Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0494

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità (COM(2011)0335 – C7-0155/2011 – 2011/0146(COD))

    ĠU C 434, 23.12.2015, p. 216–216 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 434/216


    P7_TA(2012)0494

    L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità (COM(2011)0335 – C7-0155/2011 – 2011/0146(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2015/C 434/42)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0335),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0155/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0365/2012),

    1.

    Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u biex tieħu l-miżuri neċessarji flimkien mal-Parlament biex tippreżenta waħda ġdida;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    Top