This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0590
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 442/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
/* KUMM/2011/0590 finali - 2011/0251 (NLE) */
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* KUMM/2011/0590 finali - 2011/0251 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI (1)
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta
r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fis-Sirja. (2)
Fit-2 ta' Settembru 2011, il-Kunsill emenda
r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja,
inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar, u projbizzjoni fuq ix-xiri,
l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux maħdum
mis-Sirja. (3)
Il-Kunsill wasal ukoll għal ftehim politiku
dwar l-adozzjoni ta' aktar miżuri, jiġifieri projbizzjoni
tal-investiment fis-settur taż-żejt mhux maħdum, u elenkar
addizzjonali. (4)
Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jipprojbixxi li jiġu
kkonsenjati karti tal-flus Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja, u li
jaġġusta d-dispożizzjonijiet li jipproteġu lill-operaturi
ekonomiċi kontra klejms relatati mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet.
Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda li jiffriża ċerti assi
finanzjarji Sirjani, filwaqt li jiżgura li dan ma jxekkilx milli jsiru tranżazzjonijiet
leġittimi mas-Sirja. (5)
Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod
speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm
bżonn azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom. 2011/0251 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/273/PESK rigward miżuri restrittivi kontra s-Sirja[1], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1)
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta
r-Regolament (UE) Nru 442/2011[2] dwar miżuri
restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. (2)
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 tat-2 ta'
Settembru 2011[3], il-Kunsill emenda
r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja,
inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar, u probizzjoni fuq ix-xiri,
l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux raffinat
mis-Sirja. (3)
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
2011/.../PESK ta' [ ] Settembru 2011, il-Kunsill qabel fuq l-adozzjoni ta'
aktar miżuri, jiġifieri projbizzjoni tal-investiment fis-settur
taż-żejt mhux raffinat, iż-żieda ta' aktar elenkar, il-projbizzjoni
li jiġu kkonsenjati karti tal-flus u muniti Sirjani lill-Bank
Ċentrali tas-Sirja, u l-iffriżar ta' ċerti assi Sirjani li
qegħdin barra mis-Sirja, kif ukoll xi aġġustamenti
għad-dispożizzjonijiet li jipproteġu lill-operaturi
ekonomiċi kontra klejms relatati mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet. (4)
Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod
speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm
bżonn azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom. (5)
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri
previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid
jidħol fis-seħħ minnufih, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa
emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 1,
jiddaħħal il-punt li ġej "(j) 'persuna, entità jew korp
Sirjani' tfisser: (i) l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità
pubblika tiegħu; (ii) kwalunkwe persuna fiżika jew
ġuridika fis-Sirja, jew residenti hemmhekk; (iii) kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew
korp li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fis-Sirja; (iv) kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew
korp fis-Sirja jew barra minnha, li jkunu, direttament jew indirettament, proprjetà
ta' wieħed jew waħda jew aktar mill-persuni jew korpi msemmijin hawn
fuq, jew ikunu kkontrollati minnhom;" (2) Jiddaħħal
l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Huwa pprojbit li wieħed ibigħ,
iforni, jittrasferixxi jew jesporta, direttament jew indirettament, karti
tal-flus u muniti ġodda b'denominazzjoni Sirjana, stampati fl-UE,
lill-Bank Ċentrali tas-Sirja." (3) Jiddaħħal
l-Artikolu 3c li ġej: “Artikolu 3c 1.
Dan li ġej għandu jiġi pprojbit: (a)
l-għoti ta' kwalunkwe selfa jew kreditu
finanzjarji lil xi persuna, entità jew korp fiżiċi jew
ġuridiċi Sirjani msemmija fil-paragrafu (2); (b)
il-kisba jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni
f'xi persuna, entità jew korp Sirjani msemmija fil-paragrafu (2); (c)
il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża
konġunta ma' xi persuna, entità jew korp fiżiċi jew
ġuridiċi Sirjani msemmija fil-paragrafu (2); (d)
il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni,
f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu
mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) (b) u (c). 2.
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu (1) għandhom
japplikaw għal kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew
ġuridiċi Sirjani involuti fit-tiftix għaż-żejt jew
fil-produzzjoni jew fir-raffinar tiegħu. 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2 biss,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a)
'esplorazzjoni ta' żejt mhux raffinat'
tinkludi l-esplorazzjoni għar-riservi taż-żejt, u t-tiftix u
l-ġestjoni tagħhom, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi
ġeoloġiċi marbuta ma’ tali riservi; (b)
“raffinar taż-żejt” tfisser
l-ipproċċessar, il-kondizzjonament jew it-tħejjija
taż-żejt għall-bejgħ finali tal-karburanti. 4.
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1: (a)
għandhom ikunu bla ħsara
għat-twettiq ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet
li ġew konklużi qabel […/…/… ]; (b)
ma jwaqqafx l-estensjoni ta' parteċipazzjoni,
jekk tali estensjoni tkun obbligu skont ftehim li ġie konkluż qabel […/…/…
]." (4) Jiddaħħal
l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha
li jappartjenu għall-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness
IIa, huma proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom u li kienu jinsabu
barra mis-Sirja fi [.../ … / 2011] huma ffriżati." (5) L-Artikolu 10a huwa mibdul
b'li ġej: "Artikolu
10a Ma jingħataw l-ebda klejms, inklużi
għal kumpens jew indemnifikazzjoni jew kwalunkwe klejm oħra ta' din
ix-xorta, bħal klejm għal tpaċija, multi jew klejms taħt
garanzija, klejms għal estensjoni jew pagament ta' bond, garanzija
finanzjarja, inklużi klejms li jirriżultaw minn ittri ta' kreditu jew
minn strumenti simili b'rabta ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li
t-twettiq tagħhom ikun intlaqat, direttament jew indirettament, kollu jew
parti minnu, bil-miżuri imposti permezz ta' dan ir-Regolament, lill-Gvern
tas-Sirja, lill-korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji
tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li li tikklejma permezz
tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom." Artikolu 2 L-Anness II ta' mar-Regolament (UE) Nru
442/2011 huwa emendat skont l-Anness I ta' ma' dan ir-Regolament. Artikolu 3 L-anness II huwa mdaħħal bħala l-anness
IIa ta' mar-Regolament (UE) Nru 442/2011. Artikolu 3 L-Anness IV ta'
mar-Regolament (UE) Nru 442/2011 jinbidel bl-Anness II ta’
ma' dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Fl-Anness II ta' mar-Regolament (UE) Nru
442/2011, jiddaħħlu l-punti li ġejjin: "[ismijiet addizzjonali għandhom
ikunu proposti mill-Kunsill]" ANNESS
II "ANNESS IIa Lista ta' persuni fiżiċi u
ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 4a [l-ismijiet iridu jiġu proposti
mill-Kunsill]" ANNESS
III "ANNESS
IV Lista
tal-Prodotti taż-Żejt Mhux Raffinat Kodiċi tas-SA Deskrizzjoni 2709 00 Żjut miż-żejt
mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux
raffinati: 2710 Żjut miż-żejt mhux raffinat u
żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux
raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien
ieħor, li skont il-piż ikunu 70% jew aktar żjut
taż-żejt mhux raffinat jew żjut miksuba minn minerali
bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti
bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut: 2712 Vażellina;
xema' tal-paraffina, xema' mikrokristallina taż-żejt, xema' nofsha
raffinata b'kontenut ta' żejt għoli (slack wax), ożokerit,
ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u
prodotti simili miksuba permezz ta' sinteżi jew permezz ta' proċessi
oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex: 2713 Kokk
taż-żejt mhux raffinat, qatran taż-żejt mhux raffinat u
fdalijiet oħrajn ta’ żjut miż-żejt mhux raffinat jew ta’
żjut miksubin minn minerali bituminużi: 2714 Bitum
u asfalt, naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel
taż-żift; asfaltiti u blat tal-asfalt: 2715 00 00 Taħlitiet
bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum
taż-żejt mhux raffinat, fuq żift minerali jew żift
tal-qatran minerali (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs) [1] ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11. [2] ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1 [3] ĠU L 228, 3.9.2011, p. 1