Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 52012PC0217
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Directive 2009/138/EC on the taking-up and pursuit of the business of Insurance and Reinsurance (Solvency II) as regards the dates of its transposition and application and the date of repeal of certain Directives
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi
/* COM/2012/0217 final - 2012/0110 (COD) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta' ċerti Direttivi /* COM/2012/0217 final - 2012/0110 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Raġunijiet u
għanijiet tal-proposta Id-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II)
tipprovdi sistema moderna bbażata fuq ir-riskju
għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi Ewropej
tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Dawn ir-regoli l-ġodda huma
essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u
solidu li jista' jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u
jappoġġa l-ekonomija reali permezz ta' investimenti fit-tul u stabbiltà
addizzjonali. Id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni
tad-Direttiva 2009/138/KE hija l-31 ta' Ottubru 2012.
Id-direttivi eżistenti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
(id-Direttivi 64/225/KEE, 73/239/KEE, 73/240/KEE, 76/580/KEE, 78/473/KEE,
84/641/KEE, 87/344/KEE, 88/357/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2001/17/KE, 2002/83/KE
u 2005/68/KE, kif emendati bl-atti elenkati fil-Parti A
tal-Anness VI) li huma kollettivament imsemmija bħala Solvenza I
se jiġu rrevokati b'effett mill-1 ta' Novembru 2012. Fid-19 ta' Jannar 2011
il-Kummissjoni adottat proposta biex temenda d-Direttiva 2009/138/KE
sabiex tikkunsidra l-arkitettura l-ġdida ta' superviżjoni
għall-assigurazzjoni u primarjament l-istabbilment tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni
u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) fl-1 ta' Jannar 2011
(COM (2011) 8, COD 2011/0006)(Omnibus II). Il-proposta
tinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jiġu estiżi
t-traspożizzjoni, ir-revoka u d-dati tal-applikazzjoni
fid-Direttiva 2009/138/KE. Dawn ir-regoli huma essenzjali sabiex tiġi
żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-iskema
l-ġdida. Barra minn hekk u sabiex tkun kompletament operattiva, l-iskema
Solvenza II tirrikjedi mill-Kummissjoni għadd kbir ta' atti ddelegati
u ta’ implimentazzjoni, li jipprovdu dettalji importanti dwar kwistjonijiet
tekniċi differenti. Ħafna minn dawn l-hekk imsejħa regoli
tal-"livell 2" huma marbuta mill-qrib mad-Direttiva
Omnibus II u ma jistgħux jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni
qabel il-pubblikazzjoni ta' Omnibus II. Fl-istadju attwali, hemm riskju li d-Direttiva
Omnibus II proposta mhux se tiġi ppubblikata u ma tkunx daħlet
fis-seħħ qabel id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni
tad-Direttiva 2009/138/KE li tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2012.
Il-fatt li din id-data titħalla kif inhi jimplika li d-Direttiva Qafas
tkun teħtieġ li tiġi implimentata mingħajr ir-regoli
tranżitorji u adattamenti oħra importanti previsti f'Omibus II.
Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni u tiġi żgurata
l-kontinwità legali tad-dispożizzjonijiet attwali ta' Solvenza (Solvenza I)
sakemm il-pakkett kollu ta' Solvenza II ikun fis-seħħ, huwa
propost li d-data ta' traspożizzjoni rilevanti
fid-Direttiva 2009/138/KE tiġi estiża
għat-30 ta' Ġunju 2013. Huwa importanti li jitħalla ftit tal-ħin
għas-superviżuri u għall-impriżi ta' (ri)assigurazzjoni
biex jippreparaw għall-applikazzjoni tas-Solvenza II. Għalhekk
huwa propost li tiġi stabbilita d-data tal-ewwel applikazzjoni ta'
Solvenza II għall-1 ta' Jannar 2014. Din se
tagħmilha possibbli li l-proċeduri superviżorji ta' approvazzjoni
jibdew f'waqthom, eżempju għall-mudelli interni u għat-twettiq
ta' parametri speċifiċi. Id-data tar-revoka ta' Solvenza I
għandha tkun emendata skont dan. Fid-dawl ta' dan kollu u minħabba li ftit li
xejn baqa' żmien qabel il-limitu ta' żmien tal-31 ta' Ottubru 2012,
din id-Direttiva għandha tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u
mill-Kunsill b'urġenza u tidħol fis-seħħ mingħajr
dewmien. Din id-Direttiva hija neċessarja sabiex
tiġi evitata li tinqalgħa lakuna ġuridika wara
l-31 ta' Ottubru 2012. Tkun teżisti lakuna bejn is-sistema legali
tal-UE (Solvenza II) u dik tal-Istati Membri (fejn Solvenza I tibqa'
fis-seħħ kif trasposta). Din twassal għal inċertezza legali
għas-superviżuri, għall-impriżi u għall-Istati Membri.
1.2. Id-Direttiva 2009/138/KE
(Solvenza II) Din id-Direttiva tistabbilixxi skema ta' solvenza
ġdida u moderna għal assiguraturi u riassiguraturi fl-Unjoni Ewropea.
Tipprovdi għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jipprovdi
inċentivi għall-impriżi tal-assigurazzjoni u
tar-rijassigurazzjoni biex ir-riskji tagħhom ikunu jistgħu jiġu
kkalkolati u amministrati tajjeb. 1.3. Il-proposta
COM (2011) 8 (id-Direttiva Omnibus II) Din il-proposta għandha l-għan li
temenda d-Direttiva 2009/138/KE sabiex tadatta s-Solvenza II
għall-arkitettura l-ġdida ta' superviżjoni
għall-assigurazzjoni u jiġifieri l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea
tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
fl-1 ta' Jannar 2011 (COM (2011) 8,
COD 2011/0006). Tipproponi li tiġi posposta d-data ta' skadenza
għat-traspożizzjoni ta' Solvenza II
sal-31 ta' Diċembru 2012. 2. RIŻULTATI TA' KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 2.1. Trażmissjoni ta' din
il-proposta lill-parlamenti nazzjonali L-abbozzi tal-atti leġiżlattivi,
inklużi proposti mingħand il-Kummissjoni, li ntbagħtu
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandhom jintbagħtu
lill-parlamenti nazzjonali skont il-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol
tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattati. Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll, għandhom
jgħaddu tmien ġimgħat minn meta l-abbozz tal-att
leġiżlattiv ikun sar disponibbli għall-parlamenti nazzjonali
sad-data ta' meta jitqiegħed fuq aġenda proviżorja
għall-Kunsill għall-adozzjoni tiegħu jew għall-adozzjoni
ta' pożizzjoni taħt proċedura leġiżlattiva. Madanakollu, skont l-Artikolu 4 għandu
jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet f'każijiet ta'
urġenza, li r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu
ddikjarati fl-att jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill. L-adozzjoni ta' din
il-proposta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għandha tkun
ikkunsidrata bħala każ ta' urġenza assoluta
għar-raġunijiet spjegati hawn fuq. 2.2. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta mhijiex akkumpanjata minn
Valutazzjoni tal-Impatt separata għaliex bħala valutazzjoni
tal-impatt għad-Direttiva ta' Solvenza II diġà twettqet u din
il-proposta għandha l-għan biss li tevita sitwazzjoni ta' lakuna
ġuridika minħabba dewmien fil-pubblikazzjoni ta' Omnibus II f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk ma jsir xejn f'dan l-istadju, wara l-31 ta' Ottubru 2012
se tinħoloq sitwazzjoni legali inċerta. Tkun teżisti lakuna bejn
is-sistema legali tal-UE (Solvenza II) u dik tal-Istati Membri (fejn
Solvenza I tibqa' fis-seħħ kif trasposta). Din twassal għal
inċertezza legali għas-superviżuri, għall-impriżi u
għall-Istati Membri. Barra minn hekk, id-Direttiva Qafas tkun
teħtieġ li tiġi implimentata mingħajr ir-regoli
tranżitorji u adattamenti oħra importanti previsti f'Omnibus II. L-emenda proposta taffettwa biss l-obbligu
tal-Istati Membri biex jittrasponu d-Direttiva
sal-31 ta' Ottubru 2012, u testendiha
sat-30 ta' Ġunju 2013. Jipprevedi wkoll data
għall-ewwel applikazzjoni tal-1 ta' Jannar 2014. Din ma
taffettwax is-sustanza tad-Direttiva inkwistjoni u għalhekk ma timponix xi
obbligi addizzjonali fuq in-negozji. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju tal-miżuri
proposti Il-proposta temenda l-Artikolu 309 (1)
tad-Direttiva 2009/138/KE billi tipposponi d-data tat-traspożizzjoni
għat-30 ta' Ġunju 2013 u tistabbilixxi data aktar tard
għall-applikazzjoni tagħha (l-1 ta' Jannar 2014).
Temenda wkoll l-Artikoli 310 u 311 kif inhu xieraq billi
tistabbilixxi data ġdida għar-revoka ta' Solvenza I (l-1
ta' Jannar 2014). 3.2. Bażi ġuridika L-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3.3. Prinċipju
tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
għaliex il-proposta tikkonċerna qasam li ma jaqax fil-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux
jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, peress li
d-dispożizzjonijiet tad-direttivi ma jistgħux jiġu emendati jew
revokati fuq livell nazzjonali. L-għanijiet tal-proposta jistgħu
jintlaħqu biss b'azzjoni tal-UE, peress li din il-proposta temenda att
tal-liġi tal-UE li qiegħed fis-seħħ, u din hija
ħaġa li ma tistax issir mill-Istati Membri nnifishom. Hemm konformità mal-prinċipju
tas-sussidjarjetà għaliex il-proposta temenda l-leġiżlazzjoni
eżistenti tal-UE. 3.4. Prinċipju
tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja. Din ma tibdilx is-sustanza
tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE: hija ristretta għal
posponiment tad-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE
għat-30 ta' Ġunju 2013; sabiex tkun evitata
sitwazzjoni ta' inċertezza legali wara li tkun skadiet id-data attwali ta'
skadenza għat-traspożizzjoni (il-31 ta' Ottubru 2012).
Hija tipprovdi wkoll għal data ġdida ta' applikazzjoni li
qiegħdha aktar tard għas-Solvenza II u r-revoka konsegwenti ta'
Solvenza I (l-1 ta' Jannar 2014). 3.5. Għażla ta'
strumenti L-istrument(i) propost(i): id-direttiva. L-ebda strument ieħor ma kien ikun xieraq.
Peress li din hija direttiva emendata, l-uniku mezz il-quddiem huwa li
tiġi adottata direttiva oħra. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet
fuq il-baġit tal-UE. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI ·
Simplifikazzjoni Il-proposta l-ġdida bħala tali ma fiha
l-ebda elementi ta' simplifikazzjoni. Din għandha l-għan biss li
tipposponi d-data ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE
għat-30 ta' Ġunju 2013 u li tipprovdi għal data
ġdida tal-applikazzjoni tal-1 ta' Jannar 2014. ·
Revoka tal-leġiżlazzjoni
eżistenti L-adozzjoni tal-proposta minnha nnfisha ma
tfissirx li għandha tiġi rrevokata l-leġiżlazzjoni
eżistenti. hija sempliċement tbiddel id-data tar-revoka diġà
prevista fid-Direttiva 2009/138/KE. ·
Iż-Żona Ekonomika Ewropea Dan l-istrument abbozz għandu x'jaqsam ma'
suġġett kopert fil-Ftehim taż-ŻEE u għalhekk
għandu jiġi estiż sabiex ikopri ż-Żona Ekonomika
Ewropea. ·
Spjegazzjoni ddettaljata tal-proposta skont
il-kapitolu jew skont l-artikolu Il-proposta tipposponi d-data
tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE
għat-30 ta' Ġunju 2013. L-Artikolu 1 tal-proposta jemenda
l-Artikolu 309(1) "It-Traspożizzjoni" tad-Direttiva
2009/138/KE skont dan. Huwa jipprovdi wkoll għal data ġdida ta'
applikazzjoni u li qiegħdha aktar tard għas-Solvenza II
(l-1 ta' Jannar 2014). L-Artikolu 2 jemenda d-data tar-revoka ta'
Solvenza I (mill-1 ta' Jannar 2014) fl-Artikolu 310 u
jipprovdi għall-istess data bħad-data tal-applikazzjoni
tad-dispożizzjonijiet ta' Solvenza I imfassla mill-ġdid minn
Solvenza II fl-Artikolu 311. 2012/0110 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar
il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u
tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) rigward id-dati
tat-traspożizzjoni tagħha u l-applikazzjoni u d-data tar-revoka ta'
ċerti Direttivi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 53(1)
u 62 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Id-Direttiva 2009/138/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009
dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u
tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)[3]
tipprovdi sistema moderna, ibbażata fuq ir-riskju
għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi Ewropej
tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Dawn ir-regoli l-ġodda huma
essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u solidu
li jista' jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u
jappoġġa l-ekonomija reali permezz ta' investimenti fit-tul u
stabbiltà addizzjonali. (2) Id-Direttiva 2009/138/KE
tistabbilixxi l-31 ta' Ottubru 2012 bħala d-data
għat-traspożizzjoni u l-1 ta' Novembru 2012 bħala
d-data tar-revoka tad-Direttivi eżistenti tal-assigurazzjoni u
r-riassigurazzjoni (id-Direttivi 64/225/KEE[4],
73/239/KEE[5],
73/240/KEE[6],
76/580/KEE[7],
78/473/KEE[8],
84/641/KEE[9],
87/344/KEE[10],
88/357/KEE[11],
92/49/KEE[12],
98/78/KE[13],
2001/17/KE[14],
2002/83/KE[15] u
2005/68/KE[16]. (3) Fid-19 ta' Jannar 2011
il-Kummissjoni adottat proposta biex temenda d-Direttiva 2009/138/KE[17] sabiex tikkunsidra l-arkitettura
l-ġdida ta' superviżjoni għall-assigurazzjoni u primarjament
il-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet
tax-Xogħol (AEAPX). (Omnibus II). Dik il-proposta tinkludi wkoll
dispożizzjonijiet biex jiġu estiżi t-traspożizzjoni,
r-revoka u d-dati tal-applikazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE. (4) Minħabba l-kumplessità tal-proposta
"Omnibus II", hemm riskju li mhux se tkun daħlet
fis-seħħ qabel id-dati rilevanti stabbiliti
fid-Direttiva 2009/138/KE. Il-fatt li dawk id-dati ma jiġux mibdula
se jirriżulta li d-Direttiva 2009/138/KE tiġi implimentata
mingħajr ma jiddaħħlu fis-seħħ l-adattamenti
importanti pprovduti f'"Omnibus II". (5) Sabiex jiġu evitati
l-obbligi leġiżlattivi ta' piż żejjed għall-Istati
Membri skont id-Direttiva 2009/138/KE u aktar tard skont l-arkitettura
l-ġdida prevista mill-proposta "Omnibus II", huwa xieraq li
tiġi estiża d-data ta' skandenza tat-traspożizzjoni
għad-Direttiva 2009/138/KE. (6) Sabiex jippermettu
għas-superviżuri u għall-impriżi tal-assigurazzjoni u
tar-riassigurazzjoni biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-arkitettura
l-ġdida sħiħa, għandha tiġi prevista data aktar tard
tal-applikazzjoni, jiġifieri l-1 ta' Jannar 2014. (7) Sabiex tiġi evitata
lakuna ġuridika, id-data ta' revoka tad-Direttivi eżistenti
tal-assigurazzjoni għandha għalhekk tkun allinjata kif xieraq. (8) Minħabba l-perjodu qasir
ħafna ta' żmien li fadal qabel ma jagħlqu d-dati ta' skadenza
stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, din id-Direttiva għandha
tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. (9) Konsegwentement, huwa wkoll
iġġustifikat li tiġi applikata l-eċċezzjoni għal
każijiet urġenti pprovduti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll
(Nru 1) dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea f'dan
il-każ fir-rigward tat-trażmissjoni lill-Parlamenti nazzjonali
tal-proposta għal din id-Direttiva, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata
kif ġej: 1. L-Artikolu 309(1) huwa
emendat kif ġej: (a)
fl-ewwel subparagrafu, id-data
"31 ta' Ottubru 2012” tinbidel għal
"30 ta' Ġunju 2013"; (b)
għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li
ġej: "L-Istati Membri għandhom japplikaw
il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi
msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-1 ta' Jannar 2014." 2. Fl-Artikolu 310, id-data
l-"1 ta' Novembru 2012" tinbidel
għall-"1 ta' Jannar 2014". 3. Fl-Artikolu 311, id-data
l-"1 ta' Novembru 2012" tinbidel
għall-"1 ta' Jannar 2014". Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 335, 17.12.2009,
p. 1. [4] ĠU 56, 4.4.1964, p. 878. [5] ĠU, L 228, 16.8.1973, p. 3. [6] ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20. [7] ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13. [8] ĠU, L 151, 7.6.1978, p. 25. [9] ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21. [10] ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77. [11] ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1. [12] ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. [13] ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1. [14] ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28. [15] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. [16] ĠU L 323, 9.12.2005,
p. 1. [17] (COM (2011) 8, COD 2011/0006)