This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012JC0022
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 267/2012 concerning restrictive measures against Iran
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
/* JOIN/2012/022 final - 2012/0203 (NLE) */
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Adopted by | 32012R0708 |
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* JOIN/2012/022 final - 2012/0203 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill
adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 li ħassar u ssostitwixxa
r-Regolament (UE) Nru 961/2010. (2)
Dan ir-Regolament jipprevedi, inter alia,
l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu,
huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u
l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament. (3)
Hija meħtieġa emenda fil-punt (e)
tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 23 sabiex jiġu ċċarati
l-kriterji li jinkludu l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fl-Anness IX. (4)
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea
jipproponu li jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament
(UE) Nru 267/2012. 2012/0203 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012
dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri
restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni
2007/140/PESK [1], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 267/2012[2]
tat-23 ta’ Marzu 2012 ipoġġi fis-seħħ
il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar
miżuri restrittivi kontra l-Iran. Dan ir-Regolament jipprevedi, inter
alia, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li
jappartjenu, huma proprjetà, miżmuma jew kkontrollati mill-persuni,
l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament. (2) Hija meħtieġa
emenda fil-punt (e) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 23 sabiex jiġu
ċċarati l-kriterji li jinkludu l-persuni, l-entitajiet u l-korpi
fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament. (3) Din il-miżura taqa’
fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni
regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi
żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi
fl-Istati Membri kollha. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru 267/2012 għandu jiġi emendat b’dan il-mod, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa
emendat kif ġej: (1)
Fl-Artikolu 23, il-punt (e) tal-paragrafu
2 jinbidel b'dan li ġej: “(e) huma persuna, entità jew korp ġuridiku,
li huwa proprjetà jew ikkontrollat mill-Islamic Republic of Iran Shipping Lines
(IRISL), jew persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li
jaġixxu f’isimhom.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU
L 195, 27.7.2010, p. 39. [2] ĠU L
88, 24.3.2012, p. 1.