This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012JC0009
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EC) No 765/2006 concerning restrictive measures in respect of Belarus
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
/* JOIN/2012/09 final - 2012/0092 (NLE) */
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Adopted by | 32012R0354 |
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja /* JOIN/2012/09 final - 2012/0092 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006
tat-18 ta’ Mejju 2006, kif emendat, jipprevedi l-iffriżar tal-assi
tal-President Lukashenko u ta’ ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, kif
ukoll ta’ persuni responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem
jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni
demokratika, u ta’ persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li
jappoġġaw lir-reġim ta’ Lukashenko, inkluż b’mod
partikolari l-persuni u l-entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju
jew materjali lir-reġim. (2)
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/
... /PESK ta’ ... April 2012, il-Kunsill iddeċieda li għandha
tingħata deroga mill-iffriżar tal-assi, sabiex tiżgura li
l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu jsiru disponibbli
għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi jew
postijiet konsulari jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn
immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali. (3)
Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija
meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol
fis-seħħ, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata
l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati
Membri kollha. (4)
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea
jipproponu li jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 765/2006. 2012/0092 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006
dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/…/PESK ta’ ... April 2012 li temenda
d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi
kontra l-Bjelorussja[1],
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika
ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006[2]
jipprevedi l-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta’ ċerti
uffiċjali tal-Bjelorussja, kif ukoll ta’ persuni responsabbli
għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni
tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, u ta’ persuni
u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġjaw lir-reġim
ta’ Lukashenko. (2) Permezz
tad-Deċiżjoni 2012/ ... /PESK, il-Kunsill iddeċieda li
għandha tingħata deroga mill-iffriżar tal-assi, sabiex
tiżgura li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu jistgħu
jsiru disponibbli għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet
diplomatiċi jew postijiet konsulari jew ta’ organizzazzjonijiet
internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi
internazzjonali. (3) Din il-miżura taqa’
fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell
tal-Unjoni sabiex tidħol fis-seħħ, b’mod partikolari
bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha
mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. (4) Ir-Regolment (KE)
Nru 765/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament (KE) Nru 765/2006,
jiżdied l-Artikolu 4b li ġej: “Artikolu 4b B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet
kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti elettroniċi elenkati
fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li
jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi
ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew
riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew
ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-finijiet
uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari jew
ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet
f’konformità mal-liġi internazzjonali.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L … , …4.2012, p. … . [2] ĠU
L 134, 20.5. 2006, p. 1