This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0455
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing, on behalf of the European Union, of an accession Protocol to the Political Dialogue and Cooperation Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republics of Costa Rica, El Salvador, Guatemala, Honduras, Nicaragua and Panama, on the other part
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' protokoll dwar is-sħubija fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' protokoll dwar is-sħubija fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra
/* COM/2012/0455 final - 2012/0220 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' protokoll dwar is-sħubija fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra /* COM/2012/0455 final - 2012/0220 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’
Koperazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, il-Komunità Ewropea u l-Istati
Membri tagħha u, min-naħa l-oħra, ir-Repubbliki tal-Kosta Rika,
tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama,
ġie ffirmat fil-15 ta' Diċembru tal-2003. Dan il-ftehim issa ġie
rratifikat mill-partijiet kollha. Skont it-termini tal-Artikolu 6(2)
tal-Att tal-Adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda mal-UE,
is-sħubija tal-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku
u ta’ Koperazzjoni trid tiġi approvata permezz ta’ protokoll ma’ dan
il-ftehim. L-istess artikolu jipprovdi għal proċedura simplifikata,
li fil-qafas tagħha l-protokoll għandu jiġi konkluż
mill-Kunsill, li jiddeċiedi b’unanimità f’isem l-Istati Membri, u
mill-pajjiż terz ikkonċernat. L-għaxar Stati Membri l-ġodda li
daħlu fl-UE fl-2004 — ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja,
ir-Repubblika ta’ Ċipru, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja,
ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja,
ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka — u r-Repubblika
tal-Bulgarija u r-Rumanija, li ssieħbu fl-2007, għandhom jidħlu
fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni permezz ta’ protokoll
mal-ftehim. Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17
ta’Novembru tal-2009 awtorizzat lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati
mar-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala,
tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, sabiex jiġi konkluż
il-protokoll rilevanti. It-test tal-protokoll li ġie nnegozjat
mas-sħab fl-Amerika Ċentrali huwa mehmuż ma’ dan id-dokument.
L-aktar dispożizzjoni importanti tal-protokoll għandha x’taqsam
mas-sħubija tal-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku
u ta’ Koperazzjoni, u tipprovdi għal verżjonijiet awtentiċi
tal-ftehim bil-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-UE. Il-proposti mehmuża huma għal (1)
deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
proviżorja tal-protokoll u (2) deċiżjoni tal-Kunsill dwar
il-konklużjoni tal-protokoll. Il-Kunsill huwa mitlub jadotta
d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill proposti sabiex il-protokoll jiġi
ffirmat u konkluż. 2012/0220 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta'
protokoll dwar is-sħubija fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’
Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador,
tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa
l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212(3),
flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni
tas-16 ta' April tal-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni
anness mat-Trattat tal-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2)
tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari
l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat
tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u
partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fis-17 ta’ Novembru tal-2009
l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubbliki
tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras,
tan-Nikaragwa u tal-Panama għall-iffirmar ta' protokoll dwar
is-sħubija mal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni.
In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar
tal-Ftehim. (2) Skont it-termini
tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda
mal-UE, is-sħubija tal-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim ta’ Djalogu
Politiku u ta’ Koperazzjoni trid tiġi approvata permezz ta’ protokoll ma’ dan
il-ftehim. L-istess artikolu jipprovdi għal proċedura simplifikata,
li permezz tagħha l-protokoll irid jiġi konkluż mill-Kunsill, li
jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi
kkonċernati. (3) L-Artikolu X
tal-protokoll li ġie nnegozjat mas-sħab fl-Amerika Ċentrali
jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll qabel
id-dħul fis-seħħ tiegħu. (4) Għalhekk,
soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard,
il-protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u jiġi applikat
b’mod proviżorju, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-protokoll dwar is-sħubija
mal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni mar-Repubbliki tal-Kosta
Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u
tal-Panama huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni, suġġett
għall-konklużjoni tal-ftehim imsemmi. It-test tal-ftehim li għandu jiġi
ffirmat huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni. Artikolu 2 Il-president tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat
jinnomina lill-persuna/i li se jkollha/jkollhom is-setgħa li
tiffirma/jiffirmaw, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
il-protokoll ta’ mal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn
il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda,
u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala,
tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra. Artikolu 3 Sakemm jidħol fis-seħħ,
il-protokoll jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data
tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’
Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador,
tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa
l-oħra. Artikolu 4 Din id-deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Protokoll ta’
mal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u
l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki
tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa
u tal-Panama, min-naħa l-oħra, sabiex jingħata kas
tas-sħubija tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka,
tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tal-Ungerija,
tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’
Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Rumanija, tar-Repubblika tas-Slovenja, u
tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea
IR-RENJU
TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA
TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA
ĊEKA, IR-RENJU
TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA
FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA
TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA
ELLENIKA, IR-RENJU
TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA
FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA
TALJANA, IR-REPUBBLIKA
TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA
TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA
TAL-LITWANJA, IL-GRAN
DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA
TA’ MALTA, IR-RENJU
TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA
TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA
TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA
PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA
TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA
SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA
TAL-FINLANDJA, IR-RENJU
TAL-ISVEZJA, IR-RENJU
UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ, u L-UNJONI
EWROPEA, min-naħa l-waħda, u IR-REPUBBLIKA
TAL-KOSTA RIKA IR-REPUBBLIKA
TAL-EL SALVADOR, IR-REPUBBLIKA
TAL-GWATEMALA, IR-REPUBBLIKA
TAL-ĦONDURAS, IR-REPUBBLIKA
TAN-NIKARAGWA, IR-REPUBBLIKA
TAL-PANAMA, min-naħa
l-oħra, BILLI l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’
Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador,
tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa
l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-ftehim", ġie
ffirmat fil-15 ta' Diċembru tal-2003; BILLI t-Trattat li jikkonċerna
l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja,
tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika
tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta,
tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika
Slovakka mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ t-“it-trattat
tal-adeżjoni”) ġie iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April tal-2003; BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att
tal-Adeżjoni, l-inkorporazzjoni ta' dawn l-Istati Membri fil-ftehim
għandha tiġi formalizzata bil-konklużjoni ta' protokoll
mal-ftehim; BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l
quddiem imsejjaħ "it-tieni trattat tal-adeżjoni") ġie
ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April tal-2005; BILLI, skont it-tieni Trattat
tal-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tal-protokoll dwar
il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika
tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-inkorporazzjoni tal-Istati Membri l-ġodda
fil-ftehim għandha tiġi formalizzata permezz tal-konklużjoni ta'
protokoll mal-ftehim; BILLI l-Artikolu 53 tal-ftehim
jgħid: "Għall-finijiet ta' dan il-ftehim,
"il-partijiet" tirreferi għall-Komunità, l-Istati Membri
tagħha jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fl-oqsma ta'
kompetenza rispettivi tagħhom, kif joħroġ mit-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki
tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras,
tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, b'konformità mal-isferi
ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Il-ftehim
japplika wkoll għal miżuri meħudin minn kwalunkwe awtoritajiet
Statali, reġjonali jew lokali fit-territorji tal-partijiet."; BILLI l-Artikolu 59 tal-ftehim
jgħid: “Dan il-ftehim ikun applikabbli, min-naħa l-waħda,
għat-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u,
min-naħa l-oħra, għat-territorji tar-Repubbliki tal-Kosta Rika,
tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u
tal-Panama"; BILLI l-Artikolu 60 tal-ftehim
jgħid: "Ta’ dan il-ftehim jitħejjew kopji bid-Daniż, bl-Olandiż,
bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż,
bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u
bl-Isvediż, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku bl-istess
mod"; FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika
Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru,
ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika
ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja,
u r-Repubblika tas-Slovakkja huma b'dan inkorporati bħala partijiet
għall-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u
r-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras,
tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra. Artikolu 2 Fi żmien sitt xhur minn meta jiġi
inizjalat dan il-protokoll, l-Unjoni Ewropea tgħaddi lill-Istati Membri
tagħha u lir-Repubbliki tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala,
tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama l-verżjonijiet tal-ftehim
bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungeriż, bil-Latvjan,
bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk u bis-Sloven.
Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-protokoll,
il-verżjonijiet bil-lingwi l-ġodda jsiru awtentiċi bl-istess
kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet imfasslin bil-lingwi preżenti
tal-ftehim. Artikolu 3 Dan il-protokoll jifforma parti integrali
mill-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni. Artikolu 4 Ta’ dan il-protokoll jitħejjew kopji
bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż,
bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiża,
bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan,
bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk,
bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, u kull wieħed minn dawn
it-testi jkun awtentiku bl-istess mod. Artikolu 5 1. Dan il-protokoll jiġi
approvat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u mir-Repubbliki
tal-Kosta Rika, tal-El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras,
tan-Nikaragwa u tal-Panama, b'konformità mal-proċeduri tagħhom stess.
2. Dan il-protokoll jidħol
fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-partijiet
kollha jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri
meħtieġa għal dan il-għan. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President