Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0200

P7_TA(2013)0200 Is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore (COM(2011)0688 – C7-0392/2011 – 2011/0309(COD)) P7_TC1-COD(2011)0309 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE

ĠU C 55, 12.2.2016, pp. 138–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/138


P7_TA(2013)0200

Is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-attivitajiet tal-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore (COM(2011)0688 – C7-0392/2011 – 2011/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 055/31)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0688),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0392/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Frar 2012 (1),

—

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0121/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 107.


P7_TC1-COD(2011)0309

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2013/30/UE.)


Top