Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0284

    Ftehim UE-Russja fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16815/2011 – C7-0522/2011 – 2011/0328(NLE))

    ĠU C 349E, 29.11.2013, p. 550–550 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 349/550


    L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
    Ftehim UE-Russja fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi ***

    P7_TA(2012)0284

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16815/2011 – C7-0522/2011 – 2011/0328(NLE))

    2013/C 349 E/29

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16815/2011),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fir-rigward taż-żamma ta' impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni attwali bejn l-UE u r-Russja (16816/2011)

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0522/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regolament tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0176/2012),

    1.

    Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, il-Kummissjoni u il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.


    Top