Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0412(04)

    Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Apra Leven NV (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq (dwar) ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

    ĠU C 114, 12.4.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/11


    Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Apra Leven NV

    (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq (dwar) ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

    2011/C 114/06

    L-impriża tal-assigurazzjoni

    Apra Leven NV

    Indirizz:

    Jan Van Rijswijcklaan 66

    2018 Antwerpen

    BELGIË

    Il-fergħa li tinsab f’

    Consell De Cent, 389

    Planta PR, Puerta 2

    08009 Barcelona

    ESPAÑA

    Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

    L-4 ta’ Marzu 2011, f’konformità mal-Artikolu 26 l-ewwel paragrafu, it-tieni subparagrafu, punt 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975, Deċiżjoni tal-kumitat tal-ġestjoni tal-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni (Commission for Banking, Finance and Insurance – CFBA) biex jiġu sospiżi l-ftehimiet attwali kollha tal-assigurazzjoni bl-eċċezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem (a) fuq ħlasijiet tal-imgħax jew (b) tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni li l-impriża tal-assigurazzjoni għandha tagħti lid-detenturi tal-poloz jew lill-benefiċjarji f’konnessjoni mal-esekuzzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni li d-data tal-maturità tiegħu ngħalqet u – fil-każijiet imsemmija kemm taħt (a) kif ukoll taħt (b) – dejjem sakemm ikunu tħallsu l-primjums kollha.

    Id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’effett immedjat.

    Entitajiet kompetenti

    Il-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni

    Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

    1000 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    L-awtorità superviżorja

    Il-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni

    Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

    1000 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    L-amministratur maħtur

    Mhux applikabbli

    Il-liġi applikabbli

    Il-liġi Belġjana – l-Artikolu 26, l-ewwel paragrafu, it-tieni subparagrafu, punt 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975

    Il-perjodu mogħti għall-appell

    Din id-deċiżjoni hija att amministrattiv. Partijiet terzi jistgħu jressqu appell għall-annullament tiegħu quddiem il-Kunsill tal-Istat. F’konformità mad-Digriet tat-23 ta’ Awwissu 1948 li jirregola l-proċedura tal-appell quddiem is-sezzjoni tar-rikors amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat, l-appell, suġġett għal estinzjoni, għandu jiġi ppreżentat b’ittra rreġistrata lill-Kunsill tal-Istat, (Wetenschapstraat 33, 1040 Brussell, Belgium) fi żmien sittin jum mid-data meta tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni.

    Tista’ wkoll titressaq applikazzjoni għal sospensjoni tad-deċiżjoni quddiem il-Kunsill tal-Istat. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni tad-difiża u tal-fatti u għandha titressaq quddiem il-Kunsill tal-Istat bl-istess strument li ntuża biex tressqet l-applikazzjoni għall-annullament.

    Fir-rigward tal-persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor, il-perjodu biex jitressaq tal-appell jibda fid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top