EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0277

Firem elettroniċi ta' emendi (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta' Lulju 2012 dwar il-proġett pilota li jippermetti il-firem eletroniċi tal-emendi mill-Kumitati (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

ĠU C 349E, 29.11.2013, p. 101–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 349/101


It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012
Firem elettroniċi ta' emendi (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

P7_TA(2012)0277

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2012 dwar il-proġett pilota li jippermetti il-firem eletroniċi tal-emendi mill-Kumitati (interpretazzjoni tal-Artikoli 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura)

2013/C 349 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tad-19 ta' Ġunju 2012 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 156, paragrafu 1, t-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

"Emendi jistgħu jiġu ffirmati elettronikament bħala parti minn proġett pilota li jinvolvi għadd limitat ta' kumitati parlamentari, bil-kundizzjoni, l-ewwel, li l-kumitati li jipparteċipaw fil-proġett ikunu qablu għal dan u, t-tieni, li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex tkun żgurata l-awtentiċità tal-firem."

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif


Top