This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011SC0816
Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on the National Reform Programme 2011 of Sloveniaand delivering a Council opinionon the updated Stability Programme of Slovenia 2011-2014
Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on the National Reform Programme 2011 of Sloveniaand delivering a Council opinionon the updated Stability Programme of Slovenia 2011-2014
Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on the National Reform Programme 2011 of Sloveniaand delivering a Council opinionon the updated Stability Programme of Slovenia 2011-2014
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Adopted by | 32011H0723(01) |
Recommendation for a COUNCIL RECOMMENDATION on the National Reform Programme 2011 of Sloveniaand delivering a Council opinionon the updated Stability Programme of Slovenia 2011-2014
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011
tas-Slovenja
u [l-għoti Opinjoni tal-Kunsill]
dwar l-aġġornament tal-Programm ta' Stabbiltà 2011-2014 tas-Slovenja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 121(2) u
l-Artikolu 148(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u
s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1], u partikolarment l-Artikolu 5(3)
tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
tal-Kunsill, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi, Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat
Ekonomiku u Finanzjarju, Billi: (1)
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill
Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tvara strateġija
ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq
koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq
l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta
lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività. (2)
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill
adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki
ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u
fil-21 ta’ Ottubru 2010 il-Kunsill adotta deċiżjoni
dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri[3], li flimkien jagħmlu l-"linji
gwida integrati". L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida
integrati fil-politiki nazzjonali ekonomiċi u dawk dwar l-impjiegi. (3)
Fit-12 ta’ Jannar 2011,
il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien
il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel
semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika,
imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020. (4)
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill
Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma
strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u
s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ
Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li
tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità
fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol
u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati
Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu
inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u
fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. (5)
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill
Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex
jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin
għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza
tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. (6)
Fit-18 u d-19 ta’ April 2011,
is-Slovenja ressqet l-aġġornament tal-Programm ta’ Stabbiltà 2011
tagħha li jkopri l-perjodu 2010-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma
2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ
programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt. (7)
Fis-snin ta' qabel il-kriżi, is-Slovenja
kienet qed tgawdi minn tkabbir ekonomiku, immexxi minn esportazzjonijiet u
investiment li kienu għaddejjin b'ritmu tajjeb. Minkejja dan, l-impatt
tal-kriżi fuq is-Slovenja kien qawwi, b'telf ta' kważi 10 %
tal-PDG bejn l-2008-2010, li reġġa' lura parti mill-proċess li
kienet għaddejja minnu biex tlaħħaq mal-pajjiżi
l-oħra. L-interazzjoni ta' stabilizzaturi awtomatiċi, il-miżuri
ta' rkupru u ż-żieda intrinsika qawwija fid-dinamika tan-nefqa
flimkien wasslu biex minn 1,8 % tal-PDG fl-2008 id-defiċit
tal-amministrazzjoni pubblika jilħaq is-6,0 % tal-PDG fl-2009
(b'livelli ta' dejn gross ta' 21,9 % tal-PDG u 35,2 % rispettivament).
Is-suq tax-xogħol ireaġixxa wara perjodu konsiderevoli ta' żmien
u l-impjiegi qed ikomplu bit-tendenza li jonqsu. Filwaqt li r-rata
tal-qgħad għadha taħt il-medja tal-UE, din irreġistrat
żieda qawwija mil-livelli tagħha ta' qabel il-kriżi ta'
4,4 % għal 7.3% fl-2010. Sa issa l-irkupru ekonomiku kien pjuttost
bil-mod u mhux mistenni li jerġa' jaqbad ir-ritmu qabel l-2012 bi tkabbir
stmat ta' 2,5 % tal-PDG. (8)
Abbażi tal-valutazzjoni tal-programm ta'
stabbiltà aġġornat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1466/97,
il-Kunsill huwa tal-fehma li x-xenarju makroekonomiku sottostanti
għall-proġettazzjonijiet tal-baġit tal-programm huwa plawsibbli
għall-futur qarib, u favorevoli żżejjed lejn l-aħħar
tal-perjodu tal-programm. Fl-2010, il-programm jibda b'5,6 % tal-PDG u
jippjana li jniżżel id-defiċit amministrazzjoni pubblika
taħt it-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG sal-2013, billi
jrażżan b'mod ġenerali in-nefqa primarja. Wara li jiġi
kkorreġut id-defiċit eċċessiv, il-programm jipprevedi
progress modest lejn, iżda mhux l-ilħiq, tal-objettiv ta’ terminu
medju (OTM) ta' pożizzjoni baġitarja bbilanċjata f'termini
strutturali. Għalkemm l-OTM huwa stabbilit f'livell iktar ambizzjuż
mill-programm preċedenti, dan ma jistax jitqies bħala xieraq f'dan
l-istadju minħabba li mhux ċar jekk dan jiżgurax progress
mgħaġġel biżżejjed lejn sostenibbiltà fuq terminu twil
tal-finanzi pubbliċi. Il-medja tal-isforz
annwali fiskali fuq il-perjodu 2011-13, kif ikkalkulata mis-servizzi
tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programm wara
metodoloġija li dwarha kien hemm qbil komuni, hija ppjanata li tkun ta'
madwar 0,5 punti perċentwali tal-PDG, taħt il-livell rakkomandat
mill-Kunsill. Barra minn hekk, l-eżiti
tad-defiċit u tad-dejn jistgħu ma jlaħħqux mal-miri. Huwa mistenni li jiġu adottati miżuri
addizzjonali bħala parti mill-baġit supplimentari sabiex
tintlaħaq il-mira tad-defiċit għall-2011. Wara l-2011, il-programm ma jispeċifikax miżuri sabiex
titrażżan in-nefqa u l-possibbiltà ta' operazzjonijiet addizzjonali
ta' salvataġġ finanzjarju li jaffettwaw id-defiċit u d-dejn ma tistax
tiġi eskluża. (9)
Filwaqt li d-defiċit amministrazzjoni pubblika
naqas mill-2009 meta kien laħaq il-livell massimu, l-isfida ewlenija
għas-Slovenja hija konsolidizzjoni ulterjuri lejn il-korrezzjoni
tad-defiċit eċċessiv sal-2013 u l-ilħiq tal-OTM minn hemm
'il quddiem. Skont l-istrateġija ta' konsolidazzjoni li ġiet segwita
f'dawn l-aħħar snin, l-iffrankar ta' nefqa akbar previst fil-Programm
ta' Stabbiltà għall-perjodu 2011-2014 jaffettwa l-iktar il-kont tal-pagi
tas-settur pubbliku, it-trasferimenti soċjali inkluż il-pensjonijiet
u l-investiment pubbliku. Madankollu, il-Programm ta' Stabbiltà ma joffrix
informazzjoni dettaljata fuq il-miżuri pjanati wara l-2011. Jidher li hemm
bżonn ta' iktar azzjoni korrettiva sabiex jintlaħaq id-defiċit
għall-2011. Il-kredibbiltà tal-istrateġija ta' konsolidazzjoni fuq
terminu medju tista' tittejjeb permezz tal-adozzjoni ta' miżuri li
jrażżnu n-nefqa iktar strutturali – iktar milli l-interventi
temporanji li kkaratterizzaw l-isforzi ta' konsolidazzjoni li saru dan
l-aħħar – u permezz ta' qafas baġitarju iktar vinkolanti
għal terminu medju. Il-Programm ta' Stabbiltà jikkonferma l-introduzzjoni
ta' regola tal-infiq, iżda d-dispożizzjonijiet ewlenin,
pereżempju dwar id-definizzjoni ta' nonkonformità, għad iridu
jinħadmu. Fl-aħħar nett, l-effiċjenza fl-infiq li hija
relattivament baxxa, pereżempju fil-kura tas-saħħa u
fl-edukazzjoni. timplika li s-Slovenja tista' tistabbilixxi skop addizzjonali
għal konsolidazzjoni bbażata fuq l-infiq mingħajr ma
tikkomprometti l-kwalità tas-servizzi pubbliċi. Il-Programm ta' Stabbiltà
jħabbar inizjattivi lejn ir-razzjonalizzazzjoni tas-servizzi
pubbliċi, trasferimenti u sussidji u l-introduzzjoni ta' sistema ta'
akkwist pubbliku unifikata, għalkemm id-dettalji dwar uħud minnhom
huma nieqsa. (10)
L-impatt baġitarju tal-poplazzjoni li qed
tixjieħ fuq terminu twil huwa b'mod sinifikanti ogħla mill-medja
tal-UE. Barra minn hekk, ir-rati tal-parteċipazzjoni u tal-impjiegi
għall-ħaddiema ikbar fl-età huma baxxi ħafna (36,5 % u
35 % filwaqt li l-medji tal-UE huma 49,7 % u 46,3 %
rispettivament), l-iktar minħabba l-età baxxa tal-irtirar u nuqqas ta'
inċentivi għal anzjanità attiva. Il-parlament dan l-aħħar
adotta riforma tal-pensjonijiet, bl-għan li jgħolli l-età
tal-irtirar, filwaqt li jippreżerva l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Skont
il-Programm ta' Stabbiltà dan għandu jistabbilixxi l-infiq marbut mal-età
sal-2030 u għalhekk dan għandu jkun l-ewwel pass importanti 'il
quddiem sabiex tiġi indirizzata s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjoniiet;
Din tressqet għal referendum fil-5 ta' Ġunju 2011 u
ġiet irrifjutata. Il-problema ta' sostennibbiltà tas-sistema
tal-pensjonijiet għadha teżisti u jeħtieġ li jinstabu mezzi
oħra ta' kif tista' tissolva. (11)
Is-suq tax-xogħol huwa relattivament segmentat
bejn il-forom ta' kuntratti: il-protezzjoni tal-impjiegi hija stretta
għall-ħaddiema b'kuntratti permanenti meta mqabbla ma' dik
mogħtija lill-ħaddiema b'kuntratti b'terminu fiss. L-ammont ta'
ħaddiema żgħażagħ ta' età bejn 15-24 sena li
għandhom kuntratti temporanji huwa l-ogħla fl-UE (67% fl-2009) u
t-tranżizzjonijiet minn kuntratti temporanji għal permanenti tidher
li hija relattivament diffiċli. Tentattivi preċedenti sabiex
tiġi indirizzata din il-kwistjoni rriżultaw insuffiċjenti.
Il-gvern qed jippjana li jinnegozja reviżjoni tal-Att dwar
ir-Relazzjonijiet tal-Impjieg mas-sħab soċjali, bil-ħsieb li
d-drittijiet u l-obbligi jiġu allinjati skont tipi differenti ta'
kuntratti tax-xogħol. Barra minn hekk, "ix-xogħol tal-istudenti"
jikkostitwixxi suq tax-xogħol parrallel imdaqqas, fil-biċċa
l-kbira tiegħu mhux regolat u ta' vantaġġ f'termini ta' taxxi.
Din il-kwistjoni importanti mhijiex inkluża fil-Prgramm Nazzjonali ta'
Riforma. (12)
Apparti s-segmentazzjoni, il-problemi strutturali
fis-suq tax-xogħol tas-Slovenja huma dovuti wkoll għan-nuqqas ta'
qbil bejn il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet, li
huwa rikonoxxut fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma (PNR). Il-PNR jipprevedi
investiment qawwi fit-taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà.
Huwa jispjega fil-qosor il-pjaniiet sabiex tittejjeb iktar it-tranżissjoni
mill-edukazzjoni għa-suq tax-xogħol, b'attenzjoni partikolari fuq
il-forniment ta' servizzi ta' gwida għall-karrieri matul is-sistema
edukattiva kollha. Il-programm jippjana li jimmodernizza s-servizz tal-impjiegi
bl-għan li l-ħiliet disponibbli u l-ħtiġijiet tas-suq ikunu
allinjati aħjar. Madankollu, implimentazzjoni b'suċċess ta' dawn
ir-riformi tkun tirrikjedi sistema mtejba sabiex jiġu identifikati
fil-ħin il-ħtiġijiet attwali u dawk proġettati tas-suq tax-xogħol.
(13)
It-tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija qed iħalli
impatt fuq il-portafolji tas-self b'effett imdewwem, u l-ammont li dejjem qed
jikber ta’ selfiet bla redditu ilu jżid l-indeboliment tal-banek u
il-kosti ta' provvediment. Iż-żewġ banek statali ewlenin
ġew rikapitalizzati, li kien kruċjali. Il-gvern ippropona wkoll
miżuri sabiex jgħaġġel l-irkupru ta' pretensjonijiet u
sabiex jinċentiva teħid ta’ self għal attivitajiet produttivi,
li jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jirrestawraw il-fluss
tal-kreditu tal-ekonomija reali u għalhekk tista' tkun meħtieġa
iktar azzjoni. (14)
Ċertu oqsma tas-segmenti tas-servizzi huma
protetti mill-pressjonijiet kompettitivi u huma kkaratterizzati minn
żiediet għoljin fil-prezzijiet u konċentrazzjoni għolja, li
jżidu l-kost fl-ekonomija. Flimkien mal-grad għoli ta' involviment
tal-istat fl-ekonomija, dan iżomm il-potenzjal benfiċjarju ta'
investiment barrani dirett f'livell relattivament baxx. Is-Slovenja qed
tippjana li tħaffef l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi, fejn
kien hemm akkumulu konsiderevoli ta' dewmiet. Qed tippjana wkoll tagħti
indipendenza sħiħa lill-Uffiċċju għall-Protezzjoni
tal-Kompetizzjoni u tidentifka investimenti kapitali statali
għall-bejgħ. Dawn il-pjanijiet mhumiex speċifikati fid-dettall u
hemm riskji marbutin mal-implimentazzjoni. (15)
Is-Slovenja ffirmat il-Patt Euro Plus. Filwaqt li
l-Programm Nazzjonali ta' Rifroma Sloven jindika impenji u miri possibbli
fl-erba' oqsma tal-Patt Euro Plus tat-trawwin tal-kompettività u l-impjiegi, li
jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u
għat-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja, l-ebda kumpanija
għadha ma ġiet infurmata formalment sas-7 ta' Ġunju. (16)
Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u
l-Programm Nazzjonali ta' Riforma[4] .
Qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u
soċjoekonomika fis-Slovenja, u l-konformità mar-regoli u l-gwida tal-UE,
fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika
kumplessiva tal-Unjoni Ewropea billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE
għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan il-kuntest,
il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ilħiq tal-mira tad-defiċit
għall-2011 iffissata fil-Programm ta' Stabbiltà jirrikjedi l-adozzjoni ta'
miżuri addizzjonali. Wara l-2011, hemm riskji sinifikanti għall-miri
tad-defiċit u tad-dejn minħabba li l-Programm ta' Stabbiltà ma
jispeċifikax miżuri sostenibbli sabiex irażżnu n-nefqa.
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jinkludi miżuri sabiex jirranġa
s-settur finanzjarju, imma dawn jistgħu ma jkunux ambizzjużi biżżejjed.
Mill-valutazzjoni jidher ukoll li jeħtieġ li s-sorsi domestiċi
għat-tkabbir jissaħħu, partikolarment billi tiżdied
il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema żgħażagħ u dawk
iktar kbar fl-età fis-suq tax-xogħol permezz tat-tnaqqis
tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol u bit-tneħħija
tal-ispariġġi tal-ħiliet. Fl-aħħar nett,
jeħtieġ li tissaħħaħ il-kompetizzjoni u li
jinfetħu l-opportunitajiet għal investiment u tkabbir fis-settur tas-servizzi
u fl-industriji li jużaw netwerks. (17)
Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, meta jitqiesu
wkoll ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009
skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, il-Kumsill eżamina l-aġġornament tal-Programm
Nazzjonali ta’ Riforma tas-Slovenja u l-opinjoni[5]
tiegħu hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet
tiegħu taħt (1) u (2) hawn taħt. B'kunsiderazzjoni
tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali
ta’ Riforma 2011 tas-Slovenja, JIRRAKKOMANDA li s-Slovenja
għandha tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 sabiex: (1)
Tilħaq il-mira tad-defiċit
għall-2011, li jkun hemm sostenn tal-mira tad-defiċit għall-2012
b'miżuri konkreti, li timplimenta l-konsolidazzjoni neċessarja b'mod
rigoruż u li tkun lesta tadotta miżuri addizzjonali sabiex jiġu
evitati devjazzjonijiet possibbli. L-aġġustament meħtieġ
ikun appoġġat matul il-perjodu tal-programm biex tilħaq objettiv
ta' terminu medju xieraq b'miżuri strutturali, trażżan in-nefqa
u sabiex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi permezz ta' qafas
baġitarju ta' terminu medju iktar vinkolanti. (2)
Tieħu passi sabiex tiġi żgurata
s-sostennibbiltà fit-tul għas-sistema tal-pensjonijiet, filwaqt li
l-adegwatezza tal-pensjonijiet tiġi ppreservata. Tiżdied ir-rata
tal-impjiegi fost il-ħaddiema l-aktar adulti billi jiġu introdotti
inċentivi għall-irtirar iktar tard u permezz ta' iktar żvilupp
fil-politiki tas-suq tax-xogħol u fil-miżuri tat-tagħlim tul
il-ħajja. (3)
Tieħu miżuri ulterjuri sabiex
tiżgura biżżejjed rikonoxximent ta' telf minn self u tnaddaf
il-karti tal-bilanċ fis-settur bankarju kollu. (4)
Tieħu passi, b'konsultazzjoni mas-sħab
soċjali u skont il-prattiki nazzjonali, li jitnaqqas l-iżbilanċ
bejn id-drittijiet u l-obbligi garantiti fil-kuntratti permanenti u temporanji.
Iġġedded l-isforzi sabiex jiġi indirizzat is-suq tax-xogħol
parrallel li jirriżulta minn "studenti ħaddiema". (5)
Tistabbilixxi sistema sabiex tbassar ħiliet u
kompetenzi meħtieġa sabiex jinħoloq suq tax-xogħol li
jirrispondi għalihom. Tevalwa l-effikaċja tas-servizz tal-impjiegi
pubbliku, partikolarment is-servizzi ta’ gwida u konsulenza tal-karrieri sabiex
jittejjeb l-allinjament tal-ħiliet mal-ħtiġijiet tas-suq. (6)
Tirrazzjonalizza il-professjonijiet regolati u
ttejjeb il-kapaċità amministrattiva tal-Uffiċċju
għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni, sabiex jittejjeb l-ambjent
tan-negozju u jitħeġġeġ l-investiment Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 209, 2.8.1997, p.1. [2] ĠU C , , p. . [3] Miżmuma għall-2011 permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011. [4] SEC(2011) 732. [5] Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE)
Nru 1466/97.