Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0435

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI KONTIJIET FINALI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW TA' ŻVILUPP - SENA FINANZJARJA 2011

/* COM/2012/0435 final */

52012DC0435

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI KONTIJIET FINALI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW TA' ŻVILUPP - SENA FINANZJARJA 2011 /* COM/2012/0435 final */


WERREJ

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KONTABILITÀ. 2

L-IMPLIMENTAZZJONI U L-KONTABBILTÀ TAR-RIŻORSI TAL-FEŻ. 3

PARTI I – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IL-FONDI ĠESTITI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA  8

1......... ID-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP  9

1.1...... IT-8, ID-9 U L-10 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA, IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU, IR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI 9

1.2...... IT-8 FEŻ: KARTA TAL-BILANĊ, KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU U DIKJARAZZJONI TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI 13

1.3...... ID-9 FEŻ: RIŻULTAT EKONOMIKU 2008. 16

1.4...... L-10 FEŻ: RIŻULTAT EKONOMIKU 2008. 19

1.5...... NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ. 22

2. RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA. 44

2.1...... L-ALLOKAZZJONIJIET. 48

2.2 IL-KONTIJIET IKKONSOLIDATI 52

2.3...... INFORMAZZJONI OĦRA TAL-ĠESTJONI 57

PARTI II – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT  58

3......... IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT. 60

3.1...... Dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011. 60

3.2...... Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2011. 61

3.3...... RAPPORT TAL-BIDLIET FIR-RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI 62

3.4...... Rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011. 63

3.5...... NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI 64

L-ANNESS GĦALL-PARTI I – KAPITOLU 2 (RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA): IS-SITWAZZJONI SKONT IL-PAJJIŻ U SKONT L-ISTRUMENT. 95

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KONTABILITÀ

Il-kontijiet annwali tat-tmin, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena 2011 tħejjew skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp u bil-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà stipulati fl-anness għar-rapporti finanzjarji.

Nirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħi għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tat-tmien, id-disa' u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

Jien ksibt mingħand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u mill-BEI, li jiggarantixxu l-affidabbiltà tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li juru l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-implimentazzjoni baġitarja.

Jien b'dan niċċertifika li fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, u ta’ dawk il-kontrolli li jien qist meħtieġa biex niffirma l-kontijiet, għandi assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-aspetti materjali kollha.

                                                             

[iffirmat]

Philippe Taverne

L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà

                                                                                                                                   

L-IMPLIMENTAZZJONI U L-KONTABBILTÀ TAR-RIŻORSI TAL-FEŻ

1.         SFOND

L-Unjoni Ewropea għandha relazzjonijiet ta’ żvilupp kooperattiv ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għan ewlieni huwa li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku u soċjali b’konċentrazzjoni partikolari fuq it-tnaqqis u l-ittaffar tal-faqar fuq perjodu twil ta’ żmien, billi tipprovdi lill-pajjiżi benefiċjarji bl-għajnuna għall-iżvilupp u l-assistenza teknika. Biex tikseb dan, l-Unjoni tfassal, b’mod konġunt mal-pajjiżi sħab, strateġiji ta’ kooperazzjoni u timmobilizza r-riżorsi finanzjarji biex timplimentahom. Dawn ir-riżorsi tal-Unjoni allokati għall-iżvilupp jiġu minn tliet sorsi:

– Il-baġit tal-Unjoni Ewropea

– Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

– Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa l-istrument ewlieni li jipprovdi l-għajnuna tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCT). It-Trattat ta’ Ruma tal-1957 għamel proviżjoni għall-ħolqien tiegħu bil-ħsieb li jagħti assistenza teknika u finanzjarja, inizjalment limitata għall-pajjiżi tal-Afrika li dak iż-żmien kienu għadhom kolonizzati u li magħhom xi Stati Membri kellhom rabtiet storiċi.

Il-FEŻ mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni Ewropea. Huwa ffinanzjat mill-Istati Membri, suġġett għar-regolament finanzjarju tiegħu stess u ġestit minn kumitat speċifiku. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi tal-FEŻ filwaqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jamministra l-Faċilità tal-Investiment.

Matul il-perjodu 2008-2013, l-għajnuna ġeografika mogħtija lill-Istati AKP u l-OCT se tkompli tkun iffinanzjata primarjament mill-FEŻ. Kull FEŻ huwa normalment konkluż għal perjodu ta’ madwar ħames snin. Sa mill-konklużjoni tal-ewwel konvenzjoni tas-sħubija fl-1964, iċ-ċikli tal-ipprogrammar tal-FEŻ ġeneralment segwew iċ-ċikli tal-ftehim/konvenzjoni tas-sħubija. Kull FEŻ huwa regolat bir-Regolament Finanzjarju tiegħu stess li jimponi t-tħejjija tar-rapporti finanzjarji għal kull FEŻ individwali. Skont dan, ir-rapporti finanzjarji jitħejjew separatament għal kull FEŻ fir-rigward tal-parti li hija ġestita mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn ir-rapporti finanzjarji jiġu ppreżentati wkoll b’mod aggregat sabiex jipprovdu ħarsa globali lejn is-sitwazzjoni finanzjarja tar-riżorsi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni Ewropea.

Fil-qafas tal-ftehim ta’ Kotonù, ġiet stabbilita l-Faċilità tal-Investiment. Din il-Faċilità tal-Investiment hija ġestita mill-Bank Ewropew tal-Investiment u tintuża biex tappoġġa l-iżvilupp tas-settur privat fl-Istati AKP billi essenzjalment tiffinanzja – iżda mhux esklussivament – l-investimenti privati. Il-Faċilità hija mfassla bħala fond rinnovabbli, sabiex il-ħlas lura tas-self ikun jista' jiġi investit mill-ġdid f'operazzjonijiet oħra, bir-riżultat li l-Faċilità tkun tirrinova lilha nnifisha u tkun finanzjarjament indipendenti. Billi l-Faċilità tal-Investiment mhix ġestita mill-Kummissjoni Ewropea, ma tiġix ikkonsolidata fl-ewwel parti tal-kontijiet annwali – ir-rapporti finanzjarji tat-8, id-9 u l-10 FEŻ u r-rapport relatat dwar l-implimentazzjoni finanzjarja. Ir-rapporti finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment huma inklużi bħala parti separata tal-kontijiet annwali (parti 2) biex jipprovdu l-istampa sħiħa tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-FEŻ. L-10 FEŻ ikopri l-perjodu mill-2008 sal-2013 u għandu baġit ġenerali ta’ EUR 22 682 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 21 966 miljun huma allokati lill-pajjiżi AKP, EUR 286 miljun lill-OCTs u EUR 430 miljun lill-Kummissjoni bħala nefqa ta’ appoġġ għall-ipprogrammar u għall-implimentazzjoni tal-FEŻ[1].

2.         KIF JIĠI FFINANZJAT IL-FEŻ?

Il-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta’ Diċembru 2005 adotta l-perspettivi finanzjarji għall-2007-2013. F'dan il-kuntest ġie deċiż li l-kooperazzjoni ġeografika mal-Istati tal-AKP ma tiġix integrata fil-baġit tal-Unjoni Ewropea (ibbaġitizzata), iżda li tkompli tkun iffinanzjata permezz tal-FEŻ intergovernattiv eżistenti għall-perjodu 2008-2013.

Il-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa annwali u skont il-prinċipju baġitarju tal-annwalità, l-infiq u d-dħul huma ppjanati u awtorizzati għal sena waħda. Għall-kuntrarju tal-Unjoni Ewropea, il-FEŻ huwa fond li jopera fuq il-bażi tal-multiannwalità. Kull FEŻ jiġi konkluż permezz ta’ ftehim ta’ sħubija bejn l-Istati Membri u huwa assoċjat ma’ fond ġenerali biex jimplimenta l-kooperazzjoni għall-iżvilupp normalment matul perjodu ta’ ħames snin. Billi r-riżorsi jiġu allokati fuq il-bażi multiannwali, il-fondi allokati jistgħu jintużaw matul il-perjodu tal-FEŻ. In-nuqqas tal-annwalità tal-baġit huwa enfasizzat fir-rapportar baġitarju, fejn l-implimentazzjoni baġitarja ta’ kull FEŻ titkejjel kontra l-fondi totali.

Ir-riżorsi tal-FEŻ huma l-kontribuzzjonijiet “ad hoc” mill-Istati Membri tal-UE. Kważi kull ħames snin, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri jiltaqgħu fil-livell intergovernattiv biex jiddeċiedu dwar l-ammont ġenerali li se jiġi allokat lill-Fond u biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni mbagħad tamministra l-fond. Billi l-Istati Membri għandhom il-politiki tagħhom stess dwar l-iżvilupp u l-għajnuna, flimkien mal-politiki tal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki tagħhom mal-UE biex jiżguraw li huma komplementari. Sal-2010, il-kontribuzzjonijiet ġew mitluba mill-15-il Stat Membru parteċipanti. Fl-2011, issejħu l-ewwel kontribuzzjonijiet għall-10 FEŻ, li fih se jipparteċipaw is-27 Stat Membru.

Filwaqt li xi fondi tal-10 FEŻ twarrbu għall-ħtiġijiet imprevvisti, il-biċċa l-kbira qed jiġu pprogrammati f'oqfsa multiannwali indikattivi, l-iktar ġeografiċi iżda wkoll tematiċi, attwalment stipulati għas-snin 2008-2013. F'konformità ma' dan ġew adottati mill-Kummissjoni dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż, dokumenti ta’ strateġija reġjonali u dokumenti ta’ strateġija intra-AKP. L-implimentazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata annwalment u l-istrateġiji jiġu riveduti f'nofs it-terminu (2010, għaddejjin) u fl-aħħar tat-terminu (2012). B’riżultat ta’ dawn ir-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu jew tal-aħħar tat-terminu, il-Kummissjoni tista’, f’isem l-Unjoni Ewropea, tirrevedi l-istrateġiji u l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl tal-ħtiġijiet kurrenti u l-prestazzjoni tal-istati AKP jew ir-reġjuni kkonċernati.

Barra l-kontribuzzjonijiet imsemmija hawn fuq, huwa possibbli wkoll għall-Istati Membri li jidħlu f’arranġamenti ta’ kofinanzjament jew li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji lejn il-FEŻ.

3. KIF INHUMA ĠESTITI U MINFUQA R-RIŻORSI TAL-FEŻ?

3.1       In-nefqa operazzjonali

In-nefqa operattiva tal-FEŻ tieħu forom differenti, u dan jiddependi fuq kif jintefqu l-flus u kif jiġu ġestiti. Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni timplimenta r-riżorsi tal-FEŻ billi tuża dawn il-metodi li ġejjin:

Ġestjoni diċentralizzata: dawn huma l-każijiet fejn il-Kummissjoni tiddelega, bejn wieħed u ieħor sostanzjalment skont is-sitwazzjoni lokali tal-benefiċjarju kkonċernat, ċertu kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit lill-pajjiżi terzi.

Ġestjoni ċentralizzata: dan huwa fejn il-baġit jiġi implimentat jew direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni jew indirettament fejn il-Kummissjoni tikkonferixxi l-kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit lill-korpi taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġi nazzjonali, bħall-aġenziji tal-liġi pubblika tal-Unjoni Ewropea jew b’missjonijiet ta’ servizz pubbliku.

Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali: skont dan il-metodu, il-Kummissjoni tafda ċertu xogħolijiet għall-implimentazzjoni lil xi organizzazzjoni internazzjonali.

3.2       L-atturi finanzjarji differenti

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’delega tkopri l-proċess kollu tal-ġestjoni, mid-determinazzjoni ta’ x’għandu jitwettaq biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika stipulati sal-ġestjoni tal-attivitajiet imnedija kemm mill-punt operazzjonali kif ukoll dak baġitarju, inkluż l-iffirmar tal-impenji legali, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, il-ħlasijiet u anke l-irkupru tal-fondi, jekk meħtieġ.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa l-kollegament lokali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-AKP/OCT nazzjonali jew reġjonali fil-qasam. Huwa/hija jaħdem/taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali jew Reġjonali biex jiddefinixxi/tiddefinixxi l-istrateġija tal-implimentazzjoni u l-politiki settorjali, iħejji/tħejji, janalizza/tanalizza u jirrevedi/tirrevedi l-programmi u l-proġetti tal-FEŻ.

L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali fil-pajjiż riċeventi huwa uffiċjal għoli maħtur mill-gvern ta' kull Stat tal-AKP/OCT. Huwa/hija jirrappreżenta/tirrappreżenta lill-awtoritajiet tal-pajjiż tiegħu/tagħha għall-attivitajiet kollha li jkunu ffinanzjati mill-Fond u ġestiti mill-Kummissjoni u mill-BEI. F’ħafna mill-każi, dawn il-funzjonijiet jitwettqu minn membru tal-gvern, ġeneralment il-Ministru tal-Istat għall-Ippjanar jew tal-Finanzi. L-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni Nazzjonali jwettaq l-obbligi amministrattivi, tekniċi u finanzjarji tal-ġestjoni tal-programmi u l-proġetti tal-FEŻ.

L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà jeżegwixxi l-ħlas u l-ordnijiet tal-irkupru mfassla mill-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni u huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor, l-istipular tar-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà, l-ivvalidar tas-sistemi tal-kontabbiltà, iż-żamma tal-kontijiet u t-tfassil tal-kontijiet annwali korrispondenti. Barra dan, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà huwa mitlub jiffirma l-kontijiet u jiddikjara li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja.

3.3       L-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ

Il-maġġoranza l-kbira tar-riżorsi finanzjarji mogħtija lill-Istati AKP u l-OCT mill-FEŻ huma għotjiet. Fil-bidu ta’ kull FEŻ, l-Unjoni Ewropea tinforma lill-Istati AKP u l-OCT dwar il-livell tal-għotjiet li għandhom ikunu disponibbli għalihom matul il-perjodu tal-fond. Ir-riżorsi huma allokati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiż, billi jittieħed kont tal-politiki tal-pajjiż riċevent innifsu u l-isforzi għall-iżvilupp.

Il-pajjiż benefiċjarju jiżviluppa l-istrateġija tal-kooperazzjoni waqt jew wara li jikkonsulta mal-imsieħba tiegħu għall-iżvilupp (id-donaturi). L-istrateġiji tal-kooperazzjoni stabbiliti mal-Unjoni Ewropea normalment jinkludu l-istrateġiji tal-iżvilupp fuq żmien medju tal-pajjiż innifsu, l-analiżi tal-kuntest politiku u soċjoekonomiku, flimkien mal-evalwazzjoni tal-Unjoni Ewropea nnifisha. Il-persunal tal-Kummissjoni Ewropea jipprovdi l-appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali fit-tħejjija tad-dokument tal-istrateġija tal-kooperazzjoni.

Il-Programm Indikattiv Nazzjonali (PIN) imbagħad jitfassal biex jimplimenta l-istrateġija tal-kooperazzjoni. Il-PIN jimmira lejn is-setturi u l-oqsma li se jirċievu l-għajnuna, jispjega kif l-għajnuna se tissodisfa l-għanijiet tagħha, jagħti skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni, u jispeċifika kif l-atturi l-oħra bħall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali jew l-NGOs se jkunu involuti fil-programm (jekk rilevanti). Dan il-programm indikattiv nazzjonali huwa suġġett għal reviżjoni annwali, ta’ nofs is-sena u fl-aħħar tat-terminu tal-FEŻ u jsirlu titjib u tibdil meta meħtieġ matul il-perjodu tal-operat tiegħu.

3.4       Impenn biex jintefqu r-riżorsi tal-FEŻ

L-ebda riżorsi tal-FEŻ ma jistgħu jintefqu dment u sakemm il-Kummissjoni u r-riċevitur possibbli tal-flus tal-FEŻ ma jidħlux f’impenn legali bil-miktub.

Qabel ma jkun jista’ jsir impenn legali (pereżempju kuntratt jew ftehim ta’ għotja) ma' parti terza, għandu jkun hemm linja tal-baġit b’fondi biżżejjed li tawtorizza l-attività in kwistjoni. Jekk tiġi ssodisfata din il-kundizzjoni, il-fondi meħtieġa għandhom jiġu riservati fil-baġit permezz ta’ impenn baġitarju li jsir fis-sistema tal-kontabbiltà. Dan, madankollu, m’għandux effett fuq il-kontijiet ġenerali (jew ir-reġistru ġenerali) għaliex għalissa ma tkun saret l-ebda spiża. Dan jiġri għaliex is-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ fiha żewġ elementi separati iżda konnessi:

(a) il-kontijiet tal-baġit, li jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit; kif ukoll,

(b) il-kontijiet ġenerali, użati fit-tħejjija tal-karta tal-bilanċ u tar-riżultat ekonomiku.

Il-kontijiet tal-baġit juru l-impenji u l-ħlasijiet li saru. Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet, fejn kull partita tal-ispiża jew tad-dħul tiġi rreġistrata biss fil-kontijiet meta l-flus jiġu impenjati, mħallsa jew riċevuti. Din it-tip ta’ kontabbiltà hija tipika tas-settur pubbliku fejn il-konċentrazzjoni dejjem kienet, storikament, ixxaqleb lejn il-baġit u l-implimentazzjoni tiegħu.

Il-kontijiet ġenerali (bbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti) juru l-infiq u d-dħul kollu matul is-sena finanzjarja (u għalhekk ir-riżultat ekonomiku) u jistabbilixxu l-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ fil-forma tal-karta tal-bilanċ tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari.

3.5       Kif isir il-ħlas

L-ebda ħlas ma jista’ jsir sakemm l-impenn baġitarju ma jkunx diġà ġie approvat mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni.

Il-prefinanzjament huwa l-ħlas intenzjonat li jipprovdi lill-benefiċjarju bi flus minn qabel, jiġifieri somma ta' flus li jista’ juża. Jista’ jinqasam f’għadd ta’ ħlasijiet fuq perjodu definit fil-ftehim partikolari tal-prefinanzjament. Il-float jew l-avvanz jistgħu jew jintużaw għall-iskop li għalih ġew ipprovduti matul il-perjodu definit fil-ftehim jew jitħallsu lura – jekk il-benefiċjarju ma jġarrabx nefqa eliġibbli huwa għandu l-obbligu li jirritorna l-avvanz tal-prefinanzjament lill-FEŻ. Għalhekk il-prefinanzjament imħallas mhux spiża definittiva sakemm il-kundizzjonijiet kontrattwali rilevanti ma jiġux issodisfati u għalhekk jiġi rreġistrat mal-assi fil-karta tal-bilanċ meta jsir il-ħlas inizjali. L-ammont tal-assi tal-prefinanzjament jitnaqqas (totalment jew parzjalment) bl-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli (li jittieħdu bħala spejjeż fil-kont tar-riżultat ekonomiku) u bl-ammonti li jitħallsu lura.

Fl-aħħar tas-sena, għandha ssir evalwazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li għadhom ma ġewx irrappurtati. Wara dawn il-kalkoli ta' cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati huma rreġistrati bħala imposti dovuti, filwaqt li l-partijiet mhux eliġibbli stmati jibqgħu miftuħa fuq il-kontijiet fejn “l-eliġibbiltà tkun għadha trid tiġi ċċekkjata”. Dawn l-ammonti jintwerew taħt l-obbligazzjonijiet kurrenti sabiex ma tingħatax stima żejda tal-assi u l-obbligazzjonijiet.

3.6       L-irkupru tal-ħlasijiet mhux dovuti

L-eliġibbiltà tal-ispejjeż attribwiti lill-FEŻ tiġi vverifikata fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ prova stipulati fir-regoli applikabbli jew fil-kundizzjonijiet ta’ kull għotja. Bil-għan li tiġi ottimizzata r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistemi tal-kontroll, il-kontrolli fuq id-dokumenti ta’ prova għat-talbiet finali għandhom tendenza li jkunu iktar dettaljati minn dawk fuq it-talbiet interim, u għalhekk jistgħu jinqabdu żbalji fil-ħlasijiet interim li jiġu kkoreġuti b’aġġustament fil-ħlas finali. Barra dan, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tivverifika l-integrità tad-dokumenti ta’ appoġġ billi tagħmel kontrolli fuq il-post tar-rikorrent, matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni ffinanzjata u/jew wara (ex-post). L-iżbalji li jinstabu matul il-perjodu tal-implimentazzjoni jistgħu jiġu kkoreġuti b’aġġustament fit-talbiet sussegwenti. L-iżbalji li jinstabu ex-post ikunu s-suġġett għall-ordni tal-irkupru.

4.         IR-RAPPORTAR TAL-AĦĦAR TAS-SENA

4.1       Kontijiet annwali

Hija r-responsabbiltà tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà li jħejji l-kontijiet annwali u jiżgura li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ.

Il-kontijiet annwali jiġu ppreżentati kif ġej:

            Parti I: Il-fondi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea

– Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

– Rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

            Parti II: Il-fondi ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment

– Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment huma inklużi bħala parti separata mill-kontijiet annwali sabiex jipprovdu stampa sħiħa tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-FEŻ.

Wara verifika mill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet annwali huma adottati mill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara u ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament għall-kwittanza.

4.2       Ir-Rapport tal-Attività Annwali

L-Uffiċjal Awtorizzanti huwa mitlub iħejji r-Rapport tal-Attività Annwali (AAR) dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu. F'dan ir-RAA, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni jirrapporta dwar ir-riżultati tal-politika u dwar l-assigurazzjoni raġonevoli li jista’ jkollu li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet deskritti fir-rapport tiegħu ntużaw għall-iskop intenzjonat għalihom u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri tal-kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

5.         L-AWDITJAR U L-KWITTANZA

5.1       Awditjar

Il-kontijiet annwali tal-FEŻ u l-ġestjoni tar-riżorsi jiġu ssorveljati mill-awdituri esterni tiegħu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li tfassal rapport annwali għall-Kunsill u għall-Parlament Ewropew. Ix-xogħol ewlieni tal-Qorti huwa li twettaq l-awditu estern indipendenti tal-kontijiet annwali tal-FEŻ. Bħala parti mill-attivitajiet tagħha, il-Qorti tal-Awdituri tipproduċi:

(1) ir-rapport annwali, bid-dettalji tal-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet annwali u t-tranżazzjonijiet sottostanti;

(2) l-opinjoni, ibbażata fuq l-awditi tagħha u mogħtija fir-rapport annwali fil-forma tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, dwar (i) l-affidabbiltà tal-kontijiet u (ii) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(3) ir-rapporti speċjali li jagħtu l-konklużjonijiet tal-awditi li jkopru oqsma speċifiċi tal-ġestjoni.

Il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata taċċessa d-dokumenti kollha meħtieġa matul l-awditu tagħha. Il-Qorti tawditja l-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-FEŻ, sal-eżaminazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-ħlasijiet individwali. Hija tawditja wkoll il-kontijiet annwali nfushom, u tirrevedi l-partiti individwali tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tar-riżultat ekonomiku fejn meħtieġ, flimkien mal-preżentazzjoni ġenerali tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għalhekk il-Qorti tista' toffri l-opinjoni tagħha mhux biss fuq iċ-ċifri ppreżentati, iżda wkoll fuq is-sistema u l-kontrolli fis-seħħ.

5.2       Il-kwittanza

Il-kontroll finali huwa l-kwittanza tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ għas-sena finanzjarja partikolari. Il-Parlament Ewropew huwa l-awtorità tal-kwittanza tal-FEŻ. Dan ifisser li wara l-awditu u l-finalizzazzjoni tal-kontijiet annwali jkun imiss lill-Kunsill li jirrakkomanda mbagħad lill-Parlament biex jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ għas-sena finanzjarja preċedenti. Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq ir-reviżjoni tal-kontijiet u r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (li jinkludi l-istqarrija uffiċjali ta’ assigurazzjoni) u t-tweġibiet tal-Kummissjoni, kif ukoll il-mistoqsijiet sussegwenti u iktar talbiet għall-informazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-kwittanza tirrappreżenta l-aspett politiku tal-kontroll estern tal-implimentazzjoni finanzjarja u hija d-deċiżjoni li fuqha l-Parlament Ewropew, filwaqt li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, "jirrilaxxa" lill-Kummissjoni mir-responsabbiltà tagħha għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni finanzjarja tas-sena finanzjarja partikolari. Din il-proċedura tal-kwittanza tista’ tipproduċi wieħed minn żewġ riżultati: l-għoti jew il-posponiment tal-kwittanza. Meta jagħti l-kwittanza, il-Parlament jista' jenfasizza osservazzjonijiet li huwa jqis bħala importanti, u ta’ sikwit jirrakkomanda azzjonijiet li l-Kummissjoni għandha tieħu fil-konfront ta’ dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni tiddikjara l-miżuri li ttieħdu f’rapport ta’ segwitu u fi pjan ta’ azzjoni li tibgħat kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill.

PARTI I – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IL-FONDI ĠESTITI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA[2]

1.           ID-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP         

1.1         IT-8, ID-9 U L-10 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA, IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU, IR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI

IL-KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA tat-8, id-9 u l-10 FEŻ           

|| || || || EUR miljuni

|| Nota || 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ASSI MHUX KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu twil ta’ żmien || 2.1 || 380 || 353

|| || || ||

|| ASSI KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || 2.2 || 1 175 || 1 096

|| Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien || 2.3 || 111 || 247

|| Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || 1 224 || 808

||   || || ||

|| ASSI TOTALI || || 2 891 || 2 503

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

|| Pagabbli f'perjodu qasir ta' żmien || 2.6 || (1 033) || (1 045)

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (1 033) || (1 045)

|| || || ||

|| ASSI NETTI || || 1 858 || 1 458

|| || || ||

|| FONDI U RIZERVI || || ||

|| Kapital tal-fond mitlub || 2.7 || 26 979 || 23 879

|| Riżervi oħra || 2.8 || 2 252 || 2 252

|| Riżultat ekonomiku riportat mis-snin ta’ qabel || || (24 674) || (21 909)

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || || (2 700) || (2 765)

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || 1 858 || 1 458

IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU AGGREGAT tat-8, id-9 u l-10 FEŻ

|| || EUR miljuni

|| Nota || 2011 || 2010

|| || ||

DĦUL OPERATTIV || 3.1 || 99 || 140

|| || ||

SPEJJEZ OPERATTIVI || || ||

Spejjeż operattivi || 3.2 || (2 702) || (2 914)

Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (75) || (86)

|| || ||

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (2 679) || (2 860)

|| || ||

Dħul finanzjarju || 3.4 || (20) || 95

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (21) || 95

|| || ||

IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (2 700) || (2 765)

IL-KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA tat-8, id-9 u l-10 FEŻ           

|| || EUR miljuni

|| Nota || 2011 || 2010

|| || ||

Riżultat ekonomiku għas-sena || || (2 700) || (2 765)

|| || ||

ATTIVITAJIET OPERATTIVI || 4.2 || ||

Kontribuzzjonijiet ordinarji mill-Istati Membri || || 3 238 || 3 420

Kontribuzzjonijiet ta' kofinanzjament mill-Istati Membri || || 7 || 65

Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || || 6 || 2

|| || ||

Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien || || (28) || (157)

Flus u l-ekwivalenti ta’ flus || || (79) || (296)

ASSI TOTALI OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI: || || 14 || (62)

OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (42) || 78

|| || ||

ASSI NETTI || || 417 || 285

|| || ||

FONDI U RIŻERVI || || 417 || 285

Kapital tal-fond mitlub || 2.5 || 808 || 523

Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || 2.5 || 1 224 || 808

IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI AGGREGAT tat-8, id-9 u l-10 FEŻ     

|| || || || || || || EUR miljuni

|| Kapital tal-Fond (a) || Fondi mhux mitluba (b) || Kapital tal-fond mitlub (c)=(a)-(b) || Riżervi kumulattivi (d) || Riżervi oħra (e) || Assi Netti Totali (c)+(d)+(e)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2009 || 45 761 || 25 381 || 20 381 || (21 909) || 2 252 || 724

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (3 500) || 3 500 || - || - || 3 500

Riklassifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament[3] || (70) || (69) || (2) || - || - || (2)

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (2 765) || - || (2 765)

BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 45 691 || 21 812 || 23 879 || (24 674) || 2 252 || 1 458

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (3 100) || 3 100 || - || - || 3 100

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (2 700) || - || (2 700)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2011 || 45 691 || 18 712 || 26 979 || (27 374) || 2 252 || 1 858

1.2         IT-8 FEŻ: KARTA TAL-BILANĊ, KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU U DIKJARAZZJONI TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI

KARTA TAL-BILANĊ tat-8 FEŻ            

|| || || || EUR miljuni

|| Nota || 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ASSI KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || 2.2 || 70 || 100

|| Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien || 2.3 || 4 || 9

|| Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || 387 || 497

|| || || ||

|| ASSI TOTALI || || 461 || 605

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || 2.6 || (29) || (45)

|| || || ||

|| Kontijiet tal-kollegament || || (29) || (45)

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || 432 || 560

|| || || ||

|| FONDI U RIZERVI || || ||

|| Kapital tal-fond mitlub || 2.7 || 12 840 || 12 840

|| Riżervi oħra || 2.8 || (2 276) || (2 237)

|| Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (10 042) || (9 985)

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || || (90) || (58)

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || 432 || 560

IT-8 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI                                                   

|| || EUR miljuni

|| Nota || 2011 || 2010

|| || ||

DĦUL OPERATTIV || 3.1 || 40 || 54

|| || ||

SPEJJEZ OPERATTIVI || 3.2 || (128) || (116)

|| || ||

|| || ||

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (88) || (61)

|| || ||

Dħul finanzjarju || 3.4 || (1) || 4

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (2) || 4

|| || ||

IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (90) || (58)

Spejjeż amministrattivi BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET OPERATTIVI

|| || || || || || || EUR miljuni

|| Kapital tal-Fond (a) || Fondi mhux mitluba (b) || Kapital tal-fond mitlub (c)=(a)-(b) || Riżervi kumulattivi (d) || Riżervi oħra (e) || Assi Netti Totali (c)+(d)+(e)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2009 || 12 840 || - || 12 840 || (9 985) || (2 153) || 703

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || - || - || - || - || -

Trasferimenti għall-10 FEŻ || - || - || - || - || (85)   || (85)

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (58) || - || (58)

BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 12 840 || - || 12 840 || (10 042) || (2 237) || 560

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || - || - || - || - || -

Trasferimenti għall-10 FEŻ || - || - || - || - || (38) || (38)

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (90) || - || (90)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2011 || 12 840 || - || 12 840 || (10 132) || (2 276) || 432

1.3         ID-9 FEŻ: RIŻULTAT EKONOMIKU 2008

Il-KARTA TAL-BILANĊ tad-9 FEŻ

|| || || || EUR miljuni

|| Nota || 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ASSI MHUX KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu twil ta’ żmien || 2.1 || 191 || 158

|| || || ||

|| ASSI KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || 2.2 || 569 || 742

|| Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien || 2.3 || 87 || 233

|| Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || 2 557 || 2 516

|| Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || 6 || 7

||   || || ||

|| ASSI TOTALI || || 3 410 || 3 655

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || 2.6 || (315) || (392)

|| || || ||

|| Kontijiet tal-kollegament || || (315) || (392)

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || ||  3 096 || 3 263

|| || || ||

|| FONDI U RIZERVI || || ||

|| Kapital tal-fond mitlub || 2.7 || 11 699 || 11 039

|| Riżervi oħra || 2.8 || 4 227 || 4 157

|| Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (11 932) || (10 854)

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || || (898) || (1 078)

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || 3 096 || 3 263

IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU tad-9 FEŻ

|| || EUR miljuni

|| Nota || 2011 || 2010

|| || ||

DĦUL OPERATTIV || 3.1 || 49 || 82

|| || ||

SPEJJEZ OPERATTIVI || || ||

Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien Kontijiet tal-kollegament || 3.2 || (924) || (1 230)

Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (3) || (6)

|| || ||

|| || ||

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (879) || (1 155)

|| || ||

Dħul finanzjarju || 3.4 || (19) || 77

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (19) || 77

|| || ||

IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (898) || (1 078)

IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI tad-9 FEŻ

|| || || || || || || EUR miljuni

|| Kapital tal-Fond (a) || Fondi mhux mitluba (b) || Kapital tal-fond mitlub (c)=(a)-(b) || Riżervi kumulattivi (d) || Riżervi oħra (e) || Assi Netti Totali (c)+(d)+(e)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2009 || 11 699 || 4 160 || 7 539 || (10 854) || 4 308 || 993

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (3 500) || 3 500 || - || - || 3 500

Trasferimenti għall-10 FEŻ || - || - || - || - || (151) || (151)

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (1 078) || - || (1 078)

BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 11 699 || 660 || 11 039 || (11 932) ||   4 157 || 3 263

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (660) || 660 || - || - || 660

Transferimenti lejn u mill-10 FEŻ || - || - || - || - || 70 || 70

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (898) || - || (898)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2011 || 11 699 || 0 || 11 699 || (12 830) || 4 227 || 3 096

1.4         L-10 FEŻ: RIŻULTAT EKONOMIKU 2008

Il-KARTA TAL-BILANĊ tal-10 FEŻ

|| || || || EUR miljuni

|| Nota || 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ASSI MHUX KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu twil ta’ żmien || 2.1 || 189 || 195

|| || || ||

|| ASSI KURRENTI || || ||

|| Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || 2.2 || 536 || 255

|| Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien || 2.3 || 20 || 5

|| Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || 1 218 || 801

||   || || ||

|| ASSI TOTALI || || 1 963 || 1 255

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || 2.6 || (689) || (608)

|| Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || (2 944) || (3 013)

|| || || ||

|| Kontijiet tal-kollegament || || (3 633) || (3 621)

|| || || ||

|| OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (1 670) || (2 366)

|| || || ||

|| FONDI U RIZERVI || || ||

|| Kapital tal-fond mitlub || 2.7 || 2 440 || -

|| Riżervi oħra || 2.8 || 301 || 333

|| Riżultat ekonomiku riportat mis-snin ta’ qabel || || (2 699) || (1 070)

|| Riżultat ekonomiku għas-sena || || (1 712) || (1 629)

|| ASSI NETTI[4] || || (1 670) || (2 366)

IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU tal-10 FEŻ

|| || EUR miljuni

|| Nota || 2011 || 2010

|| || ||

DĦUL OPERATTIV || 3.1 || 10 || 4

|| || ||

SPEJJEZ OPERATTIVI || || ||

Riċevibbli f’perjodu qasir ta’ żmien Kontijiet tal-kollegament || 3.2 || (1 650) || (1 567)

Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (72) || (80)

|| || ||

|| || ||

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (1 712) || (1 643)

|| || ||

Dħul finanzjarju || 3.4 || 0 || 14

BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (1) || 14

|| || ||

IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (1 712) || (1 629)

IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI tal-10 FEŻ

|| || || || || || || EUR miljuni

|| Kapital tal-Fond (a) || Fondi mhux mitluba (b) || Kapital tal-fond mitlub (c)=(a)-(b) || Riżervi kumulattivi (d) || Riżervi oħra (e) || Assi Netti Totali (c)+(d)+(e)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2009 || 21 222 || 21 221 || 2 || (1 070) || 97 || (971)

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || - || - || - || - || -

Riklassifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament[5] || (70) || (69) || (2) || - || - || (2)

Trasferimenti mit-8 u mid-9 FEŻ || - || - || - || - || 236 || 236

Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (1 629) || - || (1 629)

BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 21 152 || 21 152 || - || (2 699) || 333 || (2 366)

|| || || || || ||

Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (2 440) || 2 440 || - || - || 2 440

Trasferimenti minn/lejn it-8 u d-9 FEŻ || - || - || - || - || (32) || (32)

 Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (1 712) || - || (1 712)

BILANĊ FIL-31 DIĊEMBRU 2011 || 21 152 || 18 712 || 2 440 || (4 411) || 301 || (1 670)

1.5         NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ  

1.         POLITIKI TAL-KONTABBILTÀ SINIFIKANTI

1.1.      ID-DISPOŻIZZJONIJIET LEGALI U R-REGOLAMENT FINANZJARJU

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tfasslu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 121 ta’ dan ir-regolament, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jitħejjew b'rispett lejn il-prinċipji tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti.

Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ġew abbozzati f'konformità mar-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà tal-FEŻ imfassla fuq il-bażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew b'mod awtomatiku, l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) kif maħruġa rispettivament mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB) u l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Ir-regoli dwar il-metodi ta’ valutazzjoni u tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ ġew applikati fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li l-ġestjoni finanzjarja tagħha taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri għall-awditu sal-31 ta’ Marzu tas-sena segwenti. Il-Qorti tal-Awdituri min-naħa tagħha għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju (l-Artikolu 125). Fuq il-bażi ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet finali sal-31 ta’ Lulju u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. Il-kontijiet jiġu mbagħad ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali sal-15 ta’ Novembru, flimkien mal-istqarrija ta’ assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li għaliha l-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja.

1.2.      IL-PRINĊIPJI TAL-KONTABBILTÀ

L-għan tar-rapporti finanzjarji huwa li jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u l-fluss tal-flus ta’ entità li hija utli għal firxa wiesgħa ta’ utenti. Għal entità fis-settur pubbliku bħall-FEŻ, l-għanijiet huma iktar speċifikament li jipprovdu informazzjoni utli għat-teħid tad-deċiżjonijiet, u li juru r-responsabbiltà tal-entità għar-riżorsi afdati lilha.

Jekk għandhom jippreżentaw stampa vera u ġusta, ir-rapporti finanzjarji għandhom mhux biss jipprovdu l-informazzjoni rilevanti biex jiddeskrivu n-natura u l-firxa tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, jispjegaw kif inhi ffinanzjata u jipprovdu l-informazzjoni definittiva dwar l-operat tagħha, iżda jagħmlu dan b’mod ċar u komprensibbli li jippermetti t-tqabbil bejn is-snin finanzjarji. Huwa b’dawn l-għanijiet fil-ħsieb li d-dokument preżenti ġie mfassal.

Is-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ fiha kontijiet ġenerali u kontijiet tal-baġit. Il-kontijiet tal-baġit jagħtu stampa dettaljata tal-implimentazzjoni tal-baġit. Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet. Il-kontijiet ġenerali jippermettu li jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji minħabba li juru l-ispejjeż kollha u l-introjtu kollu għas-sena finanzjarja msejsa fuq ir-regoli tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti u huma mfassla biex jistabbilixxu l-pożizzjoni finanzjarja fil-forma tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru.

L-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ jistabbilixxi l-prinċipji tal-kontabbiltà li għandhom jiġu applikati fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji:

– fuq il-bażi ta' negozju attiv;

– il-prudenza;

– metodi konsistenti ta' kontabbiltà;

– il-komparabbiltà tal-informazzjoni;

– il-materjalità;

– l-ebda tpaċija;

– realtà fuq l-apparenza;

– il-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti.

1.3.      IL-BAŻI TAT-TĦEJJIJA

1.3.1.   Il-valuta funzjonali u tar-rapportar

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma ppreżentati f'miljuni ta’ euro, minħabba li l-euro hija l-munita operattiva u tar-rapportar tal-FEŻ.

1.3.2.   Il-valuta u l-bażi għall-konverżjoni

It-tranżazzjonijiet f'muniti barranin huma kkonvertiti f'euro bir-rati tal-kambju prevalenti fid-dati tat-tranżazzjonijiet. Il-qligħ u t-telf fuq il-valuta barranija li jirriżultaw mill-ħlasijiet tat-tranżazzjonijiet f’valuta barranija u mit-traduzzjoni bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti barranin huma rikonoxxuti fil-kont tar-riżultat ekonomiku.

Il-bilanċi tal-aħħar tas-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti barranin jiġu kkonvertiti f’euro fuq il-bażi ta’ dawn ir-rati tal-kambju ta’ hawn taħt applikabbli fil-31 ta’ Diċembru:      

Munita || 31.12.2011 || 31.12.2010 || Munita || 31.12.2011 || 31.12.2010

BGN || 1.9558 || 1.9558 || LTL || 3.4528 || 3.4528

CZK || 25.7870 || 25.0610 || PLN || 4.4580 || 3.9750

DKK || 7.4342 || 7.4535 || RON || 4.3233 || 4.2620

EEK || M/A || 15.6466 || SEK || 8.9120 || 8.9655

GBP || 0.8353 || 0.8607 || CHF || 1.2156 || 1.2504

HUF || 314.5800 || 277.9500 || JPY || 100.2000 || 108.6500

LVL || 0.6995 || 0.7094 || USD || 1.2939 || 1.3362

1.3.3.   L-użu tal-estimi

Skont l-IPSAS u l-prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati ġeneralment, ir-rapporti finanzjarji neċessarjament jinkludu l-ammonti bbażati fuq l-estimi u l-ipoteżijiet tal-ġestjoni bbażati fuq l-iktar informazzjoni affidabbli disponibbli. L-estimi sinifikanti jinkludu, iżda mhumiex limitati, għall-ammonti tal-provvedimenti, it-telf minħabba l-indeboliment fuq il-kontijiet riċevibbli u l-ispejjeż dovuti. Ir-riżultati attwali jistgħu jvarjaw minn dawk l-estimi. Il-bidliet fl-estimi huma riflessi fil-perjodu li fih isiru magħrufa.

1.4.      Il-KARTA TAL-BILANĊ

1.4.1   Ammonti tal-prefinanzjament

Il-prefinanzjament huwa l-ħlas intenzjonat li jipprovdi lill-benefiċjarju bi flus minn qabel, jiġifieri somma kontanti li jista’ juża. Jista’ jinqasam f’għadd ta’ ħlasijiet fuq perjodu definit fil-ftehim partikolari tal-prefinanzjament. Is-somma flus li tista’ tintuża jew l-avvanz jitħallsu lura jew jintużaw għall-finijiet li għalihom ingħataw matul il-perjodu definit fil-ftehim. Jekk il-benefiċjarju ma jġarrabx nefqa eliġibbli huwa għandu l-obbligu li jirritorna l-avvanz tal-prefinanzjament lill-FEŻ. L-ammont tal-prefinanzjament jitnaqqas (totalment jew parzjalment) bl-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli u bl-ammonti li jingħataw lura.

Fl-aħħar tas-sena, l-ammonti tal-prefinanzjament pendenti jiġu vvalutati skont l-ammont(i) oriġinali mħallas mingħajr: l-ammonti li jingħataw lura, l-ammonti eliġibbli aċċettati, l-istima tal-ammonti eliġibbli li għadhom mhux aċċettati sal-aħħar tas-sena u t-tnaqqis fil-valur.

L-imgħax fuq il-prefinanzjament jiġi rikonoxxut meta jsir dovut skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim rilevanti. Stima tad-dħul dovut mill-imgħaxijiet, fuq il-bażi tal-aktar informazzjoni affidabbli, issir fl-aħħar tas-sena.

1.4.2   Riċevibbli

Ir-riċevibbli jiġu kontabilizzati bl-ammont oriġinali bit-tnaqqis minħabba l-indeboliment imnaqqas minnhom. It-tnaqqis fil-valur kontabbli minħabba indeboliment ta’ riċevibbli jiġi stabbilit meta jkun hemm evidenza oġġettiva li l-ammont kollu pendenti ma jistax jinġabar skont it-termini oriġinali tar-riċevibbli. L-ammont tat-tnaqqis huwa d-differenza bejn l-ammont tal-assi miżmum fil-kotba u l-ammont rekuperabbli, li huwa l-valur preżenti tal-fluss tal-flus mistennija fil-ġejjieni, imnaqqsa bir-rata tal-imgħax tas-suq fuq self simili. Huwa rikonoxxut ukoll tnaqqis ġenerali fil-valur kontabbli għal ordnijiet pendenti ta’ rkupru li ma jkunux diġà soġġetti għal tnaqqis kontabbli speċifiku. Dan it-tnaqqis ġenerali fil-valur kontabbli huwa bbażat fuq rati storiċi ta’ telf. L-ammont tat-tniżżil fil-valur jiġi rikonoxxut fil-kont tar-riżultat ekonomiku.

1.4.3   Flus kontanti u l-ekwivalenti

Il-flus kontanti u l-ekwivalenti huma strumenti finanzjarji u huma definiti bħala assi għal perjodu qasir. Dawn jinkludu l-kontanti, id-depożiti miżmuma mal-banek u investimenti ferm likwidi oħra għall-perjodu qasir ta’ żmien bil-maturitajiet oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas.

1.4.4   Pagabbli

Parti sinifikattiva mill-ammonti pagabbli tal-FEŻ mhumiex marbuta max-xiri ta’ oġġetti jew servizzi – iżda minflok huma pretensjonijiet ta’ spejjeż minn benefiċjarji ta’ għotjiet jew ta’ finanzjamenti oħrajn li għadhom ma tħallsux. Jiġu rreġistrati bħala ammonti pagabbli għall-ammont mitlub meta tiġi riċevuta t-talba għall-ispejjeż u, wara l-verifika, jiġu aċċettati bħala eliġibbli mill-aġenti finanzjarji rilevanti. F’dan l-istadju jiġu vvalutati bl-ammont aċċettat u eliġibbli.

L-ammonti pagabbli li jirriżultaw mix-xiri tal-prodotti jew is-servizzi jiġu rikonoxxuti meta tiġi riċevuta l-fattura għall-ammont oriġinali u l-ispejjeż korrispondenti jiddaħħlu fil-kotba meta l-provvisti jew is-servizzi jitwasslu u jiġu aċċettati.

1.4.5   Dispożizzjonijiet

Il-provvedimenti jiġu rikonoxxuti meta l-FEŻ ikollu obbligazzjoni preżenti legali jew kostruttiva lejn partijiet terzi b'riżultat ta’ avvenimenti li għaddew; aktarx iva milli le jkun meħtieġ il-ħruġ ta’ riżorsi biex titħallas l-obbligazzjoni, u l-ammont jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli. L-ammont tal-provvediment huwa l-aqwa stima tal-ispejjeż mistennija li jkunu meħtieġa biex titħallas l-obbligazzjoni preżenti fid-data tar-rapportar.

1.4.6   Introjtu u spejjeż dovuti u differiti

Element kritiku fil-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti huwa l-eżerċizzju li jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet huma rreġistrati fis-sena finanzjarja li jirrelataw għaliha. Dan l-eżerċizzju jissejjaħ l-eżerċizzju tal-cut-off. B’mod partikolari, għandha ssir evalwazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li għadhom mhumiex irrappurtati lill-FEŻ (spejjeż dovuti). Bil-maqlub, xi ħlasijiet li jkunu saru matul is-sena kurrenti jirrelataw ma’ perjodi sussegwenti (spejjeż differiti) u dawn għandhom jiġu identifikati u inklużi fil-perjodu(i) sussegwenti.

Skont ir-regoli tal-kontabbiltà tal-FEŻ, it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li jirrelataw għalih. Fl-aħħar tal-perjodu finanzjarju, l-ispejjeż dovuti jiġu rikonoxxuti fuq il-bażi tal-ammont stmat tal-obbligazzjoni tat-trasferiment għall-perjodu. Il-kalkolu tal-ispejjeż dovuti jsir skont il-linji gwida operattivi u prattiċi dettaljati maħruġa mill-Kummissjoni li għandhom l-għan li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji jirriflettu stampa vera u ġusta.

Id-dħul ukoll jiġi rikonoxxut fil-perjodu li għalih jirrelata. Fl-aħħar tas-sena, jekk xi fattura tkun għadha ma ħarġitx iżda s-servizz ikun ingħata, il-provvisti ġew mogħtija mill-FEŻ jew jeżisti ftehim kontrattwali (jiġifieri b’referenza għal trattat), id-dħul dovut jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji.

Barra dan, fl-aħħar tas-sena, jekk tinħareġ fattura iżda s-servizzi jkunu għadhom ma ngħatawx jew il-prodotti fornuti jkunu għadhom ma twasslux, id-dħul jiġi differit u rikonoxxut fil-perjodu kontabilistiku sussegwenti.

1.5.      IL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU

1.5.1   Id-dħul

Ma hemmx dħul ibbaġittjat għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Il-kontribuzzjonijiet ordinarji mill-Istati Membri jiġu trattati bħala l-kapital tal-fond. Id-dħul jinkludi l-irkupru tal-ispejjeż u d-dħul mill-imgħax.

L-irkupru tal-ispejjeż

Għall-operat li jwassal għal rimbors ta' nfiq imħallas qabel mill-FEŻ lill-benefiċjarju finali jew il-pajjiż terz, l-ordnijiet tal-irkupru u t-tnaqqis minn ħlasijiet sussegwenti jiġu stabbiliti u rikonoxxuti kif ġej:

– Irkupru tal-ispejjeż: l-ordni tal-irkupru maħruġa tirriżulta f’riċevibbli bl-entrata korrispondenti tkun id-dħul fil-kont tar-riżultat ekonomiku għal dik is-sena; jew,

– Irkupru ta' ammonti tal-prefinanzjament: f'dan il-każ l-ammont jiġi inkluż taħt l-intestatura tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

Dħul mill-imgħax

L-Introjtu mill-imgħax jiġi rikonoxxut fil-kont tar-riżultat ekonomiku bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv. L-Introjtu mill-imgħax jinkludi l-imgħax riċevut jew riċevibbli fuq il-bilanċi tal-kontanti u d-depożiti li jistgħu jintalbu miżmuma mal-banek kummerċjali u fuq il-ħlas tard tal-intitolamenti lill-FEŻ. L-introjtu mill-imgħax huwa rikonoxxut hekk kif isir dovut.

1.5.2   Nefqa

L-ispejjeż tal-kambju li jirriżultaw mix-xiri tal-prodotti u s-servizzi jiġu rikonoxxuti meta l-provvisti jiġu kkunsinjati u aċċettati. Huma jiġu vvalutati skont il-ispiża oriġinali tal-fattura.

L-ispejjeż mhux tal-kambju jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-nefqa tal-FEŻ. Dawn jirrelataw għat-trasferimenti lill-benefiċjarji u jistgħu jkunu ta’ tliet tipi: intitolamenti, trasferimenti bi ftehim u għotjiet diskrezzjonali, jew kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet.

It-trasferimenti jiġu rikonoxxuti bħala spejjeż fil-perjodu li matulu jkunu seħħu l-avvenimenti li jwasslu għat-trasferiment, sakemm in-natura tat-trasferiment hija permessa mir-regolament (ir-Regolament Finanzjarju jew ieħor) jew ġie ffirmat kuntratt li jawtorizza t-trasferiment; kull kriterji tal-eliġibbiltà ġew issodisfati mill-benefiċjarju; u tista’ ssir stima raġonevoli tal-ammont.

Meta tiġi riċevuta kwalunkwe talba għall-ħlas jew pretensjoni tal-kosti u tissodisfa l-kriterji ta' rikonoxximent, hija tiġi rikonoxxuta bħala spiża għall-ammont eliġibbli. Fl-aħħar tas-sena, l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru li diġà jkunu dovuti lill-benefiċjarji iżda li jkunu għadhom ma ġewx irrappurtati jiġu stmati u rreġistrati bħala spejjeż dovuti.

L-ispiża tal-imgħax

L-ispiża tal-imgħax tiġi rikonoxxuta fil-kont tar-riżultat ekonomiku bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax tinkludi l-imgħax imħallas jew li jrid jitħallas u tiġi rikonoxxuta hekk kif issir dovuta.

1.6.      L-ASSI U L-OBBLIGAZZJONIJIET KONTINĠENTI

1.6.1   L-assi kontinġenti

Assi kontinġenti huwa assi possibbli li jirriżulta minn avvenimenti tal-imgħoddi u li l-eżistenza tiegħu tiġi kkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment wieħed jew aktar fil-futur li huma inċerti u li mhumiex għal kollox taħt il-kontroll tal-FEŻ. L-assi kontinġenti jiġu żvelati meta d-dħul tal-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz ikun probabbli.

L-assi kontinġenti jiġu evalwati fid-data ta’ kull karta tal-bilanċ biex jiġi żgurat li l-iżviluppi jiġu riflessi kif xieraq fir-rapporti finanzjarji. Meta jkun virtwalment ċert li l-fluss tal-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz se jseħħ u l-valur tal-assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, l-assi u d-dħul relatat jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li fih isseħħ il-bidla.

Il-garanziji huma assi possibbli li jirriżultaw minn avvenimenti li għaddew u li l-eżistenza tagħhom tiġi kkonfermata meta jseħħ jew ma jseħħx l-oġġett tal-garanzija. Il-garanziji jistgħu għalhekk jikkwalifikaw bħala assi kontinġenti. Il-garanzija tkun likwidata meta l-oġġett tal-garanzija ma jibqax jeżisti. Hija tiġi kristallizzata meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati biex issir talba għall-ħlas mingħand il-garanti.

1.6.2   Obbligazzjonijiet kontingenti

L-obbligazzjoni kontinġenti hija obbligazzjoni possibbli li tirriżulta minn avvenimenti li għaddew u li l-eżistenza tagħhom tiġi kkonfermata biss permezz tal-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment wieħed jew iktar inċert fil-futur li ma jkunx totalment fil-kontroll tal-FEŻ; jew obbligazzjonijiet preżenti li jirriżultaw minn avvenimenti li għaddew iżda ma jiġux rikonoxxuti għaliex: mhux probabbli li jkun meħtieġ il-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz biex tiġi likwidata l-obbligazzjoni jew, f’ċirkostanzi rari fejn l-ammont tal-obbligazzjoni ma jistax jitkejjel b’affidabbiltà suffiċjenti. L-obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu żvelati dment li l-possibbiltà tal-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz mhix remota.

L-obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu evalwati f’kull data tal-karta tal-bilanċ biex jiġi ddeterminat jekk il-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz sarx probabbli. Jekk isir probabbli li l-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz se jkun meħtieġ għal xi partita li tqieset bħala obbligazzjoni kontinġenti, jiġi rikonoxxut provvediment fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li fihom isseħħ il-bidla fil-probabbiltà.

2.         NOTI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI MHUX KURRENTI

2.1       PREFINANZJAMENT GĦALL-PERJODU TWIL TA’ ŻMIEN

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Prefinanzjament għall-perjodu twil ta’ żmien || - || 191 || 189 || 380 || 353

It-TOTAL || - || 191 || 189 || 380 || 353

Ħafna kuntratti jipprovdu għall-ħlasijiet bil-quddiem qabel il-bidu tax-xogħolijiet, it-twassil tal-provvisti jew il-forniment tas-servizzi. Xi kultant l-iskedi tal-ħlasijiet tal-kuntratti jipprevedu l-ħlasijiet fuq il-bażi tar-rapporti tal-progress. Il-prefinanzjament normalment jitħallas fil-valuta tal-pajjiż jew tat-territorju fejn jitwettaq il-proġett.

Il-prefinanzjament jiġi ppreżentat nett mill-ordnijiet tal-irkupru miftuħa relatati mal-avvanzi u l-ammonti stmati li għadhom mhumiex likwidati sal-aħħar tas-sena. Iż-żmien tal-irkupru jew tal-użu tal-prefinanzjament jiggverna jekk jiġix żvelat bħala assi tal-prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien jew għall-perjodu twil ta’ żmien. L-użu huwa definit fil-ftehim sottostanti tal-proġett. Kwalunkwe ħlas lura jew użu dovut fi żmien tnax-il xahar mid-data tar-rappurtar huwa ddikjarat bħala prefinanzjament għal perjodu qasir u għalhekk bħala assi kurrenti. Billi ħafna mill-proġetti tal-FEŻ huma fin-natura tagħhom għall-perjodu twil ta’ żmien, huwa meħtieġ li l-avvanzi relatati jkunu disponibbli għal iktar minn sena waħda. Għalhekk dawn l-ammonti tal-prefinanzjament jintwerew bħala assi għall-perjodu twil ta’ żmien.

Iż-żieda ta' EUR 28 miljun fil-prefinanzjament għal perjodu twil ta' żmien, meta mqabbla mal-ammont tal-31.12.2010 hija prinċipalment spjegata permezz taż-żieda fil-prefinanzjament għal perjodu twil ta' żmien relatat mal-Proġetti Intra-AKP (EUR 49 miljun) u man-Nefqa Amministrattiva (EUR 14-il miljun), li hija kkumpensata bi tnaqqis tal-prefinanzjament għal perjodu twil ta' żmien relatat mal-Politika Settorjali (EUR 17-il miljun) u l-Għajnuna Programmabbli (EUR 15-il miljun).

           

ASSI KURRENTI

2.2       PREFINANZJAMENT GĦALL-PERJODU QASIR TA’ ŻMIEN

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien (totali) || 148 || 1 659 || 1 608 || 3 415 || 3 115

Tnaqqis tal-approvazzjoni stmata tal-prefinanzjament || (78) || (1 090) || (1 072) || (2 240) || (2 019)

It-TOTAL || 70 || 569 || 536 || 1 175 || 1 096

Iż-żieda ta’ EUR 79 miljun fil-prefinanzjament nett għal perjodu qasir ta’ żmien hija prinċipalment minħabba żieda fil-prefinanzjament nett għal perjodu qasir ta’ żmien fin-Nefqa Amministrattiva (EUR 77 miljun), Għajnuna Programmabbli (EUR 29 miljun), l-Appoġġ Istituzzjonali (EUR 44 miljun) u Politika Settorjali (EUR 25 miljun). Din iż-żieda ġiet ibbilanċjata bi tnaqqis fi Proġetti Intra AKP (EUR 68 miljun), Programmi Oħra ta' Għajnuna relatati mal-FEŻ preċedenti (EUR 20 miljun), u Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 7 miljun).

2.2.1 Il-garanziji riċevuti fir-rigward tal-prefinanzjament

Il-garanziji jinżammu biex ikun żgurat il-prefinanzjament u jkunu rilaxxati meta titħallas il-pretensjoni finali għall-proġett. Il-garanzija għandha żewġ valuri differenti msemmija bħala l-valur “nominali” u l-valur “kurrenti”. Għall-valur “nominali”, l-avveniment ġenerattiv huwa marbut mal-eżistenza tal-garanzija. Għall-valur “kurrenti”, l-avveniment ġenerattiv tal-garanzija huwa l-ħlas tal-prefinanzjament u/jew l-ikklerjar sussegwenti.

Fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-valur "nominali" tal-garanziji riċevuti mill-FEŻ fir-rigward tal-prefinanzjament kien jammonta għal EUR 637 miljun. Il-valur "kurrenti" ta’ dawk il-garanziji kien jammonta għal EUR 394 miljun. Fil-31 ta' Diċembru 2010, dawn il-valuri kienu ta' EUR 674 miljun u ta' EUR 363 miljun rispettivament.

2.3       RIĊEVIBBLI FUQ PERJODU QASIR TA’ ŻMIEN

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Riċevibbli mingħand il-klijenti || 2 || 10 || 1 || 13 || 10

Riċevibbli mingħand l-Istati Membri || - || - || 9 || 9 || 125

Introjtu dovut u spejjeż differiti || 2 || 77 || 10 || 89 || 112

It-TOTAL || 4 || 87 || 20 || 111 || 247

2.3.1 Riċevibbli mingħand il-klijenti

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Riċevibbli mingħand il-klijenti || 6 || 18 || 2 || 27 || 18

-Indeboliment tar-riċevibbli mingħand il-klijenti || (4) || (8) || (1) || (13) || (8)

It-TOTAL || 2 || 10 || 1 || 13 || 10

Dawn huma ordnijiet ta' rkupru inklużi fil-kontijiet fil-31 ta' Diċembru 2011 bħala intitolamenti stabbiliti li għandhom jiġu rkuprati u li kienu għadhom mhumiex inklużi taħt intestaturi oħra fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ. Il-bilanċ tal-għeluq għall-ordnijiet ta rkupru jirrappreżenta l-valur tal-ordnijiet ta’ rkupru maħruġa iżda li jkunu għadhom ma tħallsux fl-aħħar tas-sena.

Qed isir dispożizzjoni għat-telf minn indeboliment tal-ammonti dovuti mill-benefiċjarji li aktarx ma jiġux irkuprati. Din id-dispożizzjoni għandha żewġ elementi:

– Każijiet speċifiċi Bażati fuq ir-riskju tan-nuqqas ta’ irkupru.

– Ġenerali: Japplikaw dispożizzjoni bbażata fuq rati ta' telf storiċi għal riċevibbli li mhumiex soġġetti għal tnaqqis speċifiku.

Il-fatt li jsir aġġustament bħal dan ma jfissirx li l-irkupru fil-futur ta’ dawn l-ammonti ġie rrinunzjat.

Il-movimenti fl-ordnijiet tal-irkupru miftuħa matul il-perjodu huma ddettaljati hawn taħt.

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2011 || TOTAL 2010

Ordnijiet tal-irkupru miftuħa fil-bidu tas-sena || 7 || 11 || 0 || 18 || 20

Ordnijiet tal-irkupru maħruġa || 11 || 63 || 55 || 130 || 164

Ordnijiet tal-irkupru magħluqa || (12) || (56) || (55) || (123) || (166)

Imsarrfa || (9) || (46) || (53) || (108) || (143)

Irrinunzjati (art 73 FR) || 0 || (1) || 0 || (1) || (1)

Imħassra || (1) || (1) || 0 || (2) || (5)

Tpaċija || (3) || (8) || (1) || (13) || (17)

Ordnijiet tal-irkupru miftuħa fl-aħħar tas-sena || 6 || 19 || 1 || 25 || 18

2.3.2 Ammonti Riċevibbli mill-Istati Membri

Id-EUR 9 miljun riċevibbli mill-Istati Membri fl-għaxar EDF jinkludu kontribuzzjonijiet riċevibbli dovuti mingħand l-Ungerija u l-Portugall li waslu f'Jannar u Frar 2012 rispettivament u kontribuzzjoni ta’ kofinanzjament mid-Danimarka li għadha mhix dovuta għalissa.

2.3.3 Introjtu dovut u spejjeż differiti

Dħul dovut u spejjeż differiti prinċipalment jinkludu interessi dovuti fuq ammonti ta' prefinanzjament. Barra dan, id-dħul mill-imgħax dovut fuq ħlas tard tal-konrtibuzzjonijiet huwa inkluż taħt din l-intestatura.

It-tnaqqis ta' EUR 23 miljun fl-introjtu dovut u fl-spejjeż differiti huwa spjegat permezz ta’ tnaqqis fl-imgħax dovut fuq il-prefinanzjament (EUR 23 miljun) (ara nota 3.4.2).

2.4       KONTIJIET TA’ KOLLEGAMENT

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

to/from 6th EDF || (2 065) || (214) || - || (2 279) || (2 279)

to/from 7th EDF || - || 2 279 || - || 2 279 || 2 279

to/from 8th EDF || - || (3 037) || 584 || (2 453) || (2 563)

to/from 9th EDF || 3 037 || - || (3 529) || (491) || (450)

to/from 10th EDF || (584) || 3 529 || - || 2 944 || 3 013

It-TOTAL || 387 || 2 557 || (2 944) || 0 || 0

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, it-teżor waħdieni li jkopri l-FEŻ kollha huwa allokat fuq l-10 FEŻ; dan iwassal għal operazzjonijiet bejn id-diversi FEŻ, li jiġu bbilanċjati fil-kontijiet ta’ kollegament bejn id-diversi karti tal-bilanċ tal-FEŻ.

Fl-2011, il-movimenti ewlenin fil-kontijiet ta’ kollegament jinkludu l-ħlasijiet li saru mill-10 FEŻ għall-implimentazzjoni tat-8 u tad-9 FEŻ u l-flus riċevuti mill-10 FEŻ relatati mal-kontribuzzjonijiet mitluba taħt id-9 FEŻ.

                                                             

2.5       FLUS U EKWIVALENTI[6]

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Flus fil-banek || - || - || 1 211 || 1 211 || 781

Kontijiet tas-sigurtà STABEX || - || - || 5 || 5 || 17

Kontijiet tal-bank tal-kofinanzjament || - || 6 || 2 || 8 || 10

Il-fond speċjali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo[7] || - || - || 1 || 1 || 0

It-TOTAL || - || 6 || 1 218 || 1 224 || 808

2.5.1 Flus fil-banek

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Kontijiet speċjali – l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri || - || - || 1 129 || 1 129 || 599

Il-kontijiet kurrenti – il-banek kummerċjali || - || - || 80 || 80 || 180

Aġenti tal-Ħlas Lokali || - || - || 2 || 2 || 1

It-TOTAL || - || - || 1 211 || 1 211 || 781

Iż-żieda ġenerali fil-flus fil-banek hija spjegata prinċipalment permezz tal-fatt li l-eżekuzzjoni tal-baġit fl-2011 kienet iktar dgħajfa minn kif kien previst.

Il-kontijiet tal-aġenti tal-ħlas lokali jirrappreżentaw l-ammonti miżmuma f’kontijiet bankarji fl-Istati tal-AKP u l-OCT użati biex isiru l-ħlasijiet fil-valuta lokali fl-istat benefiċjarju. Dawn il-kontijiet jinżammu f'euro jew f'munita ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Sabiex tinkiseb ġestjoni iktar ċentralizzata tal-pagamenti, matul l-2011, ingħalqu 2 mit-8 kontijiet tal-aġenti tal-ħlas lokali li kien fadal.

2.5.2 Kontijiet tas-sigurtà STABEX

|| EUR miljuni

|| Bilanċ fil- 31.12.2011 || Bilanċ fil- 31.12.2010

Santa Luċija || 0 || 7

Saint Vincent u l-Grenadini || 0 || 4

il-Côte d'Ivoire || 2 || 2

il-Malawi || 1 || 1

Pajjiżi Oħra || 2 || 3

It-TOTAL || 5 || 17

STABEX huwa l-akronomu għall-iskema ta’ finanzjament ta’ kumpens tal-Unjoni Ewropea għall-istabbilizzazzjoni tal-qligħ mill-esportazzjoni tal-pajjiżi tal-AKP. Hija ġiet introdotta għall-ewwel darba fil-Konvenzjoni ta’ Lomé (1975) bil-għan li tirrimedja għall-effetti ħżiena tal-instabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Il-bilanċ fuq il-kontijiet tas-sigurtà STABEX jirrappreżenta t-total tal-fondi STABEX disponibbli li se jkunu trasferiti għall-Istat benefiċjarju tal-AKP rilevanti f’data fil-futur. Dan il-bilanċ huwa allokat għall-10 FEŻ. Fl-2011, żewġ kontijiet tas-sigurtà STABEX ingħalqu b'segwitu għal-likwidazzjoni tal-istrument tal-għajnuna STABEX.

Minbarra dawn il-fondi, hemm fondi oħrajn tal-iSTABEX miżmuma minn Stati benefiċjarji tal-AKP. Ladarba l-Kummissjoni u l-Istat benefiċjarju (tal-AKP) jkunu laħqu ftehim dwar kif il-fondi tal-iSTABEX għandhom jintużaw, tiġi ffirmata konvenzjoni tat-trasferiment miż-żewġ partijiet. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 211 tal-Ftehim ta’ Lomé IV[8] (kif rivedut), il-fondi huma trasferiti f'kont b'firma doppja (tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istat benefiċjarju) li jrendi l-interessi, miftuħ f’isem l-Istat tal-AKP. Il-fondi jibqgħu f'dawn il-kontijiet b'firma doppja sakemm FMO (Qafas tal-Obbligazzjonijiet Reċiproċi) jiġġustifika t-trasferiment għal xi proġett.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Kummissjoni jżomm l-awtorità tal-firma fuq il-kont sabiex jiżgura li l-fondi jinħarġu kif ikun intenzjonat. Il-fondi fil-kontijiet b'firma doppja huma l-proprjetà tal-Istat tal-AKP u għaldaqstant mhumiex imniżżla bħala assi fil-kontijiet tal-FEŻ. It-trasferimenti lejn dawn il-kontijiet huma rreġistrati bħala ħlasijiet tal-iSTABEX.

Fl-2011, ġie rritornat EUR 26 miljun lill-FEŻ minn kontijiet b'firma doppja fil-pajjiżi tal-AKP, skont l-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ[9]. Dawn il-fondi kienu trasferiti prinċipalment minn Santa Luċija (EUR 9 miljuni), il-Kenja (EUR 7 miljuni) u Togo (EUR 4 miljuni).  Dan id-dħul ġie inkluż fl-introjtu operattiv (strument tal-għajnuna STABEX) fil-kont tar-riżultat ekonomiku tat-8 FEŻ.

2.5.3 Kontijiet bankarji tal-kofinanzjament

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Kontijiet tal-bank tal-kofinanzjament || - || 6 || 2 || 8 || 10

It-TOTAL || - || 6 || 2 || 8 || 10

Dawn il-kontijiet bankarji jinkludu l-ammonti relatati mal-ftehimiet tal-kofinanzjament tas-sena 2007 u ta’ qabel. Dawn il-fondi tal-kofinanzjament huma l-proprjetà tal-Istati Membri kkonċernati u għalhekk kwalunkwe ammont li jikkorrispondi magħhom huwa rreġistrat bħala ammont pagabbli. Għaldaqstant, l-effett fuq l-assi netti huwa żero.

Il-kofinanzjament Taljan taħt id-9 FEŻ għadu għaddej fis-Somalja.

Il-kontijiet tal-bank tal-kofinanzjament tal-10 FEŻ jirrelataw ma’ proġetti tal-kofinanzjament antiki li jinsabu fil-proċess li jingħalqu. Dawn il-fondi se jiġu rritornati lura lill-Istati Membri wara struzzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni.       

OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

2.6       AMMONTI PAGABBLI F’PERJODU QASIR TAŻ-ŻMIEN

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Ammonti pagabbli kurrenti || 9 || 146 || 243 || 399 || 487

Spejjeż dovuti || 20 || 168 || 151 || 339 || 286

Kontribuzzjoni tal-kapital differita ||  - || - || 295 || 295 || 272

It-TOTAL || 29 || 315 || 689 || 1 033 || 1 045

L-ammonti pagabbli f'perjodu qasir ta’ żmien jinkludu r-rapporti tal-ispejjeż riċevuti mill-FEŻ taħt il-qafas tal-attivitajiet ta’ għotjiet u ta’ akkwisti. Huma jiġu rreġistrati għall-ammont li jkun qed jintalab mill-mument li t-talba tiġi riċevuta. L-istess proċedura tapplika għall-fatturi u n-noti tal-kreditu riċevuti skont l-attivitajiet tal-akkwist. Il-pretensjonijiet għall-ispejjeż ikkonċernati ttieħed kont tagħhom għall-proċeduri tal-cut-off tal-aħħar tas-sena. Wara l-entrati tal-cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati ġew irreġistrati bħala spejjeż dovuti.

2.6.1 Ammonti pagabbli kurrenti

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Fornituri u oħrajn || 9 || 140 || 159 || 308 || 400

Ammonti pagabbli lill-Istati Membri – kofinanzjament || - || 6 || 75 || 81 || 75

Ammonti pagabbli oħra || - || - || 10 || 10 || 12

It-TOTAL || 9 || 146 || 243 || 399 || 487

2.6.1.1 Fornituri u oħrajn

Din l-intestatura tinkludi l-ammonti dovuti lill-fornituri kif ukoll l-ammonti pagabbli lill-korpi pubbliċi u lill-pajjiżi terzi.

It-tnaqqis ta' EUR 92 miljun meta mqabbla mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti jinkludi primarjament tnaqqis ta’ EUR 62 miljun f'ammonti pagabbli lil stati terzi.

2.6.1.2 Ammonti pagabbli lill-Istati Membri – kofinanzjament

Il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament riċevuti huma ppreżentati bħala ammonti pagabbli lill-Istati Membri minħabba li, taħt ċerti kundizzjonijiet, dawn jissodisfaw il-kriterji tad-dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju. Il-FEŻ huwa mitlub li juża l-kontribuzzjonijiet sabiex jipprovdi servizzi lil partijiet terzi jew inkella huwa mitlub li jirritorna l-assi (il-kontribuzzjonijiet riċevuti) lill-Istati Membri. L-ammont pagabbli pendenti għall-ftehimiet tal-kofinanzjament jirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-kofinanzjament riċevuta wara li jitnaqqsu l-ispejjeż mġarrba b'rabta mal-proġett. L-effett fuq l-assi netti huwa żero.

It-EUR 8 miljun tal-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament lill-Istati Membri huma relatati ma’ ftehimiet tal-kofinanzjament tas-sena 2007 u ta’ qabel. Dawn il-fondi huma miżmuma f'kontijiet bankarji apposta, ara l-punt 2.5.3, kontijiet bankarji tal-kofinanzjament, aktar 'il fuq.

Fl-2011, ġew irċevuti kontribuzzjonijiet ta’ kofinanzjament ġodda  ta' EUR 7 miljun (il-Belġju EUR 3 miljuni, ir-Renju Unit EUR 2 miljun,  l-Isvezja EUR 1 miljun u l-Isvizzera EUR 1 miljun). Il-fondi relatati mal-ftehimiet tal-kofinanzjament iffirmati fl-2008 jew wara, mhumiex miżmuma f'kontijiet bankarji speċifiċi.

L-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament ġew imnaqqsa b'EUR 2 miljuni biex jikkumpensaw għall-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-proġetti tal-kofinanzjament (ara 3.1.4 u 3.2.2).

2.6.1.3 Ammonti pagabbli oħra

L-ammonti pagabbli l-oħra jinkludu l-iktar ir-riċevuti tal-flus mhux allokati u l-ammonti rritornati lura.

2.6.2 Spejjeż dovuti

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Imposti dovuti || 20 || 168 || 151 || 339 || 286

It-TOTAL || 20 || 168 || 151 || 339 || 286

Fl-aħħar tas-sena, issir evalwazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li għadhom mhumiex irrappurtati. Wara dawn il-kalkoli tal-cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati jiġu rreġistrati bħala spejjeż dovuti. L-utilizzazzjoni stmata tal-ammont ta’ pre-finanzjament hija ppreżentata bħala approvazzjoni stmata tal-prefinanzjament (ara 2.2).

2.6.3 Kontribuzzjoni tal-kapital tal-fond differita

|| || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Ir-Renju Unit || - || - || 289 || 289 || 269

L-Irlanda || - || - || 5 || 5 || 3

Il-Litwanja || - || - || 1 || 1 || -

It-TOTAL || - || - || 295 || 295 || 272

Din tinkludi l-kontribuzzjonijiet imħallsa bil-quddiem mill-Istati Membri.

OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI

2.7       KAPITAL TAL-FOND MITLUB

|| || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || It-TOTAL

Kapital tal-Fond || 12 840 || 11 699 || 21 152 || 45 691

Kapital tal-fond mhux mitlub || - || (660) || (21 152) || (21 812)

Kapital tal-fond mitlub 31.12.2010 || 12 840 || 11 039 || - || 23 879

|| || || ||

Kapital tal-Fond || 12 840 || 11 699 || 21 152 || 45 691

Kapital tal-fond mhux mitlub || - || - || (18 712) || (18 712)

Kapital tal-fond mitlub 31.12.2011 || 12 840 || 11 699 || 2 440 || 26 979

Il-kapital tal-fond jirrappreżenta l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-fond rilevanti tal-FEŻ kif stipulat f'kull wieħed mill-Ftehimiet Interni.

Il-fondi mhux mitluba jirrappreżentaw l-allokazzjoni inizjali li għadha mhux mitluba mill-Istati Membri.

Il-kapital tal-fond mitlub jirrappreżenta l-ammont tal-allokazzjonijiet inizjali li ntalab jiġi trasferit fil-kontijiet tat-teżor mill-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ.

Il-kapital tat-8 u d-9 FEŻ ġie mitlub u riċevut fl-intier tiegħu.

L-10 FEŻ daħal fis-seħħ fl-2008 b’kapital tal-fond li kien jammonta għal EUR 21 152 miljun, skont il-Ftehim Intern applikabbli għall-10 FEŻ.

Kapital tal-fond

|| || || || EUR miljuni

Kontribuzzjonijiet || % || id-9 FEŻ mhux mitlub 31.12.2010 || mitluba fl-2011 || id-9 FEŻ mhux mitlub 31.12.2011

L-Awstrija || 2.65 || (19) || 19 || -

Il-Belġju || 3.92 || (27) || 27 || -

Id-Danimarka || 2.14 || (15) || 15 || -

Il-Finlandja || 1.48 || (10) || 10 || -

Franza || 24.30 || (170) || 170 || -

Il-Ġermanja || 23.36 || (164) || 164 || -

Il-Greċja || 1.25 || (9) || 9 || -

L-Irlanda || 0.62 || (4) || 4 || -

L-Italja || 12.54 || (88) || 88 || -

Il-Lussemburgu || 0.29 || (2) || 2 || -

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 5.22 || (37) || 37 || -

Il-Portugall || 0.97 || (7) || 7 || -

Spanja || 5.84 || (41) || 41 || -

L-Isvezja || 2.73 || (19) || 19 || -

Ir-Renju Unit || 12.69 || (89) || 89 || -

Il-BEI || N.A. || 40 || (40) || -

It-TOTAL || 100,00 || (660) || 660 || -

|| || || || EUR miljuni

Kontribuzzjonijiet || % || L-10 FEŻ mhux mitlub 31.12.2010 || mitluba fl-2011 || L-10 FEŻ mhux mitlub 31.12.2011

L-Awstrija || 2.41 || (510) || 59 || 451

Il-Belġju || 3.53 || (747) || 86 || 661

Id-Danimarka || 2.00 || (423) || 49 || 374

Il-Finlandja || 1.47 || (311) || 36 || 275

Franza || 19.55 || (4 135) || 477 || 3 658

Il-Ġermanja || 20.50 || (4 336) || 500 || 3 836

Il-Greċja || 1.47 || (311) || 36 || 275

L-Irlanda || 0.91 || (192) || 22 || 170

L-Italja || 12.86 || (2 720) || 314 || 2 406

Il-Lussemburgu || 0.27 || (57) || 7 || 51

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 4.85 || (1 026) || 118 || 908

Il-Portugall || 1.15 || (243) || 28 || 215

Spanja || 7.85 || (1 660) || 192 || 1 469

L-Isvezja || 2.74 || (580) || 67 || 513

Ir-Renju Unit || 14.82 || (3 135) || 362 || 2 773

Ċipru || 0.09 || (19) || 2 || 17

Ir-Repubblika Ċeka || 0.51 || (108) || 12 || 95

L-Estonja || 0.05 || (11) || 1 || 9

L-Ungerija || 0.55 || (116) || 13 || 103

Il-Litwanja || 0.12 || (25) || 3 || 22

Il-Latvja || 0.07 || (15) || 2 || 13

f'Malta || 0.03 || (6) || 1 || 6

Il-Polonja || 1.3 || (275) || 32 || 243

Is-Slovenja || 0.18 || (38) || 4 || 34

Is-Slovakkja || 0.21 || (44) || 5 || 39

Il-Bulgarija || 0.14 || (30) || 3 || 26

Ir-Rumanija || 0.37 || (78) || 9 || 69

It-TOTAL || 100,00 || (21 152) || 2 440 || 18 712

Fl-2011, saret l-aħħar talba taħt id-9 FEŻ u ntalbu l-ewwel kontribuzzjonijiet tal-10 FEŻ, li fih qed jipparteċipaw is-27 Stat Membru.

2.8       RIŻERVI OĦRA

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

to/from 6th EDF || 94 || 490 || - || 584 || 584

to/from 7th EDF || 533 || 1 135 || - || 1 668 || 1 668

to/from 8th EDF || - || 2 762 || 141 || 2 903 || 2 864

to/from 9th EDF || (2 762) || - || 161 || (2 601) || (2 531)

to/from 10th EDF || (141) || (161) || - || (302) || (333)

It-TOTAL || (2 276) || 4 227 || 301 || 2 252 || 2 252

Sa mid-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ fl-2008, il-fondi kollha diżimpenjati tal-FEŻ ta’ qabel qed jiġu trasferiti fir-riżerva tal-10 FEŻ. Din ir-riżerva tista’ tkun impenjata biss taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Fl-2011, EUR 38 miljun u EUR 80 miljun ta’ fondi dikommissjonati kienu ttrasferiti għall-għaxar FEŻ mit-tmien u d-disa’ FEŻ rispettivament u EUR 150 miljun kienu trasferiti minn riżerva għar-rendiment tal-għaxar FEŻ għad-disa’ FEŻ[10].

Fit-23 ta' Mejju 2011 ittieħdet deċiżjoni tal-Kunsill[11] biex jallokaw ammont ta' EUR 200 miljun għan-Nofsinhar tas-Sudan mill-fondi dikommissjonati minn proġetti taħt id-disa' FEŻ u l-FEŻ preċedenti. Fi tmiem is-sena 2011 dan l-ammont għadu allokat għar-riżerva tal-prestazzjoni tal-10 FEŻ iżda għandu jiġu rilaxxat minn dawn ir-riżervi fl-2012.

3.         NOTI MAL-KONT TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU

3.1       DĦUL OPERATTIV

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2011 || TOTAL 2010

L-irkupru tal-ispejjeż || 3 || 11 || 2 || 16 || 29

L-irkupru tal-fondi tal-iSTABEX || 26 || - || - || 26 || 32

Qligħ fuq il-kambju || 11 || 37 || 7 || 54 || 78

Kofinanzjament tal-introjtu operattiv || - || - || 2 || 2 || 1

It-TOTAL || 40 || 49 || 10 || 99 || 140

3.1.1 L-irkupru tal-ispejjeż

Din l-intestatura tirrappreżenta l-ordnijiet tal-irkupru maħruġa mill-FEŻ u t-tnaqqis minn ħlasijiet sussegwenti rreġistrati fis-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ, biex jiġu rkuprati l-ispejjeż imħallsa qabel, fuq il-bażi ta’ kontrolli, verifiki jew analiżi tal-eliġibbiltà. Għandu jiġi nnotat li l-irkupru tal-ammonti tal-prefinanzjament mhux inkluż bħala dħul, iżda kreditat mal-intestatura tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

3.1.1.1 Irkupru ta' pagamenti mhux dovuti

Fl-2011, inħarġu ordnijiet ta' rkupru fir-rigward ta' pagamenti mhux dovuti għall-ammont ta' EUR 12-il miljun, f'paragun ma' EUR 11 miljun fl-2010. EUR 8 miljun minnhom kienu relatati mal-irkupru tal-ispejjeż u għaldaqstant ġew irreġistrati bħala dħul operattiv. Il-kumplament, jiġifieri EUR 4 miljun, irrappreżenta l-irkupri ta’ ammonti tal-prefinanzjament li tħallsu u li ġew ikkreditati mal-assi tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

In-natura tal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti tista' tiġi deskritta fil-qosor kif ġej:

EUR miljuni ||

|| Id-dħul || Prefinanzjament || TOTAL 2011 || Id-dħul || Prefinanzjament || TOTAL 2010

Żbalji || 2 || 1 || 3 || 1 || 1 || 2

Irregolarità || 6 || 3 || 8 || 5 || 3 || 8

Notifika lill-OLAF || 1 || - || 1 || 1 || - || 1

It-TOTAL || 8 || 4 || 12 || 7 || 4 || 11

3.1.2 L-irkupru tal-fondi tal-iSTABEX

Fl-2011, ġie rritornat EUR 26 miljun lill-FEŻ minn kontijiet b'firma doppja fil-pajjiżi tal-AKP, skont l-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ[12]. Dawn il-fondi kienu trasferiti prinċipalment minn Santa Luċija (EUR 9 miljuni), il-Kenja (EUR 7 miljuni) u Togo (EUR 4 miljuni). Dan id-dħul ġie inkluż fl-introjtu operattiv (strument tal-għajnuna STABEX) fil-kont tar-riżultat ekonomiku tat-8 FEŻ.

3.1.3 Qligħ mill-kambju

Il-qligħ fuq il-kambju jirriżulta mill-attivitajiet ta’ kuljum u mit-tranżazzjonijiet relatati li jsiru f’valuti li mhux l-euro, kif ukoll mir-rivalwazzjoni meħtieġa fl-aħħar tas-sena biex jitħejjew il-kontijiet annwali. Dan fih kemm qligħ realizzat kif ukoll mhux realizzat.

3.1.4 Kofinanzjament tal-introjtu operattiv

L-introjtu operattiv relatat mal-kofinanzjament jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet użati (ara 3.2.2). Minħabba li dawn il-kontribuzzjonijiet jissodisfaw il-kriterji tad-dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kontribuzzjoni hija rikonoxxuta f'konformità mal-implimentazzjoni tal-proġett ta’ kofinanzjament.

3.2                                                         SPEJJEZ OPERATTIVI

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2011 || TOTAL 2010

Spejjeż operattivi – strumenti tal-għajnuna || 114 || 879 || 1 640 || 2 633 || 2 852

Kofinanzjament tal-ispejjeż operattivi || - || - || 2 || 2 || 1

Telf mill-kambju || 11 || 41 || 8 || 61 || 58

Indeboliment tar-riċevibbli || 3 || 4 || - || 7 || 3

It-TOTAL || 128 || 924 || 1 650 || 2 702 || 2 914

3.2.1 Spejjeż operattivi – strumenti tal-għajnuna

|| || || || EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || It-TOTAL 2011 || It-TOTAL 2010

Għajnuna programmabbli || 58 || 56 || 1 136 || 1 251 || 1 127

Appoġġ makro-ekonomiku || - || 51 || - || 51 || 35

Politika settorjali || 0 || 372 || 0 || 371 || 765

Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax || 0 || - || - || 0 ||

Proġetti intra-AKP || - || 301 || 349 || 650 || 336

Għajnuna ta’ emerġenza || - || 63 || 149 || 212 || 442

Għajnuna għar-refuġjati || 0 || - || - || 0 || (1)

Kapital tar-riskju || 19 || - || - || 19 ||

STABEX || 12 || - || - || 12 || 46

Sysmin[13] || (8) || - || - || (8) || 10

Programmi ta’ għajnuna oħra relatati mal-FEŻ ta’ qabel || - || 24 || - || 24 || (17)

Ħelsien mid-dejn – Pajjiżi Fqar b’Dejn Għoli u l-Bank Dinji || - || - || - || - || 14

Appoġġ istituzzjonali || - || 2 || 6 || 8 || 44

Kumpens fuq riċevuti tal-esportazzjoni || 32 || 10 || - || 42 || 37

Il-Fond tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo || - || 0 || - || 0 || 15

Total || 114 || 879 || 1 640 || 2 633 || 2 852

L-ispejjeż operattivi tal-FEŻ ikopru l-istrumenti tal-għajnuna varji u jieħdu forom differenti, skont kif il-kontanti jitħallsu u jiġu ġestiti.

3.2.2 Kofinanzjament tal-ispejjeż operattivi

Dawn huma l-ispejjeż li saru fuq proġetti tal-kofinanzjament fl-2011. Minħabba li l-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament riċevuti jissodisfaw l-kriterji tad-dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju taħt ċerti kundizzjonijiet, ammont korrespondenti ta’ kontribuzzjonijiet ġie rikonoxxut bħala dħul operattiv (ara 3.1.4).

3.2.3 Telf mill-kambju

It-telf fuq il-kambju jirriżulta mill-attivitajiet ta’ kuljum u mit-tranżazzjonijiet relatati li jsiru f’valuti li mhux l-euro, kif ukoll mir-rivalwazzjoni meħtieġa fl-aħħar tas-sena biex jitħejjew il-kontijiet annwali – huwa kemm realizzat kif ukoll mhux realizzat.

Jekk inħarsu lejn il-pożizzjoni netta, kien hemm telf fuq il-kambju nett ta’ EUR 6 miljun għas-sena (telf fuq il-kambju ta’ EUR 61 miljun mingħajr il-qligħ fuq il-kambju ta’ EUR 54 miljun).

3.2.4 Indeboliment tar-riċevibbli

Din l-intestatura tinkludi l-iktar il-korrezzjonijiet tal-prefinanzjament u l-ammonti mnaqqsa/mitlufa fuq ir-realizzazzjoni li tikkonċerna d-debituri.

3.3       SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2011 || TOTAL 2010

Spejjeż amministrattivi || 0 || 3 || 72 || 75 || 86

It-TOTAL || 0 || 3 || 72 || 75 || 86

Din l-intestatura tinkludi n-nefqa ta’ appoġġ; jiġifieri l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-FEŻ. Din tinkludi l-ispejjeż għat-tħejjija, is-segwitu, il-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni tal-proġetti kif ukoll l-ispejjeż għan-netwerks tal-kompjuter, l-Assistenza Teknika eċċ.

3.4       DĦUL FINANZJARJU

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2011 || TOTAL 2010

Introjtu mill-imgħax – Bank Ewropej || - || 0 || 1 || 1 || 1

Introjtu mill-imgħax – STABEX || 0 || - || - || 0 || 0

Introjtu mill-imgħax fuq ħlasijiet tard ta’ ordnijiet ta’ rkupru || 0 || 0 || 0 || 0 || 3

Imgħax fuq il-prefinanzjament || (1) || (19) || (1) || (21) || 91

It-TOTAL || (1) || (19) || 0 || (20) || 95

Id-dħul mill-imgħax fl-2011 jibqa’ baxxa minħabba rati baxxi ta' interessi kontinwi.

3.4.1 Introjtu mill-imgħax fuq ħlasijiet tard ta’ ordnijiet ta’ rkupru

Dan huwa l-imgħax akkwistat minn fuq ħlasijiet tard tal-ordnijiet ta’ rkupru mid-debituri, inklużi ħlasijiet tard ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. Dawn il-fondi jistgħu jintużaw għall-finanzjament tal-proġetti skont l-Artikoli 1 u 6 tal-Ftehim Intern applikabbli għall-10 FEŻ.

3.4.2 Imgħax fuq il-prefinanzjament

L-imgħax fuq il-prefinanzjamenti huwa rikonoxxut fil-kontijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 7 paragrafu 3 u l-artikolu 8 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ.

L-imgħax dovut fuq l-ammonti tal-prefinanzjament għall-2011 huwa aktar baxx minn dak tal-2010 u fil-fatt it-treġġigħ lura tal-ammount dovut fl-2010 riżulta dħul ta' interessi negattiv. Dan kien ikkawżat minn riklassifikazzjoni matul l-2011 ta' diversi kuntratti li qabel kienu ttikkettjati bħala kuntratti ta' għotja fl-2010 għal kuntratti ta’ġestjoni konġunta ma’organizzazzjonijiet internazzjonali. Skont id-dispożizzjonijiet tal-artikoli tar-Regolament Finanzjarju msemmija hawn fuq, it-tip tal-kuntratti preċedenti jagħtu lok għal kalkolu tal-imgħaxx dovut fuq il-prefinanzjament filwaqt li t-tip ta' kuntratti tal-aħħar ma jagħtux.

4.         NOTI MAR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS

4.1       L-GĦAN U T-TĦEJJIJA TAR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS

L-informazzjoni dwar il-fluss tal-flus tintuża biex tipprovdi l-bażi għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-FEŻ li jiġġenera l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus, u l-bżonnijiet tiegħu biex jiġu utilizzati dawk il-flussi tal-flus.

Ir-rapport tal-fluss tal-flus jitħejja bl-użu tal-metodu indirett. Dan ifisser li l-bilanċ favorevoli nett jew id-defiċit għas-sena finanzjarja jiġi aġġustat bl-effetti tat-tranżazzjonijiet ta’ natura mhux f'kontanti u kull differiment jew akkumulazzjoni ta’ riċevuti jew ħlasijiet operattivi ta’ kontanti li saru fil-passat jew se jsiru fil-futur.

Il-fluss tal-flus li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet f’valuta barranija jiġu rreġistrati fil-valuta tar-rapportar (il-euro) tal-FEŻ, billi tiġi applikata r-rata tal-kambju bejn l-euro u l-valuta barranija fid-data tatal-fluss tal-flus fuq l-ammont fil-valuta barranija.

4.2       ATTIVITAJIET OPERATTIVI

Ir-rapport tal-fluss tal-flus tal-FEŻ juri biss il-flussi tal-flus ta’ attivitajiet operattivi billi l-FEŻ m'għandux attivitajiet ta’ investiment jew ta’ finanzjament. L-għan tal-attivitajiet operattivi huwa li jieħu sehem fil-ksib ta’ riżultati mmirati lejn il-politika.

5.         ASSI U OBBLIGAZZJONIJIET KONTINĠENTI U ŻVELAR IEĦOR

5.1       ASSI KONTINĠENTI

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Garanziji ta’ prestazzjoni || 16 || 221 || 88 || 325 || 360

Garanziji ta’ żamma || 5 || 151 || 40 || 197 || 227

Assi kontinġenti relatati ma’ każijiet legali || - || 1 || - || 1 || 1

It-TOTAL || 21 || 373 || 128 || 523 || 587

5.1.1 Garanziji ta’ prestazzjoni

Il-garanziji ta’ prestazzjoni xi kultant jintalbu biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-FEŻ jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tal-kuntratti tagħhom mal-FEŻ.

It-tnaqqis ta' EUR 35 miljun fil-garanziji ta’ prestazzjoni hija differenza bejn il-garanziji rilaxxati u garanziji ġodda riċevuti. Il-parti l-kbira tal-garanziji kienu rilaxxati taħt it-8 FEŻ (EUR 23 miljun marbuta prinċipalment mal-għajnuna programmabbli) u d-9 FEŻ (EUR 90 miljun prinċipalment marbuta mal-għajnuna tal-politika settorjali).

5.1.2 Garanziji ta’ żamma

Il-garanziji ta’ żamma jikkonċernaw biss il-kuntratti tax-xogħolijiet. Tipikament, 10% tal-ħlasijiet interim lill-benefiċjarji jinżammu biex jiġi żgurat li l-kuntrattur jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu/tagħha. Dawn l-ammonti miżmuma jiġu riflessi bħala ammonti pagabbli. Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista’ minflok jippreżenta garanzija ta’ żamma li tieħu post l-ammonti miżmuma fuq il-ħlasijiet interim. Dawn il-garanziji riċevuti jiġu żvelati bħala assi kontinġenti.

It-tnaqqis ta' EUR 30 miljun fil-garanziji ta’ ritenzjoni hija differenza bejn il-garanziji rilaxxati u garanziji ġodda riċevuti. Il-parti l-kbira tal-garanziji ġew rilaxxati taħt id-9 FEŻ (EUR 63 miljun marbuta primarjament mal-Għajnuna tal-politika settorjali). Il-ġaranziji ġodda kienu prinċipalment riċevuti taħt id-9 FEŻ (EUR 31 miljun prinċipalment marbuta mal-għajnuna tal-politika settorjali) u l-għaxar FEŻ (EUR 22 miljun).

5.2       OBBLIGAZZJONIJIET KONTINGENTI

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Ammonti relatati ma’ każijiet legali || - || 0 || - || 0 || 6

It-TOTAL || - || 0 || - || 0 || 6

L-ammonti msemmija hawn fuq jirrigwardaw l-azzjonijiet għal ħsarat li attwalment qed jinġiebu kontra l-FEŻ, tilwim legali ieħor u l-kosti legali stmati. L-obbligazzjonijiet u l-impenji kontinġenti kollha jiġu ffinanzjati, jekk isiru dovuti, mill-FEŻ fil-futur.

5.3       ŻVELAR IEĦOR

5.3.1 Impenji Baġitarji

EUR miljuni

|| It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2011 || TOTAL 31.12.2010

Impenji baġitarji pendenti li għadhom mhux imħallsa || 157 || 1 643 || 3 794 || 5 594 || 5 991

Ammonti relatati inklużi fil-kont tar-riżultat ekonomiku || (29) || (308) || (309) || (646) || (714)

It-TOTAL || 128 || 1 335 || 3 485 || 4 948 || 5 277

L-impenji baġitarji pendenti jirrappreżentaw l-impenji miftuħa li għalihom għadhom ma sarux ħlasijiet u/jew diżimpenji. Din hija l-konsegwenza normali tal-eżistenza ta’ programmi multiannwali. Fil-31 ta’ Diċembru 2011, l-impenji baġitarji pendenti kienu jammontaw għal EUR 5 594 miljun. L-ammont divulgat bħala impenn għall-futur li jrid jiġi ffinanzjat huwa dan l-impenn baġitarju pendenti mingħajr l-ammonti relatati li ġew inklużi bħala spejjeż fil-kont tar-riżultat ekonomiku tal-2011, li jwassal għat-total ta’ EUR 4 948 miljun.

6.         ĠESTJONI TAR-RISKJU FINANZJARJU

L-iżvelar li ġej fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrelata għall-operazzjonijiet tat-teżor imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp sabiex jimplimenta r-riżorsi tiegħu.

6.1       IL-POLITIKI TAL-ĠESTJONI TAR-RISKJU U L-ATTIVITAJIET TAL-HEDGING

Ir-regoli u l-prinċipji għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet tat-teżor tal-FEŻ huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ, u fil-Ftehim Intern.

B’riżultat tar-regolament imsemmi hawn fuq, għandhom japplikaw dawn il-prinċipji ewlenin li ġejjin:

1. Il-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ jitħallsu mill-Istati Membri f’kontijiet speċjali miftuħa mal-bank tal-ħruġ ta' kull Stat Membru jew mal-istituzzjoni finanzjarja nnominata minnu. L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jibqgħu f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-ħlasijiet tal-FEŻ.

2. Il-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ jitħallsu mill-Istati Membri f'EUR, filwaqt li l-ħlasijiet tal-FEŻ huma ddenominati f'EUR u f’valuti oħra, inkluż oħrajn inqas magħrufa.

3. Ma jistgħux jinġibdu flus iktar milli jkun hemm depożitati fil-kontijiet bankarji miftuħa mill-Kummissjoni f’isem il-FEŻ.

Barra l-kontijiet speċjali, jinfetħu kontijiet bankarji oħra mill-Kummissjoni f’isem il-FEŻ, ma' istituzzjonijiet finanzjarji (il-banek ċentrali u l-banek kummerċjali), bil-għan li minnhom isiru l-ħlasijiet u fihom jiġu riċevuti l-ħlasijiet li mhux il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit skont l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill 215/2008 (ara 6. 4 hawn taħt).

Il-banek kummerċjali kollha fejn infetħu l-kontijiet għall-FEŻ li mhumiex il-"kontijiet speċjali" imsemmija hawn fuq, jintgħażlu mill-Kummissjoni b’sejħa għall-offerti.

L-operazzjonijiet tat-teżor u tal-ħlasijiet huma awtomatizzati ħafna u jiddependu fuq sistemi tal-informazzjoni moderni. Huma applikati proċeduri speċifiċi biex jiggarantixxu s-sigurtà tas-sistema u jiżguraw is-segregazzjoni tad-dmirijiet f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-istandards tal-kontroll intern tal-Kummissjoni, u l-prinċipji tal-awditjar.

Ġabra miktuba ta' linji gwida u proċeduri, tirregola l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tat-teżor u tal-ħlasijiet bil-għan li jiġi limitat ir-riskju operattiv u finanzjarju u jiġi żgurat livell adegwat ta’ kontroll. Dawn ikopru l-oqsma differenti tal-operat, u l-konformità mal-linji gwida u l-proċeduri jiġu kkontrollati regolarment.

6.2       IR-RISKJU TAS-SUQ

6.2.1   Ir-riskju tal-valuta

Il-kontribuzzjonijiet kollha jinżammu fl-EUR, u l-valuti l-oħra jinxtraw biss meta jkunu meħtieġa biex isiru l-ħlasijiet. B’riżultat ta’ dan, l-operazzjonijiet tat-teżor tal-FEŻ mhumiex esposti għar-riskju tal-valuta.

6.2.2   Riskju tar-rati tal-imgħax

Il-FEŻ ma jissellifx flus; b'konsegwenza ta’ dan mhuwiex espost għar-riskju tar-rata tal-imgħax.

Madankollu l-FEŻ jaqla' l-imgħax fuq il-bilanċi li jżomm fuq il-kontijiet bankarji differenti tiegħu. Il-Kummissjoni, f’isem il-FEŻ, għalhekk daħħlet fis-seħħ il-miżuri biex tiżgura li l-imgħax iġġenerat regolarment jirrifletti r-rati tal-imgħax tas-suq kif ukoll il-varjazzjonijiet possibbli fihom.

Il-bilanċi mil-lum għall-għada miżmuma fil-kontijiet mal-banek kummerċjali jiġu remunerati kuljum. Ir-remunerazzjoni tal-bilanċi fuq dawn il-kontijiet hija bbażata fuq ir-rati varjabbli tas-suq li fuqhom jiġi applikat il-marġni kontrattwali (pożittiv jew negattiv). Għall-biċċa l-kbira tal-kontijiet il-kalkolu tal-imgħax huwa marbut mal-EONIA (Euro Over Night Index Average), u huwa aġġustat biex jirrifletti kull varjazzjoni f'din ir-rata. Għal xi kontijiet oħrajn, il-kalkolu tal-imgħax huwa marbut mar-rata marġinali tal-BĊE (dik użata għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BĊE). B'riżultat ta’ dan, il-FEŻ ma jieħu l-ebda riskju li l-bilanċi tiegħu jkunu remunerati b'rati iktar baxxi mir-rati tas-suq.

6.3       IR-RISKJU TAL-KREDITU (IR-RISKJU TAL-KONTRAPARTI)

Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi tat-teżor tal-FEŻ jinżammu, skont ir-Regolament tal-Kunsill 215/2008, fil-"kontijiet speċjali" miftuħa mill-Istati Membri għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom. Il-maġġoranza ta’ dawn il-kontijiet jinżammu mat-teżori tal-Istati Membri jew mal-banek ċentrali nazzjonali. Dawn l-istituzzjonijiet iġorru l-iktar riskju tal-kontraparti baxx għall-FEŻ (l-esponiment huwa mal-Istati Membri tiegħu).

Għall-parti tar-riżorsi tat-teżor tal-FEŻ li jinżammu mal-banek kummerċjali sabiex ikopru t-twettiq tal-ħlasijiet, ir-riforniment ta’ dawn il-kontijiet isir f’waqtu u huwa awtomatikament ġestit mis-sistema tal-ġestjoni tal-flus likwidi tat-teżor tal-Kummissjoni. Fuq kull kont jinżammu l-livelli minimi tal-flus, proporzjonati mal-ammont medju tal-ħlasijiet ta’ kuljum li jsiru minnu. B’konsegwenza ta’ dan, l-ammonti li jinżammu mil-lum għall-għada fuq dawn il-kontijiet jibqgħu kontinwament f’livelli baxxi biex jiżguraw li l-esponiment għar-riskju tal-FEŻ huwa limitat.

Barra dan, jiġu applikati linji gwida speċifiċi fl-għażla tal-banek kummerċjali sabiex ikompli jiġi mminimizzat ir-riskju tal-kontraparti li għalih huwa espost il-FEŻ.

Il-banek kummerċjali huma kollha magħżula b'sejħa għall-offerti. Il-klassifikazzjoni tal-kreditu minima għall-perjodu qasir ta' żmien meħtieġa għall-ammissjoni fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti hija l-P-1 ta’ Moody's jew l-ekwivalenti (A-1 ta’ S&P jew F1 ta’ Fitch). Jista' jkun meħtieġ livell iktar baxx f'ċirkostanzi speċifiċi u debitament ġustifikati.

6.4       RISKJU TAL-LIKWIDITÀ

Il-prinċipji tal-baġit applikati għall-FEŻ jiżguraw li r-riżorsi ġenerali tal-kontanti għall-perjodu baġitarju huma dejjem suffiċjenti għat-twettiq tal-ħlasijiet kollha relatati. Fil-fatt, il-kontribuzzjonijiet totali tal-Istati Membri huma daqs l-ammont ġenerali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu baġitarju rilevanti.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri lill-FEŻ, madankollu, jitħallsu fi tliet pagamenti fis-sena, filwaqt li l-ħlasijiet huma soġġetti għal ċertu staġjonalità.

Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tat-teżor huma dejjem suffiċjenti biex ikopru l-ħlasijiet li għandhom jitwettqu f’kull xahar partikolari, l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-teżor tiġi regolarment skambjata bejn it-teżor tal-Kummissjoni u d-dipartimenti rilevanti tal-infiq sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet imwettqa f’kull perjodu partikolari ma jaqbżux ir-riżorsi tat-teżor disponibbli.

Barra dan ta’ hawn fuq, fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kuljum tat-teżor tal-FEŻ, l-għodda awtomizzati tal-ġestjoni tal-kontanti jiżguraw li ta’ kuljum ikun hemm likwidità suffiċjenti disponibbli fuq kull kont bankarju tal-FEŻ.

7.         ŻVELAR DWAR IL-PARTIJIET RELATATI

Ma ġew identifikati l-ebda tranżazzjonijiet marbuta ma’ partijiet relatati li jeħtieġu divulgazzjoni separata taħt din l-intestatura.

8.         AVVENIMENTI WARA D-DATA TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Fid-data tat-trażmissjoni ta’ dawn il-kontijiet, l-ebda kwistjonijiet materjali ma kienu ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ jew kienu rrappurtati lilu li jkunu jeħtieġu żvelar separat taħt din it-taqsima. Il-kontijiet annwali u n-noti relatati tħejjew bl-użu tal-iktar informazzjoni riċenti disponibbli u dan huwa rifless fl-informazzjoni ppreżentata hawn fuq.

9.         RIKONĊILJAZZJONI TAR-RIŻULTAT EKONOMIKU U R-RIŻULTAT TAL-BAĠIT

Ir-riżultat ekonomiku għas-sena jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti. Ir-riżultat tal-baġit huwa madankollu bbażat fuq ir-regoli tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet, skont ir-Regolament Finanzjarju. Billi t-tnejn huma r-riżultat tal-istess tranżazzjonijiet sottostanti, huwa kontroll utli li jiġi żgurat li huma rikonċiljabbli. It-tabella hawn taħt turi din ir-rikonċiljazzjoni, tenfasizza l-ammonti ewlenin li jirrikonċiljaw, maqsuma bejn l-elementi tad-dħul u dawk tal-infiq.                                        

|| || EUR miljuni

|| 2011 || 2010

|| ||

IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || (2 700) || (2 765)

|| ||

DĦUL || ||

L-intitolamenti li ma jaffettwawx ir-riżultat tal-baġit || (52) || (33)

L-intitolamenti stabbiliti fis-sena kurrenti iżda li għadhom ma nġabrux || (3) || (4)

L-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel u miġbura fis-sena kurrenti || 10 || 10

L-effett nett tal-prefinanzjament || 46 || 53

Id-dħul nett dovut || (13) || (173)

|| ||

NEFQA || ||

L-ispejjeż tas-sena kurrenti li għadhom ma tħallsux || 98 || 178

L-ispejjeż tas-snin ta' qabel u li tħallsu fis-sena kurrenti || (249) || (155)

Il-kanċellamenti tal-ħlasijiet || 17 || 39

L-effett nett tal-prefinanzjament || (346) || (353)

L-ispejjeż netti dovuti || 317 || (31)

|| ||

IR-RIŻULTAT TAL-BAĠIT GĦAS-SENA || (2 874) || (3 233)

9.1 Il-partiti ta' rikonċiljazzjoni – Dħul

Id-dħul baġitarju ta’ sena finanzjarja jikkorrispondi mad-dħul miġbur mill-intitolamenti stabbiliti matul is-sena u l-ammonti miġbura mill-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel.

L-intitolamenti li ma jaffettwawx ir-riżultat tal-baġit huma rreġistrati fir-riżultat ekonomiku, iżda minn lat baġitarju dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala dħul minħabba li l-ammont imsarraf ikun trasferit għal riżervi u ma jistax jiġi impenjat mill-ġdid mingħajr deċiżjoni tal-Kunsill.

L-intitolamenti stabbiliti fis-sena kurrenti iżda li għadhom ma nġabrux għandhom jitnaqqsu mir-riżultat ekonomiku għall-finijiet tar-rikonċiljazzjoni minħabba li ma jagħmlux parti mid-dħul baġitarju. Għall-kuntrarju, l-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel u miġbura fis-sena kurrenti għandhom jiżdiedu mar-riżultat ekonomiku għall-finijiet tar-rikonċiljazzjoni.

L-effett nett tal-prefinanzjament huwa l-ikklerjar tal-ammonti tal-prefinanzjament irkuprati. Dan huwa dħul ta’ kontanti li m'għandu l-ebda impatt fuq ir-riżultat ekonomiku.

Id-dħul nett dovut jikkonsisti l-iktar f'dovuti li jkunu saru għall-finijiet tal-cut-off tal-aħħar tas-sena. Għandu jitqies biss l-effett nett, jiġifieri d-dħul akkumulat tas-sena kurrenti mingħajr l-irriversjar tad-dħul akkumulat tas-sena ta’ qabel.

9.2 Il-partiti ta’ rikonċiljazzjoni – Nefqa

L-ispejjeż tas-sena kurrenti li għadhom ma tħallsux għandhom jiġu miżjuda għall-finijiet ta’ rikonċiljazzjoni billi huma inklużi fir-riżultat ekonomiku iżda ma jagħmlux parti min-nefqa baġitarja. Min-naħa l-oħra, in-nefqiet tas-snin ta' qabel li tħallsu fis-sena kurrenti għandhom jitnaqqsu mir-riżultat ekonomiku għall-finijiet ta' rikonċiljazzjoni billi huma jagħmlu parti min-nefqa baġitarja tas-sena kurrenti iżda m'għandhom l-ebda effett fuq ir-riżultat ekonomiku jew inaqqsu l-ispejjeż f'każ ta’ korrezzjonijiet.

L-irċevuti tal-kontanti mill-kanċellamenti tal-ħlasijiet ma jaffettwawx ir-riżultat ekonomiku filwaqt li jimpattaw ir-riżultat baġitarju.

L-effett nett tal-prefinanzjament huwa l-kombinazzjoni tal-ammonti tal-prefinanzjament il-ġodda mħallsa fis-sena kurrenti (rikonoxxuti bħala nefqa baġitarja għas-sena) u l-ikklerjar tal-prefinanzjament imħallas fis-sena kurrenti jew fis-snin ta’ qabel permezz tal-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli. Dan tal-aħħar jirrappreżenta spiża f’termini ta’ akkumulazzjoni iżda mhux fil-kontijiet baġitarji billi l-ħlas tal-prefinanzjament inizjali diġà ġie kkunsidrat bħala nfiq baġitarju fiż-żmien meta tħallas.

L-ispejjeż netti dovuti jikkonsistu l-iktar f'dovuti li jkunu saru għall-finijiet ta’ cut-off tal-aħħar tas-sena, jiġifieri l-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li jkunu għadhom mhux irrappurtati lill-FEŻ. Għandu jitqies biss l-effett nett, jiġifieri l-ispejjeż dovuti tas-sena kurrenti mingħajr l-irriversjar tal-ispejjeż dovuti tas-sena ta’ qabel.                                                    

2. RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Il-FEŻ ta’ qabel

· Id-Deċiżjoni 1/2000 tal-Kunsill tal-AKP-KE tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar il-miżuri ta’ tranżizzjoni tipprovdi sabiex xi wħud mir-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel ikunu użati għal programmi konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ta’ Kotonù u jiġu applikati kmieni taħt il-miżuri ta’ tranżizzjoni.

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 410/2001 tas-16 ta’ Marzu 2001, li tiffissa l-allokazzjonijiet għall-programmi indikattivi tal-pajjiżi tal-AKP taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, tistipula li r-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel sa massimu ta’ EUR 1.2 biljun għandhom ikunu użati għall-implimentazzjoni skont ir-regoli u l-proċeduri tal-FEŻ rilevanti, sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju tad-9 FEŻ.

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1033/2001 tal-15 ta’ Ġunju 2001 iffissat l-allokazzjonijiet għall-programmi reġjonali u l-kooperazzjoni intra-AKP taħt il-Protokoll Finanzjarju mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1252/2002 tal-11 ta’ Lulju 2002 żiedet il-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni intra-AKP b’EUR 60 miljun, mir-riżervi ġenerali tas-6 u s-7 FEŻ, u pprovdiet ukoll għall-użu ta’ dawn il-fondi addizzjonali sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju tad-9 FEŻ, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-FEŻ oriġinali.

· Fl-aħħarnett, id-Deċiżjoni 3/2002 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE tat-23 ta’ Diċembru 2002 ħadet l-ammont ta’ EUR 25 miljun mir-riżorsi mhux allokati tat-8 FEŻ (riżerva ġenerali) u allokathom għall-kooperazzjoni reġjonali taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

· Minħabba li s-6 FEŻ ingħalaq fl-2006 u s-7 FEŻ ingħalaq fl-2008, il-kontijiet annwali m’għadx fihom it-tabelli tal-implimentazzjoni għal dawn il-FEŻ. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-bilanċi trasferiti tista' tinstab fid-9 FEŻ.

· Kif sar fis-snin li għaddew, sabiex tkun żgurata t-trasparenza fil-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-2009, it-tabelli ta’ hawn taħt jippreżentaw separatament għat-8 FEŻ il-parti użata għall-programmazzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Lomé u l-parti użata għall-programmazzjoni skont il-Ftehim ta’ Kotonù. F’dak li jirrigwarda din tal-aħħar, ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet u l-preżentazzjoni tal-kontijiet saret fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2) tal-Anness IV għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, f’dak li jirrigwarda l-pajjiżi. Dak l-Artikolu jagħti lill-pajjiżi tal-AKP pakkett A sabiex ikopri l-appoġġ makro-ekonomiku u l-appoġġ għall-programmi u l-proġetti u pakkett B sabiex ikopri bżonnijiet mhux previsti bħall-għajnuna ta’ emerġenza, l-inizjattivi ta’ tnaqqis tad-dejn u l-għajnuna sabiex ikunu kkumpensati l-effetti negattivi tal-instabbiltà fil-qligħ mill-esportazzjoni[14]. F’dak li jirrigwarda r-reġjuni, il-preżentazzjoni tal-kontijiet saret skont il-programmazzjoni reġjonali kif imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (jiġifieri programmi indikattivi reġjonali u kooperazzjoni intra-AKP).

· Taħt il-Punt 4 tal-Anness Ib (Qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008 sa 2013) għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, il-bilanċi li baqa’ u l-ammonti diżimpenjati taħt il-Fondi bejn il-31.12.2007 u d-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ ġew trasferiti għad-9 FEŻ sabiex jiġi assigurat li l-amministrazzjoni tal-UE tista’ tagħmel xogħolha u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proġetti kurrenti sakemm jidħol fis-seħħ l-10 FEŻ.

· Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/406/UE ddeċidiet li tuża għall-benefiċċju tas-Sudan ammont ta' EUR150 miljun mill-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 FEŻ u tal-FEŻ preċedenti sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-parti l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Dan l-ammont ġie allokat matul l-2011.

· Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE ddeċidiet li tuża għall-benefiċċju tas-Sudan t'Isfel ammont ta' EUR 200 miljun mill-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 FEŻ u l-FEŻ preċedenti biex jintużaw biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tliet Snin għall-Iżvilupp tas-Sudan t'Isfel. Dan l-ammont għadu ma ġiex allokat għall-ipprogrammar.

L-10 FEŻ

Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000 f’Kotonù mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (l-Istati tal-AKP) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. Il-Ftehim ta’ Kotonou ġie emendat fil-25 ta' Ġunju 2005 u fit-23 ta' Ġunju 2010.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE tas-27 ta’ Novembru 2001 (2001/822/KE) dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCT) mal-Komunità Ewropea daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2001. Din id-Deċiżjoni kienet emendata fid-19 ta’ Marzu 2007 (Deċiżjoni 2007/249/KE).

Il-Ftehim Intern dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Komunità taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008-2013 f’konformità mal-Ftehim ta’ Kotonù rivedut, adottat mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Lulju 2006, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

Taħt il-Ftehim ta’ Kotonù, it-tieni perjodu (2008-2013) tal-għajnuna tal-UE għall-Istati tal-AKP u l-OCT huwa ffinanzjat mill-10 FEŻ b’fondi totali ta’ EUR 22 682 miljun, li minnhom:

- EUR 21 966 miljun huma allokati lill-pajjiżi tal-AKP skont il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness Ib għall-Ftehim ta’ Kotonù rivedut, li minnhom EUR 20 466 miljun  huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea;

- EUR 286 miljun huma allokati lill-OCTs skont l-Anness IIAa tal-Ftehim rivedut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-OCTs mal-Komunità Ewropea, li minnhom EUR 256 miljun huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea;

- EUR 430 miljun huma għall-Kummissjoni sabiex tiffinanzja l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-10 FEŻ, skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.

Fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ, dawn l-ammonti ġew issupplimentati b'bilanċi mhux minfuqa u għadhom issupplimentati b'fondi diżimpenjati li jirriżultaw mis-sistema sabiex tiġi ggarantita l-istabbilizzazzjoni tal-qligħ mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt il-Fondi qabel id-9 FEŻ. Dawn il-bilanċi u fondi diżimpenjati għandhom jintużaw u jiġu ġestiti skont il-Ftehim ta’ Kotonù rivedut u l-Ftehim Intern.

Mill-allokazzjonijiet tal-10 FEŻ imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-ammont ta' EUR 21 152 miljun kif ġej

- EUR 15 300 miljun għall-programmi indikattivi nazzjonali, li minnhom:

· EUR 13 500 miljun għall-pakketti A li minnhom infetħu allokazzjonijiet ta’ EUR 12 467 miljun u minn dan l-ammont, is-somma ta’ EUR 33 miljun ġiet trasferita għall-allokazzjonijiet reġjonali (reġjun MTR-PALOP). Barra minn dan, il-pakkett A ġie miżjud b'EUR 57 miljun li jirrappreżentaw il-fondi diżimpenjati tal-iStabex;

· EUR 1 800 miljun għall-pakketti B, li minnhom EUR 601 miljun bħala allokazzjonijiet inizjali, u EUR 1 199 miljun bħala riżerva għall-bżonnijiet mhux previsti (użati għall-finanzjament ta’ strumenti differenti bħal FLEX ta’ kull sena, u l-FLEX tal-Vulnerabbiltà ad hoc u bħala tweġiba għall-kriżi fil-prezzijiet tal-ikel). Minn dan it-total ammont ta’ EUR 1 624 miljun huma miftuħa.

- EUR 1 783 miljun għal programmi indikattivi reġjonali, flimkien ma’ trasferiment ta' EUR 33 miljun li jirriżultaw f' EUR 1 816 tal-allokazzjonijiet miftuħa;

- EUR 2 700 miljun f’allokazzjonijiet Intra-AKP, li minnhom EUR 2 664 miljun huma miftuħa;

- EUR 683 miljun bħala riżerva għall-allokazzjoni sussegwenti għall-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali wara r-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu u dawk finali;

- EUR 430 miljun għal spejjeż tal-implimentazzjoni, miftuħa kollha;

- EUR 256 miljun f’allokazzjonijiet OCT:

· Fondi ta’ pakkett A għal EUR 195 miljun, li minnhom EUR 66 miljun huma miftuħa

· Fondi ta’ pakkett B għal EUR 15-il miljun, li minnhom EUR 7 miljuni huma miftuħa

· Fondi ta’ allokazzjonijiet reġjonali ta’ EUR 40 miljun, huma kollha miftuħa

· Fondi ta’ studju/assistenza tekninika ta’ EUR 6 miljuni, miftuħa kollha.

- Ir-riżerva tal-prestazzjoni tal-10 FEŻ li ma tistax tkun użata

Minħabba li l-10 FEŻ daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008, il-bilanċi li baqa' u l-ammonti diżimpenjati minn proġetti li jaqgħu taħt id-9 FEŻ u l-FEŻ ta’ qabel huma trasferiti għar-riżerva tal-prestazzjoni tal-10 FEŻ, minbarra l-fondi tal-iStabex u l-pakkett amministrattiv tad-9 FEŻ. Din ir-riżerva tista' tintuża biss taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Hawn taħt għandek issib id-dettalji ta' din ir-riżerva sal-31.12.2011 (miljuni ta' EUR):

Total tal-fondi trasferiti għar-riżerva tal-10 FEŻ li ma tistax tkun użata: || 438

                                                              wara li jitnaqqsu l-fondi trasferiti fid-9 FEŻ favur is-Sudan, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/406/UE tat-12.07.2010 || -150

Total disponibbli fir-riżerva (AKP+OCT): || 288

Nota: Din ir-riżerva għandha titnaqqas b’EUR 200 miljun wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/315/UE tat-23/05/2011 favur is-Sudan t'Isfel u għandha tiġi trasferita lid-9 FEŻ.

- Ir-riżerva tal-iStabex fl-10 FEŻ

Wara l-għeluq tal-kontijiet tal-iStabex, il-fondi li ma jkunux intużaw/diżimpenjati huma trasferiti għar-riżerva tal-Pakkett A tal-iStabex fl-10 FEŻ (il-Ftehim Intern tal-10 FEŻ, l-Artikolu 1(4)) u mbagħad għall-programmi indikattivi nazzjonali tal-pajjiżi kkonċernati.

- Il-kofinanzjamenti tal-10 FEŻ

Taħt l-10 FEŻ, ġew iffirmati l-ftehimiet dwar it-trasferiment tal-kofinanzjamenti mill-Istati Membri għal EUR 89 miljun u nfetħu l-approprjazzjonijiet għall-impenji li b'kollox kienu jammontaw għal EUR 79 miljun, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta' pagament infetħu biss għall-ammonti msarrfa ta’ EUR 73 miljun.

Is-sitwazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-kofinanzjament sal-31.12.2011 hija indikata fit-tabella ta' hawn taħt (miljuni ta' EUR):

|| Approprijazzjonijiet ta’ impenn || Approprjazzjonijiet ta' pagament

Kofinanzjament - Pakkett A || 69 || 61

Kofinanzjament - Intra-AKP || 12 || 12

Kofinanzjament - Spejjeż amministrattivi || 2 || 2

|| 83 || 75

It-tabelli li ġejjin, li jirrigwardaw l-ammonti deċiżi, ikkuntrattati u mħallsa, jindikaw ċifri netti.

It-tabelli li jippreżentaw is-sitwazzjoni skont il-pajjiż u skont l-istrument jinsabu fl-anness.

2.1         L-ALLOKAZZJONIJIET

2.2 IL-KONTIJIET IKKONSOLIDATI

2.3.        INFORMAZZJONI OĦRA TAL-ĠESTJONI

Il-kofinanzjament Taljan (1985)

Fl-1985, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim mal-Gvern Taljan li kien jipprovdi għall-kofinanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp ġestiti mill-Kummissjoni.

Il-ftehim ġie mtawwal b’mod regolari permezz ta’ skambji ta’ ittri bejn il-Gvern Taljan u l-Kummissarju għall-Iżvilupp sal-31 ta’ Diċembru 2004.

Imbagħad, permezz tal-proċedura miktuba E/1588/2004, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ qafas tal-kofinanzjament. Id-deċiżjoni kellha l-għan li tistabbilixxi l-qafas baġitarju u regolatorju għall-impenji effettwati skont dan il-ftehim. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għaldaqstant stipulat li dan il-kofinanzjament għandu jiġi implimentat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ. Id-deċiżjoni tagħti l-awtorità lill-uffiċjali awtorizzanti tal-FEŻ b’delega jew b’sottodelega sabiex jamministraw il-kontribuzzjoni tal-Italja għal dan il-kofinanzjament. Huma kienu awtorizzati wkoll li jiddeterminaw id-data finali għall-implimentazzjoni tagħha f'konformità mar-regoli rilevanti.

F’konformità mal-Artikolu 4, punt 4 tal-ftehim ta’ Lulju 1985 bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Taljan, id-dispożizzjoni kkonfermata fl-Artikolu 3, punt 3 tad-deċiżjoni E/1588/2004, il-Gvern Taljan talab permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2006 li l-Kummissjoni tħallas lura l-bilanċi tal-kontijiet fuq il-proġetti magħluqa. Dawn il-bilanċi kienu jammontaw għal EUR 4 708 867.66. Dan l-ammont tħallas lura lill-Gvern Taljan f'Marzu tal-2008.

Is-sitwazzjoni tal-fondi Taljani ġestiti mill-Kummissjoni għal proġetti fil-pajjiżi tal-AKP sal-31.12.2011, hija ppreżentata hawn taħt.

B’kollox, 52 proġett implimentati fil-pajjiżi tal-AKP ġew kofinanzjati mill-Italja sa mill-iffirmar tal-ftehim imsemmi hawn fuq, li minnhom wieħed biss, “ir-raba' (4) programm ta’ riabilitazzjoni – is-Somalja”, għadu għaddej u huwa ġestit mid-delegazzjoni tal-UE fil-Kenja: il-bilanċ bankarju għal kull oġġett individwali huwa

Proġett Nru || Pajjiż || Proġett || Bilanċ (EUR) || Bilanċ (EUR)

|| || || || 31/12/2010 || 31/12/2011

ITA KOF || 37 || || Interessi minn kofinanzjament || 317 230.20 || 320 646.67

ITA KOF || 40 || || Spejjeż amministrattivi || 408 990.37 || 410 580.63

ITA KOF || 50 || IS-SOMALJA || Riabilitazzjoni || 6 722 163.55 || 5 452 595.91

It-TOTAL || || || 7 429 706.86 || 6 183 823.21

PARTI II – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT

IL-BANK EWROPEW TA' INVESTIMENT || CA/454/12

|| Fil-15 ta’ Marzu 2012

|| Dokument 12/069

||

|| Ivverifikati minn KPMG

BORD TAD-DIRETTURI

Faċilità ta’ Investiment

Rapporti finanzjarji

fil-31 ta' Diċembru 2011

|| ||

|| - Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja - Rapport tad-dħul komplessiv - Rapport tal-bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri - Rapport tal-flussi ta’ flus - Noti għar-rapporti finanzjarji - Ir-rapport tal-awditur indipendenti ||

ORG.: E ||

3.           IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT

3.1         Dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011

(F’EUR’000)

|| || Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| Noti || sal-31.12.2011 || sal-31.12.2010

|| || ||

Imgħax u Introjtu simili || 16 || 59 561 || 54 601

Imgħax u spejjeż simili  || 16 || -940 || -2 591

|| || ||

Imgħax u introjtu simili nett || || 58 621 || 52 010

|| || ||

Introjtu minn imposti u kummissjonijiet || 17 || 2 149 || 11 775

Spejjeż ta' imposti u kummissjonijiet || 17 || -144 || -372

|| || ||

Introjtu minn imposti u kummissjonijiet nett || || 2 005 || 11 403

|| || ||

Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji || 18 || 18 070 || -15 823

|| || ||

Bidla fl-indeboliment tal-ammonti mislufa u tar-riċevibbli, netta mit-treġġigħ lura || 7 || 27 452 || 25 428

Indeboliment tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 8 || -6 888 || -3 714

|| || ||

Spejjeż amministrattivi ġenerali || 19 || -38 006 || -34 086

|| || ||

|| || ||

Profitt għas-sena || || 61 254 || 35 218

|| || ||

Introjtu komprensiv ieħor: || || ||

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ – Riżerva għall-valur ġust || || ||

1. Bidla fil-valur ġust nett ta' assi finanzjarji lesti għall-bejgħ || || 20 574 || 2 962

2. Ammont nett trasferit għal profitt jew telf || || -3 394 || 1 898

Assi finanzjarji totali disponibbli għall-bejgħ || || 17 180 || 4 860

|| || ||

It-total ta’ introjtu komprensiv ieħor || || 17 180 || 4 860

|| || ||

Dħul komplessiv totali għas-sena || || 78 434 || 40 078

3.2         Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2011

(F’EUR’000)

|| Noti || 31.12.2011 || 31.12.2010 || 31.12.2009

|| || || ||

ASSI || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 5 || 452 279 || 411 587 || 330 057

Strumenti finanzjarji derivati || 6 || 434 || 1 376 || 12 870

Ammonti mislufa u riċevibbli || 7 || 1 033 160 || 844 428 || 693 441

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 8 || 251 660 || 194 828 || 164 606

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 9/14 || 87 310 || 100 000 || 87 310

Assi oħra || 10 || 416 || 3 172 || 925

|| || || ||

Assi totali ||   || 1 825 259 || 1 555 391 || 1 289 209

|| || || ||

|| || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET U RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || ||

|| || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || 6 || 12 702 || 6 110 || 5 522

Dħul differit || 11 || 33 003 || 29 579 || 24 317

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 12 || 329 660 || 298 415 || 213 850

Obbligazzjonijiet oħra || 13 || 1 113 ||  940 || 1 560

|| || || ||

Obbligazzjonijiet Totali || || 376 478 || 335 044 || 245 249

|| || || ||

RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 14 || 1 281 309 || 1 131 309 || 995 000

Riżerva tal-valur ġust || || 41 750 || 24 570 || 19 710

Qligħ miżmum || || 125 722 || 64 468 || 29 250

|| || || ||

Total tar-riżorsi tal-kontributuri || || 1 448 781 || 1 220 347 || 1 043 960

|| || || ||

Obbligazzjonijiet u Riżorsi tal-kontributuri totali || || 1 825 259 || 1 555 391 || 1 289 209

3.3         RAPPORT TAL-BIDLIET FIR-RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI

(F’EUR’000)

|| Kontribuzzjoni msejħa || Riżerva tal-Valur Ġust || Qligħ miżmum || Total

Sitwazzjoni fl-1 ta' Jannar 2011 || 1 131 309 || 24 570 || 64 468 || 1 220 347

|| || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri, mitluba matul is-sena || 150 000 || - || - || 150 000

|| || || ||

Profitt għas-sena 2011 || - || - || 61 254 || 61 254

|| || || ||

Dħul komplessiv totali ieħor għas-sena || - || 17 180 || - || 17 180

|| || || ||

Bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri || 150 000 || 17 180 || 61 254 || 228 434

|| || || ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2011 || 1 281 309 || 41 750 || 125 722 || 1 448 781

|| || || ||

|| Kontribuzzjoni msejħa || Riżerva tal-Valur Ġust || Qligħ miżmum || Total

Sitwazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2010 || 995 000 || 19 710 || 29 250 || 1 043 960

|| || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri, mitluba matul is-sena || 130 000 || - || - || 130 000

Sussidji fuq l-imgħaxijiet mhux użati || 6 309 || - || - || 6 309

Profitt għas-sena 2010 || - || - || 35 218 || 35 218

|| || || ||

Dħul komplessiv totali ieħor għas-sena || - || 4 860 || - || 4 860

|| || || ||

Bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri || 136 309 || 4 860 || 35 218 || 176 387

|| || || ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || 1 131 309 ||  24 570 || 64 468 || 1 220 347

|| || || ||

|| || || ||

3.4         Rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011

|| Mill-01.01.2011 sal-31.12.2011 || Mill-01.01.2010 sal-31.12.2010

ATTIVITAJIET OPERATTIVI || ||

Profitt għas-sena finanzjarja || 61 254 || 35 218

Aġġustamenti || ||

Indeboliment tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 3 172 || 3 714

Bidla netta fl-indeboliment tal-ammonti mislufa u tar-riċevibbli || -27 452 || -25 428

Imgħax ikkapitalizzat fuq is-self u r-riċevibbli || -10 512 || -13 239

Bidla fl-imgħax dovut u fl-ispiża amortizzata tas-self u r-riċevibbli || -2 801 || -466

Żieda fl-introjtu differit || 3 424 || 5 262

Effett taċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju fuq is-self || -15 337 || -24 626

Effett taċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 34 || -538

Profitt minn attivitajiet operattivi qabel il-bidliet fl-assi u l-obbligazzjonijiet operattivi || 11 782 || -20 103

|| ||

Żbursar ta’ self || -237 040 || -206 952

Ħlas lura ta’ self || 104 410 || 119 724

Bidliet fil-valur ġust tad-derivati || 7 534 || 12 082

Żieda fl-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || -67 829 || -50 952

Bejgħ tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 24 971 || 22 414

Tnaqqis/żieda f’assi oħra || 2 756 || -2 247

Żieda / tnaqqis f’obbligazzjonijiet oħra || 173 || -620

Żieda /tnaqqis f’ammonti oħrajn pagabbli lill-Bank Ewropew għall-Investiment || 4 144 || -2 324

|| ||

Flussi netti tal-flus mill-attivitajiet operattivi || -149 099 || -128 978

|| ||

ATTIVITAJIET TA' FINANZJAMENT || ||

Kontribuzzjoni riċevuta mill-Istati Membri || 136 345 || 187 310

Ammonti riċevuti mill-Istati Membri fir-rigward ta' sussidji fuq l-imgħaxijiet || 76 345 || 40 000

Ammonti mħallsa f'isem l-Istati Membri fir-rigward ta' sussidji fuq l-imgħaxijiet || -22 899 || -16 802

|| ||

Flussi netti tal-flus mill-attivitajiet ta’ finanzjament || 189 791 || 210 508

|| ||

Żieda netta fil-kontanti u l-ekwivalenti ta’ kontanti || 40 692 || 81 530

Kontanti u l-ekwivalenti ta’ kontanti fil-bidu tas-sena finanzjarja || 411 587 || 330 057

|| ||

Kontanti u l-ekwivalenti ta' kontanti fl-aħħar tas-sena finanzjarja || 452 279 || 411 587

3.5         NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI

1. Informazzjoni ġenerali

Il-Faċilità tal-Investiment (“il-Faċilità”) ġiet stabbilita fil-qafas tal-Ftehim ta’ Cotonou (il-“Ftehim”) dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp innegozjat bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-“Istati tal-AKP”) u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fit-23 ta’ Ġunju 2000, u rivedut fil-25 ta’ Ġunju 2005 u fit-23 ta' Ġunju 2010.

Il-finanzjament skont il-Ftehim huwa pprovdut mill-baġits tal-Istati Membri tal-UE u mħallas skont il-protokolli finanzjarji definiti għal perjodi suċċessivi ta’ bejn ħamsa u sitt snin. Fil-qafas tal-Ftehim u wara d-dħul fis-seħħ tat-tieni protokoll finanzjarju fl-1 ta’ Lulju 2008 (li jkopri l-perjodu 2008-2013), imsejjaħ l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”), il-Bank Ewropew għall-Investiment (il-“BEI” jew “il-Bank”) huwa fdat bil-ġestjoni ta’:

- il-Faċilità, fond ta' EUR 3 185.5 miljun li jerfa’ r-riskju mmirat biex irawwem l-investiment fis-settur privat fil-pajjiżi AKP li minnhom EUR 48.5 miljun huma allokati għal Pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“pajjiżi OCT”);

- għotjiet għall-finanzjament ta' sussidji tar-rata tal-imgħax li jiswew EUR 400 miljun għall-pajjiżi AKP u EUR 1.5 miljun għall-pajjiżi OCT. Sa 10% ta' dawn is-sussidji jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-għajnuna teknika relatata mal-proġetti.

Fuq proposta mill-Kumitat ta Ġestjoni tal-BEI, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI adotta r-Rapporti Finanzjarji fil-15 ta' Marzu 2012 u awtorizza s-sottomissjoni tagħhom quddiem il-Bord tal-Gvernaturi għall-approvazzjoni sat-30 ta' April 2012.

2.   Politiki tal-kontabbiltà sinifikanti

2.1 Il-bażi tal-preparazzjoni – Dikjarazzjoni tal-konformità

Fl-2011, il-Faċilità adottat l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) kif adottati mill-Unjoni Ewropea għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha u din l-adozzjoni saret skont l-IFRS 1 – “L-Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-IFRS” – bid-data tal-1 ta’ Jannar 2011 iffissata bħala d-data tat-tranżizzjoni tagħha.

2.2 Ġudizzji u estimi tal-kontabbiltà sinifikanti

It-tħejjija tar-rapporti finanzjarji titlob l-użu ta’ estimi tal-kontabbiltà. Titlob ukoll li l-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment teżerċità l-ġudizzju tagħha fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà tal-Faċilità. Jiġu divulgati minn hawn ’il quddiem l-oqsma li jinvolvu grad ogħla ta’ ġudizzju jew kumplessità, jew l-oqsma fejn l-ipoteżi u l-estimi huma sinifikanti fir-rigward tar-rapporti finanzjarji.

L-iktar użu sinifikanti ta’ ġudizzji u stimi huwa kif ġej:

· Valur ġust tal-istrumenti finanzjarji

Fejn il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rreġistrati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ma jistgħux jirriżultaw minn swieq attivi, dawn jiġu ddeterminati bl-użu ta’ tekniki ta’ valutazzjoni varji li jinkludu l-użu ta’ mudelli matematiċi. L-input għal dawn il-mudelli jittieħed minn swieq osservabbli fejn possibbli, imma fejn dan ma jkunx fattibbli, huwa meħtieġ grad ta’ ġudizzju biex ikunu stabbiliti l-valuri ġusti. Il-ġudizzji jinkludu kunsiderazzjonijiet ta' likwidità u inputs ta’ mudelli bħall-korrelazzjoni u l-volatilità għal derivati b'maturità ta' aktar minn tliet xhur.

· Telf minħabba indeboliment ta’ self u riċevibbli

Il-Faċilità tanalizza s-self u r-riċevibbli problematiċi tagħha f’kull data tar-rapportar biex tevalwa jekk għandhiex tkun irreġistrata allokazzjoni għall-indeboliment fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv. B’mod partikolari, il-ġudizzju tal-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment huwa meħtieġ fl-istima tal-ammont u l-waqt tal-flussi futuri tal-flus fid-determinazzjoni tal-livell tal-allokazzjoni meħtieġ. Tali estimi huma bbażati fuq ipoteżijiet dwar għadd ta’ fatturi u r-riżultati effettivi jistgħu jvarjaw, u dan jirriżulta f’tibdil futur fl-allokazzjoni. Minbarra l-allokazzjoni speċifika kontra self u riċevibbli li huma sinifikanti individwalment, il-Faċilità tista’ tagħmel ukoll allokazzjoni kollettiva ta’ indeboliment kontra esponimenti li, għalkemm mhux identifikati speċifikament bħala li jirrikjedu allokazzjoni speċifika, għandhom riskju ikbar ta’ nuqqas ta’ ħlas lura milli meta ngħataw oriġinarjament.

Fil-prinċipju, ammont misluf huwa meqjus bħala mhux produttiv meta l-ħlas tal-imgħax u l-ħlas prinċipali jkun ilhom 90 jum jew iktar li skadew u, fl-istess ħin, l-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment tikkunsidra li hemm indikazzjoni oġġettiva ta' indeboliment.

· Valutazzjoni ta’ investimenti f’ishma mhux ikkwotati li huma disponibbli għall-bejgħ

Il-valutazzjoni ta’ investimenti f’ishma mhux ikkwotati li jkunu disponibbli għall-bejgħ hija normalment ibbażata fuq wieħed minn dawn li ġejjin:

- tranżazzjonijiet distakkati ("arm's length") reċenti fis-suq;

- valur ġust kurrenti ta' strument ieħor li huwa sostanzjalment l-istess;

- il-flussi tal-flus mistennija skontati bir-rati kurrenti applikabbli għal partiti b'termini u karatteristiċi ta' riskju simili; jew

- mudelli oħra ta' valutazzjoni.

Id-determinazzjoni tal-flussi tal-flus u l-fatturi ta’ skont għall-investimenti f’ishma mhux ikkwotati li huma disponibbli għall-bejgħ tirrikjedi użu sinifikanti ta’ estimi. Il-Faċilità tikkalibra t-tekniki ta’ valutazzjoni perjodikament u tittestja l-validità tagħhom billi jew tuża l-prezzijiet minn tranżazzjonijiet tas-suq kurrenti li jistgħu jiġu osservati fl-istess strument jew minn dejta tas-suq osservabbli disponibbli oħra.

· Indeboliment ta’ assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

Il-Faċilità tqis l-investimenti f’ishma disponibbli għall-bejgħ bħala indeboliti meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti jew fit-tul fil-valur ġust taħt il-kost oriġinali jew fejn ikun hemm evidenza oġġettiva oħra ta’ indeboliment. Id-determinazzjoni ta’ x’inhu “sinifikanti” jew “fit-tul” titlob ġudizzju. Il-Faċilità tqis “sinifikanti” ġeneralment dak li hu 30% jew iktar u “fit-tul” bħala iktar minn 12-il xahar. Barra dan, il-Faċilità tevalwa fatturi oħra, inkluż il-volatilità normali fil-prezz tal-ishma għall-ishma kkwotati u l-flussi tal-flus fil-futur u l-fatturi ta’ skont għall-ishma mhux ikkwotati.

2.3 Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà

Għat-tħejjija tar-Rapporti Finanzjarji tagħha skont is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2011, il-Faċilità bidlet il-politiki tal-kontabilità tagħha minn politiki tal-kontabilità gwidati mill-IFRS kif adottata mill-Unjoni Ewropea għal politiki tal-kontabilità bbażati fuq l-IFRS kif adottati mill-Unjoni Ewropea. Il-maniġment tal-BEI jemmen li din il-bidla fil-politika tal-kontabilità se tipprovdi aktar tagħrif rilevanti dwar it-tranżazzjonijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Faċilità. Il-bidla tal-politiki tal-kontabilità ma kellha ebda effetti fuq ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ir-rapport tad-dħul komplessiv, ir-rapport ta’ bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri jew ir-rapporti tal-flussi tal-flus tal-Faċilità. Il-bidliet jaffettwaw biss in-nota tal-Ġestjoni tar-Riskju mar-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 7 kif ukoll l-iżvelar tal-valur għall-istrumenti finanzjarji skont l-IFRS 7.

Għadd ta’ standards applikabbli ġodda, emendi għal standards u interpretazzjonijiet huma effettivi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Jannar 2012, u ma ġewx applikati fit-tħejjija ta' dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

L-ewwel pass fi proġett bi tliet partijiet mill-IASB biex jissostitwixxi l-Istrumenti Finanzjarji IAS 39, dan l-istandard jiddefinixxi mill-ġdid il-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji u t-trattament tal-kontijiet tagħhom. L-istandard għadu qed jiġi żviluppat u eventwalment dan se jissostitwixxi l-IAS39 fl-intier tiegħu. Id-data effettiva attwali għall-adozzjoni tal-aħħar reviżjoni tal-istandard hija l-1 ta' Jannar 2013 b'data effettiva proposta, l-1 ta’ Jannar 2015. Il-Faċilità ma tippjanax li tadotta dan l-istandard kmieni u l-kobor tal-impatt għadu ma ġiex determinat.

Dawn iż-żewġ standards applikabbli kienu maħruġa fl-2011, kollha b’data effettiva tal-1 ta' Jannar 2013. L-impatt tal-adozzjoni ta' dawn l-istandards fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità għadu ma ġiex determinat.

IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ interessi f’entitajiet Oħra

L-għan ta' dan l-istandard huwa li jeħtieġ l-iżvelar ta' informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw in-natura u r-riskji assoċjati ma', l-interessi tiegħu f'entitajiet oħra u l-effetti ta’ dawk l-interessi fuq il-pożizzjoni, riżultati finanzjarji u l-fluss tal-flus.

IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust

Dan l-istandard jiddefinixxi l-valur ġust, jistipula qafas għall-kejl tal-valur ġust u jeħtieġ divulgazzjoni dwar il-kejl tal-valur ġust.

2.4 Sommarju ta’ politiki tal-kontabbiltà sinifikanti

2.4.1 Il-qlib ta’ valuti barranin

Il-Faċilità tuża l-Euro (EUR) biex tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha, li hija wkoll il-valuta funzjonali.

It-tranżazzjonijiet f’valuti barranin jiġu tradotti bir-rata tal-kambju valida fid-data tat-tranżazzjoni.

L-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti oħra barra l-Euro jinqalbu fl-Euro bir-rata tal-kambju prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Il-qligħ jew it-telf li jirriżulta minn dan il-qlib jiġi rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv.

L-elementi non-monetarji li jitkejlu f’termini tal-kost storiku f’valuta barranija jinqalbu bir-rati tal-kambju validi fid-dati tat-tranżazzjonijiet inizjali. L-elementi non-monetarji mkejla bil-valur ġust f’valuta barranija jinqalbu bir-rati tal-kambju validi fid-data meta l-valur ġust ġie ddeterminat.

Id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mil-likwidazzjoni tat-tranżazzjonijiet b’rati differenti minn dawk fid-data tat-tranżazzjoni, u d-differenzi fir-rati tal-kambju mhux realizzati fuq assi u obbligazzjonijiet monetarji f’valuta barranija mhux likwidati, huma rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv.

L-elementi tad-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv jinqalbu f’Euro fuq il-bażi tar-rati tal-kambju li jkunu validi fl-aħħar ta’ kull xahar.

2.4.2 Flus kontanti u l-ekwivalenti

Il-Faċilità tiddefinixxi l-flus kontanti u l-ekwivalenti bħala kontijiet kurrenti, depożiti għal żmien qasir, jew commercial paper b’maturitajiet oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas.

2.4.3 Assi finanzjarji minbarra d-derivati

L-assi finanzjarji jiġu inklużi fuq il-bażi tad-data tal-likwidazzjoni.

· Ammonti mislufa

Self li oriġina mill-Faċilità jiġi rikonoxxut fl-assi tal-Faċilità meta l-flus jiġu avvanzati lil dawk li jieħdu s-self. Dan is-self huwa inizjalment irreġistrat skont il-kost oriġinali (l-ammonti netti li jkunu nħarġu), li huwa l-valur ġust tal-flus mogħtija biex jinbeda s-self, inklużi l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, u huwa sussegwentement imkejjel b’kost amortizzat, bl-użu tal-metodu ta’ rendità effettiva, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe provvedimenti għall-indeboliment jew l-impossibbiltà ta’ ġbir.

· Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ

L-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ huma dawk li huma indikati bħala tali jew li ma jikkwalifikawx sabiex jiġu kklassifikati bħala indikati skont il-valur ġust permezz ta’ profitti jew telf, miżmuma sal-maturità jew self u riċevibbli. Dawn jinkludu strumenti azzjonarji u investimenti f'fondi ta' kapital tar-riskju.

Wara l-kejl inizjali, l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ jiġu sussegwentement kontabilizzati bil-valur ġust tagħhom. Innota d-dettalji li ġejjin għall-kejl tal-valur ġust tal-investimenti azzjonarji, li ma jistgħux ikunu derivati mis-swieq attivi:

a. Fondi ta’ kapital tar-riskju.

Il-valur ġust ta’ kull fond ta’ kapital tar-riskju huwa bbażat fuq il-Valur tal-Assi Netti (NAV) l-iktar riċenti, irrappurtat mill-fond, jekk ikkalkulat fuq il-bażi tal-linji gwida internazzjonali tal-valutazzjoni rikonoxxuti li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju - IFRS (pereżempju: il-linji gwida Internazzjonali dwar il-Valutazzjoni tal-Ekwità Privata u l-Kapital tar-Riskju, il-Linji Gwida IPEV, kif ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kapital tar-Riskju). Il-Faċilità tista’ madankollu tiddeċiedi li taġġusta l-NAV irrappurtat mill-fond jekk ikun hemm kwistjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-valutazzjoni.

b. Investimenti diretti f’ekwità

Il-valur ġust tal-investiment huwa bbażat fuq l-aħħar sett ta’ rapporti finanzjarji disponibbli, bl-użu mill-ġdid, jekk applikabbli, tal-istess mudell bħal dak użat fl-akkwist tal-parteċipazzjoni.

Qligħ u telf mhux realizzat fuq il-fondi ta’ kapital tar-riskju u l-investimenti azzjonarji diretti jiġu rrappurtati fir-riżorsi tal-kontributuri sakemm dawn l-investimenti jinbiegħu, jinġabru jew wieħed jiddisponi minnhom, jew sakemm jiġi ddeterminat li dawn l-investimenti huma indeboliti. Jekk jiġi ddeterminat li investiment disponibbli għall-bejgħ huwa indebolit, il-qligħ jew it-telf kumulattiv mhux realizzat li qabel ikun ġie rikonoxxut fl-ekwità jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv.

Għall-investimenti mhux ikkwotati, il-valur ġust jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ teknika tal-valutazzjoni rikonoxxuta (pereżempju l-flussi tal-flus skontati jew multiplu). Dawn l-investimenti huma kontabilizzati bil-prezz oriġinali meta l-valur ġust ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

Il-parteċipazzjonijiet akkwistati mill-Faċilità tipikament jirrappreżentaw investimenti f’fondi ta’ ekwità privata jew kapital ta’ riskju. Skont il-prattika fl-industrija, dawn l-investimenti huma ġeneralment investimenti sottoskritti b'mod konġunt minn għadd ta' investituri, li ħadd minnhom m'huwa f’pożizzjoni li individwalment jinfluwenza l-operazzjonijiet ta' kuljum u l-attività ta' investiment ta' dan il-fond. Bħala konsegwenza, kwalunkwe sħubija minn investitur f'korp ta’ tmexxija ta’ tali fond fil-prinċipju ma tintitolax tali investitur li jinfluwenza l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-Fond. Barra minn hekk, l-investituri individwali f'ekwità privata jew fond ta’ kapital ta' riskju ma jiddeterminawx politiki ta' fond bħal politiki ta' distribuzzjoni fuq id-dividendi jew distribuzzjonijiet oħra. Dawn id-deċiżjonijiet huma tipikament meħuda mill-amministrazzjoni tal-fond fuq il-bażi tal-ftehim tal-azzjonisti li jikkontrolla d-drittijiet u l-obbligi tal-amministraturi u l-azzjonisti kollha tal-fond. Il-ftehim tal-azzjonisti ġeneralment iwaqqfu wkoll lill-investituri individwali milli jeżegwixxu bilateralment tranżazzjonijiet materjali mal-fond, li jibdlu persunal maniġerjali jew jiksbu aċċess privileġġjat għal informazzjoni teknika essenzjali. L-investimenti tal-Faċilità huma esegwiti skont il-prattika tal-industrija dikjarata hawn fuq, li tiżgura li l-Faċilità la tikkontrolla u lanqas teżerċita xi forma ta' influwenza sinifikanti fis-sens ta' IAS 27 u IAS 28 fuq xi wieħed minn dawn l-investimenti, inkluż dawk l-investimenti fejn il-Faċilità għandha iktar minn 20% tad-drittijiet tal-vot.

· Garanziji

Fir-rikonoxximent inizjali, il-garanziji finanzjarji jiġu rikonoxxuti bil-valur ġust li jikkorrispondi għall-Valur Nett Preżenti (NPV) tal-inflows mistennija mill-primjums. Dan il-kalkolu jsir fid-data tal-bidu ta’ kull tranżazzjoni u huwa rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ bħala “Garanziji finanzjarji” taħt “assi oħra” u “obbligazzjonijiet oħra”.

Sussegwentement għar-rikonoxximent inizjali, l-obbligazzjonijiet tal-Faċilità taħt dawn il-garanziji jitkejlu bl-ogħla minn:

- l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex jitħallas kwalunkwe obbligu finanzjarju li jirriżulta mill-garanzija, li tiġi stmata fuq il-bażi tal-fatturi rilevanti kollha u l-informazzjoni eżistenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja.

- l-ammont rikonoxxut inizjalment bl-amortizzazzjoni kumulattiva mnaqqsa minnu. L-amortizzazzjoni tal-ammont rikonoxxut inizjalment issir bl-użu tal-metodu attwarjali.

Kull żieda jew tnaqqis fl-obbligazzjoni fir-rigward tal-garanziji finanzjarji jittieħdu fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv taħt “dħul minn drittijiet u kummissjonijiet”.

L-assi tal-Faċilità taħt din il-garanzija huma sussegwentement amortizzati permezz tal-metodu ta’ stima attwarja u analizzati fir-rigward tal-indeboliment.

Barra dan, meta jiġi ffirmat ftehim ta’ garanzija, jiġi ppreżentat bħala obbligazzjoni kontinġenti għall-Faċilità u meta l-garanzija tintuża, bħala impenn għall-Faċilità.

2.4.4 Indeboliment tal-assi finanzjarji

Ma’ kull data tal-karta tal-bilanċ, il-Faċilità tevalwa biex tara jekk hemmx xi evidenza oġġettiva li xi assi finanzjarju huwa indebolit. L-assi finanzjarji jew il-grupp tal-assi finanzjarji jitqies bħala indebolit jekk, u biss jekk, hemm evidenza oġġettiva ta’ indeboliment bħala riżultat ta’ avveniment wieħed jew iktar li ġraw wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi (“avveniment ta’ telf” imġarrab) u li dak l-avveniment ta’ telf ikollu impatt fuq il-flussi tal-flus stmati fil-futur tal-assi finanzjarju jew il-grupp tal-assi finanzjarji li jista’ jkun stmat b’mod affidabbli. L-evidenza ta’ indeboliment tista’ tinkludi indikazzjonijiet li d-debitur jew il-grupp ta’ debituri, ikun għaddej minn diffikultà finanzjarja sinifikanti, minn inadempjenza jew delinkwenza fil-ħlas tal-imgħax jew fil-ħlas tal-ammont prinċipali, li hemm il-probabbiltà li jfalli jew li jidħol f’riorganizzazzjoni finanzjarja oħra u fejn dejta li tista’ tkun osservata tindika tnaqqis li jista’ jitkejjel fl-estimu tal-flussi futuri tal-flus kontanti, bħal tibdil fl-arretrati jew kundizzjonijiet ekonomiċi li jikkorrelataw mal-inadempjenzi.

Għas-self pendenti fl-aħħar tas-sena finanzjarja u kontabilizzat bil-prezz oriġinali amortizzat, l-indebolimenti jseħħu meta tkun ippreżentata evidenza oġġettiva tar-riskji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-ammonti kollha tiegħu jew parti minnu skont it-termini kuntrattwali oriġinali jew il-valur ekwivalenti. Jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li telf minn indeboliment ikun seħħ, l-ammont tat-telf jitkejjel bħala d-differenza bejn l-ammont kontabbli tal-assi u l-valur preżenti tal-flussi tal-flus futuri stmati. L-ammont kontabbli tal-assi jitnaqqas permezz tal-użu ta’ kont ta’ allokazzjoni u l-ammont tat-telf jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv. L-introjtu mill-imgħax ikompli jiġi akkumulat fuq l-ammont kontabbli mnaqqas ibbażat fuq ir-rata tal-imgħax effettiva tal-assi. Is-self flimkien mal-allokazzjoni assoċjata jitħassru meta ma jkunx hemm prospett realistiku ta’ rkupru fil-futur. Jekk, f’sena sussegwenti, l-ammont stmat tat-telf minħabba indeboliment jiżdied jew jonqos minħabba avveniment li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rikonoxxut, it-telf minħabba indeboliment rikonoxxut qabel jiżdied jew jitnaqqas bl-aġġustament tal-kont tal-allokazzjoni.

Il-Faċilità twettaq valutazzjonijiet ta' riskju tal-kreditu bbażati fuq kull operazzjoni individwali u ma tikkunsidrax  indeboliment kollettiv.

Għall-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, il-Faċilità tevalwa f’kull data tal-karta tal-bilanċ jekk hemmx evidenza oġġettiva li investiment huwa indebolit. L-evidenza oġġettiva tinkludi tnaqqis sinifikanti jew fit-tul fil-valur ġust tal-investiment taħt il-kost oriġinali tiegħu. Fejn ikun hemm evidenza ta’ indeboliment, it-telf kumulattiv (imkejjel bħala d-differenza bejn il-valur tal-akkwist u l-valur ġust kurrenti, li jitnaqqas minnu kull telf minn indeboliment fuq dak l-investiment rikonoxxut qabel fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv) jitnaqqas mir-riżorsi tal-kontributuri u jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv. It-telf minn indeboliment fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ ma jiġix irriversjat fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv; iż-żidiet fil-valur ġust tagħhom wara l-indeboliment jiġu rikonoxxuti direttament fir-riżorsi tal-kontributuri.

L-Amministrazzjoni tar-Riskju tal-Bank Ewropew tal-Investiment tanalizza l-assi finanzjarji għall-indeboliment għallinqas darba kull sena. L-aġġustamenti li jirriżultaw jinkludu t-tnaqqis tal-iskont fid-dikjarazzjoni tad-dħul komprensiv matul il-ħajja tal-assi, u kull aġġustamenti meħtieġa fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-indeboliment inizjali.

2.4.5 Strumenti finanzjarji derivati

Id-derivati jinkludu swaps ta' bejn il-valuti ("cross currency swaps"), swaps tar-rati tal-imgħax ta' bejn il-valuti ("cross currency interest rate swaps") u forwards fuq il-kambju tal-valuti.

Fil-proċess normali tal-attività tagħha, il-Faċilità tista’ tidħol f’kuntratti ta’ tpartit bil-ħsieb li jiġu koperti r-riskji f’operazzjonijiet speċifiċi ta’ self jew f’forward contract tal-valuti sabiex tkopri r-riskji fil-pożizzjonijiet li jkollha f’valuti, iddenominati f’valuti oħra għajr l-Euro li jkunu nnegozjati attivament, sabiex ikun ikkumpensat kull qligħ jew telf ikkawżat minn ċaqliq fir-rati tal-kambju.

Il-Faċilità ma daħlet fl-ebda tranżazzjoni ta’ kontabbiltà ta’ hedging sal-31 ta’ Diċembru tal-2010 u tal-2011. Id-derivati kollha jitkejlu skont il-valur ġust fid-dikjarazzjoni tal-introjtu. Il-valuri ġusti huma derivati primarjament minn mudelli ta’ flussi skontati ta’ flus, minn mudelli ta’ pprezzar ta’ opzjonijiet u minn kwotazzjonijiet ta’ partijiet terzi.

Id-derivati huma rreġistrati bil-valur ġust tagħhom u kkontabilizzati bħala assi meta l-valur ġust tagħhom ikun pożittiv u bħala obbligazzjonijiet meta l-valur ġust tagħhom ikun negattiv. Il-bidliet fil-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji derivati huma inklużi fir-“Riżultat nett fuq operazzjonijiet finanzjarji”.

2.4.6 Kontribuzzjonijiet

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huma rikonoxxuti bħala ammonti riċevibbli fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja li għandhom iħallsu l-Istati Membri lill-Faċilità.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin u għaldaqstant huma kklassifikati bħala ekwità:

- hekk kif ġie definit fil-ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet, dawn jintitolaw lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-użu tal-assi netti tal-Faċilità f’każ li jkun hemm likwidazzjoni tal-Faċilità;

- huma jaqgħu taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha ta' strumenti;

- l-istrumenti finanzjarji kollha li jaqgħu taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti għandhom karatteristiċi identiċi;

- l-istrument ma jinkludi l-ebda fatturi li jkunu jirrikjedu li jiġu kklassifikati bħala obbligazzjoni; kif ukoll

- il-flussi totali tal-flus mistennija attribwiti għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument huma bbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew it-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-Faċilità tul il-ħajja tal-istrument.

2.4.7 Introjtu mill-imgħax fuq self

L-imgħax fuq ammonti mislufa li ġej mill-Faċilità huwa rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv (“Imgħaxijiet u dħul simili”) u fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja (“Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli”) fuq il-bażi tad-dovuti bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva, li hija r-rata li tiskonta eżattament il-ħlas jew id-dħul futur stmat ta’ flus matul il-ħajja mistennija tas-self għall-ammont nett kontabbli tas-self. Ladarba l-valur irreġistrat ta’ self jitnaqqas minħabba indeboliment, l-introjtu mill-imgħax ikompli jkun rikonoxxut bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva oriġinali applikata għall-valur kontabbli l-ġdid.

2.4.8 Sussidji fuq l-imgħax u assistenza teknika

Bħala parti mill-attività tagħha, il-Faċilità tamministra s-sussidji fuq l-imgħax u l-għajnuna teknika f’isem l-Istati Membri.

Il-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri allokata għall-ħlas ta’ sussidji fuq l-imgħax mhix ikkontabilizzata fir-riżorsi tal-kontributuri tal-Faċilità iżda hija kklassifikata bħala ammonti dovuti lill-partijiet terzi. Il-Faċilità topera l-iżbursar lill-benefiċjarji finali mbagħad tnaqqas l-ammonti dovuti lill-partijiet terzi.

Meta l-ammonti kkontribwiti fir-rigward tal-ħlas tas-sussidji fuq l-imgħax u l-assistenza teknika ma jingħatawx kompletament, huma jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kontribuzzjonijiet lill-Faċilità.

2.4.9 Dħul mill-imgħax fuq flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti

Dħul mill-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti huwa rikonoxxut fir-rapport tad-dħul komprensiv tal-Faċilità abbażi tad-dovuti.

2.4.10 Imposti, kummissjonijiet u dividendi

L-imposti riċevuti fir-rigward ta’ servizzi pprovduti fuq perjodu ta’ żmien huma rikonoxxuti bħala dħul hekk kif ikunu pprovduti s-servizzi. Id-drittijiet tal-impenn huma differiti u rikonoxxuti bħala dħul bl-użu tal-metodu tal-imgħaxijiet effettivi fuq il-perjodu mill-pagament sal-ħlas lura tas-self relatat.

Id-dividendi relatati ma’ assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huma rikonoxxuti meta jiġu riċevuti.

2.4.11 Tassazzjoni

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, anness mat-Trattat tat-8 ta’ April 1965 li jistabbilixxi Kunsill Uniku u Kummissjoni Unika għall-Komunitajiet Ewropej, jistipula li l-assi, id-dħul u l-proprjetà l-oħra tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni huma eżenti mit-taxxi diretti kollha.

3   Ġestjoni tar-Riskji

Din in-nota tippreżenta informazzjoni dwar l-esponiment tal-Faċilità u l-ġestjoni tagħha u l-kontroll ta' riskji ta' kreditu u finanzjarji, b’mod partikolari r-riskji primarji assoċjati mal-użu tagħha ta' strumenti finanzjarji. Dawn huma:

- riskju tal-kreditu – ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn inadempjenza ta' klijent jew ta' kontroparti u li jirriżulta mill-esponiment tal-kreditu fil-forom kollha, inkluż l-issetiljar tar-riskju;

- riskju tal-likwidità – ir-riskju li entità tiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex tissodisfa l-obbligi assoċjati mal-obbligazzjonijiet finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarji oħra;

- riskju tas-suq – esponiment għal varjabbli tas-suq osservabbli bħal rati ta’ imgħax, ir-rati tal-kambju u l-prezzijiet tas-suq tal-ekwità.

3.1 Organizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju

Il-Bank Ewropew għall-Investiment jadatta l-ġestjoni tar-riskju tiegħu fuq bażi kontinwa. Jeżistu fis-seħħ sistemi biex jikkontrollaw u jirrapportaw fuq ir-riskji inerenti ewlenin, jiġifieri riskji ta' kreditu, suq u likwidità.

Il-Ġestjoni tar-Riskju tal-Bank indipendentement tidentifika, tevalwa, timmonitorja u tirrapporta r-riskji tal-kreditu u tal-prezz tal-ekwità li l-Faċilità hija esposta għaliha. Fi ħdan qafas fejn hi ppreservata s-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-Ġestjoni tar-Riskju hija indipendenti mill-Front Offices. Id-Direttur Ġenerali tal-Ġestjoni tar-Riskju jagħmel rapporti dwar kwistjonijiet ta’ riskju, lill-Viċi-President maħtur tal-Bank Ewropew tal-investiment. Il-Viċi President maħtur jiltaqa' regolarment mal-Kumitat tal-Verifika biex jiddiskuti suġġetti relatati mar-riskji. Huwa wkoll responsabbli biex jissorvelja r-rappurtar tar-riskju lill-Kumitat Maniġerjali u l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

3.2 Ir-riskju tal-kreditu

Riskju ta' kreditu huwa t-telf potenzjali li jista' jirriżulta minn klijent jew inadempjenza tal-kontroparti u li jirriżulta f'esponiment tal-kreditu fil-forom kollha, inkluż l-issetiljar.

3.2.1. Politika tar-riskju tal-kreditu

Fit-twettiq tal-analiżi tal-kreditu fuq self tal-kontraparti, il-Bank jivvaluta r-riskju tal-kreditu bil-ħsieb li jikkwantifikah u jipprezzah. Il-Faċilità żviluppat Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni Interna (IRM) għal kumpaniji jew istituzzjonijiet finanzjarji li jiddeterminaw il-Klassifkazzjonijiet Interni tal-kontropartijiet benefiċjarji ewlenin li jisselfu jew jiggarntixxu. Il-metodoloġija hija bbażata fuq sistema ta' karti ta' punti mfassla għal kull tip ta' kontroparti tal-kreditu maġġuri (eż. Kumpaniji, Banek, Entitajiet tas-Settur pubbliku, eċċ). Meta jitqiesu t-tnejn li huma, l-aqwa prattiċi bankarji u l-prinċipji stabbiliti taħt il-Ftehim dwar il-Kapital Internazzjonali ta' Basel (Basel II), il-kontropartijiet kollha li huma materjali għall-profil tal-kreditu ta' tranżazzjoni speċifika huma klassifikati fil-kategoriji tal-klassifikazzjoni interni bl-użu tal-IRM għat-tip ta' kontroparti speċifika. Kull kontroparti hija inizjalment assenjata lil xi Klassifikazzjoni Interna li tirrifletti r-rata fit-tul tal-valuta tal-kontroparti (jew l-ekwivalenti fil-munita lokali meta meħtieġa) wara analiżi fil-fond tal-profil tar-riskju ta' kontroparti u l-kuntest operattiv tar-riskju tal-pajjiż.

L-evalwazzjoni tal-kreditu ta’ finanzjament tal-proġetti u operazzjonijiet ta' rikors limitat strutturati oħrajn mhumiex suġġett għall-IRM u qed jużaw għodod tar-riskju tal-kreditu rilevanti għas-settur, prinċipalment iffokati fuq id-disponibbiltà tal-likwidità u l-kapaċità tas-servizz tad-dejn. Dawn l-għodod jinkludu l-analiżi ta' qafas kuntrattwali tal-proġetti, analiżi tal-kontroparti u simulazzjonijiet tal-flussi tal-fus. Bl-istess mod għal kumpaniji u istituzzjonijiet finanzjarji, kull proġett huwa assenjat għal klassifikazzjoni ta’ riskju interna u telf mistenni.

Mhux l-operazzjonijiet kollha mhux sovrani (jew mhux sovrani garantiti/assimilati) huma suġġetti għal limiti speċifiċi tal-livell tat-tranżazzjoni u tad-daqs tal-kontroparti. L-ammont nominali massimu ta’ kull tranżazzjoni huwa limitat minn limitu li jiddependi fuq it-telf tat-tranżazzjoni mistenni. Il-limiti tal-kontroparti huma applikati għal esponimenti konsolidati. Limiti bħal dawn tipikament jirriflettu d-daqs tal-fondi proprji tal-kontrapartijiet kif ukoll il-finanzjament fit-tul estern totali tagħhom.

Sabiex timmitiga r-riskju tal-kreditu il-Faċilità tuża titjib fil-kreditu varji li huma:

- Titoli relatati mal-proġetti (eż. rahan fuq l-ishma; rahan fuq l-assi; assenjar tad-drittijiet; rahan fuq il-kontijiet); jew/u

- garanziji, ġeneralment provduti mill-isponsor tal-proġett finanzjat (eż. garanziji tat-tlestija, garanziji tal-ewwel domanda.

Barra minn hekk, il-Faċilità tuża titjib fil-kreditu rari li ma humiex immedjetament korrelatati mar-riskju tal-proġett, bħal kollaterali jew garanziji tal-bank.

Il-Faċilità ma tuża ebda derivati tal-kreditu sabiex tnaqqas ir-riskju tal-kreditu.

3.2.2. L-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni ebda kollateral u titjib ieħor tal-kreditu

It-tabella li ġejja turi l-esponiment massimu għal riskju ta' kreditu għall-komponenti tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, inklużi derivati. L-esponiment massimu jidher gross, qabel l-effett tal-mitigazzjoni permezz tal-użu tal-kollateral.

L-esponiment massimu (f'EUR' 000) || 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

ASSI || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 452 279 || 411 587

Strumenti finanzjarji derivati || 434 || 1 376

Ammonti mislufa u riċevibbli || 1 033 160 || 844 428

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 100 000

Assi oħra || 416 || 3 172

Assi totali || 1 573 599 || 1 360 563

|| ||

MA JIDHIRX FUQ IL-KARTA TAL-BILANĊ || ||

Obbligazzjonijiet kontingenti || ||

- Garanziji mhux miġbuda || 20 000 || 45 000

Impenji || ||

- Self mħux maħruġ || 701 092 || 808 865

- Garanziji miġbuda || 7 909 || 9 484

Total li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ || 729 001 || 863 349

|| ||

L-esponiment tal-kreditu totali || 2 302 600 || 2 223 912

3.2.3. Riskju tal-kreditu fuq self u ammonti riċevibbli

3.2.3.1  Kejl tar-riskju ta’ kreditu għal self u riċevibbli

Kull tranżazzjoni ta’ self imwettqa mill-Faċilità tibbenefika minn evalwazzjoni komprensiva tar-riskju u kwantifikazzjoni ta’ stimi tat-telf mistenni li huma riflessi fi Gradazzjoni tas-Self (“LG”). L-LGs huma stabbiliti skont kriterji aċċettati ġeneralment, ibbażati fuq il-kwalità tad-debitur, il-maturità tas-self, il-garanzija u, fejn xieraq, il-garanti.

Is-sistema tal-gradazzjoni tas-self (LG) tinkludi l-metodoloġiji, proċessi, databases u sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'operazzjonijiet ta' self u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tat-telf mistenni. Hija tiġbor fil-qosor ammont kbir ta' informazzjoni bil-għan li toffri klassifikazzjoni relattiva tar-riskji tal-kreditu tas-self. L-LGs jirriflettu l-valur preżenti tal-livell stmat tat-"telf mistenni", dan ikun il-prodott tal-probabbiltà ta’ inadempjenza tad-debituri prinċipali, l-esponiment għar-riskju u s-severità tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza. L-LGs huma użati għall-iskopijiet li ġejjin:

- bħala għajnuna għal valutazzjoni kwantitattiva tar-riskji tas-self aktar fina u aktar kwantittativa;

- biex jgħinu fl-isforzi tal-monitoraġġ tad-distribuzzjoni;

- bħala deskrizzjoni tal-kwalità tal-portafoll tas-self f’data partikolari;

- bħala input wieħed fid-deċiżjonijiet tal-ipprezzar tar-riskju fuq it-telf mistenni.

Il-fatturi li ġejjin jidħlu fid-determinazzjoni ta' LG:

i L-affidabbiltà kreditizja tad-debitur: L-RM indipendentement jirrevedi lil min jissellef u jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tagħhom fuq il-bażi ta' metodoloġiji interni u ta' dejta esterna. Skont l-Istrateġija Avvanzata Basel II magħżula, il-Bank żviluppa metodoloġija tal-klassifikazzjoni interna (IRM) li tiddetermina l-klassifkazzjonijiet interni ta' dawk li jisselfu u l-garanti. Din hija bbażata fuq sett ta' karti tal-punteġġ speċifiċi biex jiġu definiti tipi ta’ kontroparti.

ii Il-korrelazzjoni tal-inadempjenza: hija tikkwantifika ċ-ċansijiet ta’ diffikultajiet finanzjarji simultanji li jirriżultaw kemm għal min jissellef kif ukoll għall-garanti. Aktar ma tkun għolja l-korrelazzjoni bejn il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza ta' min jissellef u tal-garanti, aktar ikun baxx il-valur tal-garanzija u għalhekk aktar baxx l-LG.

iii Il-valur tal-istrumenti u tat-titoli tal-garanzija: dan il-valur huwa stmat fuq il-bażi ta’ kombinazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent u t-tip tal-istrument użat.

iv Il-qafas kuntrattwali: qafas kuntrattwali sod se jżid mal-kwalità tas-self u jtejjeb il-klassifikazzjoni interna tiegħu.

v It-tul tas-self: Jekk kollox jibqa' l-istess, aktar ma jkun twil il-perjodu tas-self, aktar ikun għoli r-riskju li wieħed jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex iħallas lura s-self.

It-telf mistenni tas-self huwa kkomputat billi jiġu kombinati l-ħames elementi diskussi hawn fuq. Jiddependi mil-livell ta’ dan it-telf, is-self jiġi assenjat għal wieħed mill-klassijiet LG segwenti elenkati hawn taħt:

A    Self ta’ kwalità prima: hemm tliet sottokategoriji. A ° jinkludi r-riskji sovrani kollha tal-UE, jiġifieri self mogħti lil jew kompletament, espliċitament u inkondizzjonalment garantit mill-Istati Membri, fejn l-ebda diffikultajiet fil-ħlas lura m’huma mistennija u li għalih huwa allokat telf mhux mistenni ta' 0%. A + jindika self mogħti lil (jew garantit minn) entitajiet apparti Stati Membri, mingħajr ebda aspettattiva ta' deterjorament matul il-perjodu tas-self. A- jinkludi dawk l-operazzjonijiet ta’ self fejn hemm xi dubju dwar iż-żamma tal-istatus attwali tagħhom (pereżempju minħabba maturità twila, jew il-volatilità għolja tal-prezzijiet futuri ta' kollateral li mill-bqija huma eċċellenti), iżda fejn kwalunkwe żvantaġġ huwa mistenni li jkun limitat.

B    Self ta’ kwalità għolja: dawn jirrappreżentaw klassi ta’ assi li magħhom il-bank iħossu komdu, għalkemm deterjorament żgħir fil-futur mhux eskluż. B + u B- huma użati biex jindikaw il-probabbiltà relattiva tal-possibbiltà li jseħħ deterjorament.

C    Self ta’ kwalità tajba: eżempju ta’ dan jista' jkun self mhux garantit lil banek u kumpaniji solidi b’bullet loan ta’ 7 snin, jew amortizzament ekwivalenti, bl-iżburżar mal-maturità.

D    Din il-klassifika tirrappreżenta l-limitu bejn self ta’ "kwalità aċċettabbli" u dak li esperjenza xi diffikultajiet. Dan il-punt fil-klassifikar tas-self huwa determinat b’mod aktar preċiż bis-sottoklassifikazzjoni D+ u D-. Self klassifikat D- jeħtieġ monitoraġġ elevat.

E    Din il-kategorija tal-LG tinkludi self b’riskju akbar milli ġeneralment aċċettat. Tinkludi wkoll self li matul ħajtu esperjenza problemi serji u li wieħed ma jistax jeskludi li jaqa' f'sitwazzjoni ta' telf. Għal din ir-raġuni, is-self huwa soġġett għal monitoraġġ mill-qrib u għoli. Is-sottoklassijiet E+ u E- jiddifferenzjaw l-intensità ta' dan il-proċess ta' monitoraġġ speċjali, ma’ dawk l-operazzjonijiet gradati E- peress li huma fil-pożizzjoni fejn hemm possibiltà qawwija li s-servizz tad-dejn ma jistax jinżamm fuq bażi tempestiva u għalhekk tkun meħtieġa xi forma ta’ ristrutturar tad-dejn, possibbilment li twasslu għal telf ta' indeboliment.

F    F (falliment) huwa self li jirrappreżenta riskji inaċċettabbli. self gradat F- jista' jfiġġ biss minn tranżazzjonijiet pendenti li esperjenzaw, wara l-iffirmar, ċirkostanzi avversi eċċezzjonali, imprevisti u drammatiċi. L-operazzjonijiet kollha fejn ikun hemm telf tal-prinċipal għall-Faċilità jiġu gradati F u dispożizzjoni speċifika hija applikata.

Ġeneralment, self internament iggradat D- jew anqas jitqiegħed fuq il-Lista ta’ Osservazzjoni. Madankollu, jekk is-self kien oriġinarjament approvat bi profil tar-riskju ta' D- jew anqas, jitqiegħed biss fuq il-Lista ta' Osservazzjoni bħala riżultat ta’ avveniment materjali ta' kreditu li jikkawża deterjorazzjoni ulterjuri fil-klassifikazzjoni LG tiegħu.

It-tabella fit-taqsima 3.2.3.3 turi analiżi tal-kwalità tal-kreditu tal-portafoll tas-self tal-Faċilità abbażi tal-klassijiet LG varji kif deskritt hawn fuq.

3.2.3.2  Analiżi tal-espożizzjoni tar-riskju ta’ kreditu tas-self

It-tabella li ġejja turi l-esponiment massimu għar-riskju ta' kreditu fuq self iffirmat u mogħti skont it-tip ta' debitur b'kunsiderazzjoni għall-garanziji provduti mill-garanti:

Sitwazzjoni fil-31.12.2011 (f'EUR ‘000) || Garantiti || Mhux garantiti || Total

Banek || 111 020 || 197 245 || 308 265

Kumpaniji || 71 300 || 475 012 || 546 312

Istituzzjonijiet pubbliċi || 37 670 || - || 37 670

Stati || 6 214 || 134 699 || 140 913

Total imħallas || 226 204 || 806 956 || 1 033 160

Iffirmat iżda mhux imħallas || 183 918 || 517 174 || 701 092

Sitwazzjoni fil-31.12.2010 (f’EUR 000) || Garantiti || Mhux garantiti || Total

Banek || 101 675 || 156 488 || 258 163

Kumpaniji || 304 283 || 127 611 || 431 894

Istituzzjonijiet pubbliċi || 36 667 || - || 36 667

Stati || 6 779 || 110 925 || 117 704

Total imħallas || 449 403 || 395 025 || 844 428

Iffirmat iżda mhux imħallas || 279 425 || 529 410 || 808 865

3.2.3.3  Analiżi tal-kwalità tal-kreditu għal kull tip ta’ debitur

It-tabelli hawn taħt juru l-analiżi tal-kwalità tal-kreditu tal-portafoll tas-self tal-Faċilità fil-31 ta' Diċembru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2010, mill-applikazzjonijiet tal-Gradazzjoni tal-Self, ibbażati fuq l-esponimenti ffirmati (imħallsa u mhux imħallsa).

Sitwazzjoni fil- 31.12.2011 || ||  Grad għoli ||  Grad standard ||  Aċċettazzjoni Minima ||  Riskju għoli ||  L-ebda gradazzjoni ||  It-TOTAL

(f'EUR'000) || || ||  Riskju || || ||

|| ||  A sa B- ||  C ||  D+ ||  D- u anqas || ||

Debitur || Banek || 50 002 || 9 674 || 39 966 || 356 629 || 351 476 || 807 747

Kumpaniji || 3 917 || 5 279 || - || 635 825 || - || 645 021

Istituzzjonijiet pubbliċi || - || - || - || 38 761 || - || 38 761

Stati || - || - || - || 242 723 || - || 242 723

It-TOTAL || || 53 919 || 14 953 || 39 966 || 1 273 938 || 351 476 || 1 734 252

Sitwazzjoni fil- 31.12.2010 || ||  Grad għoli ||  Grad standard ||  Aċċettazzjoni Minima ||  Riskju għoli ||  L-ebda gradazzjoni ||  It-TOTAL

(f'EUR'000) || || ||  Riskju || || ||

|| ||  A sa B- ||  C ||  D+ ||  D- u anqas || ||

Debitur || Banek || 4 915 || 19 754 || 16 208 || 335 759 || 359 497 || 736 133

Kumpaniji || 4 189 || 5 095 || 3 366 || 595 062 || - || 607 712

Istituzzjonijiet pubbliċi ||  - || - || - || 37 757 || - || 37 757

Stati ||  - ||  - || - || 271 691 || - || 271 691

It-TOTAL || || 9 104 || 24 849 || 19 574 || 1 240 269 || 359 497 || 1 653 293

3.2.3.4 Konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ self u ammonti riċevibbli

3.2.3.4.1    Analiżi ġeografika

Fuq il-bażi tal-pajjiż tad-debitur, il-portafoll tas-self tal-Faċilità jista' jiġi analizzat skont ir-reġjuni ġeografiċi li ġejjin (f'EUR '000):

Pajjiż tad-debitur || 31.12.2011 || 31.12.2010

Reġjonali - AKP || 99 543 || 94 789

l-Uganda || 117 035 || 102 676

Reġjonali - L-Afrika tal-Punent || 14 161 || 6 659

Możambik || 126 666 || 86 992

il-Mawritanja || 43 427 || 29 359

l-Etjopja || 84 266 || 52 449

ir-Repubblika Dominikana || 66 118 || 55 717

il-Kenja || 65 611 || 69 183

Il-Kamerun || 60 706 || 67 546

Iż-Żambja || 43 294 || 50 557

Il-Kongo (Ir-Repubblika Demokratika) || 8 980 || 2 742

In-Niġerja || 28 691 || 49 395

Reġjonali - Il-Paċifiku || 20 603 || 29 766

Reġjonali - L-Afrika Ċentrali || 12 109 || 13 838

Il-Ġamajka || 59 317 || 30 062

Il-Madagaskar || 1 253 || 1 503

il-Mawrizju || 12 732 || 14 742

il-Gana || 7 812 || 10 585

L-Angola || 13 598 || 6 719

Trinidad u Tobago || 1 002 || 5 269

Il-Burkina Faso || 12 588 || 14 242

il-Malawi || 5 833 || 6 086

il-Kaledonja Ġdida || 4 673 || 1 802

Ir-Rwanda || 11 197 || 9 600

In-Niġer || 3 950 || 5 935

Il-Polineżja Franċiża || 3 131 || 2 734

il-Botswana || - || 1 609

Is-Senegal || 10 329 || 6 779

Il-Lesoto || 3 902 || 3 751

il-Vanwatu || 3 917 || 4 189

Il-Beliże || 103 ||  729

Il-Grenada || 2 698 || 2 907

Il-Gabon || 1 509 || 2 014

It-Togo || 53 224 || -

il-Kap Verde || 28 405 || -

Ġibuti || 777 || 1 504

It-TOTAL || 1 033 160 || 844 428

3.2.3.4.2    Analiżi tas-settur tal-industrija

It-tabella ta’ hawn isfel tanalizza l-portafoll tas-self tal-Faċilità skont is-settur tal-industrija tad-debitur. L-operazzjonijiet li qabel jitqassmu lill-benefiċjarju finali, l-ewwel jitqassmu lil xi intermedjarju finanzjarju huma mniżżla taħt is-self globali. (fEUR'000):

Is-settur tal-industrija tad-debitur || 31.12.2011 || 31.12.2010

Self globali u ftehimiet ta' aġenzija || 218 912 || 232 581

Linji tal-ajru u manifattura tal-inġenji tal-ajru || 103 ||  729

Ajruporti u sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru || 31 052 || 30 062

Materjal bażiku u tħaffir || 135 573 || 119 512

Kimiki, plastik u farmaċewtiċi || 20 400 || 5 925

Ilma tajjeb għax-xorb, ipproċessar tal-ilma || 33 247 || 17 074

Elettriku, faħam u oħrajn || 358 745 || 320 490

Katina alimentari || 1 244 || 1 491

Prodotti ta' investiment/prodotti dewwiema tal-konsumatur || 3 902 || 3 751

Trasport marittimu u trasport ieħor || 6 214 || 6 779

Ipproċessar tal-materjali, kostruzzjoni || 29 025 ||  64

Katina tal-karti || 4 840 || 2 603

Toroq u awtostradi || 62 856 || 23 125

Telekomunikazzjonijiet || 24 963 || 26 621

Terzjarji u oħrajn || 102 084 || 53 620

It-TOTAL || 1 033 160 || 844 428

3.2.3.5 L-arretrati fuq self

Ammonti f'arretrati huma identifikati, mmonitorjati u rrapportati skont sett ta’ proċeduri msejħa “Linji gwida għall-monitoraġġ ta’ ħlasijiet tard”.

Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-ammonti f'arretrati huwa ġeneralment immanniġjat mill-Unità għall-Ħlasijiet Tard (Late Payment Unit - “LPU”) tad-Direttorat tal-Ġestjoni tat-Tranżazzjoni u r-Ristrutturar tal-BEI. L-LPU iħejji rapport annwali fuq pagamenti ta' self mhux imħallsa tal-Faċilità, inkluż tabella li tqabbel l-arretrati ta' aktar minn tmint ijien minn xahar għal xahar. Ir-rapport ta' kull xahar jagħti indikazzjoni dettaljata tal-passi li diġà ttieħdu jew li għandhom jittieħdu skont il-pajjiż, self u pagament.

Barra minn hekk, rapport fix-xahar fuq self tard b'aktar minn 90 ġurnata jiġi mħejji u mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea. Darbtejn fis-sena il-kumitat tal-ġestjoni tal-BEI jirċievi tabella sommarja fuq l-arretrati għal self tard b'aktar minn 30 jum u 90 jum kif ukoll bħala rapport inkluż informazzjoni komparattiva dwar l-evoluzzjoni annwali u semi-annwali tal-arretrati.

L-arrettrati tal-pagamenti fuq self ikkonċernat jistgħu jiġu analizzati kif ġej (f'EUR'000):

|| Pagamenti li għadhom ma tħallsux 30 ġurnata wara l-iskadenza || Pagamenti li għadhom ma tħallsux 90 ġurnata wara l-iskadenza || Pagamenti li għadhom ma tħallsux 180 ġurnata wara l-iskadenza

|| || ||

31.12.2011 || 14 087 || 10 179 || 10 146

31.12.2010 || 8 224 || 4 461 || 4 366

3.2.4. Riskju ta' kreditu fuq flus u ekwivalenti ta' flus

Il-fondi disponibbli jiġu investiti skont l-iskeda tal-Faċilità ta' obbligi ta’ żburżament kuntrattwali. Fil-31.12.2011, l-investimenti kienu biss fil-forma ta’ depożiti bankarji u strumenti finanzjarji oħra ta’ terminu qasir. L-investimenti f’titoli għal perjodu twil u medju jistgħu wkoll ikunu eliġibbli, skont il-linji gwida għall-investiment u skont il-ħtiġijiet tal-likwidità.

Il-klassifikazzjoni għal terminu qasir minimu meħtieġa għal banek jew emittenti awtorizzati hija A-1/P-1/F1 (Moody’s, S&P, Fitch). Fil-każ ta' klassifikazzjonijiet differenti li jingħataw minn aktar minn aġenzija tal-gradazzjoni tal-kreditu waħda, il-klassifikazzjoni l-aktar baxxa tgħodd. Il-limitu massimu awtorizzat għal kull bank jew l-emittent awtorizzat bħalissa huwa EUR 50 000 000 (ħamsin miljun euro).

Id-depożiti huma eżegwiti ma’ entitajiet awtorizzati b'maturità massima ta' tliet xhur mid-data tal-kummerċ u sal-limitu ta’ espożizzjoni tal-kreditu.

Fil-31 ta' Diċembru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2010 id-depożiti kollha fil-banek u l-karti kummerċjali miżmuma għal perjodu qasir mill-Faċilità kellhom klassifikazzjoni minima ta' P-2 skont Moody’s.

It-tabella li ġejja turi s-sitwazzjoni ta’ depożiti fil-bank inkluż l-imgħax dovut (f'EUR' 000):

Klassifikazzjoni minima għall-perjodu qasir || Klassifikazzjoni mingħand Moody's || 31.12.2011 || 31.12.2010

P-1 || A1 || 117 603 || 26% ||        138 724 || 36%

P-1 || A2 || 179 938 || 40% ||          18 822 || 5%

P-1 || Aa2 || 28 622 || 6% ||        118 562 || 31%

P-1 || Aa3 || 105 547 || 24% ||        110 527 || 29%

P-2 || A3 ||    17 441 || 4% || - || -

It-TOTAL || || 449 151 || 100% ||        386 635 || 100%

It-tabella li ġejja turi s-sitwazzjoni ta' karti kummerċjali għal perjodu qasir (f'EUR'000):

Klassifikazzjoni minima għall-perjodu qasir || Klassifik-azzjoni mingħand Moody's || 31.12.2011 || 31.12.2010 ||

P-1 || A1 || - || - ||          21 473 || 100%

It-TOTAL || || - || - ||          21 473 || 100%

3.2.5. Ir-riskju tal-kreditu fuq id-derivati

3.2.5.1  Politika ta' riskju tal-kreditu tad-derivati

Ir-riskju tal-kreditu fir-rigward tad-derivati huwa rrappreżentat mit-telf li parti speċifika tkun ġarrbet fejn il-kontraparti l-oħra għall-ftehim ma tkunx tista' tonora l-obbligi kuntrattwali tagħha. Ir-riskju tal-kreditu assoċjat mad-derivati jvarja skont għadd ta’ fatturi (bħar-rati tal-interess u r-rati tal-kambju) u ġeneralment jikkorrispondi biss għal porzjon żgħir tal-valur nozzjonali tagħhom.

Fil-kors normali tal-attività tagħha, il-Faċilità tista’ tidħol f'kuntratti ta' tpartit bil-ħsieb li tagħmel hedging għal operazzjonijiet speċifiċi ta’ self jew f'kuntratti ta' valuta bil-quddiem, bil-ħsieb li jiġu ħħeġġjati l-pożizzjonijiet tal-munita denominati f’muniti oħra nnegozjati b'mod attiv għajr il-Euro. It-tpartit kollu huwa eżegwit mill-Bank Ewropew tal-Investiment b’kontroparti estern. It-tpartit huma iddixxiplinati mill-istess Ftehimiet Master dwar it-Tpartit u l-Annessi għall-Appoġġ tal-Kreditu ffirmati bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-kontrapartijiet esterni tiegħu.

3.2.5.2  Kejl tar-riskju tal-kreditu tad-derivati

It-tpartit kollu eżegwit mill-Bank Ewropew għall-Investiment li huwa relatat mal-Faċilità huwa trattat fi ħdan l-istess qafas kuntrattwali u metodoloġiji applikati għad-derivati innegozjati mill-Bank Ewropew għall-Investiment għall-iskopijiet tiegħu stess. B'mod partikolari, l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet tat-tpartit  hija determinata mill-Bank Ewropew tal-Investiment ibbażata fuq l-istess kondizzjonijiet ta' eliġibilita applikati għal skopijiet ta' tpartit ġenerali tiegħu.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment ikejjel l-esponiment għar-riskju tal-kreditu relatat ma' tranżazzjonijiet ta' tpartit u derivati bl-użu tal-istrateġija tal-Esponiment tas-Suq Net (NME) u l-Esponiment Futur Potenzjali (PFE) għar-rappurtaġġ u l-monitoraġġ tal-limiti. L-NME u l-PFE jinkludu bis-sħiħ derivati relatati mal-Faċilità tal-investiment.

It-tabella li ġejja turi l-maturitajiet ta’ kuntratti tat-tpartit  (inkluż tpartit bejn il-valuti, tpartit bejn rati tal-interessi b'valuti differenti u esklużi tpartit bejn valuti differenti għal perjodu qasir), subdiviżi skont l-ammont nozzjonali tagħhom u l-valur ġust:

Kuntratti ta' tpartit fil-31.12.2011 || inqas minn: || Sena waħda || Ħames (5) snin || aktar minn || Total 2011

(f'EUR'000) || Sena waħda || Sa 5 snin || Sa 10 snin || Sa 10 snin ||

|| || || || ||

Ammont nozzjonali || 7 042 || 43 593 || 16 899 || - || 67 534

Il-valur ġust (jiġifieri l-valur nett skontat) || -674 || -1 331 || -3 869 || - || -5 874

Kuntratti ta' tpartit fil-31.12.2010 || inqas minn: || Sena waħda || Ħames (5) snin || aktar minn || Total 2010

(f'EUR'000) || Sena waħda || Sa 5 snin || Sa 10 snin || Sa 10 snin ||

|| || || || ||

Ammont nozzjonali || 431 || 37 822 || 65 514 || 1 440 || 105 207

Il-valur ġust (jiġifieri l-valur nett skontat) || - 6 || -728 || - 3 787 || - 213 || - 4 734

Il-Faċilità tidħol f’kuntratti ta’ tpartit tal-valuti għal żmien qasir sabiex tkopri r-riskju tal-valuta fuq ħlas ta' self f'valuti differenti mill-EUR. Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir għandu maturità massima ta' tliet xhur u jiġi regolarment immexxi 'l quddiem.

L-ammont nozzjonali ta’ tpartit tal-valuti għal perjodu qasir kien ta' EUR 585 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011 kontra EUR 458 miljun fil-31 ta' Diċembru 2010. Il-valur ġust ta' tpartit tal-valuta għal perjodu qasir jammonta għal EUR -6.4 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011 kontra EUR xejn fil-31 ta' Diċembru 2010.

3.3 Riskju tal-likwidità

Ir-riskju tal-likwidità jirrappreżenta r-riskju li entità tiltaqa’ ma' diffikultà biex tissodisfa l-obbligi assoċjati mal-obbligi finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus kontanti jew xi assi finanzjarji oħra.

L-IF huwa primarjament iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet annwali mill-Istati Membri (riżorsi tad-9 u l-10 FEŻ) u t-tieni minn flussi mill-ġdid li ġejjin minn operazzjonijiet tal-IF. Kull sena, il-KE, waqt li tqis il-previżjonijiet tal-BEI li jikkonċernaw l-amministrazzjoni u l-operat tal-Faċilità tal-Investiment, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill sal-15 ta' Ottubru dikjarazzjoni tal-impenji, il-ħlasijiet u l-ammont annwali tas-sejħiet għal kontribuzzjonijiet (sussidji tal-interessi inklużi) li għandhom isiru fis-sena baġitarja attwali kif ukoll f'ta' wara.

Sabiex tikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri, id-disinn ta’ żburżament tal-portafoll eżistenti u dak pjanat jiġi analizzat u segwit matul is-sena. L-avvenimenti speċjali, bħal rimborsi kmieni, bejgħ ta' ishma jew każijiet ta' inadempjenza jittieħdu f'kunsiderazzjoni biex jikkoreġu l-ħtiġiet annwali tal-likwidità. Biex tkompli tnaqqas ir-riskju tal-likwidità, il-Faċilità żżomm riżerva ta’ likwidità biżżejjed biex tkopri fi kwalunkwe ħin żburżar imbassar, kif ikkomunikat perjodikament mill-OPS.

L-assi tat-teżor tal-kontijiet miftuħa f’isem il-FI huma ġestiti mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Bank. Skont il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet bejn l-Uffiċċju ta' Quddiem u dak ta' Wara. Operazzjonijiet ta' ħlas relatati mal-investiment ta’ dawn l-assi huma taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet ta' Pjanar u Ħlas.

Meta hekk meħtieġ għal raġunijiet operattivi skont l-opinjoni tal-maniġers tal-Uffiċċji ta' Quddiem u ta' Wara matul l-immaniġġjar kwotidjan tal-assi tat-teżor, il-Kumitat Operattiv tal-Likwidità tal-Bank u l-flussi tal-flus (LICOCOM), korp li jiltaqa' kull ġimgħa, li jġib flimkien l-unitajiet Finanzjarji, tas-Self u tal-Ġestjoni tar-Riskju se jieħu deċiżjoni b'mod speċifiku dwar il-problemi mqajma u s-soluzzjonijiet xierqa. Ir-rekwiżiti operattivi li jaqgħu barra mill-qafas ta' ġestjoni ta' kuljum tal-assi, u soluzzjonijiet xierqa adottati se jintbagħtu lill-KE għal ftehim fil-prinċipju.

Barra minn hekk, skont il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-doveri, l-awtorizzazzjoni tal-kontrapartijiet u l-limiti għal investimenti tat-teżor, kif ukoll il-monitoraġġ ta' limiti bħal dawn, huma r-responsabbiltà tad-Direttorat tal-Ġestjoni tar-Riskju tal-Bank.

It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Faċilità skont ragruppamenti relevanti ta’ maturità abbażi tal-perjodu li jkun baqa’ sad-data tal-maturità kuntrattwali (f’EUR’000).

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2011 || Sa 3 xhur || Minn 3 xhur sa 12-il xahar || Bejn sena u 5 snin || Iktar minn 5 snin || Mhux definit || Total

ASSI || || || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 452 279 || - || - || - || - || 452 279

Strumenti finanzjarji derivati || - || 15 || 419 || - || - || 434

Ammonti mislufa u riċevibbli || 62 505 || 14 649 || 118 795 || 837 211 || - || 1 033 160

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || - || - || - || 236 446 || 15 214 || 251 660

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || - || - || - || - || 87 310

Assi oħra ||  122 || - || - || 294 || - || 416

Assi totali || 602 216 || 14 664 || 119 214 || 1 073 951 || 15 214 || 1 825 259

OBBLIGAZZJONIJIET U RIZORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || || || ||

Obbligazzjonijiet || || || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || 6 469 || 615 || 1 749 || 3 869 || - || 12 702

Dħul differit || 505 || - || - || 32 498 || - || 33 003

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 329 660 || - || - || - || - || 329 660

Obbligazzjonijiet oħra || 178 ||  - || - || 935 || - || 1 113

Obbligazzjonijiet totali || 336 812 || 615 || 1 749 || 37 302 || - || 376 478

Rizorsi tal-kontributuri || || || || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || - || - || - || - || 1 281 309 || 1 281 309

Riżerva tal-valur ġust || - || - || - || 31 873 || 9 877 || 41 750

Qligħ miżmum || - || - || - || - || 125 722 || 125 722

Riżorsi tal-kontributuri totali || - || - || - || 31 873 || 1 416 908 || 1 448 781

L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-kontributuri totali || 336 812 || 615 || 1 749 || 69 175 || 1 416 908 || 1 825 259

|| || || || || ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || Sa 3 xhur || Minn 3 sa 12 xhur || Bejn sena u 5 snin || Iktar minn 5 snin || Mhux definit || Total

ASSI || || || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 411 587 || - || - || - || - || 411 587

Strumenti finanzjarji derivati || - ||  3 ||  572 ||  801 || - || 1 376

Ammonti mislufa u riċevibbli || 7 431 || 7 146 || 131 222 || 698 629 || - || 844 428

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || - || - || - || 171 637 || 23 191 || 194 828

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 100 000 || - || - || - || - || 100 000

Assi oħra || 2 822 || - || - || - ||  350 || 3 172

Assi totali || 521 840 || 7 149 || 131 794 || 871 067 || 23 541 || 1 555 391

OBBLIGAZZJONIJIET U RIZORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || || || ||

Obbligazzjonijiet || || || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - ||  10 || 1 300 || 4 800 || - || 6 110

Dħul differit || - || - || - ||  92 || 29 487 || 29 579

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 298 415 || - || - || - || - || 298 415

Obbligazzjonijiet oħra ||  169 ||  419 || - ||  352 || - ||  940

Obbligazzjonijiet totali || 298 584 ||  429 || 1 300 || 5 244 || 29 487 || 335 044

Rizorsi tal-kontributuri || || || || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || - || - || - || - || 1 131 309 || 1 131 309

Riżerva tal-valur ġust || - || - || - || 10 113 || 14 457 || 24 570

Qligħ miżmum || - || - || - || - ||  64 468 ||  64 468

Riżorsi tal-kontributuri totali || - || - || - || 10 113 || 1 210 234 || 1 220 347

L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-kontributuri totali || 298 584 ||  429 || 1 300 || 15 357 || 1 239 721 || 1 555 391

3.4 Ir-riskju tas-suq

Ir-riskju tas-suq jirrappreżenta r-riskju li bidliet fil-prezzijiet tas-suq, bħalma huma r-rati tal-imgħax, il-prezzijiet tal-ekwità, ir-rati tal-kambju,  u l-firxiet tal-kreditu (mhux relatati ma’ bidliet fl-affidabbiltà tal-kreditu tal-emittent) jaffettwaw id-dħul tal-entità jew il-valur tal-holdings tagħha fi strumenti finanzjarji.

3.4.1. Riskju tar-rati tal-imgħax

Ir-riskju tar-rata tal-imgħax hija l-volatilità fil-valur ekonomiku, jew f’introjtu dderivat mill-pożizzjonijiet tal-Faċilità minħabba movimenti avversi għar-redditi tas-suq jew l-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax. L-esponiment għar-riskju tar-rata tal-imgħax iseħħ meta jkun hemm differenzi fil-karatteristiċi tal-maturità u l-ipprezzar mill-ġdid ta' assi u obbligazzjonijiet differenti.

Il-Faċilità ma timmaniġġjax  ir-riskju tar-rata tal-imgħax.

It-tabella li ġejja tiddeskrivi fil-qosor l-esponiment tal-Faċilità għar-rati tal-imgħax permezz tal-ammonti mislufa u r-riċevibbli tagħha (f'EUR’000):

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

Imgħax b’rata fissa || 516 175 || 412 428

Imgħax b’rata varjabbli || 516 985 || 432 000

Total || 1 033 160 || 844 428

3.4.2. Riskji tal-kambju tal-valuti

Ir-riskju tar-rati tal-kambju (“FX”) hu l-volatilità fil-valur ekonomiku ta', jew fl-introjtu derivat minn, il-pożizzjonijiet tal-Faċilità minħabba movimenti avversi tar-rati tal-kambju esteri.

Il-faċilità hija esposta għal riskju tal-kambju esteru kull meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil fil-valuta bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha. Ir-riskju tal-kambju esteru jinvolvi wkoll l-effetti ta' bidliet mhux mistennija u mhux favorevoli fil-valur ta' flussi ta' flus futuri kkawżati mill-movimenti tal-muniti.

3.4.2.1 Ir-riskju tal-kambju esteru u l-assi tat-teżor

L-Assi tat-Teżor tal-FI huma denominati f’EUR jew USD.

Ir-riskju tal-FX huwa kopert permezz ta' FX jew tranżazzjonijiet spot jew bil-quddiem, tpartit FX jew tpartit bejn il-valuti. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Bank jista', fejn jitqies neċessarju u xieraq, juża kull strument ieħor, skont il-politika tal-Bank, li jipprovdi protezzjoni kontra r-riskji tas-suq magħmula fir-rigward tal-attivitajiet finanzjarji tal-FI.

3.4.2.2 Ir-riskju tal-kambju esteru u l-operazzjonijiet iffinanzjati jew garantiti mill-FI

Il-kontribuzzjonijiet għall-FI mill-Istati Membri jaslu f'EUR. L-operazzjonijiet iffinanzjati jew garantiti mill-FI kif ukoll is-Sussidji tar-Rati tal-Interessi jistgħu jkunu denominati f'EUR, USD jew kwalunkwe munita oħra awtorizzata.

Esponiment għar-riskju tal-kambju esteru (kontra munita ta’ referenza EUR) jinħoloq kull meta tranżazzjonijiet denominati f' muniti oħra minbarra l-EUR jitħallew mhux iħħeġġjati. Il-linjigwida għall-ħeġġing tar-riskju tal-kambju esteru tal-FI huma stabbiliti hawn taħt.

3.4.2.2.1. Operazzjonijiet ta' ħeġġing denominati f'muniti oħra minbarra EUR jew USD

- Self maħruġ mill-FI f'muniti oħra minbarra EUR u USD għandu jkun kopert permezz ta’ kuntratti ta’ tpartit bejn il-muniti bl-istess profil finanzjarju bħas-Self sottostanti, sakemm suq tat-tpartit ikun operattiv.

- Għall-iżborżi taħt Operazzjonijiet tal-FI magħmula f'valuta oħra minbarra l-EUR u USD, u li għalihom ma saritx operazzjoni ta' ħeġġing fit-tul, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jidħol fi tranżazzjoni ta' skambju esteru jumejn ta' xogħol qabel l-iżborż. Ir-rata tal-kambju applikata għal Operazzjonijiet tal-FI għandha tikkorrispondi għar-rata tal-kambju tas-suq miksuba mid-Dipartiment tat-Teżor. Bl-istess mod, għal rimborżi riċevuti f'munita oħra minbarra EUR u USD, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jagħmel operazzjoni FX fejn meħtieġ sabiex jikkonverti l-muniti riċevuti.

- Garanziji mhux imsejħa mhuma suġġetti għal ebda ħeġġing tal-FX. Is-sejħiet tal-garanzija f'muniti oħra minbarra EUR u USD se jiġu ħħeġġjati.

- Operazzjonijiet f'muniti oħra minbarra EUR u USD li għalihom ma tista ssir ebda operazzjoni ta' ħeġġing FX mid-Dipartiment tat-Teżor għandhom jitħallew mhux iħħeġġjati. Dan jinkludi wkoll operazzjonijiet (sintetiċi) denominati fil-munita lokali iżda mħallsa f’EUR jew USD. Il-FI għandu jibqa' espost għar-riskju tal-FX imġarrab b'dan.

3.4.2.2.2. Iħħeġġjar ta' operazzjonijiet denominati f'USD

- L-ammont pendenti totali tal-operazzjonijiet kollha tal-FI (ħlief garanziji mhux imħallsa) denominati f'USD għandhom ikunu ħħeġġjati permezz ta' tpartit FX USD/EUR. Fil-bidu ta' kull perjodu, il-flussi ta’ flus li għandhom jiġu rċevuti jew imħallsa f'USD matul il-perjodu li jmiss għandhom ikunu stmati abbażi rar-riflussi/żburżamenti ppjanati jew mistennija. Sussegwentement, it-tpartit FX li jimmatura għandu jiġi mgħoddi 'l quddiem, u l-ammont tagħhom jiġi aġġustat biex ikopri mill-anqas il-bżonnijiet ta' likwidità USD pproġettata matul il-perjodu li jmiss.

- Kalkolu perjodiku tal-esponiment ġenerali għall-USD skont ir-rekords tal-kontabilità se jitwettaq biex jaġġusta, jekk meħtieġ, il-ħeġġing fuq it-tpartit FX li jmiss.

- Jekk meqjus operazzjonalment konvenjenti mid-Dipartiment tat-Teżor, it-tpartit bejn il-muniti jista' jintuża biex jiġi ħħeġġjat self USD speċifiku.

- F'perjodu ta' roll-over, defiċits ta' likwidità f'USD mhux mistennija għandhom ikunu koperti permezz ta' operazzjonijiet ta' tpartit FX ad hoc filwaqt li bilanċ pożittiv fil-likwidità għandhom jew jiġu investiti f'assi tat-teżor jew skambjati f'EUR.

- Fil-ħinijiet kollha, it-total pendenti ta' ammonti mhux iħħeġġjati mit-tranżazzjonijiet USD (f'termini nominali) m’għandu qatt jaqbeż il-USD 5 000 000 (ħames miljun dollaru Amerikan). Dan il-limitu għandu jkun aġġustat kull sena. F'każ ta' ksur ta' dan il-limitu, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jreġġa' lura l-esponiment fi ħdan il-limiti permezz ta’ operazzjoni FX.

It-tabelli li ġejjin juru l-pożizzjoni tal-kambju tal-Faċilità (f'EUR'000):

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2011 || EUR || USD || CAD || Valuti tal-AKP/OCT || Total

|| || || || ||

ASSI || || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 416 384 || 35 895 || - || - || 452 279

Strumenti finanzjarji derivati || 13 419 || -12 985 || - || - || 434

Ammonti mislufa u riċevibbli || 477 340 || 501 923 || - || 53 897 || 1 033 160

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 54 287 || 186 525 || 4 303 || 6 545 || 251 660

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || - || - || - || 87 310

Assi oħra || 50 || - || - || 366 || 416

Assi totali || 1 048 790 || 711 358 || 4 303 || 60 808 || 1 825 259

|| || || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET U RIZORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || || ||

Obbligazzjonijiet || || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - 641 758 || 654 460 || - || - || 12 702

Dħul differit || 32 689 || 314 || - || - || 33 003

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 329 598 || 62 || - || - || 329 660

Obbligazzjonijiet oħra || 691 || 19 || - || 403 || 1 113

Obbligazzjonijiet totali || -278 780 || 654  855 || - || 403 || 376 478

Rizorsi tal-kontributuri || || || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 1 281 309 || - || - || - || 1 281 309

Riżerva tal-valur ġust || 41 750 || - || - || - || 41 750

Qligħ miżmum || 125 722 || - || - || - || 125 722

Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 448 781 || - || - || - || 1 448 781

L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 170 001 || 654 855 || - || 403 || 1 825 259

Pożizzjoni tal-valuti sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -121 211 || 56 503 || 4 303 || 60 405 || -

|| || || || ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2011: || || || || ||

IMPENJI || || || || ||

Self mhux maħruġ u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 761 319 || 204 340 || - || - || 965 659

Garanziji meħuda || - || - || - || 7 909 || 7 909

|| || || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET KONTINGENTI || || || || ||

Garanziji mhux meħuda || - || - || - || 20 000 || 20 000

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || EUR || USD || CAD || Valuti tal-AKP/OCT || Total

|| || || || ||

ASSI || || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 378 570 || 33 017 || - || - || 411 587

Strumenti finanzjarji derivati || 332 399 || - 331 023 || - || - || 1 376

Ammonti mislufa u riċevibbli || 385 187 || 403 417 || - || 55 824 || 844 428

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 40 184 || 137 505 || 12 444 || 4 695 || 194 828

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 100 000 || - || - || - || 100 000

Assi oħra || 2 742 || - || - || 430 || 3 172

Assi totali || 1 239 082 || 242 916 || 12 444 || 60 949 || 1 555 391

|| || || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET U RIZORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || || ||

Obbligazzjonijiet || || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - 69 815 || 75 925 || - || - || 6 110

Dħul differit || 29 235 || 344 || - || - || 29 579

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 298 415 || - || - || - || 298 415

Obbligazzjonijiet oħra || 577 || 1 || - || 362 || 940

Obbligazzjonijiet totali || 258 412 || 76 270 || - || 362 || 335 044

Rizorsi tal-kontributuri || || || || ||

Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 1 131 309 || - || - || - || 1 131 309

Riżerva tal-valur ġust || 24 570 || - || - || - || 24 570

Qligħ miżmum || 64 468 || - || - || - || 64 468

Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 220 347 || - || - || - || 1 220 347

L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 478 759 || 76 270 || - || 362 || 1 555 391

Pożizzjoni tal-valuti sal-31 ta’ Diċembru 2010 || - 239 677 || 166 646 || 12 444 || 60 587 || -

|| || || || ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2010: || || || || ||

IMPENJI || || || || ||

Self mhux maħruġ u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 858 279 || 236 035 || - || - || 1 094 314

Garanziji meħuda || - || - || - || 9 484 || 9 484

|| || || || ||

OBBLIGAZZJONIJIET KONTINGENTI || || || || ||

Garanziji mhux meħuda || 45 000 || - || - || - || 45 000

3.4.3. Ir-riskju tal-prezz tal-ekwità

Ir-riskju tal-prezz tal-ekwità huwa r-riskju li l-valuri ġusti tal-ekwitajiet jonqsu bħala r-riżultat tal-bidliet fil-livelli tal-indiċi tal-ekwità u l-valur ta' investimenti ta' ekwità individwali.

L-FI huwa espost għal riskji tal-prezz tal-ekwità permezz tal-investimenti fil-kapitali ta’ riskju tiegħu, jiġifieri investimenti f'ekwità diretti u fondi tal-kapital tar-riskju.

Investimenti f'ekwità huma soġġetti għal punteġġ. Kull investiment hu vvalutat fuq diversi kriterji li jinqasmu fi tliet kategoriji ewlenin: ġestjoni, pjan tan-negozju u struttura. Nukleji individwali imbagħad jiġu kkonsolidati f’punteġġ wieħed assenjat għall-investimnet u li jagħti sommarju tas-saħħa globali tiegħu.

Esponimenti  għar-riskji tal-ekwità huma wkoll suġġetti għal limiti, definiti, kemm fil-livelli individwali kif ukoll fil-livelli akkumulati. Id-daqs ta' limiti bħal dawn jiddependi fuq il-kwalità' tal-investimenti fl-ekwità.

4     Il-valuri ġusti tal-assi u l-obbligazzjonijiet

It-tabella ta’ hawn taħt turi tqabbil skont il-kategorija tal-ammonti rapportati u valuri ġusti tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Faċilità li huma miżmuma fir-rapporti finanzjarji (f’EUR’000):

|| Valur rapportat 31.12.2011 || Il-Valur Ġust 31.12.2011 || Valur rapportat 31.12.2010 || Il-Valur Ġust 31.12.2010

Assi miżmuma b'valur ġust || || || ||

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 251 660 || 251 660 || 194 828 || 194 828

Strumenti finanzjarji derivati || 434 || 434 || 1 376 || 1 376

Total || 252 094 || 252 094 || 196 204 || 196 204

|| || || ||

Assi kontabilizzati bi prezz amortizzat || || || ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 452 279 || 452 279 || 411 587 || 411 587

Ammonti mislufa u riċevibbli || 1 033 160 || 1 022 679 || 844 428 || 844 428

Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 87 310 || 100 000 || 100 000

Assi oħra || 416 || 416 || 3 172 || 3 172

Total || 1 573 165 || 1 562 684 || 1 359 187 || 1 359 187

|| || || ||

Assi totali || 1 825 259 || 1 814 778 || 1 555 391 || 1 555 391

|| || || ||

Obbligazzjonijiet rapportati b'valur ġust || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || 12 702 || 12 702 || 6 110 || 6 110

Total || 12 702 || 12 702 || 6 110 || 6 110

|| || || ||

Obbligazzjonijiet rapportati bi prezz amortizzat || || || ||

Dħul differit || 33 003 || 33 003 || 29 579 || 29 579

Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 329 660 || 329 660 || 298 415 || 298 415

Obbligazzjonijiet oħra || 1 113 || 1 113 || 940 || 940

Total || 363 776 || 363 776 || 328 934 || 328 934

|| || || ||

Obbligazzjonijiet totali || 376 478 || 376 478 || 335 044 || 335 044

Dan li ġej jiddeskrivi l-metodoloġiji u l-preżunzjonijiet użati biex jiddeterminaw il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet:

· Assi li għalihom il-valur ġust iqarreb il-valur irrapportat

Għal assi u obbligazzjonijiet li huma likwidi jew għandhom maturità fuq medda ta' żmien qasir inqas minn tliet xhur, wieħed jassumi li l-ammonti rapportati huma qrib il-valur ġust tagħhom.

· Assi u obbligazzjonijiet reġistrati bil-valur ġust tagħhom

Kwotazzjonijiet tal-prezz ippubblikati f'suq attiv huma l-ewwel sors biex jiġi determinat il-valur ġust ta’ strument finanzjarju. Minħabba l-ambitu tal-investiment tal-portafoll tal-Faċilità dawn rarament huma disponibbli. Għal strumenti mingħajr prezz tas-suq disponibbli, il-valuri ġusti huma stmati bl-użu ta’ tekniki jew mudelli bbażati kull meta possibbli fuq dejta osservabbli tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ.

It-tabella li ġejja tanalizza l-assi finanzjarji indikati skont il-valur ġust skont il-metodu ta’ valutazzjoni. Il-livelli differenti ġew iddefiniti kif ġej:

- Livell 1: prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi;

- Livell 2: inputs apparti l-prezzijiet kwotati inklużi fil-livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi,       jew direttament (jiġifieri bħala prezzijiet) jew indirettament (jiġifieri derivati minn prezzijiet);

- Livell 3   Inputs għall-assi li mhumiex ibbażati fuq dejta ta’ suq osservabbli (inputs mhux osservabbli).

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2011 || Livell nru 1 || Livell nru 2 || Livell nru 3 || Total

(f'EUR'000) || || || ||

|| || || ||

Assi finanzjarji || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - || 434 || - || 434

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 15 214 || - || 236 446 || 251 660

It-TOTAL || 15 214 || 434 || 236 446 || 252 094

|| || || ||

Obbligazzjonijiet finanzjarji || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - || 12 702 || - || 12 702

It-TOTAL || - || 12 702 || - || 12 702

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || Livell nru 1 || Livell nru 2 || Livell nru 3 || Total

(f'EUR'000) || || || ||

|| || || ||

Assi finanzjarji || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - || 1 376 || - || 1 376

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 23 190 || - || 171 638 || 194 828

It-TOTAL || 23 190 || 1 376 || 171 638 || 196 204

|| || || ||

Obbligazzjonijiet finanzjarji || || || ||

Strumenti finanzjarji derivati || - || 6 110 || - || 6 110

It-TOTAL || - || 6 110 || - || 6 110

Fl-2011 il-faċilità m'għamlitx trasferimenti minn Livell 1 għal 2 jew Livell 2 għal 1 tal-ġerarkija tal-valur ġust.

It-tabelli li ġejjin jippreżentaw il-bidliet fl-istrumenti fil-Livell 3 għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2010:

(f'EUR'000) || Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ

Bilanċ fl-1 ta' Jannar 2011 || 171 638

Qligħ jew telf totali ||

- fi profitt jew telf || -3 206

- f'introjtu komprensiv ieħor || 21 759

Żborżi || 67 829

Ħlas lura || -21 574

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2011 || 236 446

(f'EUR'000) || Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ

Bilanċ fl-1 ta' Jannar 2010 || 151 049

Qligħ jew telf totali ||

- fi profitt jew telf || -3 176

- f'introjtu komprensiv ieħor || -4 773

Żborżi || 50 952

Ħlas lura || -22 414

Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2010 || 171 638

5     Flus kontanti u l-ekwivalenti (f'EUR’000)

Il-flus u l-ekwivalenti ta’ flus jikkonsistu fil-fondi riċevuti mingħand l-Istati Membri u li jkunu għadhom ma tħallsux u l-fondi li jiġu mill-attivitajiet operattivi u finanzjarji tal-Faċilità.

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri riċevuti u li għadhom ma tħallsux || 195 205 || 33 128

Fondi mill-attivitajiet finanzjarji u operattivi tal-Faċilità || 257 074 || 378 459

|| ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 452 279 || 411 587

6     Strumenti finanzjarji derivati (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tal-istrumenti finanzjarji derivati huma kif ġej:

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || Il-Valur Ġust || Ammont nozzjonali

Assi || Obbligazzjonijiet

Tpartit tal-valuti || 434 || -953 || 29 376

Tpartit tar-rati tal-imgħax tal-valuti || - || -5 355 || 38 158

Tpartit tal-muniti għal żmien qasir || - || -6 394 || 585 000

|| || ||

Strumenti finanzjarji derivati || 434 || -12 702 ||

Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru, 2010 || Valuri Ġusti || Ammont nozzjonali

Assi || Obbligazzjonijiet

Tpartit tal-valuti || 1 235 || -945 || 47 526

Tpartit tar-rati tal-imgħax tal-valuti ||  141 || -5 165 || 57 681

Tpartit tal-muniti għal żmien qasir ||  - || - || 458 000

|| || ||

Strumenti finanzjarji derivati || 1 376 || -6 110 ||

7     Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tas-self u r-riċevibbli huma kif ġej:

|| Self globali (*) || Self prijoritarju || Self subordinat || Total

Ammont nominali sal-1 ta’ Jannar 2011 || 246 500 || 542 322 || 123 910 || 912 732

Żborżi || 25 689 || 211 351 || - || 237 040

Tħassir || - || - || -2 000 || -2 000

Ħlas lura || -48 554 || -51 712 || -4 144 || -104 410

Imgħax ikkapitalizzat || - || 459 || 10 053 || 10 512

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || 1 730 || 13 930 || 860 || 16 520

Ammont nominali sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 225 365 || 716 350 || 128 679 || 1 070 394

|| || || ||

Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2011 || -15 006 || -18 056 || -44 023 || -77 085

Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tad-dħul komplessiv || -1 746 || -1 514 || -773 || -4 033

Kanċellazzjoni || - || - || 2 000 || 2 000

Treġġigħ lura ta' indebolimenti || 9 499 || 3 263 || 18 723 || 31 485

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || -356 || -65 || -762 || -1 183

Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -7 609 || -16 372 || -24 835 || -48 816

|| || || ||

Spejjeż Amortizzati || -1 700 || -3 428 || -99 || -5 227

Imgħax dovut || 3 498 || 9 499 || 3 812 || 16 809

|| || || ||

Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 219 554 || 706 049 || 107 557 || 1 033 160

(*) inkluż il-ftehimiet tal-aġenziji

|| Self globali (*) || Self prijoritarju || Self subordinat || Total

Ammont nominali sal-1 ta’ Jannar 2010 || 230 989 || 406 799 || 145 482 || 783 270

Żborżi || 39 596 || 165 781 || 1 575 || 206 952

Ħlas lura || -33 573 || -46 053 || -40 098 || -119 724

Imgħax ikkapitalizzat || - || - || 13 239 || 13 239

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || 9 488 || 15 795 || 3 712 || 28 995

Ammont nominali sal-31 ta’ Diċembru 2010 || 246 500 || 542 322 || 123 910 || 912 732

|| || || ||

Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2010 || -8 371 || -30 217 || -59 556 || -98 144

Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tad-dħul komplessiv || -6 522 || - || -582 || -7 104

Treġġigħ lura ta' indebolimenti ||  266 || 13 843 || 18 423 || 32 532

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || -379 || -1 682 || -2 308 || -4 369

Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2010 || -15 006 || -18 056 || -44 023 || -77 085

|| || || ||

Spejjeż Amortizzati || -1 727 || -2 047 || - 118 || -3 892

Imgħax dovut || 3 670 || 6 226 || 2 777 || 12 673

Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli sal-31 ta’ Diċembru 2010 || 233 437 || 528 445 || 82 546 || 844 428

(*) inkluż il-ftehimiet tal-aġenziji

8     Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tal-assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huma kif ġej:

|| Fond ta’ Kapital tar-Riskju || Investiment Azzjonarju Dirett || Total

Kost sal-1 ta’ Jannar 2011 || 142 932 || 33 350 || 176 282

Żborżi || 59 579 || 8 250 || 67 829

Ħlasijiet lura/bejgħ || -20 236 || -4 735 || -24 971

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar ħlasijiet lura/bejgħ || 417 || -300 || 117

Kost sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 182 692 || 36 565 || 219 257

|| || ||

Qligħ u telf mhux realizzati sal-1 ta’ Jannar 2011 || 11 335 || 13 235 || 24 570

Bdil nett fil-qligħ u t-telf mhux realizzat || 18 446 || -1 266 || 17 180

Qligħ u telf mhux realizzati sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 29 781 || 11 969 || 41 750

|| || ||

Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2011 || -2 || -6 022 || -6 024

Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komplessiv matul is-sena || - 6 888 || - || -6 888

L-użu ta' indeboliment imniżżel fir-rapport tad-dħul komplessiv matul is-snin preċedenti || 2 || 3 714 || 3 716

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar indeboliment || 1 || -152 || -151

Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -6 887 || -2 460 || -9 347

|| || ||

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 205 586 || 46 074 || 251 660

|| Fond ta’ Kapital tar-Riskju || Investiment Azzjonarju Dirett || Total

Kost sal-1 ta’ Jannar 2010 || 116 652 || 30 462 || 147 114

Żborżi || 48 040 || 2 912 || 50 952

Ħlasijiet lura/bejgħ || -22 414 || - || -22 414

Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar ħlasijiet lura/bejgħ ||  654 || -24 ||  630

Kost sal-31 ta’ Diċembru 2010 || 142 932 || 33 350 || 176 282

|| || ||

Qligħ u telf mhux realizzati sal-1 ta’ Jannar 2010 || 18 138 || 1 572 || 19 710

Bdil nett fil-qligħ u t-telf mhux realizzat || -6 803 || 11 663 || 4 860

Qligħ u telf mhux realizzati sal-31 ta’ Diċembru 2010 || 11 335 || 13 235 || 24 570

|| || ||

Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2010 || -2 || -2 308 || -2 310

Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komplessiv matul is-sena || - || -3 714 || -3 714

Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2010 || -2 || -6 022 || -6 024

|| || ||

Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ sal-31 ta’ Diċembru 2010 || 154 265 || 40 563 || 194 828

9     Ammonti riċevibbli minn kontributuri (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tal-ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri huma kif ġej:

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri msejħa iżda mhux imħallsa || 87 310 || 100 000

|| ||

Ammont totali riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 100 000

10   Assi oħra (f'EUR '000)

Il-komponenti ewlenin tal-assi l-oħra huma kif ġej:

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Ammont riċevibbli mingħand il-BEI || 59 || 2 743

Garanziji finanzjarji || 357 ||  429

|| ||

Total ta' assi oħrajn || 416 || 3 172

11   Introjtu differit (f'EUR '000)

Il-komponenti ewlenin tal-introjtu differit huma kif ġej:

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Sussidji differiti fuq l-imgħax || 32 744 || 29 073

Kummissjonijiet differiti fuq self u riċevibbli || 259 ||  506

|| ||

Dħul differit totali || 33 003 || 29 579

12   Ammonti dovuti lill-partijiet terzi (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tal-ammonti dovuti lill-partijiet terzi huma kif ġej:

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Spejjeż amministrattivi ġenerali netti pagabbli lill-BEI || 38 011 || 34 086

Ammonti oħra pagabbli lill-BEI || 219 || -

Sussidji fuq l-imgħax li għadhom ma nħarġux u li huma dovuti lill-Istati Membri || 291 430 || 264 329

|| ||

Ammonti totali dovuti lill-partijiet terzi || 329 660 || 298 415

13   Obbligazzjonijiet oħra (f'EUR '000)

Il-komponenti ewlenin tal-obbligazzjonijiet l-oħra huma kif ġej:

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Garanziji finanzjarji || 294 ||  351

Oħrajn || 819 ||  589

|| ||

Ammont totali tal-obbligazzjonijiet l-oħra || 1 113 ||  940

14   Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba (f’EUR’000)

L-Istati Membri || Kontribuzzjoni lill-Faċilità || Kontribuzzjoni għas-sussidji fuq l-imgħax || Total kontribwit || Mitluba iżda mhux imħallsa (*)

L-Awstrija || 33 955 || 10 168 || 44 123 || 2 650

Il-Belġju || 50 227 || 15 041 || 65 268 || 3 920

Id-Danimarka || 27 420 || 8 211 || 35 631 || 2 140

Il-Finlandja || 18 963 || 5 679 || 24 642 || 1 480

Franza || 311 358 || 93 237 || 404 595 || 24 300

Il-Ġermanja || 299 314 || 89 630 || 388 944 || 23 360

Il-Greċja || 16 016 || 4 796 || 20 812 || 1 250

L-Irlanda || 7 944 || 2 379 || 10 323 || 620

L-Italja || 160 676 || 48 115 || 208 791 || 12 540

Il-Lussemburgu || 3 716 || 1 113 || 4 829 || 290

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 66 884 || 20 028 || 86 912 || 5 220

Il-Portugall || 12 429 || 3 722 || 16 151 || 970

Spanja || 74 828 || 22 407 || 97 235 || 5 840

L-Isvezja || 34 980 || 10 475 || 45 455 || 2 730

Ir-Renju Unit || 162 599 || 48 690 || 211 289 || -

Total sal-31ta' Diċembru 2011 || 1 281 309 || 383 691 || 1 665 000 || 87 310

Total sal-31 ta' Diċembru 2010 || 1 131 309 ||  333 691 || 1 465 000 ||  100 000

(*) Fit-18.11.2010, il-Kunsill stabbilixxa l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru sal-21.01.2012.

15   Obbligazzjonijiet u impenji kontinġenti (f'EUR’000)

|| 31.12.2011 || 31.12.2010

|| ||

Impenji || ||

Self mhux maħruġ || 701 092 || 808 865

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ mhux żburżjati || 264 567 || 285 449

Garanziji meħuda || 7 909 || 9 484

|| ||

Obbligazzjonijiet kontingenti || ||

Garanziji mhux meħuda || 20 000 || 45 000

|| ||

Total || 993 568 || 1 148 798

16   Introjtu nett mill-imgħax (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tal-imgħax u dħul simili huma kif ġej:

|| Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal-31.12.2010

|| ||

Flus kontanti u l-ekwivalenti || 5 518 || 1 878

Ammonti mislufa u riċevibbli || 50 800 || 50 299

Sussidji fuq l-imgħax || 3 243 || 2 424

|| ||

Imgħax u dħul simili totali || 59 561 || 54 601

Il-komponent ewlieni tal-imgħax u spejjeż simili huwa kif ġej:

|| Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal- 31.12.2010

|| ||

Strumenti finanzjarji derivati || -940 || -2 591

|| ||

Imgħax u spejjeż simili totali || -940 || -2 591

17   Introjtu nett mill-imposti u l-kummissjonijiet (f'EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tad-dħul mid-drittijiet u l-kummissjonijiet huma kif ġej:

|| Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal- 31.12.2010

|| ||

Imposti u kummissjonijiet fuq l-ammonti mislufa u r-riċevibbli || 1 894 || 11 510

Imposti u kummissjonijiet fuq il-garanziji finanzjarji || 255 ||  265

|| ||

Total tal-introjtu minn imposti u kummissjonijiet || 2 149 || 11 775

Il-komponent ewlieni tal-introjtu mill-imposti u l-kummissjonijiet huwa kif ġej:

|| Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal- 31.12.2010

|| ||

Il-kummissjoni mħallsa lill-partijiet terzi fir-rigward tal-portafoll li huwa disponibbli għall-bejgħ || -144 || -372

|| ||

Spejjeż totali ta' imposti u kummissjonijiet || -144 || -372

18   Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji (f’EUR’000)

Il-komponenti ewlenin tar-riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji huma kif ġej:

|| Mill-01.01.2011 || Minn 01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal- 31.12.2010

|| ||

Bidla fil-valur ġust dwar strumenti ta’ derivati finanzjarji || -7 534 || -12 082

Qligħ/telf tal-kambju || 8 376 || -5 556

Introjtu ta’ dividendi u qligħ realizzat minn assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 17 228 || 1 815

|| ||

Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji || 18 070 || -15 823

19   Spejjeż amministrattivi ġenerali (f'EUR’000)

L-ispejjeż amministrattivi ġenerali jirrappreżentaw l-ispejjeż attwali li jkunu saru mill-BEI għall-ġestjoni tal-Faċilità wara li jkun imnaqqas minn dan l-introjtu ġġenerat minn imposti għall-valutazzjonijiet standard li l-BEI ikun żamm direttament lill-klijenti tal-Faċilità.

|| Mill-01.01.2011 || Mill-01.01.2010

|| sal- 31.12.2011 || sal- 31.12.2010

|| ||

Spejjeż attwali li jkunu saru mill-BEI || -39 937 || -36 028

Introjtu minn imposti għall-valutazzjonijiet miżmuma direttament lill-klijenti tal-Faċilità || 1 931 || 1 942

|| ||

Spejjeż amministrattivi ġenerali netti || -38 006 || -34 086

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Kotonù rivedut fl-1 ta’ Lulju 2008, l-ispejjeż amministrattivi ġenerali m’għadhomx iktar koperti mill-Istati Membri.

20   Avvenimenti sussegwenti

Ma kienx hemm avvenimenti materjali wara l-għeluq tal-karta tal-bilanċ li setgħu jirrikjedu li jiġu divulgati jew li jsir aġġustament għalihom fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-31 ta’ Diċembru 2011.

L-ANNESS GĦALL-PARTI I – KAPITOLU 2 (RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA): IS-SITWAZZJONI SKONT IL-PAJJIŻ U SKONT L-ISTRUMENT

Noti mat-tabelli:

· Iċ-ċifra "0.00" tindika li l-ammont korrispondenti huwa bejn EUR –4999 u EUR 4999. Fejn m’hemm l-ebda ċifra, l-ammont huwa żero.                 Il-pajjiżi b'bilanċ ta’ żero fil-kolonni kollha mhumiex elenkati fit-tabelli.

· L-intestatura "Il-pajjiżi kollha tal-AKP/OCT" tirreferi għall-proġetti li jkopru għadd ta’ pajjiżi iżda li mhumiex iffinanzjati mill-kooperazzjoni reġjonali.

· L-intestatura "Spejjeż finanzjarji u amministrattivi" tirrappreżenta l-proġetti ffinanzjati mill-imgħax tal-FEŻ jew il-pakkett li jkopri n-nefqa amministrattiva.

[1]              ĠU L 247 tad-09.09.2006

[2]         Iċ-ċifri huma miżjuda/mnaqqsa sal-eqreb miljun ta' euros. Għandu jiġi osservat li minħabba l-arrotondament taċ-ċifri, jista’ jkun li xi dejta finanzjarja fit-tabelli ma tingħaddx tajjeb. L-ammonti li jidhru bħala 0 jirrappreżentaw ċifri ta’ inqas minn EUR 500,000. L-ammonti li huma ekwivalenti għal żero, huma rrappreżentati minn sing (-).

[3]         Fl-2010, il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament ġew klassifikati mill-ġdid u ppreżentati bħala ammonti pagabbli lill-Istati Membri. Il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament jissodisfaw il-kriterji tad-dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju taħt ċerti kundizzjonijiet u għandhom jiġu ppreżentati bħala tali. L-ammont li ġie klassifikat mill-ġdid jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet kumulattivi tal-kofinanzjament mis-snin 2008 u 2009.

[4]         L-assi netti tal-10 FEŻ huma negattivi minħabba l-fatt li l-kontribuzzjonijiet ġew imsejħa għall-ewwel darba biss fl-2011.

[5]         Fl-2010, il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament ġew klassifikati mill-ġdid u ppreżentati bħala ammonti pagabbli lill-Istati Membri. Il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament jissodisfaw il-kriterji tad-dħul minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju taħt ċerti kundizzjonijiet u għandhom jiġu ppreżentati bħala tali. L-ammont li ġie klassifikat mill-ġdid jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet kumulattivi tal-kofinanzjament mis-snin 2008 u 2009.

[6]         Skont l-Artikolu 153 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, it-teżor huwa ppreżentat fil-karta tal-bilanċ tal-10 FEŻ. In-natura tal-kontijiet bankarji differenti hija deskritta fil-Kapitolu 6, Ġestjoni tar-Riskju Finanzjarju

[7]         Dan il-bilanċ jirrappreżenta l-ammonti disponibbli għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/583/KE. Dawn il-fondi huma magħzula għal għan speċifiku u għal stat benefiċjarju speċifiku.

[8]         ĠU L 156 tad-29.05.1998 pp. 3-106

[9]         ĠU L 247 tad-09.09.2006

[10]        Deċiżjoni tal-Kunsill2010/406/UE  tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar l-allokazzjoni tal-fondi dekommissjonati minn proġetti taħt id-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u dawk preċedenti sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli fis-Sudan

[11]         Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE tat-23 ta' Mejju 2011.

[12]        ĠU L 247 tad-09.09.2006

[13]        Il-bilanċ negattiv għal Sysmin huwa kkawżat bi treġġigħ lura tal-ispejjeż akkumulati.

[14]        Ir-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel jinkludu l-bilanċ tal-fondi Sysmin, li bid-Deċiżjoni 3/2000 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE ġie stabbilit fil-livell ta’ EUR 410,926 miljun. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni PE/410/2001 tinkludi dawn ir-riżorsi fl-ipprogrammar għall-allokazzjonijiet indikattivi nazzjonali (parti B) skont il-protokoll finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

Top