This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0215
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing and provisional application of a Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, on a Framework Agreement between the European Union and the Hashemite Kingdom of Jordan on the general principles for the participation of the Hashemite Kingdom of Jordan in Union programmes
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni
/* COM/2012/0215 final - 2012/0109 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni /* COM/2012/0215 final - 2012/0109 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Bħala parti mill-Politika Ewropea
tal-Viċinat, il-ftuħ gradwali ta’ xi programmi u aġenziji
tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jirrappreżenta waħda minn bosta
miżuri maħluqa biex jippromwovu r-riforma, il-modernizzazzjoni u
t-tranżizzjoni tal-viċinat tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni
ddeskriviet dan l-aspett ta' politika iktar fid-dettal fil-Komunikazzjoni
tagħha ta' Diċembru 2006 “dwar l-approċċ ġenerali biex
il-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jkunu
jistgħu jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi
Komunitarji”[1].
Il-Kunsill approva dan l-approċċ
fil-5 ta’ Marzu 2007[2].
Abbażi ta' din il-Komunikazzjoni u dawk
il-konklużjonijiet, il-Kunsill, fit-18 ta’ Ġunju 2007,
ħareġ direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas
mal-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Eġittu,
il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Moldovja,
il-Marokk, l-Awtorità tal-Palestina, it-Tuneżija u l-Ukraina, dwar il-prinċipji
ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi
Komunitarji[3].
Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007[4] afferma mill-ġdid
l-importanza suprema tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u approva Rapport
dwar il-Progress mill-Presidenza[5]
li tressaq fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u
tar-Relazzjonijiet Esterni (GAERC - General Affairs and External Relations
Council) fit-18/19 ta’ Ġunju kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill
relatati[6].
Dan ir-rapport fakkar id-Direttivi tal-Kunsill għan-negozjar ta'
protokolli addizzjonali relevanti. Il-Komunikazzoni
Konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
Ewropea għall-Affarijiet Barranin u ta' Sigurtà Politika "Risposti
ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni"[7], approvat
mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011, enfasizza
aktar l-intenzjoni tal-UE biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni
tal-pajjiżi msieħba fil-programmi tal-UE. Sal-lum, ġew
iffirmati Protokolli mal-Iżrael[8],
mal-Marokk[9],
mal-Moldova[10]
u mal-Ukraina[11].
F'Marzu 2011,
il-Ġordan esprima l-interess li jipparteċipa fil-firxa wiesgħa
ta' programmi miftuħa għall-pajjiżi sħab tal-Politika
Ewropea tal-Viċinat. It-test tal-Protokoll innegozjat mal-Ġordan
jinsab mehmuż. B’dan, il-Kummissjoni tressaq proposta
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
proviżorja tal-Protokoll. Dan il-Protokoll fih Ftehim Qafas dwar
il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan
fil-programmi tal-Unjoni. Fih stipulazzjonijiet standard li huma maħsuba
li jiġu applikati għall-pajjiżi sħab kollha tal-Politika
Ewropea tal-Viċinat li magħhom għandhom jiġu konklużi
dawn il-protokolli. It-test innegozjat jipprevedi wkoll li l-Partijiet
għandhom japplikaw b’mod proviżorju d-dispożizzjonijiet
tal-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat. B'mod parallel, il-Kummissjoni tressaq
proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni
tal-imsemmi Protokoll. Il-Kunsill huwa mistieden biex jadotta
d-Deċiżjoni proposta li ġejja. 2012/0109 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li
jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri
tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan,
min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u
Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
fil-programmi tal-Unjoni IL-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 217 flimkien
mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta li saret
mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Fit-18 ta’ Ġunju 2007,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja Protokoll
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa
waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra,
fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita
tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
fil-programmi tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), (2) Dawn in-negozjati ġew
konklużi għas-sodisfazjon tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant
Għoli, (3) Bħala konsegwenza
tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona fl-1 ta'
Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ġet wara l-Komunità
Ewropea, (4) Il-Protokoll għandu
jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett
għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, (5) Il-Protokoll għandu
jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 10
tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni formali
tiegħu, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar
tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi
Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan,
min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
fil-programmi tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”)
huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett
għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll. It-test tal-Protokoll
li għandu jiġi ffirmat huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat
sabiex jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw
il-Protokoll f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni
tiegħu. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod
provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew
il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President PROTOKOLL dwar
l-iffirmar ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi
Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan,
min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
fil-programmi tal-Unjoni L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem
imsejħa “l-Unjoni”, minn naħa waħda, kif ukoll ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn
hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ġordan” min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejħin
“il-Partijiet” Billi: (1) Ir-Renju Ħaxemita
tal-Ġordan ikkonkluda Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf
assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom
min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa
l-oħra (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal
fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2002. (2) Il-Kunsill Ewropew ta’
Brussell tas-17 ut-18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ b'mod favorevoli l-proposti
tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u
approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2004. (3) Il-Kunsill, f’bosta
okkażjonijiet oħrajn, ikkonkluda ripetutament favur din il-politika. (4) Il-Kunsill, fil-5 ta’ Marzu
2007, esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali u
globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru
2006 sabiex l-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat
jipparteċipaw fl-aġenzi Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq
il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet legali. (5) Il-Ġordan esprima
x-xewqa li jipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni. (6) It-termini u
l-kondizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni
finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta' evalwazzjoni, dwar
il-parteċipazzjoni tal-Ġordan f’kull programm b’mod partikolari
għandhom jiġu ddeterminati b'Memorandum ta' Ftehim bejn
il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan, FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ġordan
għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni attwali u
futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni tar-Renju
Ħaxemita tal-Ġordan skont id-dispożizzjonijiet relevanti li
jadottaw dawn il-programmi. Artikolu 2 Il-Ġordan
għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi
li fihom jipparteċipa l-Ġordan. Artikolu 3 Ir-rappreżentanti
tal-Ġordan għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala
osservaturi u għall-punti li jirrigwardaw il-Ġordan, fil-kumitati ta'
ġestjoni responsabbli għas-sorveljanza tal-programmi li fihom
il-Ġordan jikkontribwixxi finanzjarjament. Artikolu 4 Proġetti u
inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Ġrodan għandhom, kemm
jista’ jkun, ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli
u proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-programmi kkonċernati kif
huma applikati għall-Istati Membri. Artikolu 5 It-termini u
l-kondizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni
finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta' evalwazzjoni, dwar
il-parteċipazzjoni tal-Ġordan f’kull programm b’mod partikolari
għandhom jiġu ddeterminati b'Memorandum ta' Ftehim bejn
il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan abbażi
tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati. Jekk il-Ġordan
japplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex jipparteċipa fi
programm partikolari tal-Unjoni abbażi l-Artikolu 3 tar-Regolament
(KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru
2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif
ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija jew skont kwalunkwe
Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Ġordan
li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw
l-użu mill-Ġordan tal-assistenza esterna tal-Unjoni għandhom
jiġu ddeterminati bi ftehim dwar l-iffinanzjar, li jirrispetta b’mod
partikolari l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006. Artikolu 6 Kull Memorandum ta’
Ftehim konkluż skont l-Artikolu 5, għandu jistipula, skont
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta'
Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit
generali tal-Komunitajiet Ewropej, li l-kontroll jew awditjar finanzjarju jew
verifikazzjonijiet oħra, inklużi investigazzjonijiet amministrattivi
se jitwettqu minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea,
tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri. Għandhom isiru
dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u awditjar finanzjarju,
miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni
Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri li
jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti
għas-setgħat tagħhom rigward il-benefiċjarji jew
il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni. Artikolu 7 Dan il-Protokoll
għandu japplika għall-perjodu li fih il-Ftehim huwa
fis-seħħ. Dan il-Ftehim
għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont
il-proċeduri rispettivi tagħhom. Kull Parti tista’
tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti
l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jintemm sitt xhur wara d-data ta’ din
in-notifika. It-terminazzjoni
tal-Protokoll li jiġi wara d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet
m'għandu jkollu l-ebda influwenza dwar l-ispezzjonijiet u kontrolli li
għandhom jitwettqu taħt id-dispożizzjonijiet stipulati
fl-Artikoli 5 u 6 fejn xieraq. Artikolu 8 Mhux aktar tard minn
tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u wara
kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet Kontraenti
jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll abbażi
tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Ġordan fi programmi tal-Unjoni. Artikolu 9 Dan il-Protokoll
għandu jgħodd, minn naħa waħda, għat-territorji li
fihom it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa applikat u
taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u minn naħa
l-oħra, għat-territorju tal-Ġordan. Artikolu 10 Dan il-Protokoll
għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data
li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi
dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex
jidħol fis-seħħ. Sakemm
jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-Protokoll
proviżorjament mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jiġi
konkluż iktar tard. Artikolu 11 Dan il-Protokoll għandu jagħmel
parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 12 Dan il-Ftehim huwa
miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża,
Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża,
Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana,
Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola,
Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa
ugwalment awtentiku. Magħmul fi Brussel, f’din
il-…ġurnata …tas-sena…
For the European Union
Għall-Ġordan [1] COM(2006) 724 finali tal-4 ta’ Diċembru 2006; [2] Il-Konklużjonijiet ta’ GAERC tal-5 ta’ Marzu 2007; [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (ristretta) li
tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja l-Protokolli […], Dok 10412/07; [4] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza – Brussell, 21/22
ta’ Ġunju 2007, Dok 11177/07; [5] Ir-Rapport ta' Progress mill-Presidenza dwar
it-“Tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”, Dok 10874/07; [6] Il-Konklużjonijiet dwar it-Tisħiħ
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, adottati mill-Kunsill (Affarijiet
Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni) fit-18 ta’ Ġunju 2007, Dok
11016/07; [7] COM(2011) 303 finali tal-25 ta’ Mejju 2011; [8] GUUE L129/39 tas-17.5.2008; [9] GUUE L273/1 tad-19.10.2010; [10] OJEU L14/5 tad-19.01.2011, OJEU L131/1 tat-18.05.2011,
dħul fis-seħħ fl-01.05.2011; [11] OJEU L18/1-5 tal-21.01.2011, OJEU L133/1 tal-20.05.2011.