Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0105

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT)

/* COM/2012/0105 final - 2012/0045 (NLE) */

52012PC0105

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT) /* COM/2012/0105 final - 2012/0045 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

In-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT dwar it-tjur, li ġew konklużi fl-2007 (ĠU L 138, 30.5.2007), koprew il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan l-intestatura numru 0210 kif ukoll linja waħda dwar it-tjur ipproċessati bin-numru 1602 32 19 fl-Iskeda CXL tal-KE msejħa “preparazzjonijiet imsajrin li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur”. Ġie maħsub li jekk in-negozjati jiġu llimitati għal-linja dwar it-tjur ipproċessati bin-numru 1602 32 19, dan kien se jkun biżżejjed biex jiġu evitati effetti potenzjali ta’ sostituzzjoni. Madankollu, id-dejta tal-importazzjoni ta’ wara wriet li kien hemm żieda qawwija fl-importazzjoni tal-laħam tat-tjur ipproċessat li jaqa’ fi ħdan il-linja tariffarja bin-numru 1602 32 30, imsejħa “preparazzjonijiet li fihom 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur”. Dan wera li l-esportaturi donnhom kienu qed jieħdu vantaġġ mid-differenza relattiva fil-livell ta’ protezzjoni tal-UE, u kienu qed jibdlu l-preparazzjonijiet tat-tjur li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur bi preparazzjonijiet li fihom inqas minn 57 %, li jaqgħu fi ħdan il-linja tariffarja bin-numru 1602 32 30. Huma mistennija effetti ta’ sostituzzjoni simili għal dawn għal-linji tariffarji l-oħra li jaqgħu fi ħdan l-intestatura numru 1602 fil-ġejjieni. Sabiex dawn l-effetti ta’ sostituzzjoni, li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE, jiġu indirizzati b’mod sħiħ, il-Kummissjoni talbet lill-Kunsill jawtorizza n-negozjar mill-ġdid tal-konċessjonijiet dwar il-laħam tat-tjur li jaqa’ fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda.

Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (il-proposta COM 8615/09 WTO 72 AGRI 166) bil-għan li l-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu nnegozjati mill-ġdid.

Fis-16 ta’ Ġunju 2009, il-komunikazzjoni dwar l-intenzjoni tal-UE li tibdel il-konċessjonijiet għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 20 10, 1602 32 11, 1602 32 30, 1602 32 90, 1602 39 21, 1602 39 29, 1602 39 40 u 1602 39 80 inklużi fl-Iskeda CXL tal-Komunitajiet Ewropej intbagħtet lill-membri l-oħra tal-WTO.

Il-Kummissjoni wettqet in-negozjati b’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika Federali tal-Brażil u mar-Renju tat-Tajlandja, li t-tnejn għandhom interessi ewlenin tal-provvista u/jew interessi sostanzjali f’għadd ta’ linji tariffarji kkonċernati.

In-negozjati wasslu għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri inizjalati mar-Renju tat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mar-Repubblika Federali tal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011.

2.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Ara d-dokument finanzjarju mogħti fl-Anness (jekk jogħġbok innota li dan huwa kopja tad-dokument finanzjarju marbut mal-proposta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet).

2012/0045 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (il-proposta COM 8615/09 WTO 72 AGRI 166) bil-għan li l-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu nnegozjati mill-ġdid.

(2)       Dawk in-negozjati wasslu għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri inizjalati mar-Renju tat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mar-Repubblika Federali tal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat jaħtar il-persuna/i li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT).

It-test tal-Ftehimiet huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT

A. Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Post, data

Sinjur,

Wara negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponilek dan li ġej:

1.           L-Unjoni Ewropea se ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha:

Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3211, 1602 3230 u 1602 3290 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3211, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

2.            L-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil.

3.           Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar kull kwistjoni msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil.

L-Unjoni Ewropea u l-Brażil għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Dejjem tiegħek,

F’isem l-Unjoni Ewropea

B. Ittra min-naħa tal-Brażil

Post, data

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …, li tgħid hekk:

“Wara negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponilek dan li ġej:

1.         L-Unjoni Ewropea se ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha:

Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3211, 1602 3230 u 1602 3290 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3211, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

2.           L-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil.

3.           Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar kull kwistjoni msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil.

L-Unjoni Ewropea u l-Brażil għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

F’isem il-Brażil

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT

A. Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Post, data

Sinjur,

Wara negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponilek dan li ġej:

1.           L-Unjoni Ewropea se ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha:

Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

2.           L-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3.           Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar kull kwistjoni msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Dejjem tiegħek,

F’isem l-Unjoni Ewropea

B. Ittra min-naħa tat-Tajlandja

Post, data

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …, li tgħid hekk:

“Wara negozjati li saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponilek dan li ġej:

1.           L-Unjoni Ewropea se ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha:

Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %.

2.           L-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3.           Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar kull kwistjoni msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

F’isem it-Tajlandja

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA || Fichefin/11/ 1163256 DDG/GM/nh 6.146.2011.1

|| DATA: 6.10.2011

1. || INTESTATURA TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu 12 – Id-dazji doganali u dazji oħrajn || APPROPRJAZZJONIJIET: Fl-abbozz tal-baġit għall-2012: EUR 19 171.2 miljun

2. || TITLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT).

3. || BAŻI LEGALI: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 207 u 218 tiegħu.

4. || GĦANIJIET: Li jiġu konklużi l-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE.

5. || IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI || FUQ PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA ATTWALI – L-2011 (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA LI JMISS – L-2012 (f’miljuni ta’ EUR)

5.0 || INFIQ -               MAĦRUĠ MILL-BAĠIT TAL-KE (GĦAR-RIFUŻJONIJIET/GĦALL-INTERVENTI) -               MAĦRUĠ MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI -               MAĦRUĠ MINN SORSI OĦRAJN || - || - || -

5.1 || DĦUL -               MIR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (MILL-IMPOSTI/MID-DAZJI DOGANALI) -               FIL-LIVELL NAZZJONALI || - || - || - 1.4

|| || FL-2013 || FL-2014 || FL-2015

5.0.1 || STIMA TAL-INFIQ || || ||

5.1.1 || STIMA TAD-DĦUL || - || - || -

5.2 || METODU TAL-KALKOLU: -

6.0 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE

6.1 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE

6.2 || SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? || IVA LE

6.3 || SE JKUN MEĦTIEĠ LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI? || IVA LE

OSSERVAZZJONIJIET: Wara negozjati li nbdew f’nofs l-2009 mal-Brażil u mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, il-miżuri jikkonċernaw il-konklużjoni tal-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE. L-impatt finanzjarju tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta dawn il-Ftehimiet huwa mogħti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja ta’ dak ir-Regolament stess*, u jista’ jiġi stmat li huwa tnaqqis fir-riżorsi proprji ta’ ammont nett ta’ madwar EUR 1.4 miljun, wara li jitnaqqsu l-25 % miżmuma mill-Istati Membri għall-ispejjeż tal-ġbir. * Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja bin-numru 1163357/2011.

Top