġew ittrasferiti approprjazzjonijiet ivvutati tal-istess ammont minn partiti oħra tal-baġit.

5.           IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT

5.1.        Dħul assenjat lill-FAEG

Id-dħul assenjat li fil-fatt ġie ttrasferit mill-2011 għall-2012 ammonta għal EUR 441.5 miljun, u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena tal-baġit 2012, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju. Dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 10.8 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, u ta’ EUR 430.7 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku.

Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul assenjat miġbur fl-2012, l-Anness 4-I juri li dan id-dħul ammonta għal EUR 899.6 miljun, u oriġina minn:

– Il-korrezzjonijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità li kienet tammonta għal kważi EUR 674.8 miljun.

– Id-dħul minn irregolaritajiet li ammonta għal madwar EUR 160.7 miljun.

– Il-ġbir tal-imposti tal-ħalib li ammonta għal madwar EUR 64.1 miljun.

Parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2012, li ammonta għal EUR 408.9 miljun, intużat sa tmiem is-sena. Ammont ta' madwar EUR 166.5 miljun intuża biex ikopri l-infiq imġarrab sa tmiem is-sena għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, filwaqt li l-bilanċ ta' EUR 242.4 miljun intuża biex ikopri l-infiq imġarrab sa tmiem is-sena għall-għajnuniet diretti.

Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2012, li ammonta għal EUR 490.7 miljun, ġie ttrasferit awtomatikament fil-baġit tal-2013 sabiex jiffinanzja ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4-I u 4-II.

5.2.        Dħul assenjat li jikkonċerna l-ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor

F’konformità mal-leġiżlazzjoni, l-ebda ammont temporanju ġdid għar-ristrutturar ma nġabar mill-Istati Membri minn Novembru 2009. Madankollu, ammont ta’ EUR 7.8 miljun ġie ddikjarat fl-2012 minħabba irregolaritajiet. Għaldaqstant, id-dħul assenjat totali disponibbli għall-Fond ta' Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor huwa ugwali għall-ammont imsemmi qabel, biż-żieda tal-ammont ta' EUR 856.8 miljun li ġie ttrasferit mill-2011, u li kien ogħla mill-ammont ta' EUR 832.2 miljun previst fil-baġit tal-2012, billi l-Istati Membri wettqu ħlasijiet fi tmiem l-2011 li kienu inqas milli mistenni. Wara li ġie rimborżat lill-Istati Membri l-ammont nett ta' EUR 109.7 miljun imġarrab għall-għajnuniet tal-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor (ara l-punt 6.3 hawn taħt), il-bilanċ ta' madwar EUR 754.9 miljun baqa' disponibbli wara li ntemm il-Fond ta' Ristrutturar temporanju fit-30 ta' Settembru 2012. Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) 320/2006, dan l-ammont sar dħul assenjat lill-FAEG.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4-I u 4-II.

5.3.        Il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor

Ir-rimborżi lill-Istati Membri għall-pagamenti għal għajnuniet li jikkonċernaw miżuri ta’ ristrutturar, għal għajnuniet għad-diversifikazzjoni kif ukoll għal għajnuniet għar-raffinar taz-zokkor saru għal ammont nett ta' EUR 109.7 miljun. Dawn l-għajnuniet ġew rimborżati lill-Istati Membri mid-dħul assenjat msemmi fil-punt 5.2 hawn fuq. 

Ara l-Anness 3 għal aktar dettalji.

6.           TQASSIM SKONT IT-TIP TA’ NEFQA

In-nefqa totali tal-FAEG tammonta għal EUR 44 745.6 miljun (minbarra l-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor). Minn hawn 'il quddiem, din in-nefqa hija ppreżentata mqassma skont il-kategoriji ewlenin ta' rappurtar, flimkien mal-perċentwali li dawn jirrappreżentaw fin-nefqa totali tal-FAEG għall-2012:

Ħżin

in-nefqa għall-ħżin ammontat għal EUR 17.4 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta l-aktar in-nefqa mġarrba għall-ħżin privat tal-butir u taż-żejt taż-żebbuġa.

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

In-nefqa għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ammontat għal EUR 146.7 miljun, jiġifieri 0.3 % tat-total, u kienet tirrigwarda prinċipalment il-laħam taċ-ċanga, it-tjur, il-laħam tal-majjal, il-bajd, u prodotti mhux tal-Anness I.

Miżuri oħra tas-suq

Flimkien mal-ħżin u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, in-nefqa għal miżuri oħra tas-suq ammontat għal EUR 3 344.5 miljun, jiġifieri 7.5 % tat-total għas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa prinċipalment fir-rigward ta’ ċereali, programmi tal-ikel, żejt taż-żebbuġa, frott u ħaxix, inbid, POSEI u għalf imnixxef, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam taċ-ċanga u vitella u laħam tal-majjal. Din in-nefqa tinkorpora ammonti minuri oħra u tinkludi l-korrezzjonijiet li ġejjin mill-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet.

Pagamenti diretti

In-nefqa għall-pagamenti diretti ammontat għal EUR 40 880 miljun, jiġifieri 91.4 % tat-total.

Nefqa diretta taħt ġestjoni ċentralizzata

Din in-nefqa ammontat għal EUR 359.8 miljun, jiġifieri 0.8 % kien imħallas direttament mill-Kummissjoni u kien ikopri l-aktar in-nefqa relatata ma’ miżuri veterinarji u fitosanitarji, kif ukoll il-kontabbiltà tal-azjendi agrikoli, is-sondaġġi dwar l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, l-informazzjoni dwar il-PAK, eċċ.

Żvilupp rurali taħt l-ex Garanzija tal-FAEGG

L-ebda approprjazzjoni għall-impenn ma’ tista’ ssir aktar għal dawn il-programmi.. L-Istati Membri issa qed jagħlqu dawn il-programmi u qed jirkupraw ammonti li ma kellhomx jitħallsu. L-ammont finali nett irkuprat taħt dan l-artikolu kien jammonta għal EUR 2.8 miljun.

L-evoluzzjoni ta’ dan it-tqassim skont it-tip ta’ nefqa għall-perjodu 2007-2012 hija ppreżentata fl-Anness 6.

[1]               Din il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1.

[2]               Dawn l-ammonti mhumiex miktuba fil-linji tad-dħul tal-baġit (Artikolu 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG), iżda huma msemmija fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu.

[3]               Dawn l-ammonti ma ddaħħlux fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 680 għall-ammonti temporanji għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor) iżda huma msemmija fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu.

[4]               p.m.: “pour mémoire”.

[5]               ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

[6]               Dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta' kull xahar jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tal-10 jum tax-xahar N+1.

[7]               Id-dikjarazzjonijiet dettaljati jiġu trażmessi kull xahar mill-Istati Membri (permezz tat-tabella 104) fl-20 jum tax-xahar N+1.

Top