Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0559

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H.G. WESSBERG - SE) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar in-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0342/2011 – 2011/0807(NLE))

ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 146–146 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/146


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H.G. WESSBERG - SE)

P7_TA(2011)0559

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar in-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0342/2011 – 2011/0807(NLE))

2013/C 168 E/33

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0342/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0415/2011),

A.

billi H.G. Wessberg jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta’ Hans Gustaf Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


Top