Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0559

    Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

    /* KUMM/2011/0559 finali - 2010/0312 (COD) */

    52011PC0559

    Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen /* KUMM/2011/0559 finali - 2010/0312 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-ġestjoni ta' Schengen – it-tisħiħ taż-żona mingħajr kontroll fuq il-fruntieri interni

    Fir-rigward tal-kuntest u l-loġika wara l-emendi li jinsabu f'din il-proposta, u għal spjegazzjoni ddettaljata dwar kif dawn huma maħsuba li jaħdmu fil-prattika, qed issir referenza għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, intitolata ' Il-ġestjoni ta' Schengen – it-tisħiħ taż-żona mingħajr kontroll fuq il-fruntieri interni ', li qed tiġi adottata flimkien ma' din il-proposta.

    Tibdiliet leġiżlattivi

    Fis-16 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal- acquis ta’ Schengen[1]. Il-proposta ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen, b'mod partikolari billi tissimplifika s-segwitu billi titlob lill-Istati Membri biex jippreżentaw pjan ta' azzjoni biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati u jirrappurtaw regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali pjan ta' azzjoni sakem ikunu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha. Fil-każ ta' defiċjenzi serji li jkollhom impatt fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà ta' Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, hu maħsub li l-Kunsill u l-Parlament jiġu infurmati, biex b'hekk tkun qed tiġi eżerċitata pressjoni tal-pari fl-ogħla livell politiku dwar in-nuqqas ta' Stat Membru li jikkonforma mar-regoli.

    Kull Stat Membru għandu jkun evalwat mill-anqas darba matul kull perjodu ta’ ħames snin; madankollu, l-ippjanar jista' jkun adattat skont il-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet identifikati fuq il-post. Jistgħu jsiru wkoll żjarat għall-għarrieda sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha ta' akkumpanjament.

    Sabiex ikun hemm provvediment għall-qafas legali meħtieġ bi tweġiba għall-istedina tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011 biex tissaħħaħ aktar is-sistema tal-evalwazzjoni ta' Schengen u biex tiġi introdotta klawżola ta' salvagwardja bħala tweġiba għal sitwazzjonijiet verament kritiċi fejn Stat Membru ma jkunx jista' jkompli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-regoli ta' Schengen kif spjegat fid-dettall fil-Komunikazzjoni msemmija fil-punt 1.1., il-Kummissjoni b'dan qed temenda l-proposta tagħha billi tipprovdi għal appoġġ addizzjonali fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, issaħħaħ l-appoġġ mogħti mill-Frontex u tintroduċi l-possibbiltà ta' mekkaniżmu bbażat fl-Unjoni għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni fejn l-Istat Membru jkun qiegħed persistentement jittraskura l-obbligi tiegħu li jikkontrolla t-taqsima tiegħu tal-fruntiera esterna, u sa fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali. L-introduzzjoni ta' mekkaniżmu bħal dan titlob modifika tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen li qed jiġi ppreżentat fl-istess waqt ma' din il-proposta.

    Il-ħtieġa li jiġi mmodifikat il-mekkaniżmu preżenti tal-evalwazzjoni ta' Schengen bħala tali ġie spjegat fid-dettall fil-proposta hawn fuq imsemmija tas-16 ta' Novembru 2010. Għalkemm il-proposta tal-aħħar qed tiġi hawnhekk sostitwita b'dik preżenti, ir-raġunijiet għall-preżentazzjoni tal-proposta ta' Novembru 2010 jibqgħu l-istess; għalhekk il-Kummissjoni se żżomm lura milli tirriproduċi ġustifikazzjoni dettaljata fil-proposta kurrenti emendata. Peress li l-proposta inizjali għadha ma ġietx adottata mil-leġiżlaturi (il-Parlament Ewropew għadu ma adottax il-pożizzjoni tal-ewwel qari skont l-Artikolu 294(3) TFUE dwar il-proposta), l-emenda hi inkluża fit-test ġenerali ta' dik il-proposta inizjali[2], li tibqa' l-istess minbarra għat-tibdil li jikkonċerna l-appoġġ li għandu jingħata lil Stat Membru u possibbilment introduzzjoni mill-ġdid ta' kontroll fuq il-fruntiera fuq il-frntieri interni (l-Artikoli 14 u 15 kif ukoll referenza għal "monitoraġġ" matul it-test kollu) u fuq ċerta adattazzjoni fuq il-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (l-Artikoli 5, 8, 13 u 17). Dawn l-adattazzjonijiet huma meħtieġa peress li r-regoli orizzontali relevanti dwar il-'komitoloġija' ġew immodifikati wara l-preżentazzjoni tal-proposta inizjali permezz tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri u tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-poteri implimentattivi[3]. Barra minn hekk, saru aktar adattazzjonijiet fit-test, inklużi dawk marbuta mar-rwol tal-Frontex (l-Artikolu 6), l-Europol (l-Artikolu 8) u l-irrappurtar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-Artikolu 19).

    2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    L-ewwel taħditiet dwar il-propostsa tal-evalwazzjoni ta' Schengen fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew, kif ukoll ir-riżoluzzjuoni ta' dan tal-aħħar tas-7 ta' Lulju 2011[4], juru li hemm appoġġ politiku wiesa' għall-ħsieb li mekkaniżmu ta' funzjonament jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn għodod li jippermettu li wieħed jirrispondi b'mod effettiv għal defiċjenza serja fl-applikazzjoni tal- acquis minn Stat Membru.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-migrazzjoni[5], il-Kummissjoni ssuġġeriet il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmu li jippermetti għal deċiżjoni fil-livell Ewropew li tiddefinixxi liema Stati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jerġgħu jintroduċu l-kontroll fuq il-fruntiera u għal kemm żmien. Il-mekkaniżmu għandu jintuża biss meta wieħed jiġi dahru mal-ħajt u sakemm ikunu ttieħdu miżuri oħra (ta' emerġenza) biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni fit-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna fil-livell Ewropew, fi spirtu ta' solidarjetà, u/jew f'livell nazzjonali biex tkun żgurata konformità aħjar mar-regoli komuni.

    L-idea ntlaqgħet b'sodisfazzjon mill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijet Interni fit-12 ta' Mejju 2011, u mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011 fejn sejjaħ biex jiġi 'introdott mekkaniżmu sabiex iwieġeb għal ċirkostanzi eċċezzjonali li jpoġġu l-funzjonament ġenerali tal-kooperazzjoni ta' Schengen fil-periklu, mingħajr ma jippreġudika l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni.'

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp tal-politika dwar il-fruntieri interni skont l-Artikolu 77 (2) (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 77 jipprovdi għat-tneħħija tal-kontroll fuq il-fruntieri interni bħala l-għan aħħari ta' żona ta' moviment ħieles ta' persuni fl-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Artikolu 26 tat-TFUE. It-tneħħija tal-kontroll fuq il-fruntieri interni trid tkun akkumpanjata minn miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, il-politika tal-viża, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-protezzjoni tad-dejta, il-koperazzjoni bejn il-pulizija, u l-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. L-applikazzjoni korretta ta' dawn il-miżuri tippermetti li jkun hemm żona mingħajr kontroll fuq il-fruntieri interni. Għalhekk l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni korretta ta' dawn il-miżuri, twassal għall-għan aħħari tal-politika tal-manteniment ta' żona ħielsa mill-kontroll fuq il-fruntieri interni. Il-miżuri immirati biex irattbu l-impatt negattiv ta' defiċjenzi serji persistenti fl-applikazzjoni minn Stat Membru tal- acquis ta' Schengen, inkluża l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-introduzzjoni temporanja u eċċezzjonali mill-ġdid ta' kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni bħala miżura aħħarija f'ċirkostanzi meta d-defiċjenzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, bl-istess mod iservu biex ikompli jintlaħaq dan l-għan aħħari.

    Il-proposta għat-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen ippreżentat f'Novembru tal-2010 fih l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq l-implikazzjonijiet baġitarji, li jibqgħu l-istess.

    2010/0312 (COD)

    Proposta emendata għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77 (2) (e) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea ,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti n N azzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il- proċedura kif stipulata fl-Artikolu 294 tat-Trattat proċedura leġiżlattiva ordinarja ,

    (1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni tistrieħ fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-miżuri akkumpanjanti mill-Istati Membri fl-oqsma tal-fruntieri esterni, tal-politika tal-viża, tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluża l-protezzjoni tad-dejta, tal-koperazzjoni tal-pulizija, tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u tal-politiki dwar id-drogi.

    (2) Permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998[6], kien imwaqqaf Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen. Il-Kumitat Permanenti ngħata l-mandat, l-ewwel nett, biex jistabbilixxi jekk kinux issodisfati l-prekundizzjonijiet kollha biex jitneħħa il-kontrolli mal-fruntieri interni l-kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni ma’ Stat kandidat u, it-tieni nett, biex jiġi żgurat li l- acquis ta’ Schengen ikun applikat kif suppost mill-Istati li diġà qed jimplimentaw l- acquis b’mod sħiħ.

    (3) Huwa neċessarju mekkaniżmu speċifiku ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex tiġi verifikata l-applikazzjoni tal- acquis ta’ Schengen minħabba l-bżonn li jkunu żgurati standards uniformi għolja fl-applikazzjoni prattika tal- acquis ta' Schengen u li jinżamm livell għoli ta’ fiduċja reċiproka bejn dawk l-Istati Membri li jagħmlu parti minn żona mingħajr il-kontrolli mal-fruntieri interni kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni . Mekkaniżmi bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u dawk l-Istati Membri.

    (4) Il-Programm tal-Aja[7] stieden lill-Kummissjoni ‘biex malli titlesta t-tneħħija tal-kontroll fuq il-fruntieri interni, tissottometti proposta li tissupplimenta l-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni eżistenti ta’ Schengen b’mekkaniżmu ta’ sorveljanza, li jiżgura l-involviment sħiħ tal-esperti tal-Istati Membri, u li jkun jinkludi spezzjonijiet għall-għarrieda’.

    (5) Il-Programm ta' Stokkolma[8] 'jikkunsidra li l-evalwazzjoni taż-żona Schengen se tkompli tkun ta' importanza ewlenija u li għalhekk għandha tittejjeb billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Frontex f'dan il-qasam'.

    (6) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni li kien stabbilit fl-1998 għaldaqstant għandu jiġi rivedut fir-rigward tat-tieni parti tal-mandat mogħti lill-Kumitat Permanenti. L-ewwel parti tal-mandat mogħti lill-Kumitat Permanenti għandha tkompli tapplika kif ġie stipulat fil-Parti I tad-Deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 1998.

    (7) L-esperjenza miġbura matul evalwazzjonijiet preċedenti turi l-bżonn li jinżamm mekkaniżmu koerenti ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jkopri l-oqsma kollha tal- acquis ta' Schengen ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti fi ħdan il-liġi tal-UE.

    (8) L-Istati Membri għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-proċess ta' evalwazzjoni u monitoraġġ . Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bl-użu tal-proċedura tal-amministrazzjoni, kif disposta fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

    Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[9]. Fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b)(iii) ta' dak ir-Regolament, hija applikabbli l-proċedura tal-analiżi.

    (9) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ għandu jistabbilixxi regoli trasparenti, effiċjenti u ċari dwar il-metodu li għandu jiġi applikat għall-evalwazzjonijiet, l-użu ta’ esperti bi kwalifiki għolja għal żjarat fuq il-post, u s-segwitu għall-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet. B’mod partikolari, il-metodu għandu jipprovdi għal żjarat mhux imħabbra biex jissupplimentaw iż-żjarat imħabbra, notevolment fir-rigward ta’ kontrolli fuq il-fruntieri u viżi.

    (10) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ għandu jinkludi wkoll il-verifika tal-leġiżlazzjoni relevanti dwar it-tneħħija tal-kontroll fuq il-fruntieri interni u l-verifiki fit-territorju nazzjonali. Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li ma jaffettwawx is-sigurtà interna tal-Istati Membri, iż-żjarat fuq il-post rilevanti għandhom jiġu afdati esklużivament lill-Kummissjoni.

    (11) L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari biex jaraw li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali meta jkun applikat fl-applikazzjoni ta l- acquis ta' Schengen.

    (12) L-evalwazzjoni għandha tiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw ir-regoli ta' Schengen b'mod effettiv skont il-prinċipji u n-normi fundamentali. Għalhekk l-evalwazzjoni tinkludi l-leġiżlazzjoni relevanti u l-attivitajiet operazzjonali kollha li jikkontribwixxu għall-funzjonament ta' żona mingħjar kontroll fuq il-fruntiera tal-fruntieri interni.

    ( 12 13) L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[10], (minn hawn 'il quddiem 'Frontex') għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu, primarjament fil-qasam tal-analiżi tar-riskju relatat mal-fruntieri esterni. Il-mekkaniżmu għandu jkun jista’ jorbot ukoll fuq l-esperjenza tal-Aġenzija għat-twettiq ta’ żjarat fuq il-post fil-fruntieri esterni fuq bażi ad hoc .

    (14) Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għandu wkoll jagħmilha possibbli li jiġu indirizzati defiċjenzi serji fl-applikazzjoni tal- acquis billi jiżgura li l-Kummissjoni tipprovdi l-appoġġ xieraq bl-assistenza teknika tal-Frontex, tal-Europol jew ta' Aġenziji oħra relevanti tal-Unjoni Ewropea. Bħala miżura aħħarija, u sal-punt fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jkun hemm theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali, għandha tkun ipprovduta l-possibbiltà li jkun introdott mill-ġdid il-kontroll fuq il-fruntiera fil-fruntieri interni sa fejn u sakemm ikun meħtieġ biex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi li jkunu kkawżati mid-defiċjenzi.

    ( 13 15) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jkunu disponibbli għaż-żjarat fuq il-post ikollhom l-esperjenza meħtieġa u jkunu ħadu taħriġ speċifiku għal dan l-iskop. Għandu jiġi pprovdut taħriġ xieraq mill-korpi relevanti (eż. il-Frontex) u l-fondi għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri għal inizjattivi mmirati għal taħriġ speċifiku fil-qasam tal-evalwazzjoni tal- acquis ta’ Schengen mill-istrumenti finanzjarji eżistenti u l-iżvilupp tagħhom.

    ( 14 16) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l- acquis ta’ Schengen, skont it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk hix se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

    ( 15 17) Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit mhux jipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu parti f'xi dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen[11]. Għalhekk, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

    ( 16 18) Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen, li fih l-Irlanda mhix tipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem fi wħud mid-dispożizzjonijiet tal- acquis ta' Schengen[12]. L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    ( 17 19) Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jiżviluppa dispożizzjonijiet tal- acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta' Schengen[13].

    ( 18 20) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Ftehim konkluż mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta' Schengen[14].

    ( 19 21) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta' Schengen[15].

    ( 20 23) Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta' Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, skont l-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

    ( 21 24) Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta' Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005.

    ( 22 25) Esperti minn Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom madankollu jipparteċipaw f l- evalwazzjoni tal-partijiet kollha tal- acquis ta' Schengen.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għan u kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal- acquis ta' Schengen fl-Istati Membri li għalihom l- acquis ta' Schengen japplika bis-sħiħ.

    Esperti mill-Istati Membri li, skont l-Att ta' Adeżjoni relevanti, ma japplikawx bis-sħiħ l- acquis għandhom madankollu jipparteċipaw fl-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-partijiet kollha tal- acquis .

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament,

    'L- acquis ta' Schengen' tfisser id-dispożizzjonijiet tal- acquis ta' Schengen, kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea mill-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu.

    Artikolu 3

    Responsabbiltajiet

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u bis-sostenn tal-korpi Ewropej, kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jippermettulha twettaq il-kompiti mogħtija lilha b'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni matul il-fażi preparatorja, fiż-żjarat fuq il-post, fil-fażijiet ta’ rrappurtar u ta’ segwitu tal-evalwazzjonijiet.

    Artikolu 4

    Evalwazzjonijiet

    L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu fi kwestjonarji u fi żjarat fuq il-post. It-tnejn jistgħu jiġu supplimentati minn preżentazzjonijiet mill-Istat Membru evalwat dwar il-qasam kopert mill-evalwazzjoni. Iż-żjarat fuq il-post u l-kwestjonarji jistgħu jintużaw b’mod indipendenti jew flimkien fir-rigward ta' Stati Membri speċifiċi u/jew oqsma speċifiċi. Iż-żjarat fuq il-post jistgħu jkunu mħabbra jew mhux imħabbra.

    Artikolu 5

    Programm multiannwali

    1. Il-programm ta’ evalwazzjoni multiannwali li jkopri perjodu ta’ ħames snin għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni , skont il-proċedura li saret referenza għaliha fl-Artikolu 15(2), mhux iktar tard minn sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' ħames snin li jkun imiss. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 17(2).

    2. Il-programm multiannwali għandu jkun fih il-lista tal-Istati Membri li jkunu se jiġu evalwati kull sena. Kull Stat Membru għandu jkun evalwat mill-anqas darba matul kull perjodu ta’ ħames snin. L-ordni li fiha għandhom ikunu evalwati l-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju b’kunsiderazzjoni għall-pressjoni migratorja, is-sigurtà interna, iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni preċedenti u l-bilanċ bejn il-partijiet differenti tal- acquis ta’ Schengen li għandhom ikunu evalwati.

    3. Il-programm annwali jista’ jiġi adattat, jekk neċessarju, skont il-proċedura li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1.

    Arikolu 6

    Analiżi tar-riskju

    1. Sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi tar-riskju li tikkunsidra l-pressjoni migratorja u tagħmel rakkomandazzjonijiet għal prijoritajiet għall-evalwazzjonijiet fis-sena ta' wara. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jirreferu għal taqsimiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u għal punti speċifiċi ta’ qsim fuq il-fruntieri li għandhom ikunu evalwati fis-sena ta' wara fil-programm multiannwali. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-analiżi tar-riskju għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

    2. Sal-istess skadenza kif stipulat fil-paragrafu 1, il-Frontex għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi tar-riskju separata b’rakkomandazzjonijiet għal prijoritajiet għall-evalwazzjonijiet li għandhom ikunu implimentati permezz ta’ żjarat mhux imħabbra fis-sena ta' wara. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew qasam speċifiku u għandu jkollhom lista ta' mill-inqas għaxar taqsimiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u għaxar punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera. Il-Kummissjoni tista' f'kull ħin titlob lill-Frontex biex tippreżentalha analiżi tar-riskju b'rakkomandazzjonijiet ta' evalwazzjonijiet li jridu jiġu implimentati fil-forma ta' żjarat mhux imħabbra fuq il-post.

    Artikolu 7

    Kwestjonarju

    1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarju standard lill-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Awwissu tas-sena preċedenti, biex ikun evalwat fis-sena ta' wara. Il-kwestjonarji standard għandhom ikopru l-leġiżlazzjoni rilevanti u l-mezzi organizzattivi u tekniċi disponibbli għall-implimentazzjoni tal- acquis ta’ Schengen u d-dejta statistika għal kull qasam ta’ evalwazzjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju fi żmien sitt ġimgħat minn meta dan ikun ikkomunikat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn it-tweġibiet disponnibbli għall-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 8

    Programm annwali

    1. Meta wieħed jikkunsidra l-analiżi tar-riskju pprovduta mill-Frontex skont l-Artikolu 6, it-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 7 u fejn ikun hemm bżonn, il-Europol jew sorsi oħra relevanti, għandu jkun stabbilit programm annwali ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena preċedenti. Il-programm jista’ jipprovdi għall-evalwazzjoni ta’:

    - l-applikazzjoni tal- acquis jew partijiet tal- acquis minn Stat Membru, kif speċifikat fil-programm multiannwali;

    u, barra minn hekk, fejn ikun rilevanti:

    - l-applikazzjoni ta’ partijiet speċifiċi tal- acquis f’diversi Stati Membri (evalwazzjonijiet tematiċi);

    - l-applikazzjoni tal- acquis minn grupp ta’ Stati Membri (evalwazzjonijiet reġjonali).

    2. L-ewwel taqsima tal-programm, adottata skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 15(2), għandha telenka l-Istati Membri li għandhom ikunu evalwati fis-sena segwenti skont il-programm multiannwali. Din it-taqsima għandha telenka l-oqsma li għandhom ikunu evalwati u ż-żjarat fuq il-post. Din it-taqsima għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 17 (2).

    3. Il-Kummissjoni għandha tħejji t-tieni taqsima tal-programm, li għandha telenka ż-żjarat mhux imħabbra li għandhom jitwettqu fis-sena ta' wara. Din it-taqsima għandha tkun meqjusa kunfidenzjali u m’għandiex tiġi kkomunikata lill-Istati Membri.

    4. Il-programm annwali jista’ jiġi adattat, jekk meħtieġ, skont il-paragrafi 2 u 3.

    Artikolu 9

    Lista ta' esperti

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista ta’ esperti maħtura mill-Istati Membri għall-parteċipazzjoni fi żjarat fuq il-post. Il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-oqsma tal-kompetenzi ta’ kull espert , fir-rigward tal-oqsma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil mill-aktar fis possibbli.

    3. L-Istati Membri għandhom jindikaw liema esperti jistgħu jkunu disponibbli għaż-żjarat mhux imħabbra skont il-ħtiġijiet stipulati fl-Artikolu 10(5).

    4. L-esperti għandu jkollhom il-kwalifiki xierqa, inkluż tagħrif teoretiku solidu u esperjenza prattika fl-oqsma kollha koperti mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għarfien tajjeb tal-prinċipji ta’ evalwazzjoni, proċeduri u tekniki, u għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv b’lingwa komuni.

    5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti magħżula tagħhom jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifikati fil-paragrafu preċedenti, inkluż billi jindikaw it-taħriġ li ngħataw l-esperti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti jingħataw taħriġ kontinwu biex ikomplu jikkonformaw ma’ dawn il-ħtiġijiet.

    Artikolu 10

    Gruppi responsabbli għal żjarat fuq il-post

    1. Iż-żjarat fuq il-post għandhom jitwettqu mill-gruppi maħtura mill-Kummissjoni. Il-gruppi għandhom jikkonsistu f’esperti magħżula mil-lista ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 9 u minn rappreżentanti mill-uffiċjali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tiżgura l-bilanċ ġeografiku u l-kompetenza tal-esperti f'kull tim. L-esperti tal-Istati Membri ma jistgħux jieħdu sehem fi żjara fuq il-post fl-Istat Membru li fih huma jkunu impjegati.

    2. Il-Kummissjoni tista' għandha tistieden lill-Frontex u, fejn hu xieraq, lill-Europol, lill-Eurojust jew lil korpi Ewropej oħra biex jaħtru rappreżentant biex jieħu sehem bħala osservatur fi żjara dwar qasam kopert mill-mandat tagħhom.

    3. L-għadd ta’ esperti (inklużi l-osservaturi) li jipparteċipaw fi żjarat ta’ evalwazzjoni ma’ jistax ikun iktar minn tmien persuni għaż-żjarat fuq il-post imħabbra u sitt persuni għaż-żjarat fuq il-post mhux imħabbra.

    4. Fil-każ ta’ żjarat imħabbra, l-Istati Membri li l-esperti tagħhom ikunu nħatru skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel tkun skedata ż-żjara fuq il-post. L-Istati Membri għandhom jikkonfermaw id-disponibbiltà tal-esperti fi żmien ġimgħa.

    5. Fil-każ ta’ żjarat mhux imħabbra, l-Istati Membri li l-esperti tagħhom ikunu nħatru skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn ġimgħa qabel tkun skedata ż-żjara fuq il-post. L-Istati Membri għandhom jikkonfermaw id-disponibbiltà tal-esperti fi żmien 48 siegħa.

    6. L-esperti li jmexxu ż-żjarat fuq il-post għandhom ikunu uffiċċjal rappreżentant tal-Kummissjoni u espert minn Stat Membru, li għandhom jinħatru qabel iż-żjara fuq il-post b'mod konġunt mill-membri fit-tim tal-esperti.

    Artikolu 11

    Kif jitmexxew iż-żjarat fuq il-post

    1. It-timijiet taż-żjarat fuq il-post għandhom jagħmlu l-attivitajiet preparatorji kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-effiċjenza, l-akkuratezza u l-konsistenza taż-żjarat fuq il-post.

    2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun avżat:

    - mill-inqas xahrejn qabel id-data ta' żjara fuq il-post imħabbra;

    - mill-inqas 48 siegħa qabel żjara fuq il-post mhux imħabbra.

    3. Kull membru tal-grupp li jwettaq żjarat fuq il-post għandu jġorr identifikazzjoni li tawtorizzah biex iwettaq żjarat fuq il-post f’isem l-Unjoni Ewropea.

    4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-grupp ta’ esperti jkun jista’ jindirizza direttament lill-persuni rilevanti. Għandu jiżgura li t-tim ikollu aċċess għaż-żoni kollha, għall-bini u għad-dokumenti kollha kif rikjesti għall-evalwazzjoni. Għandu jiżgura li l-grupp ikun jista’ jeżerċita l-mandat tiegħu biex jivverifika l-attivitajiet relatati mal-oqsma li għandhom ikunu evalwati.

    5. L-Istat Membru kkonċernat għandu, b’kull mezz fis-setgħat legali tiegħu, jassisti lit-tim fit-twettiq tal-kompitu tiegħu.

    6. Fil-każ ta’ żjarat imħabbra fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tipprovdi minn qabel l-ismijiet tal-esperti fit-tim lill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar punt ta’ kuntatt biex isiru l-arranġamenti prattiċi għaż-żjara fuq il-post.

    7. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-esperti tagħhom. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għall-esperti li jkunu qed jieħdu sehem fiż-żjarat għandhom ikunu rifużi mill-Kummissjoni.

    Artikolu 12

    Verifika tal-moviment ħieles tal-persuni fil-fruntieri interni

    Minkejja l-Artikolu 10, timijiet għal żjarat fuq il-post mhux imħabbra biex jivverifikaw in-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jikkonsistu f' uffiċċjali rappreżentanti tal-Kummissjoni biss.

    Artikolu 13

    Rapporti ta’ evalwazzjoni

    1. Għandu jitfassal rapport wara kull evalwazzjoni. Ir-rapport tal- evalwazzjoni għandu jkun ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjara fuq il-post u l-kwestjonarju, kif xieraq.

    1. Jekk l-evalwazzjoni tkun ibbażata biss fuq il-kwestjonarju jew fuq żjara mhux imħabbra, ir-rapport għandu jitfassal mill-Kummissjoni.

    2. Fil-każ ta’ żjara mħabbra fuq il-post, ir-rapport għandu jitfassal mill-grupp matul iż-żjara. L-uffiċċjal Ir- rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-abbozz tar-rapport u jiżgura l-integrità u l-kwalità tiegħu. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, it-tim għandu jagħmel ħiltu biex isib kompromess. Opinjonijiet li ma jkunux jaqblu mal-maġġoranza għandhom jiġu inklużi fir-rapport.

    2. Ir-rapport għandu janalizza l-aspetti kwalitattivi, kwantitattivi, operattivi, amministrattivi u organizzattivi, kif xieraq, u għandu jelenka n-nuqqasijiet u d-difetti stabbiliti matul l-evalwazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni ta' rimedju u skadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom.

    3. Għal kull sejba fir-rapport għandha tingħata waħda mill-klassifikazzjonijiet segwenti:

    3. konformi;

    4. konformi iżda hemm bżonn titjib;

    5. mhux konformi.

    4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l- abbozz tar-rapport lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien sitt ġimgħat miż-żjara fuq il-post jew minn meta jaslu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, kif xieraq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport fi żmien ġimagħtejn.

    5. L-espert ta Il-Kummissjoni għandu għandha j tippreżenta l- abbozz tar-rapport u t-tweġiba mill-Istat Membru lill-kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 15 17 . L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkummentaw dwar it-tweġibiet tal-kwestjonarju, dwar l- abbozz tar-rapport u dwar il-kummenti mill-Istat Membru kkonċernat.

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rapport tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw il-klassifikazzjoni tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rapport, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni biex jirrimedja xi dgħufijiet identifikati.

    Wara li tikkonsulta t-tim ta' esperti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni lill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15 17, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-pjan ta' azzjoni mingħand l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkummentaw fuq il-pjan ta’ azzjoni.

    6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi r-rapport tal- evalwazzjoni u minn hemm ’il quddiem ikompli jagħmel dan kull tliet xhur sakemm il-pjan ta’ azzjoni jkun implimentat kollu kemm hu. Skont il-gravità tad-dgħufijiet identifikati u l-miżuri meħuda biex ikunu rrimedjati, il-Kummissjoni tista' tiskeda żjarat imħabbra skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 15(2) biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-pjan ta ’ azzjoni għandha tiddeċiedi dwar żjarat imħabbra biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 17 (2). Il-Kummissjoni tista' wkoll tiskeda żjarat fuq il-post mhux imħabbra.

    Il-Kummissjoni se tinforma lill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15 17 , fuq bażi regolari, dwar l- implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

    7. Jekk żjara fuq il-post tiżvela nuqqas serju li jkun meqjus li jkollu impatt sinifikanti fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli.

    Artikolu 14

    Miżuri fuq il-fruntieri esterni u l-appoġġ tal-Frontex

    1. Fejn fir-rapport tal-evalwazzjoni jiġu identifikati defiċjenzi serji fit-twettiq tal-kontroll estern fuq il-fruntiera jew proċeduri ta' ritorn, u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 (5), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li titlob lill-Istat Membru evalwat biex jieħu ċerti miżuri speċifiċi, li jistgħu jinkludu waħda minn dawn li ġejjin:

    - il-bidu tal-iskjerament ta' timijiet tal-Għassa tal-Fruntiera Ewropea b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Frontex;

    - Il-preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi proprji dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-pjanijiet għall-iskjerament tat-tagħmir għall-approvazzjoni tal-Frontex;

    - L-għeluq tal-punt speċifiku ta' qsim tal-fruntiera għal perjodu limitat ta' żmien sakem jiġu rrimedjati d-dgħufijiet.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 17 (2).

    2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat stabbilit f'konformità mal-Artikolu 17 fuq bażi regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u dwar l-impatt tagħhom fuq id-defiċjenzi identifikati.

    Artikolu 15

    Defiċjenzi serji marbuta mal-kontroll tal-fruntieri esterni jew mal-proċeduri ta' ritorn

    1. Minkejja l-perjodu ta' sitt xhur għall-irrappurtar fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni msemmi fl-Artikolu 13 (6), jekk ir-rapport ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 13 (5) jikkonkludi li l-Istat Membru evalwat ikun qed jittraskura serjament l-obbligu tiegħu li jwettaq kontroll fuq il-fruntiera esterna jew proċeduri ta' ritorn, l-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi r-rapport tal-evalwazzjoni.

    2. Jekk, wara l-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni ssib li s-sitwazzjoni tkun għadha l-istess, japplikaw l-Artikoli 23, 23a u 26 Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

    Artikolu 14 16

    Informazzjoni sensittiva

    Il-gruppi għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul il-qadi ta’ dmirijiethom bħala kunfidenzjali. Ir-rapporti mfassla wara ż-żjarat fuq il-post għandhom jiġu kklassifikati bħala ristretti. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Istati Membri kkonċernati, għandha tiddeċiedi liema parti tar-rapport tista’ ssir pubblika.

    Artikolu 15

    Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentant tal-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Artikolu 17

    Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 16 18

    Dispożizzjonijiet Tranżitorji

    1. L-ewwel programm multiannwali skont l-Artikolu 5 u l-ewwel programm annwali skont l-Artikolu 8 għandhom jiġu stabbiliti sitt xhur wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Id-dati għall-bidu taż-żewġ programmi għandhom ikunu sena wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    2. L-ewwel analiżi tar-riskju li għandha tkun pprovduta mill-Frontex skont l-Artikolu 6 għandha tingħata lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-esperti tagħhom skont l-Artikolu 9 mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

    Artikolu 17 19

    Informazzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-rakkommandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(5).

    Artikolu 18 20

    L-irrappurtar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet li jsiru skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jsir pubbliku u għandu jkun jinkludi l-informazzjoni dwar:

    - l-evalwazzjonijiet li jkunu twettqu matul is-sena preċedenti, u

    - il-konklużjonijiet maħruġa minn kull evalwazzjoni u l-qagħda preżenti fir-rigward tal-azzjonijiet ta' rimedju.

    Artikolu 19 21

    Revoka

    Il-Parti II tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.), bit-titolu 'Kumitat ta’ implimentazzjoni għall-Istati li diġà qed japplikaw il-Konvenzjoni', għandha titħassar b'effett minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 20 22

    Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jwettaq l-evalwazzjonijiet ta' Schengen imsemmija fl-Atti tal-Adeżjoni u konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament f'konformità ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 21 23

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Trattati .

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] COM (2010) 624 tas-16.11.2010

    [2] L-emendi huma indikati b'tipa grassa u huma sottolineati.

    [3] ĠU L 55 tat-28.2.2011, p. 13.

    [4] P7_TA(2011)0336

    [5] COM(2011) 248 tal-4.5.2011

    [6] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

    [7] C 53, 3.3.2005, p. 1 (punt 1.7.1).

    [8] Id-dokument tal-Kunsill 17024/09, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10/11 ta' Diċembru 2009.

    [9] ĠU L 55 tat-28.2.2011, p. 13.

    [10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 (ĠU L 349, tal-25.11.2004, p. 1).

    [11] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    [12] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    [13] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    [14] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

    [15] ĠU L 160, tat-18.6.2011, p. 19.

    Top