This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0381
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Directive 1999/37/EC on the registration documents for vehicles
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi
/* COM/2012/0381 final - 2012/0185 (COD) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi /* COM/2012/0381 final - 2012/0185 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA ·
Raġunijiet u għanijiet tal-proposta L-għan tal-‘Pakkett dwar l-Affidabilità
Stradali' huwa li jappoġġa u jinforza l-ittestjar tal-affidabilità
stradali tal-vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom bil-ħsieb li
jissaħħu s-sikurezza stradali u l-ħarsien tal-ambjent. Il-proposta għandha l-għan li
tikkontribwixxi sabiex tintlaħaq il-mira għal tnaqqis
fil-fatalitajiet fit-toroq bin-nofs sal-2020 kif stipulat fl-Orjentazzjonijiet
ta’ Politika dwar is-Sikurezza tat-Triq 2011-2020[1]. Se tikkontribwixxi wkoll lejn
it-tnaqqis tal-emissjonijiet fit-trasport tat-triq marbut mal-livell baxx ta'
manutenzjoni tal-vetturi. F’dan il-kuntest il-proposta għandha
l-għan li ttejjeb l-infurzar tas-sistemi tal-ittestjar tal-affidabilità
stradali u tal-ispezzjoni waqt it-traġitt, l-aktar fil-każ fejn
il-kundizzjoni teknika ta' vettura toħloq riskju imminenti
għas-sikurezza stradali, permezz ta' miżuri bħall-irtirar
temporanju jew il-kanċellazzjoni permanenti tar-reġistrazzjoni ta'
vettura. ·
Kuntest Ġenerali Qabel ma vettura titħalla titqiegħed
fis-suq, trid tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' approvazzjoni tat-tip
rilevanti jew dawk individwali li jiggarantixxu l-aqwa livell ta' standards ta'
sikurezza u ambjentali. Kull Stat Membru għandu l-obbligu li,
għall-ewwel darba, jirreġistra kwalunkwe vettura li tirċievi
l-approvazzjoni tat-tip Ewropea abbażi taċ-"Ċertifikat ta'
Konformità" li jinħareġ mill-produttur tal-vettura. Din ir-reġistrazzjoni
hija l-awtorizzazzjoni uffiċjali għall-użu fit-toroq
pubbliċi u tinforza d-dati differenti ta’ introduzzjoni tar-rekwiżiti
tal-vetturi differenti. Wara din l-approvazzjoni, il-karozzi fit-triq
iridu jiġu sottomessi regolarment għal testijiet perjodiċi
tal-affidabilità stradali. L-għan ta’ dawn it-testijiet huwa li
jiżguraw li l-karozzi fit-triq jibqgħu jgawdu minn affidabilità
stradali, jibqgħu sikuri u ma jkunu ta’ ebda periklu għax-xufier jew
utenti oħra tat-triq. Għalhekk, il-karozzi jiġu
ċċekkjati għall-konformità ma' ċerti rekwiżiti,
bħal dawk għas-sikurezza u għall-ħarsien ambjentali, kif
ukoll għal rekwiżiti dwar modifiki li jsiru wara. Minħabba
l-użu regolari u intensiv tagħhom l-aktar għal finijiet
kummerċjali, il-vetturi użati għat-trasport professjonali ta’
oġġetti b’massa ta' tagħbija akbar minn 3.5 tunnellati u
għat-trasport professjonali ta' passiġġieri ta' aktar minn
8 passiġġieri huma suġġetti addizzjonalment għal
spezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt ad hoc fejn
tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali u tekniċi
fi kwalunkwe ħin u fi kwalunkwe post fl-UE. Matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’
vettura, din tista' tkun suġġetta għar-reġistrazzjoni
mill-ġdid, minħabba tibdil fis-sjieda jew trasferiment minn Stat
Membru għall-ieħor għall-użu permanenti. Għandhom
jiġu introdotti dispożizzjonijiet simili dwar il-proċedura
għal reġistrazzjoni ta' vettura biex ikun żgurat li vetturi li
jippreżentaw riskju immedjat għas-sikurezza fit-toroq ma
jintużawx fit-toroq. L-objettiv tar-reġistrazzjoni tal-vettura
huwa li jawtorizza d-dħul fis-servizz – l-użu – ta’ vettura
fit-traffiku tat-triq. Din l-awtorizzazzjoni ssir viżibbli permezz
tat-twaħħil tal-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni
mal-vettura u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. ·
Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam
tal-proposta Il-proposta se temenda r-rekwiżiti
eżistenti stipulati fil-qafas leġiżlattiv eżistenti relatat
mad-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi[2]. Meta mqabbla mal-att eżistenti,
il-proposta tipprovdi definizzjonijiet aktar preċiżi dwar il-post
tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, tal-irtirar u tal-kanċellazzjoni
tar-reġistrazzjonijiet. Il-proposta tistipula wkoll rekwiżiti
ġodda dwar ir-reġistri elettroniċi tar-reġistrazzjonijiet
tal-vetturi u s-segwitu tan-notifiki relatati mar-riżultati
tal-affidabilità stradali, ir-reġistrazzjoni mill-ġdid u
d-distruzzjoni tal-vetturi. ·
Il-konsistenza mal-politiki u l-objettivi
l-oħra tal-Unjoni Il-proposta hija konsistenti mal-għan
tal-UE li trendi t-toroq aktar sikuri kif deskritt fil-White Paper dwar
it-Trasport[3]
u għandha l-għan li timplimenta l-istrateġija speċifika
relatata ma' vetturi aktar sikuri fi ħdan l-Orjentazzjonijiet dwar
is-Sikurezza tat-Triq 2011-2020. Finalment, il-proposta hija konsistenti
mar-rakkomandazzjonjiet relatati mat-tnedija mill-ġdid tal-politika dwar is-Suq
Uniku kif previst mir-Rapport Monti ta’ Mejju 2010[4] fil-qasam tat-tnaqqis
tal-ostakli amministrattivi għaċ-ċaqliq transfruntier
tal-karozzi użati. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT ·
Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Metodi ta’ konsultazzjoni Fl-iżvilupp tal-proposta tal-pakkett
tal-affidabilità stradali, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati
b'diversi modi: –
Kien hemm konsultazzjoni ġenerali fuq
l-internet li kopriet l-aspetti kollha tal-proposta –
L-esperti u l-partijiet interessati ġew
ikkonsultati f'sessjonijiet ta' ħidma –
Twettaq studju dwar alternattivi futuri
għall-infurzar tal-affidabilità stradali fl-Unjoni Ewropea biex jiġu
identifikati miżuri possibbli u biex tiġi elaborata għodda ta’
analiżi tal-benefiċċju mqabbel mal-ispiża relatata
mal-effetti tal-ittestjar tal-affidabilità stradali Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif ġew
meqjusa Matul il-konsultazzjoni fuq l-internet, tqajmu
diversi kwistjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Il-valutazzjoni
tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tipprovdi rendikont sħiħ
tal-kwistjonijiet sostantivi mqajma u tiddiskuti l-mod li bih ġew
ikkunsidrati. Saret konsultazzjoni miftuħa fuq
l-internet mid-29 ta’ Lulju 2010 sal-24 ta’ Settembru 2010.
Il-Kummissjoni rċeviet 9,653 tweġiba mingħand
ċittadini, awtoritajiet tal-Istati Membri, fornituri ta' apparati,
ċentri tal-ittestjar, assoċjazzjonijiet tal-garaxxijiet u produtturi
tal-vetturi. Ir-riżultati huma disponibbli fi http://ec.europa.eu/transport/road_safety/take-part/public-consultations/pti_en.htm. ·
Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Dominji xjentifiċi/tal-għarfien
espert ikkonċernati Il-proposta kienet teħtieġ
l-evalwazzjoni ta’ għażliet ta’ politika differenti kif ukoll
tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali marbuta magħha. Il-metodoloġija użata Twettaq studju dwar l-impatti
tal-għażliet differenti ta’ politika minn konsulent estern (‘Europe
Economics’) bl-użu ta’ diversi rapporti xjentifiċi u ta’
evalwazzjoni, l-aktar bħala sorsi ta' mudelli u dejta
għall-konverżjoni fi flus tal-ispejjeż u l-benefiċċji
tal-għażliet differenti ta’ politika. L-istudji li ġew
użati l-aktar b’mod estensiv jinkludu dawn li ġejjin: –
Ir-Rapport mill-Kummissjoni lil-Kunsill u
lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva
2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar
l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk
il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba
għat-triq – Perjodi ta’ rappurtar 2005-2006 u 2007-2008
(COM(2010) 754 finali), –
AUTOFORE (2007) –
"MOT Scheme Evidence-base" Dipartiment
tat-Trasport (ir-Renju Unit, 2008), –
Rapport DEKRA dwar is-Sikurezza Stradali 2008
– Strateġiji għall-prevenzjoni tal-inċidenti fit-toroq
tal-Ewropa, –
Rapport DEKRA dwar is-Sikurezza Stradali
tat-Trakkijiet 2009, –
Rapport DEKRA dwar is-Sikurezza Stradali tal-Muturi
2010, –
Rapporti ta’ TÜV 2009/2010. Il-mezzi użati biex il-parir
tal-esperti jkun disponibbli għall-pubbliku Ir-rapporti ta' riċerka lesti u approvati
kollha huma disponibbli jew se jintgħamlu disponibbli fil-websajt
tad-DĠ għall-Mobilità u t-Trasport. ·
Valutazzjoni tal-Impatt Għall-aspetti prinċipali
tal-proposta, ġew ikkunsidrati l-għażliet li ġejjin: (a)
L-approċċ ta’ ‘Ebda tibdil ta’ politika’
jipprovdi l-każ ta' referenza li miegħu jitqabblu l-effetti
tal-għażliet ta' politika oħrajn. F’din l-għażla,
jinżamm il-qafas legali attwali tal-UE. Barra minn hekk, ma jkun hemm ebda
adattament fuq żmien qasir tal-anness tekniku
tad-Direttiva 2009/40/KE peress li l-anness ġie riċentement
emendat permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija (bid-Direttiva 2010/48/UE).
Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-frekwenza tat-testijiet
tal-affidabilità stradali ma jinbidlux u ma tiġi adottata ebda miżura
relatata mal-iskambju tal-informazzjoni. Ikompli n-nuqqas ta' qafas
għall-iskambju tad-dejta. (b)
L-"Approċċ ta'
leġiżlazzjoni mhux vinkolanti" jkun jikkonsisti ma’
implimentazzjoni aħjar u monitoraġġ aħjar tal-applikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Din l-għażla ma
tintroduċix leġiżlazzjoni ġdida, iżda jkun hemm sforzi
ġodda u akbar mill-Kummissjoni biex jittejbu l-istandards tal-ittestjar u
tal-infurzar, kif ukoll azzjonijiet biex ikun hemm inċentivi
għall-iskambju tad-dejta. (c)
L-“Approċċ leġiżlattiv” ikun
ibbażat fuq żewġ komponenti: –
Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li
titjieb is-sikurezza tal-vetturi fit-triq, l-ewwel komponent huwa li ssir
reviżjoni ‘l fuq tal-istandards minimi tal-UE għat-testijiet
perjodiċi tal-affidabilità stradali (PTI – ‘periodic roadworthiness test)
u għall-ispezzjonijiet waqt it-traġitt (RSI - 'roadside inspections')
mhux mistennija u jiġu definiti l-istandards obbligatorji. Dan huwa
essenzjali sabiex jiġi evitat li jkun hemm nuqqasijiet fis-sistema li
jnaqqsu l-effikaċja tal-infurzar tal-affidabilità stradali fit-totalità
tagħha. –
Sabiex jintlaħaq l-għan speċifiku li
d-dejta meħtieġa għat-testijiet tal-affidabilità stradali u
d-dejta li toħroġ minn dawn it-testijiet tkun disponibbli, it-tieni
komponent tas-sistema ġenerali jkun jinkludi, fit-tieni fażi,
l-istabbiliment possibbli ta' sistema ta' skambju tad-dejta armonizzata tal-UE
li torbot flimkien il-bażijiet tad-dejta eżistenti bil-ħsieb li
ttejjeb l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-affidabilità
stradali tal-UE. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tiddefinixxi l-irtirar u
l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjonijiet. Din il-miżura tiżgura li l-vetturi
li jikkostitwixxu riskju immedjat għas-sikurezza stradali minħabba
nuqqasijiet perikolużi ma jkunux permessi fit-triq billi
r-reġistrazzjoni tagħhom tiġi rtirata sakemm jerġgħu
jgħaddu b’suċċess minn test ieħor tal-affidabilità
stradali. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, ma għandux ikun
meħtieġ li wieħed jerġa’ jgħaddi mill-proċess
tar-reġistrazzjoni meta jitneħħa l-irtirar. Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi
grad ta’ proċess awtomatizzat fejn ir-reġistrazzjoni oriġinali
ta' vetturi li ġew irreġistrati mill-ġdid fi Stat Membru
ieħor jiġu kkanċellati awtomatikament. Dan se jevita
l-eżistenza ta’ reġistrazzjonijiet paralleli għal kull vettura
fi Stati Membri differenti. L-obbligu tat-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità
stradali huwa marbut mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. Għalhekk,
l-eżistenza ta’ reġistrazzjonijiet paralleli għal kull vettura
fi Stati Membri differenti tkun tirriżulta f'obbligu li l-vettura
tgħaddi minn testijiet tal-affidabilità stradali f’dawn l-Istati Membri
differenti. Ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi li,
wara test perjodiku tal-affidabilità stradali, jkun hemm il-ħtieġa li
jiġu skreppjati u dawk notifikati bħala ‘vetturi fl-aħħar
stadju ta’ ħajja’ għandhom jiġu kkanċellati wara li ssir
in-notifika tal-kanċellazzjoni. Il-proposta tintroduċi wkoll
l-istabbiliment ta’ reġistri elettroniċi ta’ reġistrazzjoni li
fihom l-informazzjoni kollha relatata mar-reġistrazzjoni tal-vettura. Din
l-informazzjoni ssir aċċessibbli għall-fini tal-ittestjar
tal-affidabilità stradali bħala biss parti mill-informazzjoni li hija
stampata fuq iċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni. Ir-reġistru
jipprovdi għas-segwitu li għandu jitwettaq wara n-notifika
tar-riżultati ta' test tal-affidabilità stradali, tar-reġistrazzjoni
mill-ġdid u tad-distruzzjoni ta' vettura. Il-Kummissjoni għandha jkollha
s-setgħa li, permezz ta’ atti ddelegati, taġġorna l-annessi
filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni
tat-tip tal-UE fir-rigward tal-kontenut taċ-ċertifikati ta’
konformità kif ukoll il-progress teknoloġiku. ·
Bażi legali Il-bażi legali tal-proposta hija
l-Artikolu°91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ·
Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux
jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba
r-raġunijiet li ġejjin: ir-rekwiżiti eżistenti huma
implimentati b’mod differenti mill-Istati Membri b’diskrepanza kbira
fl-infurzar tas-sistemi tal-ittestjar tal-affidabilità stradali u
tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt b’impatti negattivi kemm fuq
is-sikurezza stradali kif ukoll fuq is-suq intern. Fluss bla problemi fil-futur
tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi
jeħtieġ l-eżistenza ta' reġistri
tar-reġistrazzjonijiet b'kontenut armonizzat fl-Istati Membri kollha. Il-proposta għalhekk hija konformi
mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. ·
Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt,
il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għax ma
tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu
l-għanijiet relatati maż-żieda fis-sikurezza stradali u
l-ħarsien ambjentali billi tinforza s-sistmea tal-ittestjar
tal-affidabilità stradali u toħloq il-qafas xieraq għal fluss bla
problemi tal-informazzjoni. ·
Għażla tal-istrument Strumenti proposti: Emenda għal Direttiva
eżistenti. L-użu ta’ emenda għad-Direttiva
eżistenti huwa meqjus bħala xieraq. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJI Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2012/0185 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE
dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Europea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[6],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-ittestjar tal-affidabilità
stradali huwa parti minn sistema usa’ li tiżgura li l-vetturi
jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul
l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet
perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u
l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi
użati għal attivitajiet tat-trasport tat-triq kummerċjali kif
ukoll bħala dispożizzjonijiet dwar proċedura
għar-reġistrazzjoni tal-vettura biex ikun żgurat li vetturi li
huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali ma jintużawx
fit-toroq. (2) Ir-reġistrazzjoni ta’
vettura tipprovdi għall-użu tagħha fit-toroq pubbliċi.
Id-Direttiva 1997/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta'
reġistrazzjoni għall-vetturi[7]
tapplika biss għall-għoti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi.
Irrispettivament minn dan, speċjalment fil-każijiet fejn l-użu
tal-vettura fit-toroq pubbliċi jkun joħloq riskju, minħabba
s-sitwazzjoni teknika tal-vettura, għandu jkun possibbli li tiġi
rtirata r-reġistrazzjoni għal ċertu perjodu ta’ żmien.
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-irtirar
tar-reġistrazzjoni, ma għandux ikun meħtieġ li wieħed
jerġa’ jgħaddi mill-proċess tar-reġistrazzjoni meta
jitneħħa l-irtirar. (3) Għandha tiġi
introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’
vettura fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet
irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet
żarmata jew skreppjata. (4) Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet
amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn
l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm
f'reġistri nazzjonali. (5) F’każijiet fejn jinstabu
nuqqasijiet perikolużi matul test tal-affidabilità stradali,
ir-reġistrazzjoni għandha tiġi rtirata mill-awtoritajiet
kompetenti sakemm il-vettura tgħaddi minn test tal-affidabilità
ieħor. (6) Sabiex din id-Direttiva
tiġi ssupplimentata b'aktar dettalji tekniċi, is-setgħa li
tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni
bil-ħsieb taġġorna l-annessi filwaqt li tqis l-evoluzzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-kontenut
taċ-ċertifikati ta’ konformità kif ukoll il-progress tekniku. Huwa
importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa
waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’
esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni
għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa
tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (7) Skont id-Dikjarazzjoni
Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti
ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri
ħadu l-impenn li, f'każijiet ġustifikati, in-notifika
tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn
dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti
ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni
nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li
t-trażmissjoni ta' dokumenti bħal dawn hija ġustifikata. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1
Id-Direttiva 1999/37/KE hija emendata kif
ġej: 1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1
tal-Artikolu 1 huma sostitwiti kif ġej: “Din id-Direttiva għandha tapplika
għad-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għal vetturi użati
mill-Istati Membri.” 2. Il-punti li ġejjin jiżdiedu
mal-Artikolu 2: “(e) ‘irtirar ta’ reġistrazzjoni':
għandha tfisser perjodu limitat ta’ żmien li fih il-vettura ma tkunx
awtorizzata biex tintuża fit-traffiku tat-triq, mingħajr ma jkun
involut proċess ġdid ta’ reġistrazzjoni; (f) ‘kanċellazzjoni ta’
reġistrazzjoni’: għandha tfisser kanċellazzjoni permanenti
tal-awtorizzazzjoni tal-vettura biex tintuża fit-traffiku tat-triq filwaqt
li jkun involut proċess ġdid ta' reġistrazzjoni." 3. Il-paragrafu li ġej
jiżdied mal-Artikolu 3: "4. L-Istati Membri għandhom
iżommu d-dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju
tagħhom f’reġistru elettroniku. Id-dejta f'dan ir-reġistru
għandu jkun fiha l-elementi kollha skont l-Anness I kif ukoll
ir-riżultati ta' testijiet obbligatorji tal-affidabilità tad-dejta skont
ir-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali].
Huma għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta teknika dwar il-vetturi
lill-awtoritajiet kompetenti jew liċ-ċentri tal-ittestjar involuti
fl-ittestjar tal-affidabilità stradali.” 3. Għandu
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3a 1. Fil-każ li l-awtorità ta’
reġistrazzjoni ta’ Stat Membru jirċievi notifika ta’ test
tal-affidabilità stradali li juri li l-vettura ġiet ivvalutata
b’nuqqasijiet perikolużi skont l-Artikolu 7
tar-Regolament XX/XX/XX [dwar it-testijet perjodiċi tal-affidabilità
stradali], ir-reġistrazzjoni għandha tiġi rtirata u għandu
jitwettaq test ieħor tal-affidabilità stradali. L-irtirar għandu jkun effettiv sakemm
il-vettura tgħaddi minn test ġdid tal-affidabilità stradali.
Mat-tlestija b’suċċess tat-test tal-affidabilità stradali, l-awtorità
ta' reġistrazzjoni għandha tawtorizza mill-ġdid mingħajr
dewmien l-użu tal-vettura fit-traffiku tat-triq. 2. Fil-każ li awtorità ta’
reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tirċievi notifika li vettura ġiet
ittratata bħala vettura fl-aħħar stadju ta’ ħajja skont
id-Direttiva 2000/53/KE[8],
ir-reġistrazzjoni għandha tiġi kkanċellata u din
l-informazjoni għandha tiżdied mar-reġistru elettroniku. 4. Il-paragrafu li ġej
jiżdied mal-Artikolu 5: "3. Fil-każ li Stat Membru
jirċievi notifika li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid
fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru għandu jikkanċella
r-reġistrazzjoni ta' din il-vettura fuq it-territorju tiegħu. 5. L-Artikoli 6 u 7 huma
sostitwiti b’dan li ġej: ”Artikolu 6
Atti ddelegati Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta
atti ddelegati skont l-Artikolu 7 bil-ħsieb li tadatta l-Annessi
fid-dawl tal-progress tekniku. Artikolu 7
Eżerċitar ta’
delega 1. Is-setgħa tal-adozzjoni
ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa
msemmija fl-Artikolu 6 għandha tingħata għal perjodu
indeterminat ta’ żmien mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan
ir-Regolament. 3. Id-delega tas-setgħat
imsemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka
għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik
id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum
ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata
fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li
jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att
iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont
l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma
tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew
mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak
il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw
lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu
għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew
jew tal-Kunsill." Artikolu 2
Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw
ma' din id-Direttiva sal mhux aktar tard minn [XXXX]. Huma għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet
mingħajr dewmien. Huma għandhom japplikaw dawk
id-dispożizzjonijiet [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ
ta’ din id-Direttiva]. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din
id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza
fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati
Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenien
tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3
Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4
Destinatarji Din
id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM (2010) 389 finali. [2] Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE
tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni
għall-vetturi, kif emendata. [3] COM (2011) 144 finali. [4] http://ec.europa.eu/internal_market/strategy/docs/monti_report_final_10_05_2010_en.pdf. [5] ĠU C, p. [6] ĠU C, p. [7] ĠU L 138 of 1.6.1999, p. 57. [8] ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.