This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0577
Proposal for a COUNCIL DECISION amending Decision 2007/659/EC as regards its period of application and the annual quota benefiting from a reduced rate of excise duty
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa
/* KUMM/2011/0577 finali - 2011/0248 (CNS) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa /* KUMM/2011/0577 finali - 2011/0248 (CNS) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
KUNTEST TAL-PROPOSTA
L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li japplika għar-reġjuni
l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, fosthom id-Dipartimenti Franċiżi
Extra-Ewropej (DOM), jistipula li, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u
soċjali strutturali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li hija
aggravata bid-distanza, l-insularità, is-superfiċje żgħira,
il-profil ġeografiku u l-klimi diffiċli tagħhom, id-dipendenza
ekonomika tagħhom fil-konfront ta' għadd żgħir ta'
prodotti, jiġifieri fatturi li minħabba l-permanenza u
l-kombinazzjoni tagħhom huma ta' ħsara kbira għall-iżvilupp
tagħhom, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni
mal-Parlament Ewropew, qed joħloq miżuri speċifiċi li,
b'mod partikolari, għandhom l-għan li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet
għall-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn ir-reġjuni,
inkluż il-politika komuni. Dawn il-miżuri speċifiċi
jikkonċernaw b'mod partikolari l-politika fiskali. Il-Kunsill għandu
jadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu billi jqis
il-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet partikolari tar-reġjuni
l-aktar imbiegħda mingħajr ma jagħmel ħsara lill-integrità
u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u
l-politika komuni. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/659/KE
tad-9 ta' Ottubru 2007, adottata abbażi
tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 349 (TFUE),
tawtorizza lil Franza biex tapplika, fuq it-territorju ta' Franza kontinentali
u għar-rum tradizzjonali prodott fid-dipartimenti Franċiżi
Extra-Ewropej, rata ta' sisa mnaqqsa li tista' tkun inqas mir-rata minima ta'
sisa stipulata fid-Direttiva 92/84/KE, iżda li ma tistax tkun inqas minn
50 % tar-rata ta' sisa nazzjonali normali fuq l-alkoħol. Ir-rata
mnaqqsa ta' sisa hija limitata għal kwota annwali ta' 108 000
ettolitri ta' alkoħol pur. Id-deroga tiskadi fil-31 ta’ Diċembru
2012. B'mod konformi mal-Artikolu 4
tad-Deċiżjoni 2007/659/KE, fid-29 ta' Ġunju 2010 l-awtoritajiet
Franċiżi bagħtu rapport lill-Kummissjoni, kif stipulat f'din
id-dispożizzjoni. Dan ir-rapport fih żewġ rikjesti.
L-awtoritajiet Franċiżi jitolbu minn naħa waħda, li l-kwota
annwali ta' 108 000 ettolitri tiżdied għal 125 000
ettolitru ta' alkoħol pur (EAP) sabiex tiġi aġġustata
l-kwota skont ix-xejriet fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tar-rum. Min-naħa
l-oħra, huma jitolbu estensjoni ta' sena, jiġifieri sal-31 ta'
Diċembru 2013, tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni
2007/659/KE sabiex it-tmiem ta' dan il-perjodu jikkoinċidi mat-tmiem
tal-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li
ttieħdet fis-27 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għajnuniet mill-Istat u
rigward l-istess suġġett (Għajnuna mill-Istat Nru
N 530/2006).
2.
RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U
TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
L-użu tal-opinjonijiet esperti esterni ma
kienx meħtieġ u ma saritx valutazzjoni tal-impatt. Madankollu,
l-istatistika pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi dwar
il-kwantitajiet ta' rum disponibbli għall-konsum ġiet eżaminata
bir-reqqa. Ix-xejriet fil-kwantitajiet tar-rum
disponibbli għall-konsum huma kif ġej: Xejriet
fis-suq tar-rum fi ħdan is-suq Ewropew. Snin || Total || Rum mill-pajjiżi terzi || Rum mid-DOM || % DOM 1986 || 313 459 || 152 252 || 161 207 || 51% 1987 || 300 152 || 158 117 || 142 035 || 47% 1988 || 252 877 || 130 976 || 121 901 || 48% 1989 || 293 462 || 161 485 || 131 977 || 45% 1990 || 368 913 || 227 975 || 140 938 || 38% 1991 || 336 252 || 221 861 || 114 391 || 34% 1992 || 332 145 || 223 522 || 108 623 || 33% 1993 || 322 743 || 231 059 || 91 684 || 28% 1994 || 357 936 || 253 215 || 104 721 || 29% 1995 || 284 178 || 184 835 || 99 343 || 35% 1996 || 359 295 || 249 239 || 110 056 || 31% 1997 || 453 050 || 354 858 || 98 192 || 22% 1998 || 500 295 || 395 031 || 105 264 || 21% 1999 || 567 449 || 428 790 || 138 659 || 24% 2000 || 645 237 || 495 625 || 149 612 || 23% 2001 || 695 033 || 534 316 || 160 717 || 23% 2002 || 734 249 || 557 458 || 176 791 || 24% 2003 || 880 653 || 713 535 || 167 118 || 19% 2004 || 727 772 || 569 278 || 158 494 || 22% 2005 || 726 876 || 571 317 || 155 559 || 21% 2006 || 791 542 || 626 157 || 165 385 || 21% 2007 || 785 695 || 608 449 || 177 246 || 23% 2008 || 851 748 || 657 725 || 194 023 || 23% Sors: L-Eurostat Xejriet
fil-kwantitajiet ta' rum disponibbli għall-konsum fi Franza kontinentali
(f'ettolitri ta' alkoħol pur) || Disponibbli għall-konsum " sisa mnaqqsa " || barra l-kwota || Pajjiż terz || Total 2010 || 105 700 || 40 600 || 20 000 || 166 300 2009 || 102 400 || 32 400 || || 2008 || 99 500 || 33 000 || || 2007 || 96 100 || 33 500 || || 2006 || 90 000 || 33 500 || || 2005 || 90 000 || 35 500 || 5 500 || 131 000 2004 || 87 900 || 30 800 || || 2003 || 86 400 || 26 200 || || 2002 || 86 900 || 37 000 || || 2001 || 86 200 || 26 500 || || 2000 || 78 300 || 30 000 || 1 000 || 109 300 Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet
Franċiżi jirriżulta li l-kwantitajiet ta' rum tradizzjonali li
jibbenefikaw mir-rata ta' sisa mnaqqsa u li tqiegħdu
għad-dispożizzjoni fis-suq, inbidlu mill-adozzjoni
tad-Deċiżjoni 2007/659/KE 'l hawn. Dawn żdiedu minn 96 100
EAP fl-2007 għal 105 700 EAP fl-2010, jiġifieri żieda
annwali ta' 3.2 %. Jekk din iż-żieda tkompli bl-istess rata,
il-kwantitajiet ta' rum tradizzjonali disponibbli fis-suq għandhom ikunu
ta' madwar 109 100 EAP fl-2011, 112 600 EAP fl-2012 u 116 200
EAP fl-2013, li jmorru lil hinn mill-kwota ta' 108 000 EAP prevista fid-Deċiżjoni
2007/659/KE. Din iż-żieda fil-konsum tar-rum kienet evidenti wkoll
mill-2005 fis-suq tal-Unjoni. Ir-rum minn pajjiżi terzi disponibbli
għall-konsum għandu sehem dgħajjef fis-suq Franċiż
meta mqabbel mas-sehem tiegħu fis suq tal-Unjoni. Madankollu ta' min
wieħed jinnota li s-sehem tiegħu qed jiżdied billi qabel kien
jirrappreżenta inqas minn 1 % fis-sena 2000, 4.2 % fl-2005 u
12 % fl-2010. Fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċifri l-aktar
reċenti juru li r-rum li ġej minn pajjiżi terzi jokkupa
77 % tas-suq b'paragun mat-23 % tar-rum provenjenti mid-DOM.
3.
ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA
Sommarju tal-miżuri proposti Fid-dawl tas-sejbiet tar-riċerka, l-aġġustament tal-kwota ta' 108 000 ettolitri ta' alkoħol pur. Huwa propost li l-kwota ta' 108 000 EAP prevista fid-Deċiżjoni 2007/659/KE tiżdied għal 120 000 EAP. Abbażi taż-żieda fil-kwantitajiet tar-rum għad-dispożizzjoni fis-suq bejn l-2007 u l-2010, jiġifieri 3.2 %, ir-rum għad-dispożizzjoni fis-suq fl-2013 għandu jkun ta' 116 200 EAP fl-2013. Iż-żieda fil-kwota għal 120 000 EAP tippermetti li tiġi koperta żieda annwali tal-kwantitajiet tar-rum għad-dispożizzjoni fis-suq ta' 4.3 %, jiġifieri żieda ta' ftit iktar mit-3.2 % iddikjarati matul il-perjodu 2007-2010. L-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE b'sena, sabiex it-tmiem ta' dan il-perjodu jikkoinċidi mat-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttieħdet fis-27 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għajnuniet mill-Istat u rigward l-istess suġġett (Għajnuna mill-Istat Nru N 530/2006). Bażi ġuridika L-Artikolu 349 tat-TFUE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-Kunsill biss għandu s-setgħa li jadotta, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni l-iktar imbiegħda għall-adattament tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn ir-reġjuni, inkluża l-politika komuni, minħabba d-diffikultajiet permanenti eżistenti li għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni l-iktar imbiegħda. Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Hija għandha l-għan li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE biss fejn dan it-tibdil ikun meħtieġ. Il-kwota annwali l-ġdida ta' rum li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa ġiet ikkalkulata skont ix-xejriet fil-kwantitajiet ta' rum għad-dispożizzjoni fis-suq matul il-perjodu 2007-2010. || L-estensjoni ta' sena, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2013, taż-żmien ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE hija ġġustifikata fir-rigward tas-sejbiet tar-riċerka u hija maħsuba sabiex it-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha jikkoinċidi mat-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ngħatat fis-27 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għajnuniet mill-Istat u rigward l-istess suġġett (Għajnuna mill-Istat Nru N 530/2006). Għażla tal-istrumenti Strument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill. Strumenti oħra ma kinux ikunu adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. It-test li huwa s-suġġett tal-emenda huwa fih innifsu Deċiżjoni tal-Kunsill, adottata fuq l-istess bażi legali (l-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE ta' dak iż-żmien).
4.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq
il-baġit tal-Unjoni Ewropea. 2011/0248 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE
f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali
li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[1], Filwaqt li jaġixxi skont proċedura
leġiżlattiva speċjali, Billi (1)
Id-Deċiżjoni 2007/659/KE tal-Kunsill
tad-9 ta' Ottubru 2007, li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa tas-sisa
fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott fid-Dipartimenti Extra-Ewropej
tagħha u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/166/KE[2]
tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi japplikaw, fuq it-territorju
ta' Franza kontinentali u għar-rum prodott fid-Dipartimenti
Franċiżi Extra-Ewropej, rata ta' sisa mnaqqsa li tista' tkun inqas
mir-rata minima ta' sisa prevista fid-Direttiva 92/84/KE, iżda li ma
tistax tkun inqas minn 50 % tar-rata ta' sisa nazzjonali normali fuq
l-alkoħol. Ir-rum "tradizzjonali" li għalih tapplika r-rata
ta' sisa mnaqqsa huwa definit fl-Anness II, punt 1(f) tar-Regolament (KE)
Nru 110/2008 tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni,
il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet
ġeografiċi ta' xorb spirituż u jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89. Ir-rata mnaqqsa ta' sisa hija limitata għal
kwota annwali ta' 108 000 ettolitri ta' alkoħol pur. Id-deroga
tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. (2)
B'mod konformi mal-Artikolu 4
tad-Deċiżjoni 2007/659/KE, fid-29 ta' Ġunju 2010 l-awtoritajiet
Franċiżi bagħtu rapport lill-Kummissjoni, hekk kif stipulat
f'din id-dispożizzjoni. Dan ir-rapport fih żewġ rikjesti.
L-awtoritajiet Franċiżi jitolbu minn naħa waħda, li l-kwota
annwali ta' 108 000 ettolitri tiżdied għal 125 000
ettolitru ta' alkoħol pur (EAP) sabiex tiġi aġġustata
il-kwota skont ix-xejriet fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tar-rum, kif stipulat
f'din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, huma jitolbu estensjoni
ta' sena, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-perjodu ta'
applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/659/KE sabiex it-tmiem ta' dan
il-perjodu jikkoinċidi mat-tmiem tal-perjodu ta' applikazzjoni
tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ngħatat fis-27 ta' Ġunju
2007 dwar l-Għajnuniet mill-Istat u rigward l-istess suġġett
(Għajnuna mill-Istat Nru N 530/2006). (3)
Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet
Franċiżi jirriżulta li mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni
2007/659/KE 'l hawn, il-kwantitajiet ta' rum tradizzjonali
għad-dispożizzjoni fis-suq żdiedu, minn 96 100 EAP fl-2007
għal 105 700 EAP fl-2010, jiġifieri żieda annwali ta' 3.2 %.
Jekk din iż-żieda tkompli bl-istess rata, il-kwantitajiet ta' rum
tradizzjonali disponibbli fis-suq għandhom ikunu ta' madwar 109 100
EAP fl-2011, 112 600 EAP fl-2012 u 116 200 EAP fl-2013, li jmorru lil
hinn mill-kwota ta' 108 000 EAP prevista fid-Deċiżjoni 2007/659/KE.
Huwa propost li l-kwota ta' 108 000 EAP prevista fid-Deċiżjoni
2007/659/KE tiżdied għal 120 000 EAP. Din iż-żieda
għandha tippermetti li tiġi koperta żieda annwali
tal-kwantitajiet tar-rum għad-dispożizzjoni fis-suq ta' 4.3 %,
jiġifieri żieda ta' ftit iktar mit-3.2 % iddikjarati matul il-perjodu
2007-2010. (4)
Fid-dawl ta' din l-analiżi, huwa
ġġustifikat ukoll li l-perjodu ta' applikazzjoni
tad-Deċiżjoni 2007/659/KE jiġi estiż b'sena, sabiex
it-tmiem ta' dan il-perjodu jikkoinċidi mat-tmiem tal-perjodu ta'
applikazzjoni tad-Deċiżjoni hawn fuq imsemmija fir-rigward
tal-Għajnuna mill-Istat. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2007/659/KE hija
emendata kif ġej: 1) It-titolu qed jiġi sostitwit b’dan li
ġej: "Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9
ta' Ottubru 2007 li tawtorizza lil Franza tapplika rata ta' sisa mnaqqsa fuq
ir-rum "tradizzjonali" prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana,
fil-Martinique jew fir-Runion". 2) L-Artikolu 1 għandu jiġi
sostitwit b'dan li ġej: "B’deroga mill-Artikolu 90
tat-Trattat, Franza hija awtorizzata li fit-territorju kontinentali
tagħha, testendi l-applikazzjoni fuq ir-rum "tradizzjonali"
prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana, fil-Martinique jew fir-Runion, ta' rata
tas-sisa anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita
mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE." 3) L-Artikolu 2 għandu jiġi
sostitwit b'dan li ġej: "Id-deroga msemmija fl-Artikolu 1
għandha tkun limitata għar-rum, skont kif definit fl-Anness II,
punt 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-15 ta' Jannar 2008 dwar
id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u
l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż
u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89[3] u li
jiġi prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana, fil-Martinique jew fir-Runion
miz-zokkor tal-kannamieli miġbur fil-post tal-produzzjoni, li jkollu
kontenut ta’ sustanzi volatili minbarra l-etanol u l-metanol li jkun ugwali
għal 225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, jew
ogħla minn hekk, u li jkun kiseb tismija alkometrika ta’ 40 % vol jew aktar." 4) It-test tal-Artikolu 3(1) huwa sostitwit
b'dan li ġej: "1. Ir-rata tas-sisa mnaqqsa applikabbli
għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 2 hija limitata għal kwota annwali
ta’ 108 000 ettolitri ta’ alkoħol pur għall-perjodu li
jgħalaq fil-31 ta' Diċembru 2010. Għall-perjodu bejn l-1 ta'
Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2013, din il-kwota annwali hija ta'
120 000 ettolitru." 5) Fl-Artikolu 5, id-data tal-31 ta'
Diċembru 2012 hija sostitwita b’dik tal-31 ta' Diċembru 2013. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L 270, 13.10.2007, p. 12. [3] ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.