This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0806
Proposal for a COUNCIL REGULATION imposing a definitive anti-dumping duty on imports of trichloroisocyanuric acid originating in the People’s Republic of China following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EC) No 1225/2009
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
/* KUMM/2011/0806 finali - 2011/0381 (NLE) */
/* KUMM/2011/0806 finali - 2011/0381 (NLE) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (“ir-Regolament Bażiku”), fil-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza dwar id-dazju antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). | 0 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | ina | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KE) Nru 1631/2005[2] il-Kunsill impona miżuri definittivi ta' antidumping li jikkonsistu f'dazji individwali li jvarjaw minn 7,3% għal 40,5% b'dazju li jifdal ta' 42,6%[3] fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). Bir-Regolament (KE) Nru 855/2010[4] il-Kunsill baxxa d-dazju individwali applikat għal kumpanija waħda minn 14,1% għal 3,2%. | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati milquta mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi | Ma kienx hemm ħtieġa ta’ kompetenzi esterni. | Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda jinkludi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Taqsira tal-azzjoni proposta Fis-6 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż (‘Avviż ta’ bidu’), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[5], li kienet se tinbeda reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw fir-RPĊ. Ir-reviżjoni inbdiet wara talba ssostanzjata mressqa mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija tal-Kimka f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 90%, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu triklorojsoċjanuriku. L-investigazzjoni ta' reviżjoni sabet dumping issoktat tal-prodott ikkonċernat, li, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri anti-dumping, jirriżulta fl-issoktar ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li l-issoktar tal-miżuri ma jkunx kontra l-interessi tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[6]. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ propozjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | Il-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini jiġi minimizzat u jsir proporzjonali mal-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. | L-għażla tal-istrumenti | L-istrument propost: regolament. | Mezzi oħra mhumiex xierqa għar-raġunijiet li ġejjin. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. | L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. | 2011/0381 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[7] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea ('Il-Kummissjoni') wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Miżuri fis-seħħ 1. Bir-Regolament (KE) Nru 1631/2005[8] il-Kunsill impona miżuri definittivi ta' antidumping li jikkonsistu f'dazji individwali li jvarjaw minn 7,3% għal 40,5% b'dazju li jifdal ta' 42,6%[9] fuq importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). 2. Bir-Regolament (KE) Nru 855/2010[10] il-Kunsill baxxa d-dazju individwali applikat għal kumpanija waħda minn 14,1% għal 3,2%. 2. Talba għal reviżjoni 3. Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ skadenza imminenti[11] tal-miżuri ta' antidumping definittivi fis-seħħ, fis-6 ta’ Lulju 2010 il-Kummissjoni irċeviet talba għal bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Ir-reviżjoni tressqet mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija tal-Kimka ('CEFIC') f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 90%, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu triklorojsoċjanuriku ('l-applikanti'). 4. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-Industrija tal-Unjoni. 3. Bidu 5. Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret fis-6 ta’ Ottubru 2010, il-bidu ta’ din ir-reviżjoni ta' skadenza, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, f'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [12] ("l-Avviż ta' bidu"). 4. L-investigazzjoni 4.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni 6. Il-perjodu ta’ investigazzjoni ta' reviżjoni (PIR) kien mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. Il-probabbiltà tal-issoktar jew rikorrenza tal-aspetti ta' ħsara ġiet analizzata matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-tmien tal-PIR (il-perjodu kkunsidrat). 4.2. Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni 7. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produttur l-ieħor magħruf tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma milquta, kif ukoll lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza. 8. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta' bidu. Il-partijiet kollha interessati li talbu seduta ta' smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet speċifiċi l-għala għandhom jinstemgħu ngħataw seduta ta' smigħ. 9. Fid-dawl tal-għadd apparentament kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati fl-Unjoni, ġie ppjanat it-teħid ta' kampjuni fl-avviż ta' bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. 10. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta' bidu u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta' bidu lill-Kummissjoni . 11. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. 12. Fir-rigward tal-importaturi, għadd żgħir ta' kumpaniji ppreżentaw irwieħhom fil-bidu iżda waqfu jikkooperaw aktar 'il quddiem. 13. Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li kienu milquta qabel ma skada ż-żmien stabbilit fl-Avviż ta' bidu. Waslu tweġibiet mit-tliet produtturi magħrufa tal-Unjoni u minn żewġ utenti. 14. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping u ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika twettqu fl-istabbilimenti taż-żewġ produtturi ewlenin tal-UE: - Fluidra (Inquide Sau), Passeig de Sanllehy, 25, 08213 Polinya (Barcelona), Spanja; - Ercros (Aragonesas), Avenida Diagonal 595, Barcelona, Spanja. B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI 15. Il-prodott milqut mir-reviżjoni preżenti huwa l-aċidu triklorojsoċjanuriku u preparazzjonijiet magħmula minnu ('TCCA'), magħruf ukoll bħala 'simklosene' skont l-isem internazzjonali mhux tad-ditta (INN), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċjiet NM ex 2933 69 80 u ex 3808 94 20 (Kodiċijiet TARIC 2933 69 80 70 u 3808 94 20 20), u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 16. It-TCCA huwa prodott kimiku użat bħala diżinfettant u bliċer organiku ġenerali li fih il-klorur, b'mod partikolari bħala diżinfettant tal-ilma fis-swimming pools. Jinbiegħ bħala trab, żibeġ, pilloli jew ċippijiet. Il-forom kollha tat-TCCA u l-preparazzjonijiet minnu għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi (kompożizzjoni kimika) u użi (diżinfettant), kollha huma maħsuba għall-istess użu u għalhekk jitqiesu bħala prodott wieħed. 17. L-investigazzjoni attwali kkonfermat li l-prodott ikkonċernat, kif prodott u mibjuh mill-produtturi esportaturi lejn l-Unjoni, huwa simili f'dawk li huma karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, kif ukoll f'dawk li huma l-użi tiegħu, għall-prodott magħmul u mibjuh mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mill-produttur fil-pajjiż analogu kemm fis-swieq domestiċi kif ukoll f'dawk ta' esportazzjoni. Għalhekk, huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. C. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING 1. Kummenti preliminari 18. B'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, saret reviżjoni biex jiġi ddeterminat jekk kienx probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassalx gћal tkomplija jew gћal rikorrenza tad-dumping. 19. Kif ġie spjegat hawn fuq, ebda wieħed mit-30 produttur esportatur li ġew ikkuntattjati ma ppreżenta ruħhu matul l-eżerċizzju ta' teħid ta' kampjuni jew matul l-investigazzjoni. 20. Billi ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma kkoopera, ir-riżultati dwar il-probabbiltà tal-issoktar jew rikorrenza tad-dumping iserħu fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri d-dejta tal-Eurostat, it-talba ta' reviżjoni u l-istatistika uffiċjali Ċiniża dwar l-esportazzjoni. 21. Barra minn hekk, id-dejta mibgħuta mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu, il-Ġappun, intużat biex jinstab il-valur normali. 2. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR 2.1 Pajjiż analogu 22. Billi r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija ekonomija fi tranżizzjoni, u b'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali irid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur normali kostrutt miksub f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa (il-pajjiż analogu), jew abbażi tal-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni Ewropea, jew fejn dawn ma jistgħux jiġu ddeterminati, fuq xi bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġini ta’ profitt raġonevoli. 23. Fl-Avviż ta' bidu l-Kummissjoni ħabbret li l-Ġappun kien intuża fl-investigazzjoni ta' qabel bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ u li kien għad hemm il-ħsieb li jerġa' jintuża l-Ġappun għal dan il-għan. Matul din l-investigazzjoni ta' reviżjoni sar kuntatt ma' produtturi f'pajjiżi oħra b'ekonomija tas-suq bħall-Istati Uniti tal-Amerika u t-Tajwan u ntalbet il-kooperazzjoni tagħhom. Iżda l-kooperazzjoni waslet biss minn produttur esportatur wieħed fil-Ġappun. 24. Għalhekk il-Ġappun tqies bħala pajjiż analogu xieraq. F'dan ir-rigward, ma wasal ebda kumment jew oġġezzjoni mill-partijiet interessati dwar jekk dan il-pajjiż kienx xieraq jew le. 2.2 Valur normali 25. Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni li waslet mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fis-suq domestiku fil-Ġappun għal prodotti simili li nstab li jinbiegħu fl-andament normali tal-kummerċ. 26. L-ewwel ġie stabbilit għall-produttur esportatur fil-Ġappun jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jirrappreżenta tal-inqas 5% tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Il-bejħ domestiku tal-produttur esportatur li kkoopera fil-Ġappun instab li kien rappreżentattiv matul il-PIR. 27. Sussegwentement, ġie eżaminat il-bejgħ domestiku biex jiġi ddeterminat jekk sarx fl-andament normali tan-negozju ('OCOT'), skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. 28. Billi l-bejgħ kollu fis-suq domestiku tqies li sar bi profitt, il-valur normali ssejjes fuq il-medja differenzjata tal-prezz domestiku attwali matul il-PIR. 2.3 Prezz ta’ esportazzjoni 29. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-prezz ta' esportazzjoni ġie stabbilit fuq id-dejta tal-Eurostat. 2.4 It-tqabbil 30. It-tqabbil bejn il-medja differenzjata tal-valur normali u l-medja differenzjata tal-prezz ta' esportazzjoni sar fuq il-bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta' kummerċ. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz. Għal dan il-għan, saru aġġustamenti biex jitqiesu d-differenzi fl-ispejjeż ta' trasport u assikurazzjoni. 2.5 Marġni ta’ dumping 31. Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-medja differenzjata tal-valur normali tqabblet mal-medja differenzjata tal-prezz ta' esportazzjoni. Abbażi tal-metodoloġija hawn fuq imsemmija, il-marġini ta' dumping stabbilit jammonta għal 75%. 3. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet kieku jitħassru l-miżuri 3.1 Kumment preliminari 32. Apparti l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR, il-probabbiltà ta' ssoktar tad-dumping ġiet eżaminata wkoll. 33. F’dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ, l-attrattiva tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi. 3.2 Il-kapaċità ta' riżerva tal-produtturi esportaturi Ċiniżi 34. Fin-nuqqas ta' aktar informazzjoni dwar il-kapaċità ta' produzzjoni, l-analiżi saret b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba ta' reviżjoni. 35. Skont it-talba ta' reviżjoni, bir-rati taħt l-40 %, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta' produzzjoni fir-RPĊ baqgħat baxxa matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba kapaċità ta' produzzjoni enormi u domanda domestika baxxa jidher li hemm aktar minn 180 000 tunnellata ta' kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ u li tista' tiġi esportata. Dan huwa daqs il-konsum tal-Unjoni ta' madwar 44 000 tunnellata fil-PIR. 3.3. L-attrattiva tas-suq tal-Unjoni 36. L-attrattiva tas-suq tal-Unjoni tidher fil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping ma ħonqitx l-espansjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Għalkemm matul il-perjodu 2007-2009 il-volumi ta' importazzjoni kienu f'livell iktar baxx meta mqabbla mal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri, il-volumi ta' importazzjoni fil-PIR kienu ogħla minn dak il-livell u laħqu 22 696 tunnellata. 37. Minkejja ż-żieda fil-prezz medju ta' importazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet baqgħu kostantement taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni. 38. Il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat żdiedu matul il-PIR għal livell li kien ogħla minn dak ta' matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali juri li għad hemm interess Ċiniż fis-suq tal-Unjoni. 3.4. Prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi 39. L-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni ġiet analizzata fir-rigward tal-volumi u l-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi oħrajn. Skont din l-istatistika, 24 % tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ fl-2010 kienu maħsubin għas-suq tal-Unjoni. Il-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-UE fil-livell FOB (free on board) kienu kemm kemm ogħla mill-prezzijiet ta' esportazzjoni għall-bqija tad-dinja. Iżda fin-nuqqas ta' kooperazzjoni jew dejta fit-talba ta' reviżjoni dwar l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra, mhux possibbli li jitqabblu dawk il-prezzijiet fil-livell CIF (cost, insurance and freight) mal-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-fatt li l-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma bħala medja iktar baxxi mill-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni jista' jiġi interpretat bħala indikazzjoni li s-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi u li l-esportazzjonijiet x'aktarx li jkomplu jiżdiedu jekk jitneħħew il-miżuri. 4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ ssoktar jew rikorrenza tad-dumping 40. Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ għadhom oġġett ta’ dumping u li hemm probabbiltà ta’ ssoktar ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni f'każ li jitneħħew il-miżuri antidumping attwali. Tabilħaqq, meta jitqiesu l-kapaċità ta' riżerva attwali fir-RPĊ u l-attrattiva tas-suq tal-Unjoni, u abbażi ta' paragun bejn il-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn l-UE u dawk lejn pajjiżi terzi, x'aktarx li l-volum ta' esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jiżdiedu sostanzjalment kieku jitħallew jiskadu l-miżuri. D. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI 1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni 41. Il-prodott ikkonċernat huwa mmanifatturat ġewwa l-Unjoni minn tliet kumpaniji. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku (minn hawn ‘il quddiem jissejħu 'l-industrija tal-Unjoni'). 2. Kumment preliminari 42. Id-dejta nkisbet mill-istatistika tal-Eurostat, mit-talba ta' reviżjoni, mit-tweġibiet tal-kwestjonarju u mit-tagħrif miġbur matul iż-żjarat ta' verifika. 43. L-indikaturi ekonomiċi li jikkonċernaw il-produzzjoni, il-kapaċità, ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem tas-suq u l-impjieg jirreferu għad-dejta pprovduta mit-tliet produtturi tal-Unjoni. L-indikaturi l-oħra kollha jirreferu għad-dejta pprovduta mill-applikanti biss, minħabba l-kooperazzjoni limitata ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li ma kienx applikant fir-reviżjoni attwali. Meta wieħed iqis li l-applikanti kienu jirrappreżentaw 90% tal-produzzjoni tal-UE fil-PIR, id-dejta tagħhom tqieset rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni għall-fini ta' din ir-reviżjoni. Id-dejta miksuba mill-applikanti biss ġiet ivverifikata fuq il-post. 44. Dejta marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll mal-konsum tista' tingħata biss taħt forma ta' indiċi, u dan biex tinżamm il-konfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. U dan minħabba l-fatt li dawn l-indikaturi ekonomiċi jirrigwardaw żewġ produtturi biss, jew f'xi każijiet, tliet produtturi, li wieħed minnhom huwa attiv fis-settur marġinalment biss. 45. F'Ġunju 2009, wieħed mill-applikanti għalaq wieħed miż-żewġ impjanti tiegħu u minn dakinhar waqqaf il-produzzjoni u ta s-sensja lill-impjegati kollha. Għal bidu l-impjant imsemmi nżamm miftuh għal ftit xhur, iżda mbagħad ingħalaq definittivament f'Jannar 2010. Dan kellu impatt mhux ħażin fuq numru ta' indikaturi bħall-konsum, il-volum ta' produzzjoni u l-produttività, kif jiġi spjegat aktar 'il quddiem fil-premessi (47) u (62). 3. Il-konsum fis-suq tal-Unjoni 46. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi ta' bejgħ tat-tliet produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE u ta' dejta dwar l-importazzjoni mill-Eurostat. 47. Bejn l-2007 u l-2009 l-konsum tal-UE ta' TCCA naqas b'19% qabel ma rkupra fil-PIR fuq livell li jaqbeż b'6 % dak miksub fl-2007. Għas-snin 2008 u 2009 din it-tendenza tista' tiġi spjegata b'taħlita ta' effetti ta' domanda iktar baxxa, minħabba l-kriżi ekonomika globali, u provvista ristretta, minħabba l-għeluq ta' sit ta' produzzjoni fl-2009 (ara l-premessa (45)). Il-livell ogħla ta' konsum tal-UE miksub fil-PIR huwa marbut fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-irkupru mill-kriżi ekonimika u ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ. Tabella 1 | Konsum UE | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Konsum UE (MT) Indiċi (2007=100) | 100 | 93 | 81 | 106 | 4. Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjonijet oġġett ta' dumping mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 48. It-tendenzi fil-volumi u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ jidhru hawn taħt. L-ishma kwantittattivi u tas-suq li jidhru hawn taħt huma msejsa fuq l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat billi ebda produttur/esportatur Ċiniż ma kkoopera f'din ir-reviżjoni. 49. Il-kwantitajiet ta' TCCA importati mir-RPĊ naqsu kemm kemm fl-2008 u l-2009. Dan it-tnaqqis fl-importazzjonijiet sab warajh żieda sinifikanti fil-PIR (aktar minn 35% meta mqabbel mal-2009). Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu jżidu s-sehem tas-suq tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 2 | Volumi ta’ importazzjoni u ishma tas-suq RPĊ | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Volumi ta' importazzjoni f'MT | 17 957 | 17 298 | 16 645 | 22 696 | Indiċi (2007=100) | 100 | 96 | 93 | 126 | Ishma mis-suq (Meded) | 40 %-50 % | 40 %-50 % | 45 %-55 % | 50 %-60 % | 5. Tendenzi fil-prezzjijiet ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-bejgħ taħt il-prezz 5.1 Tendenzi fil-prezzijiet 50. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ urew żieda kostanti ta' 11,3%. Min-naħa, din it-tendenza tista' tiġi attribwita għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-element ta' materja prima ewlenija li bdew tilgħin b'mod aktar sostanzjali fl-2009 u matul il-PIR. Min-naħa l-oħra, hija tista' tirrifletti sa ċertu punt varjazzjoni fit-taħlita tal-prodott[13]. Tabella 3 | Prezz ta' unità RPĊ | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | EUR/MT | 1 048 | 1 052 | 1 163 | 1 167 | Indiċi (2007=100) | 100 | 100.4 | 111 | 111.3 | 5.2 It-twaqqigħ tal-prezz 51. B'mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu. Biex issib kemm kien it-twaqqigħ tal-prezz il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq il-medja tal-prezzijiet ta' esportazzjoni CIF tar-RPĊ miksuba mill-Eurostat. Il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat tqabblu mal-medja differenzjata tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni aġġustat għal-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika. It-tqabbil wera li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’iktar minn 10%, mingħajr ma jitqies id-dazju antidumping fis-seħħ. 6. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra 52. Il-volum u l-ishma tas-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat jidhru fit-tabella hawn taħt. Id-dejta rispettiva hija bbażata fuq ċifri tal-Eurostat: Tabella 4 | Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (volum u sehem tas-suq) | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (MT) | 501 | 239 | 296 | 378 | Sehem tas-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (Meded) | Taħt it-2 % | Taħt it-2 % | Taħt it-2 % | Taħt it-2 % | 53. F'termini ta' volum u sehem tas-suq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika, pajjiż ieħor suġġett għal miżura antidumping, waqfu għal kollox matul il-perjodu kkunsidrat. 7. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni 54. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. 7.1. Produzzjoni 55. Kien hemm tnaqqis serju fil-produzzjoni mill-2009 'l quddiem wara l-kriżi ekonomika globali u l-għeluq ta' faċilità ta' produzzjoni f'Ġunju 2009, meta l-produzzjoni minn dan l-impjant waqfet għal kollox (ara l-premessa (45) hawn fuq). Tabella 5 | Produzzjoni tal-UE | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi ta' Volum ta' Produzzjoni UE (2007=100) | 100 | 95.2 | 66.5 | 70.7 | 7.2. Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità 56. Il-kapaċità ta' produzzjoni mxiet bl-istess tendenza tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Iżda l-użu tal-kapaċità kien influwenzat b'mod pożittiv matul il-PIR minn xi titjib fil-proċess. 57. B'riżultat tal-għeluq ta' impjant fl-Unjoni fl-2009 (ara l-premessa (45) hawn fuq), id-dejta miġbura għall-PIR hija limitata għall-kapaċità tal-impjant li fadal. Tabella 6 | Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità UE | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi tal-kapaċità ta' produzzjoni (2007=100) | 100 | 101.5 | 91.0 | 80.6 | L-użu tal-kapaċità Indiċi (2007=100) | 100 | 93.4 | 72.8 | 86.9 | 7.3. Stokks 58. Dan l-indikatur kien ibbażat fuq l-informazzjoni mibgħuta mill-applikant, għar-raġunijiet kif spjegat fil-premessa (54) hawn fuq. L-investigazzjoni fil-bini tal-kumpanija żvelat konsum ta' TCCA li jsegwi skema ripetuta skont l-istaġun, bil-prodott ikkonċernat li jintuża l-aktar fis-sajf. Dan għandu impatt fuq il-varjazzjoni fil-livell ta' stokkijiet matul is-sena kollha: l-istokkijiet jilħqu l-ogħla punt tagħhom fiż-żmien tax-xitwa u jonqsu b'mod konsiderevoli fil-perjodu tas-sajf. Għas-snin 2007-2009 iċ-ċifri jirrappreżentaw il-livell tal-istokkijiet fil-31 ta' Diċembru tas-sena partikolari. Iżda ċ-ċifra għall-PIR turi l-livell tal-istokkijiet fit-30 ta' Ġunju 2010, iż-żmien tas-sena bl-ogħla użu ta' stokkijiet. Għalhekk, dan l-indikatur ma jippermettix tqabbil xieraq bejn il-PIR u l-bqija tal-perjodu kkonċernat u minħabba f'hekk mhuwiex meqjus rilevanti biex issir stima tal-ħsara. 7.4. Volum ta' bejgħ 59. Il-kriżi ekonomika kellha influwenza negattiva fuq il-volum ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-UE. Iż-żieda matul il-PIR tista' tiġi attribwita l-aktar għaż-żieda ta' konsum tal-UE minħabba rkupru mir-riċessjoni wara l-kriżi ekonomika. Tabella 7 | Bejgħ | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Volum Indiċi (2007=100) | 100 | 92 | 73 | 91 | 7.5. Is-sehem tas-suq 60. Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra s-sehem tas-suq tagħha, li naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 8 | Sehem tas-suq tal-UE | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Sehem tas-suq tal-UE (Meded) | 55 %-65 % | 50 %-60 % | 45 %-55 % | 45 %-55 % | 7.6. Impjiegi u pagi 61. L-impjiegi fis-settur naqsu fl-UE matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari wara l-għeluq ta' waħda mill-faċilitajiet ta' produzzjoni (ara l-premessa (45) hawn fuq). Minħabba f'hekk, l-ispejjeż ta' pagi fil-livell tal-industrija tal-Unjoni naqsu wkoll. Il-medja tal-pagi għal kull impjegat baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 9 | Impjiegi | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Impjegati Indiċi (2007=100) | 100 | 98.7 | 84.1 | 74.2 | Pagi għal kull impjegat Indiċi (2007=100) | 100 | 104.6 | 105.7 | 106.0 | 7.7. Il-produttività 62. Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni fis-sena għal kull persuna impjegata, żviluppat b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, u wriet tnaqqis f'daqqa ta' madwar 20 % fl-2009. Dan kien minħabba r-riorganizzazzjoni meħtieġa wara l-għeluq tal-faċilitajiet ta' produzzjoni, bil-produzzjoni sospiża għal sitt (6) xhur fl-2009 sakemm l-impjant ingħalaq f'Jannar 2010 (ara l-premessa (45) hawn fuq). Il-produttività mbagħad irkuprat matul il-PIR, għalkemm għall-ewwel sitt xhur kienet influwenzata parzjalment mit-tendenzi negattivi fl-2009. Tabella 10 | Produttività | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Produttività Indiċi (2007=100) | 100 | 96.5 | 79.2 | 95.3 | 7.8. Prezzijiet tal-bejgħ 63. Il-prezzijiet medji ta' unità ta' TCCA fl-UE (kif jidher fit-tabella hawn taħt) żdiedu ftit bejn l-2007 u l-2009, biex marru lura għal-livell tal-2007 matul il-PIR. Sa ċertu punt iż-żieda 2007-2009 hija marbuta mal-effett tat-taħlit tal-prodott (ara n-nota 13 ta' qiegħ il-paġna). Tabella 11 | Prezz tal-bejgħ fis-suq tal-UE | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Prezz medju ta' unità — Indiċi (2007=100) | 100 | 104.6 | 111.4 | 103.1 | 7.9 . Kapaċità ta' profitt 64. Il-kapaċità ta' profitt mill-bejgħ tat-TCCA fl-UE żviluppat b'mod negattiv mill-2007 'l hawn, b'telf sinifikanti fl-2009. Din il-prestazzjoni baxxa wieħed irid jaraha f'rabta mal-għeluq f'dik is-sena ta' wieħed mill-postijiet ta' produzzjoni minn produttur tal-Unjoni. Fil-PIR, il-kapaċità ta' profitt resqet naqra lejn il-pożittiv, għalkemm il-livell ta' profitt kien ħafna iktar baxx mil-livell ta' profit normali (jiġifieri 10%[14]) li normalment jinkiseb f'dan is-settur ta' attivtà. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni għada f'qagħda finanzjarja dgħajfa. Tabella 12 | Kapaċità ta' profitt | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Kapaċità ta' profitt (medda) | -10 % sa 0 % | -10 % sa 0 % | -20 % sa -10 % | 0 % sa 10 % | 7.10. Investimenti u dħul fuq l-investimenti 65. Ma kienx hemm xi nfiq kapitali ewlieni matul il-perjodu kkunsidrat. Iċ-ċifri indiċizzati li jidhru fit-tabella juru l-investimenti li saru biex jitjiebu l-kapaċità ta' profitt u l-proċess ta' produzzjoni. L-indiċijiet għad-dħul fuq l-investimenti jimxu bl-istess tendenza bħall-kapaċità ta' profitt. Tabella 13 | Investimenti | 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Investimenti netti Indiċi (2007=100) | 100 | 158 | 32 | 23 | Dħul fuq l-investimenti (medda) | -10 % sa 0 % | -10 % sa 0 % | -20 % sa -10 % | 0 % sa 10 % | 7.11. Likwidità 66. Il-likwidità baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat, għajr għall-2009, li matulha kellhom jiġu rkuprati spejjeż żejda ta' ristrutturazzjoni minħabba l-għeluq ta' wieħed mill-postijiet ta' produzzjoni (ara l-premessa (45) hawn fuq). L-iżvilupp tal-likwidità kien id f'id mal-iżvilupp tal-kapaċità ta' profitt. Tabella 14 | Likwidità | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Likwidità (medda) | 0 % sa 10 % | 0 % sa 10 % | -10 % sa 0 % | 5 % sa 15 % | 7.12. Id-daqs tal-marġni tad-dumping 67. Id-dumping mir-RPĊ kompla matul il-PIR f'livell li huwa 'l fuq sew mil-livell attwali ta' miżuri. Barra minn hekk, minħabba l-kapaċità ta' riżerva u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġnijiet attwali ta' dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli. 7.13. Irkupru minn dumping fil-passat 68. Miżuri antidumping ġew imposti f'Ottubru 2005. Meqjusa l-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu mill-2007 sal-PIR, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx għal kollox minn dawn l-effetti minkejja l-miżuri ta' antidumping fis-seħħ. 7.14. Konklużjoni dwar il-ħsara 69. Bosta indikaturi tal-ħsara żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Meqjusa l-qagħda tal-produtturi tal-Unjoni li b'mod ġenerali dejjem tmur għall-agħar, l-industrija tal-Unjoni titqies li ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat. 8. Impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u fatturi oħra 8.1 L-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ 70. Kif stabbilit fil-premessa (49), l-importazzjonijiet tat-TCCA mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti bejn l-2007 u l-PIR, kemm f'termini ta' volum kif ukoll ta' sehem tas-suq. Instab ukoll twaqqigħ ta' prezz sinifikanti (ara premessa (51)). Il-mewġa massiva bla waqfien ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ seħħet f'kuntest ta' konsum tal-UE li dejjem jiżdied b'mod ġenerali fil-perjodu kkunsidrat, li fil-PIR laħaq livell ogħla b'6% minn dak miksub fl-2007, minkejja tnaqqis bejn l-2007 u l-2009. Kif jidher mill-qagħda tal-industrija tal-Unjoni li dejjem qed tiħżien, kienu l-iktar l-importazzjonijiet mir-RPĊ li bbenefikaw miż-żieda fil-konsum. 8.2 L-impatt ta' fatturi oħra 71. Il-Kummissjoni analizzat jekk xi fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ setgħax ikollhom effett fuq il-ħsara bla waqfien imġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. 72. Flimkien mal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, x'aktarx li l-prestazzjoni nieqsa tal-industrija tal-Unjoni fi swieq terzi, fejn ukoll kellha kompetizzjoni miċ-Ċina, u fis-suq tal-Istati Uniti b'mod partikolari, kellha impatt negattiv fuq il-produzzjoni tal-Unjoni. Iżda, ħafna mill-attività tal-produtturi tal-UE hija diretta lejn is-suq tal-Unjoni, u dan jillimita sa ċertu punt l-impatt potenzjali tal-esportazzjonijiet imnaqqsa. 73. Il-kriżi ekonomika wkoll kellha impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u dan wassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-istrutturar ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, l-impatt tal-kriżi ekonomika kien limitat fiż-żmien (parti mill-2008 u l-2009), filwaqt li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kompliet tmur għall-agħar matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-iżviluppi fil-PIR wrew li l-industrija tal-UE fil-fatt bdiet tirkupra parzjalment. Għalhekk jista' jitqies li l-impatt tal-kriżi ekonomika kien sinifikanti f'dan il-każ, għalkemm ma kkawżax interruzzjoni bejn ir-rabta ta' kawża u effett bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. 8.3 Konklużjoni 74. Id-dumping bla waqfien tal-importazzjonijiet mir-RPĊ flimkien mal-kriżi ekonomika biddlu l-proċess ta' rkupru u aċċentwaw id-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm xi fatturi kkontribwixxew għat-tiħżin fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ebda wieħed minnhom ma kien biżżejjed biex ikisser ir-rabta ta' kawża u effett bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Bis-saħħa ta' dawn ir-raġunijiet jista' jiġi konkluż li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ kienu ta' ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni. E. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA 1. Kummenti preliminari 75. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġew ivvalutati sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' tkomplija tal-ħsara. 76. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-effett probabbli fuq l-industrija tal-Unjoni tal-iskadenza tal-miżuri li qegħdin fis-seħħ, il-fatturi li ġejjin tqiesu li kienu skont l-elementi deskritti fil-qosor tal-probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping. 2. Volumi u prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ 77. L-importazzjonijiet tat-TCCA mir-RPĊ, li jirrappreżentaw madwar 98% tal-importazzjonijiet kollha lejn l-UE, baqgħu jżidu s-sehem tas-suq tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu iktar minn 50 % matul il-PIR. L-investigazzjoni wriet li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ta' dumping b'marġini sostanzjali ta' dumping. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod stabbli matul il-perjodu kollu, u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b'aktar minn 10 % (mingħajr ma jitqiesu l-miżuri fis-seħħ). 3. Kapaċità ta' riżerva fis-suq tar-RPĊ 78. Kif diġà msemmi fil-premessi (34) u (35), l-analiżi tal-kapaċitajiet disponibbli fir-RPĊ wriet li l-użu tal-kapaċità ta' produzzjoni baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat. Minn stima tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda nstab li din kienet ogħla minn dik tas-suq tal-Unjoni b'aktar minn tliet darbiet. Fl-istess waqt, skont tagħrif li wasal fit-talba ta' reviżjoni, kien hemm biss suq limitat għall-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. 4. Attrattiva tas-suq tal-UE 79. Fid-dawl tat-tendenzi ta' importazzjoni dejjem jikbru u l-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ, l-UE x'aktarx li tattira aktar importazzjonijiet mir-RPĊ fil-ġejjieni. Il-fatt li s-suq tal-UE huwa attraenti għall-esportaturi Ċiniżi huwa ppruvat mill-iżviluppi fl-2009, meta l-produzzjoni mnaqqsa fl-UE, li kienet riżultat tal-istrutturazzjoni mill-ġdid tas-settur, tpattiet parzjalment mill-importazzjonijiet żejda mir-RPĊ. 80. Din is-sitwazzjoni tista' tkompli tiggrava minħabba l-fatt li, fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika, dan l-aħħar ġew estiżi l-miżuri attwali ta' antidumping fuq t-TCCA mir-RPĊ. Għalhekk wieħed jistenna li l-iskadenza tal-miżura AD fl-UE twassal biex is-suq tal-Unjoni jkun komparattivament aktar attraenti. 5. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tal-ħsara 81. L-industrija tal-Unjoni kienet ilha ġġarrab l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping għal diversi snin u għadha s'issa f’qagħda ekonomika prekarja. 82. Kif stabbilit hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni kompliet matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, it-tkomplija tal-ħsara hija fiha nnifisha indikatur qawwi li l-ħsara x'aktarx se tkompli fil-ġejjieni u dan jindika li l-miżuri għandhom jinżammu. 83. Minħabba l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ u l-attrattiva tas-suq tal-UE, jekk il-miżuri jitneħħew x'aktarx li tissokta t-tendenza dejjem tikber li permezz tagħha l-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet oġġett ta' dumping iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-UE. 84. Jekk il-miżuri fis-seħħ ma jiġux estiżi, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni tmur għall-agħar u tiġi mhedda l-eżistenza nfisha tagħha. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li hemm probabbiltà ċara ta' tkomplija ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, ġaladarba jitneħħew il-miżuri eżistenti. F. L-INTERESS TAL-UNJONI 1. Introduzzjoni 85. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien meħtieġ li jiġi analizzat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping attwali imorrux kontra l-interess tal-Unjoni fl-intier tagħha. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-produtturi, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. 86. F'investigazzjonijiet preċedenti tqies li l-adozzjoni ta' miżuri ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri antidumping diġà huma fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet milquta mill-miżuri antidumping attwali. 87. Fuq din il-bażi ġie eżaminat, jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping u ta' ħsara, jista’ jiġi konkluż b'mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari. 2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni 88. Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni stabbiliti fil-premessa (66) hawn fuq, u bi qbil mal-argumenti li jirfdu l-probabbiltà tat-tkomplija ta' ħsara kif spjegat fil-premessi (78) sa (81), jista' jitqies li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal aktar ħsara fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tat-TCCA tal-Unjoni, li sofriet mill-effett ta' ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u li marret għall-agħar minħabba l-kriżi ekonomika mondjali. 89. Qiegħed jitqies li t-tkomplija tal-miżuri tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni, li f'dan il-każ tkun tista' tirkupra mill-effett ta' ħsara ta' dumping aggravat mill-kriżi ekonomika. Kuntrarjament, il-waqfien tal-miżuri jġib fi tmiem l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni u b'hekk jhedded serjament il-vijabilità tagħha, u, minħabba f'hekk, ipoġġi l-eżistenza tagħha fil-periklu, biex b'hekk tonqos il-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq. 3. L-interessi tal-importaturi u l-utenti 90. L-utenti, l-importaturi u l-proċessuri u l-atturi kollha magħrufa li huma eqreb l-istadji finali tal-produzzjoni tal-industrija tat-TCCA ġew ikkuntattjati. 91. Żewġ utenti biss ippreżentaw irwieħhom u t-tnejn li huma esprimew l-appoġġ tagħhom għat-tkomplija tal-miżuri fis-seħħ. It-tnejn sostnew li t-tkomplija tal-miżuri ma tħallix impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE, iżda li, għall-kuntrarju, tipprovdi lill-industrija utenti b'firxa usa' ta' fornituri li jikkompetu fi prezzijiet tas-suq. Billi ebda parti oħra ma ppreżentat ruħha f'dan il-każ, ma hemmx xhieda li turi li ż-żamma tal-miżuri antidumping fil-każ attwali jista' jkollha effett serju fuq l-importaturi u l-utenti fl-Unjoni. 4. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni 92. It-tkomplija tal-miżuri tista' tkun mistennija li tgħin lill-industrija tal-Unjoni, b'effetti ta' benefiċċji konsegwenti fuq il-kondizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u t-tisħiħ tas-settur wara l-kriżi ekonomika u l-istrutturar mill-ġdid. Barra minn hekk, it-tkomplija tal-miżuri tista' tkun mistennija li tibbenefika lill-utenti u l-importaturi billi żżomm firxa wiesgħa ta' fornituri fis-suq tal-UE. 93. B’kunsiderazzjoni għal fatturi kollha ta' hawn fuq, il-konklużjoni hija li ma hemm ebda raġuni li ġġiegħlna nwaqqfu l-miżuri msemmija. G. MIŻURI ANTIDUMPING 94. Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jibagħtu l-kummenti tagħhom wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kienu debitament ikkunsidrati, fejn kien hemm bżonn. 95. Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TCCA għandhom jinżammu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 96. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu triklorojsoċjanuriku u preparazzjonijiet magħmula minnu, magħruf ukoll bħala 'simklosene' skont l-isem internazzjonali mhux tad-ditta (INN), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċjiet NM ex 2933 69 80 u ex 3808 94 20 (Kodiċijiet TARIC 2933 69 80 70 u 3808 94 20 20), u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 97. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej: Kumpanija | Rata tad-dazju antidumping | Kodiċi addizzjonali TARIC | Hebei Jiheng Chemical Co. Limited | 8.1 % | A604 | Puyang Cleanway Chemicals Limited | 7.3 % | A628 | Heze Huayi Chemical Co. Limited | 3.2 % | A629 | Zhucheng Taisheng Chemical Co. Limited | 40.5 % | A627 | Il-kumpaniji l-oħra kollha | 42.6 % | A999 | 98. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta’ dan it-tip, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha. 99. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) skont il-format li ġej: 100. L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali. 101. Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jiena, li l-firma tiegħi tidher taħt, niċċertifika li l-(volum) ta' aċidu triklorojsoċjanuriku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett. ‘ Data u firma [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1. [3] Id-dazji jvarjaw minn 7.3% (Puyang) għal 8.1% (Hebei), 14.1% (Heze), 40.5% (Zhucheng) u 42.6% (esportaturi produtturi oħra). [4] ĠU L 254, 29.9.2010, p. 1. [5] OJ C 270, 6.10.2010, p. 7. [6] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [7] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [8] ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1. [9] Id-dazji jvarjaw minn 7.3% (Puyang) għal 8.1% (Hebei), 14.1% (Heze), 40.5% (Zhucheng) u 42.6% (produtturi esportaturi oħra). [10] ĠU L 254, 29.9.2010, p. 1. [11] ĠU C 104, 23.4.2009, p. 15. [12] ĠU C 270, 6.10.2010, p. 7. [13] Il-prodott ikkonċernat huwa mmanifatturat b'modi differenti li jaqgħu taħt żewġ kategoriji: min naħa waħda prodotti f'għamla ta' żibeċ jew trab u min-naħa l-oħra pilloli. Il-prezzijiet tal-pilloli huma ogħla mill-prezzijiet tal-prodotti f'għamla ta' żibeġ jew trab. Dan ifisser li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jvarjaw skont il-varjazzjoni fil-kompożizzjoni tat-taħlita tal-prodott. Fi kliem ieħor, taħlita tal-prodott li fiha proporzjon ogħla ta' pilloli tkun iktar għalja minn taħlita ta' prodott li apparagun fiha prodotti aktar f'għamla ta' żibeġ u ta' trab. [14] Ara l-marġini ta' profitt qabel it-taxxa fil-Premessa 181 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2005 (ĠU L 89, 8.4.2005, p. 4).