Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0506

P7_TA(2013)0506 Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD)) P7_TC1-COD(2011)0270 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

ĠU C 436, 24.11.2016, pp. 390–391 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/390


P7_TA(2013)0506

Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 436/60)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0609),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a) u t-l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0318/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-10 ta' Lulju 2013 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0241/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 88.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 167.


P7_TC1-COD(2011)0270

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1296/2013.)


Top